is sagrament taż-żwieġ

10
Is-Sagrament Is-Sagrament t t aż-Żwieġ aż-Żwieġ Unit Unit 3 3 : Il-Kalendarju : Il-Kalendarju Lezzjoni Lezzjoni 8 8

Upload: joseph-cutajar

Post on 09-Feb-2017

285 views

Category:

Education


2 download

TRANSCRIPT

Page 1: Is sagrament taż-żwieġ

Is-SagramentIs-Sagrament ttaż-Żwieġaż-Żwieġ

Unit Unit 33: Il-Kalendarju: Il-KalendarjuLezzjoni Lezzjoni 88

Page 2: Is sagrament taż-żwieġ

Wieħed mill-mumenti importanti fil-ħajja ta’ ħafna nies huwa meta raġel u mara jiddeċiedu li, għax iħobbu lil xulxin, jibdew familja ġdida.

Page 3: Is sagrament taż-żwieġ

Meta jagħmlu hekk huma jaqblu li jqattgħu l-kumplament ta’ ħajjithom f’relazzjoni ta’ mħabba bejniethom. Huma jkunu lesti li jagħmlu kull sagrifiċċju għall-imħabba ta’ xulxin u ma jħallu lil ħadd u xejn ifixkel din l-imħabba.

Page 4: Is sagrament taż-żwieġ

Huma wkoll ikunu lesti jilqgħu l-ulied li jitwieldu minn din l-imħabba u jgħinu lil xulxin u lil uliedhom jikbru fl-imħabba t’Alla.

Page 5: Is sagrament taż-żwieġ

Meta raġel u mara jiddeċiedu li jiżżewġu bis-sagrament taż-żwieġ huma jkunu qed jinkludu lil Alla fil-ħajja tagħhom.

Page 6: Is sagrament taż-żwieġ

Permezz tas-sagrament taż-żwieġ huma jsiru ġisem wieħed.

Page 7: Is sagrament taż-żwieġ

Fiż-żwieġ ma jintużawx affarijiet bħal fis-sagramenti l-oħra għaliex huma l-għarajjes stess li jkunu qegħdin iwegħedu lil xulxin imħabbithom għal ħajjithom kollha.

Page 8: Is sagrament taż-żwieġ

Fl-Evaġelju naqraw li Ġesu’ tkellem dwar iż-żwieġ u fisser il-pjan t’Alla għall-imħabba bejn raġel u mara. Alla jrid li żwieġ bejn raġel u mara ma jinħallx għaliex huma jkunu saru ġisem wieħed – ħaġa waħda.

Page 9: Is sagrament taż-żwieġ

Hija ħaġa tajba u sabiħa li nidraw nitolbu flimkien fil-familja sabiex Alla jkompli jbierek l-imħabba ta’ bejn il-miżżewġin. Il-familja li titlob flimkien tibqa’ flimkien.

Page 10: Is sagrament taż-żwieġ

Tmiem

Paul Rapa