is-seba’ legislatura – laqgha numru hamsa (5)...2.03 resume tal-laqgha tal-ezekuttiv tal-ewt li...

8
1 IS-SEBA’ LEGISLATURA – LAQGHA NUMRU HAMSA (5) Minuti tal-Hames Laqgha tal-Kunsill Lokali Isla li nzammet fl-Ufficcju Amministrattiv ta’ l-istess Kunsill Lokali nhar it-Tlieta 12 ta’ Gunju 2012 fis-6.00 ta’ filghaxija. Data u hin * Prezenti ghal-Laqgha: Attendenza Is-Sur Justin John Camilleri Sindku Is-Sur Joseph Casha Vici Sindku Is-Sur Ramon Mangion Kunsillier Is-Sur Christopher Cocker Kunsillier Is-Sinjura Charmaine Gerada Kunsilliera Is-Sur Arthur Perici Segretarju Ezekuttiv Is-Sindku Justin John Camilleri fettah il-laqgha bit-talba u ppresieda l-Laqgha. 1.00 ** Minuti tat-Tielet (3) Laqgha tal-Kunsill mehuda bhala moqrija Il-Minuti tat-Tielet (3) Laqgha tal-Kunsill li gew imqassma qabel il-laqgha gew mehuda bhala moqrija. Approvazzjoni sabiex is-Sindku jiffirma l-Minuti Fuq proposta tal-Vici Sindku Joseph Casha issekondat mill-Kunsillier Ramon Mangion il-Kunsill approva il-minuti tal-Tielet (3) laqgha nem com kif prezentati. Minuti tar-Raba’ (4) Laqgha tal-Kunsill mehuda bhala moqrija Il-Minuti tar-Raba’ (4) Laqgha tal-Kunsill li gew imqassma qabel il-laqgha gew mehuda bhala moqrija. Minuti 3 u 4 mehuda bhala moqrija Approvazzjoni sabiex is-Sindku jiffirma l-Minuti

Upload: others

Post on 25-Aug-2020

0 views

Category:

Documents


0 download

TRANSCRIPT

Page 1: IS-SEBA’ LEGISLATURA – LAQGHA NUMRU HAMSA (5)...2.03 Resume tal-Laqgha tal-Ezekuttiv tal-EWT li sar Malta u l-laqgha mal-Pulizija ghall-Kunsill Lokali, li ghalihom attenda l-Kunsillier

1

IS-SEBA’ LEGISLATURA – LAQGHA NUMRU HAMSA (5)

Minuti tal-Hames Laqgha tal-Kunsill Lokali Isla li nzammet fl-Ufficcju

Amministrattiv ta’ l-istess Kunsill Lokali nhar it-Tlieta 12 ta’ Gunju 2012 fis-6.00

ta’ filghaxija.

Data u hin

* Prezenti ghal-Laqgha: Attendenza Is-Sur Justin John Camilleri Sindku Is-Sur Joseph Casha Vici Sindku Is-Sur Ramon Mangion Kunsillier Is-Sur Christopher Cocker Kunsillier Is-Sinjura Charmaine Gerada Kunsilliera

Is-Sur Arthur Perici Segretarju Ezekuttiv

Is-Sindku Justin John Camilleri fettah il-laqgha bit-talba u ppresieda l-Laqgha.

1.00

**

Minuti tat-Tielet (3) Laqgha tal-Kunsill mehuda bhala moqrija Il-Minuti tat-Tielet (3) Laqgha tal-Kunsill li gew imqassma qabel il-laqgha gew mehuda bhala moqrija. Approvazzjoni sabiex is-Sindku jiffirma l-Minuti Fuq proposta tal-Vici Sindku Joseph Casha issekondat mill-Kunsillier Ramon Mangion il-Kunsill approva il-minuti tal-Tielet (3) laqgha nem com kif prezentati.

Minuti tar-Raba’ (4) Laqgha tal-Kunsill mehuda bhala moqrija Il-Minuti tar-Raba’ (4) Laqgha tal-Kunsill li gew imqassma qabel il-laqgha gew mehuda bhala moqrija.

Minuti 3 u 4 mehuda bhala moqrija Approvazzjoni sabiex is-Sindku jiffirma l-Minuti

Page 2: IS-SEBA’ LEGISLATURA – LAQGHA NUMRU HAMSA (5)...2.03 Resume tal-Laqgha tal-Ezekuttiv tal-EWT li sar Malta u l-laqgha mal-Pulizija ghall-Kunsill Lokali, li ghalihom attenda l-Kunsillier

2

Approvazzjoni sabiex is-Sindku jiffirma l-Minuti Fuq proposta tal-Vici Sindku Joseph Casha issekondat mill-Kunsillier Christopher Cocker il-Kunsill approva il-minuti tar-Raba’ (4) laqgha nem com kif prezentati.

