ir-razez u l-qraba naturali tal-Ħxejjex agrikoli maltin · 2019. 5. 23. · speċi qariba naturali...

2
Ir-Razez u l-Qraba Naturali tal-Ħxejjex Agrikoli Maltin biex jitimgħu l-għasafar. Pjanta meqjusa bħala qariba naturali hija x-Xewk ta’ Kristu (Carthamus lanatus). Ħxejjex agrikoli oħrajn Fil-Medju Evu, Malta kienet famuża għat-tkabbir u l-esportazzjoni tal-qoton, il-kemmun u l-anisi. Kienu jitkabbru tipi differenti ta’ qoton (Gossypium spp.) li jinkludu tip ta’ lewn ħamrani u żewġ tipi bojod. Il-kemmun (Cuminum cyminum) kien jitkabbar biex jintuża għat-taħwir tal-ikel u x-xorb, u għall-preparaz- zjonijiet ta’ mediċini u fwejjaħ. L-anisi (Pimpinella ani- sum), magħrufa wkoll bħala “Ħlewwa”, kienet titkabbar bħala kondiment fl-ikel. Speċi qariba naturali tal-qoton li nsibu lokalment hija l-Ħobbejża tas-siġra (Lavatera arborea), filwaqt li z-Zu- nnarija selvaġġa (Daucus carota) titqies bħala qariba naturali tal-kemmun u l-anisi. Ritratti: Guido Bonett, Jeffrey Sciberras, Mario Cardona Il-legumi Varjetà ta’ ful (Vicia faba) u varjetà ta’ ċiċri (Cicer ari- etinum) huma magħrufa. Speċi qariba naturali tipika, fost ħafna oħrajn li jinstabu Malta, hija l-Kafè Messikan (Astragalus boeticus). Pjanti għall-għalf (legumi, ċereali u oħrajn): Jeżistu żewġ varjetajiet ta’ silla (Hedysarum coro- narium). Varjetà minnhom għandha z-zokk twil u hija reżistenti għan-nixfa, u tinstab f’żoni żgħar u iżola- ti. Il-varjetà l-oħra magħrufa bħala “tan-nebbieta” hija ideali biex jirgħu n-nagħaġ u l-mogħoż, u tinstab prinċipalment fuq iż-żrieraq tat-tafal fit-Tramuntana u l-Majjistral ta’ Malta. Fost varjetajiet oħra ta’ legu- mi li jintużaw għall-għalf insibu ż-Żożfa (Vicia ervilia), iċ-Ċikkarda (Lathyrus sativus) u l-Widna (Scorpiurus muricatus). Il-pjanta taċ-ċereali prinċipali li titkabbar għall-għalf hija varjetà ta’ qamħ (Triticum sp.) biz-zokk qasir li kien jitkabbar prinċipalment f’raba’ bagħli. Speċi ta’ qraba naturali interessanti ta’ dawn il-pjanti għall-għalf li jistgħu jinstabu f’Malta huma s-Silla sel- vaġġa (Hedysarum glomeratum), il-Ġilbiena tas-serp (Lathyrus clymenum), ix-Xeħt l-imħabba (Coronilla scorpioides), in-Nixxief komuni (Hordeum lepori- num) u l-Brimba (Aegilops geniculata). Għalkemm l-Għosfor (Carthamus tinctorius) huwa l-aktar magħruf bħala sors ta’ kulur u żejt veġetali, dan kien jitkabbar f’Malta prinċipalment għaż-żerriegħa Silla DIRETTORAT GĦAS- SAĦĦA TAL-PJANTI

Upload: others

Post on 03-Feb-2021

0 views

Category:

Documents


0 download

TRANSCRIPT

  • Ir-Razez u l-Qraba Naturali tal-Ħxejjex Agrikoli Maltin

    biex jitimgħu l-għasafar. Pjanta meqjusa bħala qariba

    naturali hija x-Xewk ta’ Kristu (Carthamus lanatus).

