is- sena il-Ġeografija il- : s...il-Ġeografija – is-seba’ sena – 2019 paġna 7 minn 10...

10
Il-Ġeografija Is-Seba’ Sena – 2019 Paġna 1 minn 10 DIPARTIMENT GĦALL-KURRIKULU, TAGĦLIM TUL IL-ĦAJJA U IMPJEGABILITÀ Id-Direttorat għall-Programmi ta’ Tagħlim u Assessjar It-Taqsima tal-Assessjar Edukattiv L-Eżamijiet Annwali għall-Iskejjel Medji 2019 IS-SEBA’ SENA IL-ĠEOGRAFIJA IL-ĦIN: Siegħa L-Isem: ______________________________________________ Il-Klassi: ______________ Wieġeb il-mistoqsijiet kollha. Mistoqsija 1 a. L-għalliema tal-ġeografija talbet lil Karl u Amy ikejlu u jirrekordjaw it-temperatura, is-saħħa u d-direzzjoni tar-riħ u l-ammont ta’ xita fil-grawnd tal-iskola. Fuq disinn 1 immarka b’l-istrumenti li għandhom bżonn Karl u Amy biex ikejlu dawn l-elementi tat-temp. L-anemometru It-termometru Il-boxxla Il-pluvjometru Il-pinnur Il-klinometru Disinn 1 (4)

Upload: others

Post on 21-Sep-2020

1 views

Category:

Documents


0 download

TRANSCRIPT

Page 1: IS- SENA IL-ĠEOGRAFIJA IL- : S...Il-Ġeografija – Is-Seba’ Sena – 2019 Paġna 7 minn 10 Mistoqsija 5 a. Disinn 5 juri s-saffi tal-blat li nsibu f’Malta. Ikteb l-isem tal-blat

Il-Ġeografija – Is-Seba’ Sena – 2019 Paġna 1 minn 10

DIPARTIMENT GĦALL-KURRIKULU,

TAGĦLIM TUL IL-ĦAJJA U IMPJEGABILITÀ

Id-Direttorat għall-Programmi ta’ Tagħlim u Assessjar

It-Taqsima tal-Assessjar Edukattiv

L-Eżamijiet Annwali għall-Iskejjel Medji 2019

IS-SEBA’ SENA IL-ĠEOGRAFIJA IL-ĦIN: Siegħa

L-Isem: ______________________________________________ Il-Klassi: ______________

Wieġeb il-mistoqsijiet kollha.

Mistoqsija 1 a. L-għalliema tal-ġeografija talbet lil Karl u Amy ikejlu u jirrekordjaw

it-temperatura, is-saħħa u d-direzzjoni tar-riħ u l-ammont ta’ xita fil-grawnd

tal-iskola. Fuq disinn 1 immarka b’✓ l-istrumenti li għandhom bżonn Karl u Amy

biex ikejlu dawn l-elementi tat-temp.

L-anemometru It-termometru Il-boxxla

Il-pluvjometru Il-pinnur Il-klinometru

Disinn 1

(4)

Page 2: IS- SENA IL-ĠEOGRAFIJA IL- : S...Il-Ġeografija – Is-Seba’ Sena – 2019 Paġna 7 minn 10 Mistoqsija 5 a. Disinn 5 juri s-saffi tal-blat li nsibu f’Malta. Ikteb l-isem tal-blat

Paġna 2 minn 10 Il-Ġeografija – Is-Seba’ Sena – 2019

b. Fit-tabella t’hawn taħt ikteb it-temperatura, is-saħħa u d-direzzjoni tar-riħ li Karl u

Amy irrekordjaw fil-grawnd tal-iskola. Aqra dawn l-ammonti mill-istrumenti f’disinn 1. Ara l-eżempju.