Matters Arising

Il-Vici Sindku Joseph Casha qal li fl-10 ta’ Mejju 2012 kellu laqgha mad-Direttur ghall-Gvern Lokali dwar l-Onorarja tas-Sindki, fejn waqt l-istess laqgha irrizulta li d-Direttur kien min ghalih li kien hemm zewg kazijiet pendenti imma jidher li hemm aktar. Id-Direttur qallu li ser tinzamm laqgha mal-Ministru responsabbli u jinfurmani bl-izviluppi. Il-Vici Sindku Joseph Casha staqsa xi zviluppi kien hemm fuq items 2.05 u 2.08 (korrispondenza). Is-Segretarju Ezekuttiv informa li l-laqgha dwar item 2.05 ghada ma saritx filwaqt li fuq item 2.08 saret laqgha mas-Sur Gouder fejn issa ser tigi on site il- perita tal-Kunsill.

2.00 Korrispondenza u Kommunikazzjoni Korrispondenza u Kommunikazzjoni

Korrispondenza Korrispondenza

2.01 Talba minn Maria Magri li kellha booking il-gardjola fejn qed tinforma lill-Kunsill li dan it-tieg gie ikkancellat. Qed tistaqsi dwar ir-refund tad-deposit. Wara diskussjoni l-Kunsill qal li la darba sar il-booking din id-data kienet blocked u ma stajniex nibbukjawa lill-haddiehor. Ghalhekk id-depozitu ghandu jintilef.

Maria Magri – Gardjola Gardens

2.02 Talba mill-SHS biex il-Kunsill jirriklama fil-ktejjeb li ser jippublikaw b’artikli fuq wirt kulturali u ambjentali fl-Isla. Il-Kunsill qabel li ghandna jkollna riklam ta’ € 50 f’din il-pubblikazzjoni.

Riklam SHS

2.03 Resume tal-Laqgha tal-Ezekuttiv tal-EWT li sar Malta u l-laqgha mal-Pulizija ghall-Kunsill Lokali, li ghalihom attenda l-Kunsillier Ramon Mangion

EWT/Pulizija

2.04 Minuti tal-Cottonera Rehabilitation Committee – issemew dawn ix-xogholijiet ghall-Isla: Xoghol ta’ pavimentar u dawl fil-Mina ta’ Sant Anna Restawr tal-faccata tal-Knisja ta’ San Giljan Ghoti ta’ flus ghall-xiri ta’ balavostri ghaz-zuntier tal-Knisja ta’ San Filippu

CRC

2.05 Notifika minn TM dwar bollards fuq il-bankina fi Triq is-Sur (skond ir-ritratt mehmuz), biex l-istess bollards jinqalghu peress li mir-records taghhom ma jirrizultax li kien hemm approvazzjoni ghalihom, Il-Kunsill talab li dawn jitnehhew u navzaw ir-residenti bin-notifika tat-TM.

Bollards Triq is-Sur

2.06 Talba minn Alan Clews dwar idea li jsir xi haga fix-Xatt tal-Isla li tfakkar lill-Charles Clews. Wara diskussjoni l-Kunsill qabel li jekk is-Sur Clews lest jiehu l-inizjattiva u jlaqa’ kumitat biex jingabar finanzjament ghall-Bust ta’ Charles Clews, il-Kunsill ikun lest li jevalwa kull proposta.

Charles Clews

2.07 E-mail mis-Sur Frans Bugeja fejn qed jifrah lill-Kunsill ghal hidma li tigi wettaq fl-ewwel gimghat tieghu. Wera l-apprezzament tieghu ghal mod kif gie organizatt Jum l-Isla u ghall-Progett ta’ Dawl li gie inawgurat fl-gheluq tac-celebrazzjonijiet fi Gnien il-Gardjola. Pero’ qed juri d-dispjacir tieghu ghal fatt li waqt l-istess celebrazzjoni fil-Gardjola inota li l-plakka biex tigi kommemorata din l-okkazjzoni twahhlet ezatt fejn kien hemm plakka ohra li twahhlet fit- 2 ta’ Lulju 1995, fl-okkazzjoni tal-inawgurazzjoni mill-gdid ta’ Gnien il-Gardjola mill-Onor. Francis Zammit Dimech. Ghalhekk qed jintalab li din il-plakka li kien hemm terga titwahhal f’postha u dik tal-11 ta’ Mejju 2012 titwahhal f’post iehor. Is-Sur Bugeja baghat ukoll ritratt ta’ kif kienet il-plakka ta’ meta sar ix-xogho fi Gnien il-Gardjola fin-1995. Il-Kunsill qabel li tingab stima u tigi ordnata plakka ha titwahhal fuq il-post.

Plakka Gnien il-Gardjola

2.08 Is-Sur Patrick Galea qed jaghmel kuntatt mal-Kunsilli Lokali sabiex isir consortium ta’ Kunsilli u jigi pprezentat progett ta’ street furniture 2012 f’zoni u spazji miftuha li ma tantx huma daqshekk popolari u li ghandhom bzonn xi tip ta’ upgrading.