    Ħxejjex agrikoli oħrajn

    Fil-Medju Evu, Malta kienet famuża għat-tkabbir u

    l-esportazzjoni tal-qoton, il-kemmun u l-anisi. Kienu

    jitkabbru tipi differenti ta’ qoton (Gossypium spp.)

    li jinkludu tip ta’ lewn ħamrani u żewġ tipi bojod.

    Il-kemmun (Cuminum cyminum) kien jitkabbar biex

    jintuża għat-taħwir tal-ikel u x-xorb, u għall-preparaz-

    zjonijiet ta’ mediċini u fwejjaħ. L-anisi (Pimpinella ani-

    sum), magħrufa wkoll bħala “Ħlewwa”, kienet titkabbar

    bħala kondiment fl-ikel.

    Speċi qariba naturali tal-qoton li nsibu lokalment hija

    l-Ħobbejża tas-siġra (Lavatera arborea), filwaqt li z-Zu-

    nnarija selvaġġa (Daucus carota) titqies bħala qariba

    naturali tal-kemmun u l-anisi.

    Ritratti: Guido Bonett, Jeffrey Sciberras, Mario Cardona

    Il-legumi

    Varjetà ta’ ful (Vicia faba) u varjetà ta’ ċiċri (Cicer ari-

    etinum) huma magħrufa.

    Speċi qariba naturali tipika, fost ħafna oħrajn li jinstabu

    Malta, hija l-Kafè Messikan (Astragalus boeticus).

    Pjanti għall-għalf (legumi, ċereali u oħrajn):

    Jeżistu żewġ varjetajiet ta’ silla (Hedysarum coro-

    narium). Varjetà minnhom għandha z-zokk twil u hija

    reżistenti għan-nixfa, u tinstab f’żoni żgħar u iżola-

    ti. Il-varjetà l-oħra magħrufa bħala “tan-nebbieta”

    hija ideali biex jirgħu n-nagħaġ u l-mogħoż, u tinstab

    prinċipalment fuq iż-żrieraq tat-tafal fit-Tramuntana

    u l-Majjistral ta’ Malta. Fost varjetajiet oħra ta’ legu-

    mi li jintużaw għall-għalf insibu ż-Żożfa (Vicia ervilia),

    iċ-Ċikkarda (Lathyrus sativus) u l-Widna (Scorpiurus

    muricatus). Il-pjanta taċ-ċereali prinċipali li titkabbar

    għall-għalf hija varjetà ta’ qamħ (Triticum sp.) biz-zokk

    qasir li kien jitkabbar prinċipalment f’raba’ bagħli.

    Speċi ta’ qraba naturali interessanti ta’ dawn il-pjanti

    għall-għalf li jistgħu jinstabu f’Malta huma s-Silla sel-

    vaġġa (Hedysarum glomeratum), il-Ġilbiena tas-serp

    (Lathyrus clymenum), ix-Xeħt l-imħabba (Coronilla

    scorpioides), in-Nixxief komuni (Hordeum lepori-

    num) u l-Brimba (Aegilops geniculata).

    Għalkemm l-Għosfor (Carthamus tinctorius) huwa

    l-aktar magħruf bħala sors ta’ kulur u żejt veġetali, dan

    kien jitkabbar f’Malta prinċipalment għaż-żerriegħa Silla

    DIRETTORAT GĦAS- SAĦĦA TAL-PJANTI

  • Iż-żieda fl-introduzzjoni tal-pjanti agrikoli minn pajjiżi

    barranin f’dawn l-aħħar deċennji wasslet għal tnaqqis

    konsiderevoli fit-tkabbir ta’ razez u varjetajiet ta’ ħxejjex

    agrikoli u siġar tal-frott lokali, għaliex dawn ġew imwarr-

    ba biex jintużaw dawk importati. Minħabba f’hekk, num-

    ru ta’ razez u varjetajiet Maltin diġà ntilfu jew qegħdin

    fil-periklu li jinqerdu għalkollox. Bil-Proġett fuq l-Istudju

    u l-Konservazzjoni Sostenibbli tal-Varjetajiet tal-Pjanti Lo-

    kali tal-FAEŻR, id-Direttorat għas-Saħħa tal-Pjanti beda

    jieħu azzjoni għall-istudju u l-konservazzjoni tar-razez u

    l-qraba naturali tal-ħxejjex agrikoli lokali. Dan se jinkiseb

    bil-konservazzjoni ex situ ta’ dawn il-pjanti, billi tiġi stab-

    bilita kollezzjoni ta’ żrieragħ għall-ħażna, filwaqt li l-pjan-

    ti jibqgħu jiġu mnissla u mkabbra ġo ġnien botaniku.