L-ammont ta’ xita 11 mm

It-temperatura

Is-saħħa tar-riħ

Id-direzzjoni tar-riħ (6)

c. Disinn 2 hija pjanta tal-iskola ta’ Karl u Amy. Liema huwa l-aħjar post fl-iskola, mill-postijiet immarkati 1, 2, 3 u 4, fejn Karl u Amy ipoġġu l-istrumenti biex ikejlu

l-elementi tat-temp? Agħti raġuni waħda għaliex għażilt dan il-post.

Nagħżel post _______ għax ___________________________________________

_________________________________________________________________

Disinn 2

(3)

d. Fl-Uffiċċju Meteoroloġiku ta’ Ħal Luqa t-termometri jinżammu fl-ilqugħ ta’ Stevenson. Ikteb raġuni għaliex l-ilqugħ ta’ Stevenson:

(i) għandu l-persjani: ________________________________________________

_______________________________________________________________

(ii) huwa miżbugħ abjad: _____________________________________________

_______________________________________________________________ (4)

Page 3: IS- SENA IL-ĠEOGRAFIJA IL- : S...Il-Ġeografija – Is-Seba’ Sena – 2019 Paġna 7 minn 10 Mistoqsija 5 a. Disinn 5 juri s-saffi tal-blat li nsibu f’Malta. Ikteb l-isem tal-blat

Il-Ġeografija – Is-Seba’ Sena – 2019 Paġna 3 minn 10

Mistoqsija 2

a. Julia u Sean iċċekkjaw it-tbassir tat-temp għal tmiem il-ġimgħa. It-tbassir tat-temp jidher f’disinn 3. Huma ddeċidew li jmorru piknik is-Sibt. Ikteb żewġ

raġunijiet għaliex għażlu l-ġurnata tas-Sibt.

_________________________________________________________________ _________________________________________________________________

_________________________________________________________________

(4)

Disinn 3

b. Skond disinn 3, f’liema ġurnata:

(i) se jkun l-aktar qawwi r-riħ? __________________________

(ii) se tkun l-aktar sħana? __________________________

(4) c. F’liema ħin tal-ġurnata l-aktar li hemm ċans li tiġi rrekordjata l-inqas

temperatura? Ikteb raġuni waħda għat-tweġiba li tagħti.

_________________________________________________________________ _________________________________________________________________

_________________________________________________________________

(3)

Page 4: IS- SENA IL-ĠEOGRAFIJA IL- : S...Il-Ġeografija – Is-Seba’ Sena – 2019 Paġna 7 minn 10 Mistoqsija 5 a. Disinn 5 juri s-saffi tal-blat li nsibu f’Malta. Ikteb l-isem tal-blat

Paġna 4 minn 10 Il-Ġeografija – Is-Seba’ Sena – 2019

Mistoqsija 3

Il-graff f’disinn 4 turi l-medja ta’ xita li tinżel f’Malta kull xahar. Uża disinn 4 biex twieġeb il-mistoqsijiet.

Disinn 4

a. Kompli t-tabella t’hawn taħt biex turi l-medja ta’ xita li tinżel kull xahar. Ara l-eżempji.

Xahar J F M A M Ġ L A S O N D

Ammont ta’ xita (mm)

88 62 22 5 4 8 110

(5)

b. F’liema xahar l-aktar li tinżel xita? ______________________________ (1)

c. Liema hu l-aktar xahar xott? ______________________________ (1) d. Kemm tinżel xita f’Malta matul is-sena? _________________ mm (2)

Mistoqsija 4

a. Il-blat ta’ Malta huwa kollu sedimentarju. Ikteb in-numri 1 sa 3 fit-tieni kolonna tat-tabella t’hawn taħt biex tispjega kif ifforma l-blat sedimentarju ta’ Malta.

Il-blat li fforma fil-qiegħ tal-baħar ogħla ‘l fuq mill-wiċċ tal-baħar.

Ix-xmajjar mill-kontinenti tal-Ewropa u l-Afrika telqu ġebel imfarrak irqiq u ħama fil-qiegħ tal-baħar Tethys.