Street Furniture Project 2012.

Page 3: IS-SEBA’ LEGISLATURA – LAQGHA NUMRU HAMSA (5)...2.03 Resume tal-Laqgha tal-Ezekuttiv tal-EWT li sar Malta u l-laqgha mal-Pulizija ghall-Kunsill Lokali, li ghalihom attenda l-Kunsillier

3

Il-Kunsill qabel ma’ din il-proposta u talab li jigu ndikati Pjazza Andrea Debono fi Triq il-Ponta u l-fetha li hemm fi Triq il-Ponta quddiem Gnien il-Gardjola.

2.09 Talba mill-ghaqda lokali CSAF, fejn qed jitlobu l-permess tal-Kunsill biex fil-weekend

jarmaw stand tal-ghaqda fix-xatt bl-iskop li ibieghu xi prodotti biex id-dhul imur ghall-bzonnijiet tal-istess Ghaqda. Il-Kunsill approva din it-talba u qabel li ghandna naghmluha cara li ma ghandu jithalla l-ebda hmieg/skart wara kull attivita’.

CSAF

2.10 Talba minn Daniel Genovese (Sid il-Hanut Il-Hnejja) biex jixxandaru avvenimenti li ser ikollna fil-vicin fix-xhur li gejjin fuq big screen fuq il-paviment ta’ quddiem il-Hanut tieghu fix-Xatt. Wara diskussjoni l-Kunsill qal li dan it-tip ta’ permess jehtieg l-awtrizazzjoni tal-Pulizija u l-MTA.

Big Screen

2.11 Suggeriment mis-Sur Joe Degiorgio sabiex fl-Isla jigi mfakar l-Isqof Emmanuel Galea billi jsirlu bust fl-Isla. Is-Sur Degiorgio ghamel referenza ghall-bust ta’ Vittrin Galea li hemm fil-Gardjola u hadd ma haseb fl-Isqof Galea. Il-Vici Sindku Joseph Casha qal li tajjeb li ninfurmaw lis-Sur Degiorgio li l-bust ta’ Vittorin Galea sar ghas-spejjes tal-familjarji taghha u l-Kunsill ma harigx flus. Wara diskussjoni l-Kunsill qabel li jekk is-Sur Degiorgio lest jiehu l-inizjattiva u jlaqa’ kumitat biex jingabar finanzjament ghall-Bust tal-Isqof Galea, il-Kunsill ikun lest li jevalwa kull proposta.

Bust l-Isqof Emm Galea

2.12 Talba mit-TM (Objection jew No Objection) dwar Reserved Parking quddiem 42 Flt 2 Triq is-Sur. Il-Kunsill ma jsib l-ebda oggezzjoni ghal din it-talba.

Reserved Parking

2.13 Proposta mill-Ghaqda Dilettanti Sajjieda Barklori dwar installazzjoni ta’ CCTV System fix-Xatt tal-Isla b’kumplimentazzjoni tal-Progett li ser isir u biex ikun hemm kontroll fuq l-opri li jitqeghdu fiz-zoni li gew maqbula. Ma’ l-istess proposta hemm stima tax-xoghol mehtieg. Il-Kunsill qabel li din tintbaghat lill-GHRC.

CCTV System Xatt Jaun B Azopardo

2.14 Id-Dipartment ghall-Gvern Lokali infurmana li d-direzzjoni tad-Dipartiment ghall-iskema tal-PPP hi li tinharreg sejha ohra ghall-offerti.

PPP

2.15 Il-Kunsillier Christopher Cocker ressaq ghall-konsiderazjzoni tal-Kunsill li nibdew ix-xoghol ta’ marki tat-traffiku u li jigu rrangati l-isleeping policeman fi Triq is-Sur. Wara diskussjoni l-Kunsill qabel li ghandu jinbeda x-xoghol fuq il-marki tat-trafifku if ukoll li jigu rrangati l-isleeping policeman imsemmija. Il-Kunsillier Chris Cocker sahhaq ukoll fuq il-htiega li dawk il-hafna yellow lines li hawn madwar l-Isla bla peress, dawn ghandhom jitnehhew u ghandna nimxu l-istess ma’ kulhadd. Issugerixxi li nitkellmu ma’ TM dwar il-possibilita’ li jsir inspection min-naha taghhom u ninghataw rapport. Matul din id-diskussjoni tressqu diversi punti li jikkoncernaw l-awtorizazzjoni tat-TM qabel isir xi xoghol. Ghalhekk is-Sindku talab lill-Kunsilliera sabiex jithejja rapport ta’ dak li hemm bzonn isir biex jintbagaht lill-TM.