    Uħud mill-eżempji ta’ razez u varjetajiet Maltin ta’ ħxejj-

    ex agrikoli u l-qraba naturali tagħhom huma msemmija

    hawn taħt.

    It-tadam (Solanum lycopersicum):

    Iż-żewġ varjetajiet ta’ tadam lokali huma dak ta’ forma

    ċatta (“tadam ċatt”) u dak tat-tip tawwali (“tadam żengu-

    li”). It-tadam ċatt kien adattat biex tradizzjonalment jin-

    tuża biex isir it-tadam imqadded. Dawn iż-żewġ varjetajiet

    m’għadhomx jidhru fuq is-suq u jinstabu biss fi kwantitaji-

    et żgħar li jitkabbru minn ftit bdiewa għall-użu personali

    tagħhom. Żewġ speċi ta’ pjanti naturali li huma meqjusa

    bħala qraba naturali tat-tadam huma l-Għeneb id-dib

    (Solanum nigrum) u t-Tuffieħ is-serp (Solanum villosum).

    Il-ħxejjex agrikoli tipi ta’ qara’ (Cucurbita spp.), bettieħ

    (Cucumis spp.) u dulliegħ (Citrullus spp.):

    Varjetà lokali magħrufa hija dik tal-qarabagħli zgħir u tond

    (“qarabagħli tond”), li għandha togħma ftit eħfef minn

    dik tal-qarabagħli t-twil. Ma’ din insibu żewġ varjetajiet ta’

    qara’ aħmar, waħda kbira ħafna u oħra iżgħar. Imbagħad

    insibu wkoll varjetà tipika ta’ bettieħ “tax-xitwa”, li jisimha

    ‘Winter Green Maltese’ u varjetà ta’ dulliegħ.

    Il-Faqqus il-ħmir (Ecballium elaterium) hija pjanta sel-

    vaġġa qariba ta’ dawn il-frott u ħxejjex agrikoli li hija ko-

    muni f’Malta.

    Il-ħxejjex kruċiferi (Brassica oleracea):

    Varjetajiet Maltin jinkludu tip ta’ kaboċċa, tip ta’ pastarda

    u tip ta’ ġidra. Lokalment insibu bosta pjanti qraba natu-

    rali ta’ dawn il-ħxejjex agrikoli, bħal-Liftija (Brassica rapa),

    in-Nevew (Brassica napus) u l-ispeċi antenata, il-Kaboċċa

    selvaġġa (Brassica oleracea).

    Il-basal (Allium cepa):

    Il-varjetà ta’ basla Maltija hija dik tal-lewn ħamrani

    (basal aħmar). Żewg speċi qraba naturali huma l-Kur-

    rat selvaġġ (Allium commutatum) u l-Kurrat ta’ Malta

    (Allium melitense), din tal-aħħar hija endemika.

    Varjetà lokali ta’ basal

    Indirizz: Direttorat għas-Saħħa tal-Pjanti

    Ċentru għall-Bijoteknoloġija tal-Pjanti

    110, Triq Annibale Preca, Lija LJA 1915

    Websajt: www.planthealth.gov.mt

    Telefon: 22926535

    Imejl: [email protected]

    SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-BIEDJA, SAJD U DRITTIJIET TAL-ANNIMALI

    Programm tal- – 2013

    Assi 1 – Titjib fil-Kompetittivita` tas-Settur Agrikolu

    -Unjoni Ewropea

    Il- - Rata ta’ Ko-finanzjament:

    75% Unjoni Ewropea, 25% Gvern ta’ Malta

    L-