Wara miljuni ta’ snin dan il-ġebel imfarrak u l-ħama għaqad u sar blat.

(6)

b. Fil-blat tal-gżejjer Maltin insibu ħafna fossili. Fil-qosor spjega x’inhuma fossili u għaliex jinsabu fil-blat tal-gżejjer Maltin.

_________________________________________________________________

_________________________________________________________________

_________________________________________________________________

(4)

Page 5: IS- SENA IL-ĠEOGRAFIJA IL- : S...Il-Ġeografija – Is-Seba’ Sena – 2019 Paġna 7 minn 10 Mistoqsija 5 a. Disinn 5 juri s-saffi tal-blat li nsibu f’Malta. Ikteb l-isem tal-blat

Il-Ġeografija – Is-Seba’ Sena – 2019 Paġna 5 minn 10

Disinn 8 : Pjanta tar-raħal fejn toqgħod Martina

Uża din il-pjanta biex twieġeb mistoqsija 7.

Tifsira tal-mappa

Id-dar ta’ Martina

Ħanut tal-ħwejjeġ

Ristorant

Skola

Supermarket Bus stop

Knisja

Il-bandli

Kunsill Lokali

Page 6: IS- SENA IL-ĠEOGRAFIJA IL- : S...Il-Ġeografija – Is-Seba’ Sena – 2019 Paġna 7 minn 10 Mistoqsija 5 a. Disinn 5 juri s-saffi tal-blat li nsibu f’Malta. Ikteb l-isem tal-blat

Paġna 6 minn 10 Il-Ġeografija – Is-Seba’ Sena – 2019

Disinn 9: Mappa tal-Awstralja

Uża dan id-disinn biex twieġeb mistoqsija 8.

Page 7: IS- SENA IL-ĠEOGRAFIJA IL- : S...Il-Ġeografija – Is-Seba’ Sena – 2019 Paġna 7 minn 10 Mistoqsija 5 a. Disinn 5 juri s-saffi tal-blat li nsibu f’Malta. Ikteb l-isem tal-blat

Il-Ġeografija – Is-Seba’ Sena – 2019 Paġna 7 minn 10

Mistoqsija 5

a. Disinn 5 juri s-saffi tal-blat li nsibu f’Malta. Ikteb l-isem tal-blat it-tajjeb fit-tieni kolonna.

(i) L-ewwel saff ta’ blat li fforma fil-gżejjer Maltin.

(ii) Dan il-blat jinqata’ f’ċangaturi fil-barrieri biex nibnu d-djar.

(iii) Dan il-blat jinsab f’saff irqiq u mhux mifrux ma’ Malta kollha.

(iv) Dan is-saff huwa importanti għall-biedja għax jaħżen l-ilma fih.

(v) L-aħħar saff ta’ blat li fforma fil-gżejjer Maltin.

(10)

Disinn 5

b. Il-blat tal-gżejjer Maltin huwa blat poruż. It-Tafli huwa l-uniku blat

impermeabbli fil-gżejjer Maltin. L-erba’ saffi ta’ blat l-oħra huma blat permeabbli. Ikteb il-kliem miktub skur ħdejn it-tifsira t-tajba f’disinn 6.

Disinn 6 (6)

Page 8: IS- SENA IL-ĠEOGRAFIJA IL- : S...Il-Ġeografija – Is-Seba’ Sena – 2019 Paġna 7 minn 10 Mistoqsija 5 a. Disinn 5 juri s-saffi tal-blat li nsibu f’Malta. Ikteb l-isem tal-blat

Paġna 8 minn 10 Il-Ġeografija – Is-Seba’ Sena – 2019

Mistoqsija 6

a. Disinn 7 juri s-saffi ta’ blat li nsibu fil-wiċċ tal-gżejjer Maltin. Liema saff ta’ blat jinsab fil-wiċċ f’dawn l-irħula?