Marki tat-Traffiku u Sleeping Policeman

Kommunikazzjoni Kommunikazzjoni

2.16 Wara laqghat mal-FES sar qbil li jinholqu attivitajiet fl-Isla. Ser isir wiehed mas-Salesjani “writing club” u wiehed mal-Kunsill fejn isir mawra informattiva mal-Isla u laqgha fis-sala tal-Kunsill.

FES

2.17 Is-Sindku ressaq ghall-aprovazzjoni tal-Kunsill proposta biex titressaq quddiem il-UIF biex isir xoghol ta’ railings u dawl gdid fi Triq il-Migja tal-Papa sabiex ikollna progett komplet. Il-Kunsill qabel ma’ dan u talab sabiex il-Perita tal-Kunsill thejji d-disinn u l-applikazzjoni.

UIF

2.18 Is-Sindku tkellem dwar l-gheluq tax-xatt ghat-traffiku matul ix-xhur tas-sajf sabiex jitgawda bhala zona pedonali. Il-hsieb hu li jinghalaq nhar ta’ Sibt u Hadd mit-30 ta’ Gunju sat-2 ta’ Settembru bejn is-630pm u l-1030pm. Wara diskussjoni l-Kunsill qabel fuq il-kuncett pero’ saret emenda fil-hin li jkun bejn is-7.00pm u l-11.00pm. Bejn il-prezzijiet ghal dan is-servizz tal-Pulizija, Wardens u Security l-ahjar offerta hi dik ta’ Signal 8 Security fejn l-ispiza totali tkun ta’ € 1133 inluz il-VAT b’provediment ta’ zewg securities kull darba. Il-Kunsill qabel li nipprocedu ma’ Signal 8 kif ukoll li jigu ordnati tabelli li juru dan l-gheluq kif ukoll li tinharreg cirkolari lir-residenti biex jinhargu l-awtorizazzjonijiet tal-

Gheluq tax-Xatt

Page 4: IS-SEBA’ LEGISLATURA – LAQGHA NUMRU HAMSA (5)...2.03 Resume tal-Laqgha tal-Ezekuttiv tal-EWT li sar Malta u l-laqgha mal-Pulizija ghall-Kunsill Lokali, li ghalihom attenda l-Kunsillier

4

vetturi li jappartjenu x-xatt u garaxxijiet. 2.19 Inzammu numru ta’ Laqghat fotshom mat-TM dwar CCTV’s fil-Lokal u Security

Surveillance, Laqgha tas-Sindki, Laqgha mat-TM dwar il-problemi li qed jinholqu mill-Arriva fil-pjazza mal-faccata u tinda, Laqgha mat-TM dwar struttra bil-panelli bhala charging station ghal 4 karozzi, Diversi Laqghat dwar Maritime Senglea, Laqgha mal-MEUSAC dwar pjan fit-tul fuq applikazzjonijiet ghall-Fondi tal-EU u Laqgha ghas-sidien ta’ Kiosks u Ristoranti fix-Xatt.

Laqghat

2.20 Is-Sindku kkonferma li wara kommunikazzjoni mal-Kunsilliera, l-applikazzjoni ghall-Progett ESF “WOMEN” giet mitfugha bejn Consortium ta’ Kunsilli Lokali.

Progett ESF

2.21 Is-Sindku kkonferma li wara kommunikazzjoni mal-Kunsilliera, l-applikazzjoni ghall-Progett ta’ “Artistic/Photographic Exhibition u Sports Camp mal-Anna Lindh Foundation giet mitfugha flimkien ma’ entitajiet ohra lokali

Progett Anna Lindh

3.00 Adgudikazzjoni Tender T02/2012 – Zamma ta’ Soft Areas u Gonnon Pubblici Adgudikazzjoni Tender T02/2012 – Zamma ta’ Soft Areas u Gonnon Pubblici

Infethu l-offerti tat-Tender T02/2012, fejn kien hemm offerta wahda dik tal-ELC ghall-prezz ta’ €6000 inkluz mgt. fee u VAT. Il-Kunsill qabel unanimament li din l-offerta tinghata lill-ELC. Il-Kunsill talab ukoll li jsir laqgha mal-ELC minnufih sabiex jithejja pjan ta’ hidma.

Adgudikazzjoni Tender T02/2012 – Zamma ta’ Soft Areas u Gonnon Pubblici

4.00 Skema PPP Skema PPP

Wara n-notifka tad-Dipartiment tal-Gvern Lokali, fuq talba tal-Kunsill, l-istess Dipartiment talab li tinharreg sejha gdida ghall-offerti. Il-Kunsill talab li ghandna nipprocedu bl-avvizi u hrug ta’ offerti, pero’ nitolbu lid-Dipartiment il-possibilita’ li jinhargu 4 offerti separati ghal kull Triq.

Skema PPP

5.00 Progett Triq il-Migja tal-Papa Progett Triq il-Migja tal-Papa

Is-Sindku qal li x-xoghol miexi u qeghdin fil-fazi li qed titqieghed il-kurduna. Qed nistennew il-go ahead mill-Perit tal-Awtorita’ tad-Djar dwar il-concrete imprint tal-bankini(bis-sub base concrete) u ser isiru gutter u kaptelli tad-drenagg. Fuq l-offerta originali kien hemm paving blocks “red and grey” imma minghajr skoda tal-konkos inkluza. Dwar dan ix-xoghol imsemmi ser ikollna l-istimi kollha necessarji. Fiz-zewg dawriet tat-Triq il-Perita qed tissugerixxi li habba accessibilita’ isir bankina idjaq minn dik prezenti u fl-istess hin jibqa’ passagg pedonali u ma jintilifx parkegg. Ma’ naha tat-tarag taht Triq il-Kappillan Frangisk Azzopardi ser isir post ta’ parkegg kif ukoll ftit l-isfel mad-dawra ser jitwahlhu 4 bollards habba safety. Dwar il-parti ta’ fuq il-latrina li bhalissa qed iservi ta’ parkegg il-Kuntrattur infurmana li din ma tiflahx aktar ghall-karozzi u qed jissugerixxi li tinghalaq b’bankina quddiema. Wara diskussjoni l-Kunsill qabel li nitolbu l-parir tal-Perita tal-Kunsill biex finalment tittiehed decizzjoni.

Progett Triq il-Migja tal-Papa

6.00 KuntrattI Tindif u Knis ta’ Toroq / Gbir ta’ Skart Domestiku KuntrattI Tindif u Knis ta’ Toroq / Gbir ta’ Skart Domestiku

Dwar s-Servizz ta’ Gbir ta’ Skart Domestiku s-Sindku nforma lill-Kunsill li dehlin numru ta’ ilmenti fosthom: tindif ta’ skips, li certu boroz mhux qed jingabbru, riha fl-iscammel, bzonn ta’ servizz bi scammel zghir. Sar kommunikat dirett mal-Kuntrattur responsabbli kemm bil-miktub, email, telfon u verbalment biex jigi nfurmat b’dawn in-nuqqasijiet. Is-Sindku qal li ghalkemm qed isiru dawn il-kuntatti ghad hemm nuqqasijiet li qed jirrepetu ruhhom. Il-Kunsill qabel li ghandna nghaddu l-ilmenti kollha minn April s’issa lill-Kuntrattur kif ukoll tinghatalu ittra ta’ spjega biex jirregolizza ruha mal-Kuntratt. F’kaz li ser ikun

KuntrattI Tindif u Knis ta’ Toroq / Gbir ta’ Skart Domestiku

Page 5: IS-SEBA’ LEGISLATURA – LAQGHA NUMRU HAMSA (5)...2.03 Resume tal-Laqgha tal-Ezekuttiv tal-EWT li sar Malta u l-laqgha mal-Pulizija ghall-Kunsill Lokali, li ghalihom attenda l-Kunsillier

5

hemm aktar nuqaasaijiet il-Kunsill qabel li jinhargu default notices. Dwar il-hin tal-gabra tal-iskart wara feedback tan-nies, wasal iz-zmien li nikkonsidraw bidla fil-hin ghax fis-7.00am kmieni wisq qed ikun. Wara diskussjoni l-Kunsill qabel unanimament li l-gabra tal-iskart domestiku tibda fid-9.00am. Ghandu jsir kommunikat mal-kuntrattur fuq dan il-bdil u tinharreg cirkolari lir-residenti. Din il-bidla ghandha tidhol fis-sehh b’effett mit-2 ta’ Lulju 2012. Hrug t’ boroz wara d-9.00am huwa llegali. Il-Kunsill talab ukoll li jisr enfazi fuq servizz bi scammel zghir. Dwar is-Servizz ta’ Knis u Tindif ta’ Toroq tkellimt mal-Kuntrattur u tlabtu itina skeda gurnata b’gurnata meta isir il-knis u tindif fit-toroq rispettivi

7.00 Hrug ta’ Offerti / Kwotazzjonijiet Hrug ta’ Offerti / Kwotazzjonijiet

Is-Sindku ressaq ghall-approvazzjoni tal-Kunsill il-hrug ta’ dawn l-offerti / kwotazzjonijiet: Maritime Senglea – Kiri ta’ Platforms, Trasport, Audio, Printing Material Servizz ta’ Accountant Servizz Legali MED 2InS Clusters – Translation ta’ leaflet ghall-Malti u Stampar ta’ Leaflet Il-Kunsill approva dawn.

Hrug ta’ Offerti / Kwotazzjonijiet

8.00 Management Letter Management Letter

Is-Sindku ressaq ghall-approvazzjoni tal-Kunsill ir-risposta ghall-Management Letter 2011. Wara li nghatat spjega ta’ kull punt il-Kunsill unanimament approva ir-risposta ghall-Management Letter.