Ħ’Attard

Iż-Żejtun

Ir-Rabat (Għawdex)

Ħad-Dingli

(4) b. Liema huwa l-aktar saff ta’ blat komuni fil-wiċċ tal-gżejjer Maltin?

_________________________________________________________________

(1) c. Għaliex taħseb li ma nsibux irħula mibnija fuq is-saff tat-Tafli?

_________________________________________________________________

(2)

Disinn 7

Page 9: IS- SENA IL-ĠEOGRAFIJA IL- : S...Il-Ġeografija – Is-Seba’ Sena – 2019 Paġna 7 minn 10 Mistoqsija 5 a. Disinn 5 juri s-saffi tal-blat li nsibu f’Malta. Ikteb l-isem tal-blat

Il-Ġeografija – Is-Seba’ Sena – 2019 Paġna 9 minn 10

Mistoqsija 7

Disinn 8 f’paġna 5 juri pjanta ta’ raħal fejn toqgħod Martina. Uża disinn 8 biex twieġeb dawn il-mistoqsijiet.

a. F’liema triq toqgħod Martina? _____________________________________ (1)

b. Kemm-il knisja hemm fir-raħal fejn toqgħod Martina? _________________

(1)

c. Matul Triq ix-Xemx hemm ħafna (ristoranti, ħwienet tal-ħwejjeġ, knejjes).

(1) d. Liema hija l-iktar triq wiesgħa f’disinn 8? ____________________________

(1)

e. Fuq disinn 8, immarka bil-kulur l-iqsar rotta li Martina tieħu biex tmur mid-dar sal-Kunsill Lokali.

(2)

f. Minn liema toroq trid tgħaddi Martina biex tmur l-iskola? Ikteb fl-ordni kif se

tgħaddi minnhom.

__________________________________

__________________________________

__________________________________

(3)

g. Il-bandli jinsabu lejn (in-Nofsinhar, it-Tramuntana, il-Punent, il-Grigal) tal-ħanut

tal-ħwejjeġ. (2)

h. Fuq disinn 8 pinġi ċirku madwar is-supermarket li jinsab l-aktar viċin tad-dar ta’ Martina.

(2) i. Xi kemm hemm distanza bejn id-dar ta’ Martina u l-ħanut tal-ħwejjeġ fi Triq

il-Bebbux? (500m, 5m, 50m) (2)

j. Kejjel id-distanza dritta bejn il-bandli u l-iskola. ____________ metru.

(3)

Page 10: IS- SENA IL-ĠEOGRAFIJA IL- : S...Il-Ġeografija – Is-Seba’ Sena – 2019 Paġna 7 minn 10 Mistoqsija 5 a. Disinn 5 juri s-saffi tal-blat li nsibu f’Malta. Ikteb l-isem tal-blat

Paġna 10 minn 10 Il-Ġeografija – Is-Seba’ Sena – 2019

Mistoqsija 8

Disinn 9 f’paġna 6 juri mappa tal-Awstralja u New Zealand. Uża disinn 9 biex twieġeb dawn il-mistoqsijiet.

a. Liema linja ta’ latitudni tgħaddi minn fuq l-Awstralja?

_____________________________________

(2)

b. Semmi baħar li jinsab fuq it-Tramuntana tal-Awstralja.

_____________________________________

(2)

c. Semmi l-belt kapitali tal-Awstralja.

_____________________________________

(1)

d. Semmi belt viċin il-baħar.

_____________________________________

(1)

e. X’jisimha l-gżira li tinsab fin-Nofsinhar tal-Awstralja?

_____________________________________

(2)

f. Semmi żewġ xmajjar fl-Awstralja.

______________________________ _______________________________

(2)

g. Għalfejn taħseb li m’hemmx bliet fil-qalba tal-Awstralja?

_____________________________________

(2) _____________________________________________________________

TMIEM IL-KARTA