Management Letter

9.00 Proposti mill-Kunsilliera Proposti mill-Kunsilliera

Il-Kunsillier Ramon Mangion tkellem rigward is-sitwazzjoni ta’ skips fi Triq is-Sur c/w Triq San Mikiel fejn ipprezenta ritratti ta’ kif qed tkun iz-zona. Il-mistoqsijiet li jkumu huma: Hemm bzonn iktar skips? Hemm bzonn jitnehhew skips u nahdmu mar-residenti u mal-kuntrattur biex nikkordinaw hinijiet ahjar? Hemm bzonn iktar edukazzjoni dwar l-indafa? Il-Kunsill wara diskussjoni sahhaq fuq il-htiega ta’ Eco Wardens pero’ din hija kwistjoni meta jiddeciedi r-Regjun. Pero’ sar qbil li l-area tigi moniterjata u titwahhal tabella li ma jistghux jitpoggew boroz tal-iskart u skart iehor madwar l-iskips. Isir nota fuq enfurzar tal-ligi. Il-Kunsillier Christopher Cocker ipprpona li jinzamm kors fil-lingwa Maltija (baziku) ghar-residenti barranin fl-Isla. Il-Kunsill qabel mal-idea u ser isir kuntatt ma’ Dwayne Ellul biex imexxi dawn is-sessjonijiet u li tinghata promozzjoni tajba mal-barranin residenti fl-Isla. Il-Kunsillier Christopher Cocker ippropona li jitnehhew hafna tahwid ta’ wires li hemm fi Triq l-Oratorju. Il-Kunsill qabel li nibghatu ninfurmaw lill-Enemalta. Melita u Go dwar dan. Il-Kunsillier Christopher Cocker issugerixxa li isir tindif tal-haxix li hemm mal-katusa fil-kantuniera ta’ Triq l-Oratorju li tmiss mal-bini tal-Knisja. Il-Kunsillier Charmaine Gerada qalet li ser tkellem lill-Cleansing Department biex jiehu hsieb iwettaq dan ix-xoghol meta jigu ndaffu s-swar. Fuq suggeriment tal-Kunsillier Christopher Cocker il-Kunsill qabel li isir patching fi Triq

Proposti mill-Kunsilliera

Page 6: IS-SEBA’ LEGISLATURA – LAQGHA NUMRU HAMSA (5)...2.03 Resume tal-Laqgha tal-Ezekuttiv tal-EWT li sar Malta u l-laqgha mal-Pulizija ghall-Kunsill Lokali, li ghalihom attenda l-Kunsillier

6

l-Oratorju u jitnaddaf sprall fl-istess Triq kantuniera mal-Iskola kif ukoll biex isir “refreshing” ta’ yellow lines f’Misrah 4 ta’ Settembru fejn jigu l-karozzi tal-Linja peress li qed jipparkjaw vetturi privati u d-drivers tal-Arriva qed ikollhom problema u gieli laqtu vetturi privati habba dan.

10.00 Maritime Senglea 2012

Maritime Senglea 2012

Is-Sindku ressaq rapport dwar l-aveniment kulturali 2012. Inghatat spjega ta’ x’sar s’issa u tal-pjanijiet li hemm kif ukoll l-estimi ta’ infueq u dhul minn sponosors. Is-Sindku qal li ser izomm li l-Kunsill aggornat bl-ahhar zviluppi fil-laqgha li jmiss.

Maritime Senglea 2012

11.00 Progett Get to Know

Progett Get to Know

Is-Sindku talab lis-Segretarju Ezekuttiv sabiex jaghti rapport ta’ dan il-progett lill-Kunsill. Is-Segretarju Ezekuttiv qal li dan il-progett imhaddem minn Zarasai (LT) flimkien ma’ 4 pajjizi ohra inkluz l-Isla, issa waslu fit-tielet fazi tieghu fej imiss il-European Youth Forum-Summer Camp f’Zarasai bejn it-12 u d-19 t’Awissu 2012. L-istedina hija miftuha ghaz-zghzagha bejn 16 u 36 sena biex jiehdu sehen f’dan il-progett li ser jitratta kultura, qsim ta’ tradizzjonijiet, diskussjonijiet fuq turizmu, zifniet tradizzjonali fejn ser ikollhom l-opportunita’ jithaltu ma’ zghazagh ohra u jaqsmu diversi esperjenzi. L-ispejjes tal-flights jithallsu mill-partecipanti zghazagh filwaqt li l-ispejjes l-ohra huma koperti mill-progett. Is-Sindku qal li dan hu kontinwazjzoni taz-zewg fazijiet li saru fil-Lithuania f’Ottubru 2011 u Frar 2012. Is-Sindku ppropona li l-Kunsill ikun raprezentat mis-Sindku u s-Segretarju Ezekuttiv u s’issa hemm 4 zghazagh li huma interessati. Il-Kunsill qabel ma’ dan u qabel li jsir sejha ghall-zghazagh interessati permezz tal-facebook page tal-Kunsill, website u notice boards. Sar qbil li min ikun jaf li hemm xi hadd interessat jippartecippa, tinfurmawna jew jikkordina mal-istaff amministrattiv tal-Kunsill.

Progett Get to Know

12.00 Ilmenti u Xogholijiet

Ilmenti u Xogholijiet

Peress li kien numru ta’ ilmenti u xogholijiet x’jigu diskussi, il-Kunsill qabel li fl-aggornament ta’ din il-laqgha niftehmu ghal data tal-laqgha biex tigi diskussa din l-item.

Ilmenti u Xogholijiet

13.00 Approvazzjoni Membri Sotto Kumitati

Approvazzjoni Membri Sotto Kumitati

Il-Vici Sindku Joseph Casha qal li qieghed f’diskussjonijiet mal-Arcipriet, Fr. Victor Mangion, Kap tal-Iskola u Social Worker biex jigi mwaqqaf is-sotto kumitat ghall-Qasam Socjali. Is-Sindku ressaq ghall-approvazzjoni dawn il-membri ghas-sotto kumitati taz-Zghazagh u Persuni b’Dizabilita’ – Franklin Abela Wilson u Lorry Sarsero ispettivament. Dawn gew approvati mill-Kunsill. Il-Kunsillier Christopher Cocker ressaq ghall-approvazzjoni dawn il-membri ghas-sotto kumitat tat-Trasport Pubbliku, Gonna u Latrini, Manutenzzjoni Lokali u Immanigjar tat-Traffiku – Mario Gauci, Joe Casaletto, Rita Casaletto, Renald Inguanez, Lino Fabri, Victor Vella, Vince Grech, Charlie Cauchi, Charles Cassar. Dawn gew approvati mill-Kunsill. Il-Kunsillier Christopher Cocker ressaq ghall-approvazzjoni dawn il-membri ghas-sotto kumitat tal-Edukazzjoni – Graziella Cassar Gellel, Kirby Attard, Sharon Attard Farrugia, Lino Zahra, Stefan Azzopardi, Kim Scerri, Romina Powell, Stephen Spiteri u James Farrugia. Dawn gew approvati mill-Kunsill.

Approvazzjoni Membri Sotto Kumitati

Page 7: IS-SEBA’ LEGISLATURA – LAQGHA NUMRU HAMSA (5)...2.03 Resume tal-Laqgha tal-Ezekuttiv tal-EWT li sar Malta u l-laqgha mal-Pulizija ghall-Kunsill Lokali, li ghalihom attenda l-Kunsillier

7

14.00 Minuti Sotto Kumitat

Minuti Sotto Kumitati

Tressqu ghad-diskussjoni u l-approvazzjoni tal-Kunsill il-Minuti tas-sotto kumitati – Turizmu, Awtorita’ tal-Ippjanar, Kummerc, Pulizija, Devoluzzjoni Dawl u Immaniggjar tat-Traffiku. Fuq rakkomandazzjonijiet ta’ dan is-sotto kumitat il-Kunsill qabel li nghaddu l-informazzjoni (guidelines) dwar ir-Residents Parking Scheme lill-Kunsillie Ramon Mangion, li jigi kkreat database ta’ talent lokali, li qed tithejja database aggornata ta’ dawl fil-lokal, li jinzamm aktar kuntatt mar-residenti, li ghandna jsir hidma b’kollaborazzjoni maz-zona kummercjali specjalment fejn jidhlu cocahes tat-turisti fejn nahdmu biex nevitaw li dawn jibqghu dehlin dirett il-Gardjola imma jiefqu fil-bidu tal-Isla ghax hawn hafna aktar x’tara u jispiccaw il-Gardjola kif ukoll il-coaches qed joholqu traffiku fix-Xatt u problemi ta’ exhaust. Ghalhekk ghandhom jibdew diskussjonijiet mal-MTA dwar dan. Il-Kunsill qabel ukoll li jibdew jinzammu talks/events fuq l-istorja tal-lokal b’kollaborazzjoni tal-SHS u Tour Operators. Trasport Pubbliku, Gonna u Latrini, Manutenzzjoni Lokali u Immanigjar tat-Traffiku. Dan is-sotto kumitat ressaq dawn ir-rakkomandazzjonijiet: Bzonn ta’ servizz ahjar ta’ Trasport Pubbliku, organizzar ta’ opri tal-bahar fuq il-moll u fil-parkegg tal-macina, possibilita’ ta’ multi storage car park (Macina), il-haddiema tal-Kunsill (IPSL u ETC) juru aktar sengha fix-xoghol taghhom u aktar kommunikazzjoni mar-residenti, jinfettah Forti San Mikiel ghall-Pubbliku. Il-Kunsill qabel li dawn huma kollha punti validi fejn uhud minnhom diga’ qed nahdmu fuqhom fosthom Trasport Pubbliku u Opri tal-Bahar, Haddiema u fuq il-punti l-ohra wiehed ghandu jibda diskussjonijiet. Dwar aktar kuntatt mar-residenti s-Sindku ressaq l-idea li darba fix-xahar tinzamm laqgha miftuha ghar-residenti fejn jinghataw l-ispazju jressqu proposti u tinzamm diskussjoni bejn il-Kunsill u r-Residenti. Il-Kunsillier Christopher Cocker qabel ma’ din l-idea u jpropona li jsir darba fil-gimgha u taghmilha zona zona. Dwar dan ser tinzamm diskussjoni biex naslu ghal pjan finali.

Minuti Sotto Kumitati

15.00 Approvazzjoni Bye Law Tqeghid ta’ Opri tal-Bahar

Approvazzjoni Bye Law Tqeghid ta’ Opri tal-Bahar

Is-Sindku qal li wara l-ftehim li ntlahaq mal-Ghaqda Dilettanti Sajjieda u Barklori dwar Tqeghid ta’ Opri tal-Bahar f’zoni specifiici fuq il-moll u fil-parkegg tal-Macina. Kienet saret diskussjoni dwar Bye Law u sar il-process li sar l-avviz fuq il-Gazzetta tal-Gvern u Gazzetti Lokali ghall-kummenti tal-Pubbliku. Issa li ghada z-zmien tal-avvizi u ma dahlu l-ebda kummenti, qed titressaq din il-Bye Law ghall-approvazzjoni tal-Kunsill sabiex tintbaghat ghall-approvazzjoni tal-Ministru tal-Kunsilli Lokali. Il-Kunsill approva din il-bye law u talab li tintbaghat lill-Ministru koncernat ghall-approvazzjoni u tigi ppublikata.

Approvazzjoni Bye Law Tqeghid ta’ Opri tal-Bahar

16.00 Bye Law dwar il-Kontroll tal-Hamiem

Bye Law dwar il-Kontroll tal-Hamiem

Il-Kunsill kellu ghad-diskussjoni draft ta’ Bye Law dwar il-Kontroll tal-Hamiem. Il-Kunsill hass il-htiega li jiddiskuti dan wara li qed ikun diversi nies jitghimu il-hamiem bla kontrol u hafna toroq spiccaw b’hafna hamiem u hmieg tal-hamiem. Wara d-diskussjoni l-Kunsill qabel li din ghandha tidhol fis-sehh u talab lis-Segretarju

Bye Law dwar il-Kontroll tal-Hamiem

Page 8: IS-SEBA’ LEGISLATURA – LAQGHA NUMRU HAMSA (5)...2.03 Resume tal-Laqgha tal-Ezekuttiv tal-EWT li sar Malta u l-laqgha mal-Pulizija ghall-Kunsill Lokali, li ghalihom attenda l-Kunsillier

8

Ezekuttiv biex jipprocedi kif titlob il-proceduri tal-Bye Laws.

17.00 Konferenza EWT Settembru 2012

Konferenza EWT Settembru 2012

Is-Sindku ressaq stedina mill-organizatturi fl-Austria tal-Konferenza tal-EWT ghas-sena 2012. Aparti li bhala membri tal-EWT gejna mistiedna biex bhala Destinazzjoni EDEN naghtu prezentazzjoni waqt dan l-avveniment. L-invit kien ghall-Kunsilliera Charmaine Gerada li tirraprezenta lill-Kunsill, pero wara li nfurmatni li ma tistax tattendi, qed nipproponi lill-Kunsill li r-raprenzentant taghna jkun il-Kunsillier Ramon Mangion. Il-Kunsill qabel unanimament li ghandna nippartecipaw u li jattendi l-Kunsillier Ramon Mangion.

Konferenza EWT Settembru 2012

18.00 Approvazzjoni w iffirmar ta’ pagamenti w ordinijiet

Approvazzjoni w iffirmar ta’ pagamenti w ordnijiet

18.01

Il-Kunsill kellu approvazzjoni ta’ hlas ta’ pagamenti li jammonta s-somma ta’ € 11,739.29 u € 24,490.69

***

Fuq proponiment tal-Kunsillier Ramon Mangion, issekondat mill-Kunsillier Christopher Cocker, il-Kunsill approva l-pagamenti li jammontaw ghas-somma ta’ € 11,739.29 u € 24,490.69

Approvazzjoni w iffirmar ta’ pagamenti w ordnijiet

19.00 Aggornament Aggornament

Il-Laqgha giet aggornata ghat-18 ta’ Gunju 2012 fis-7.15 pm fejn ghandha titkompla laqgha numru 5 tal-Kunsill.

Aggornament

Il-laqgha spiccat fid-9.00pm

Justin John Camilleri Arthur Perici

Sindku Segretarju Ezekuttiv

19 ta’ Lulju 2012