it-tieni Ħadd tar-randan sena b

38
It-Tieni Ħadd tar-Randan Sena B

Upload: jersey

Post on 24-Feb-2016

100 views

Category:

Documents


0 download

DESCRIPTION

It-Tieni Ħadd tar-Randan Sena B. Sena B It-Tieni Ħadd tar-Randan. Qari I Is-sagrifiċċju ta’ missierna Abraham. Ġen 22, 1-2.9a.10-13.15-18 Qari mill-Ktieb tal-Ġenesi. Sena B It-Tieni Ħadd tar-Randan. F’dak i ż - ż mien , Alla ried i ġ arrab lil Abraham u qallu : - PowerPoint PPT Presentation

TRANSCRIPT

Page 1: It-Tieni Ħadd tar-Randan Sena B

It-Tieni Ħaddtar-Randan

Sena B

Page 2: It-Tieni Ħadd tar-Randan Sena B

Qari IIs-sagrifiċċju ta’ missierna Abraham.Ġen 22, 1-2.9a.10-13.15-18

Qari mill-Ktieb tal-Ġenesi.

Sena B It-Tieni Ħadd tar-Randan

Page 3: It-Tieni Ħadd tar-Randan Sena B

Dan jgħid il-Mulej:«La tiftakrux iżjed fi ġrajjiet l-imgħoddi;la taħsbux fuq dak li ġara qabel.

F’dak iż-żmien, Alla ried iġarrab lil Abraham u qallu: «Abraham!»U hu wieġbu: «Hawn jien!»

Sena B It-Tieni Ħadd tar-Randan

Page 4: It-Tieni Ħadd tar-Randan Sena B

U qallu: «Aqbad lil ibnek il-waħdieni,li inti tħobb, lil Iżakk; u mur lejn l-art ta’ Morija, u hemm offrih b’sagrifiċċju tal-ħruq fuq waħda mill-għoljiet li jien se ngħidlek.»

Sena B It-Tieni Ħadd tar-Randan

Page 5: It-Tieni Ħadd tar-Randan Sena B

U waslu fil-post li kien semmielu Alla. U Abraham medd idu U qabad is-sikkina biex joqtol lil ibnu.

Sena B It-Tieni Ħadd tar-Randan

Page 6: It-Tieni Ħadd tar-Randan Sena B

U sejjaħlu l-anġlu tal-Mulejmis-smewwiet u qallu: «Abraham, Abraham!» U dan wieġbu: «Hawn jien.»

Sena B It-Tieni Ħadd tar-Randan

Page 7: It-Tieni Ħadd tar-Randan Sena B

U qallu:«La tmiddx idek fuq iż-żagħżugħ u tagħmillu ebda ħsara; għax issa naf li inti tibża’ minn Alla, u ma ċaħħadtnix minn ibnek il-waħdieni.»

Sena B It-Tieni Ħadd tar-Randan

Page 8: It-Tieni Ħadd tar-Randan Sena B

U Abraham rafa’ għajnejh, ta ħarsa madwaru, u ra muntun warajhmaqbud minn qrunu fil-friegħi.

Sena B It-Tieni Ħadd tar-Randan

Page 9: It-Tieni Ħadd tar-Randan Sena B

U Abraham mar u qabad il-muntun,u offrieh b’sagrifiċċju tal-ħruq minflok ibnu.

Sena B It-Tieni Ħadd tar-Randan

Page 10: It-Tieni Ħadd tar-Randan Sena B

U għat-tieni darba l-anġlu tal-Mulej sejjaħ lil Abraham mis-smewwiet u qallu:

Sena B It-Tieni Ħadd tar-Randan

Page 11: It-Tieni Ħadd tar-Randan Sena B

«Naħlef fuq ruħi - oraklu tal-Mulej - la darba int għamilt ħaġa bħal din, u ma ċaħħadtnix minn ibnek il-waħdieni,

Sena B It-Tieni Ħadd tar-Randan

Page 12: It-Tieni Ħadd tar-Randan Sena B

«jien imbierkek żgur u nkattarlek sewwa lil nislek bħall-kwiekeb tas-sema u bħar-ramel f’xatt il-baħar;

Sena B It-Tieni Ħadd tar-Randan

Page 13: It-Tieni Ħadd tar-Randan Sena B

«u nislek għad jiret bwieb l-għedewwa tiegħu. U jitbierku b’nislek il-ġnus kollha tal-art talli smajt minn kelmti.»

Sena B It-Tieni Ħadd tar-Randan

Page 14: It-Tieni Ħadd tar-Randan Sena B

Il-Kelma tal-Mulej.

℟. Irroddu ħajr lil Alla.

Sena B It-Tieni Ħadd tar-Randan

Page 15: It-Tieni Ħadd tar-Randan Sena B

Salm Responsorjali

Salm 115 (116), 10.15-19

℟. Jien nimxi quddiem il-Mulej f’art il-ħajjin.

Sena B It-Tieni Ħadd tar-Randan

Page 16: It-Tieni Ħadd tar-Randan Sena B

Bqajt nemmen, imqar meta għedt:«Jien imdejjaq ħafna!»Għażiża f’għajnejn il-Mulejhi l-mewt tal-ħbieb tiegħu.

Sena B It-Tieni Ħadd tar-Randan

Page 17: It-Tieni Ħadd tar-Randan Sena B

℟.Jien nimxi quddiem il-Mulej f’art il-ħajjin.

Sena B It-Tieni Ħadd tar-Randan

Page 18: It-Tieni Ħadd tar-Randan Sena B

Iva, Mulej, jien qaddej tiegħek,jien qaddej tiegħek, bin il-qaddejja tiegħek.Int ħallejtli l-irbit tiegħi.Lilek noffri sagrifiċċju ta’ radd il-ħajr,u isem il-Mulej insejjaħ.

Sena B It-Tieni Ħadd tar-Randan

Page 19: It-Tieni Ħadd tar-Randan Sena B

℟.

Jien nimxi quddiem il-Mulej f’art il-ħajjin.

Sena B It-Tieni Ħadd tar-Randan

Page 20: It-Tieni Ħadd tar-Randan Sena B

Intemm lill-Mulej il-wegħdiet tiegħi,quddiem il-poplu tiegħu kollu,fil-btieħi ta’ dar il-Mulej,ġo nofsok, Ġerusalemm!

Sena B It-Tieni Ħadd tar-Randan

Page 21: It-Tieni Ħadd tar-Randan Sena B

℟.

Jien nimxi quddiem il-Mulej f’art il-ħajjin.

Sena B It-Tieni Ħadd tar-Randan

Page 22: It-Tieni Ħadd tar-Randan Sena B

Qari IIAlla lanqas lil Ibnu stess ma ħelisha.Rum 8, 31b-34

Qari mill-Ittra ta’ San Pawl Appostlulir-Rumani

Sena B It-Tieni Ħadd tar-Randan

Page 23: It-Tieni Ħadd tar-Randan Sena B

Ħuti, jekk Alla hu magħna min jista’ jkun kontra tagħna?

Sena B It-Tieni Ħadd tar-Randan

Page 24: It-Tieni Ħadd tar-Randan Sena B

Hu, li lanqas lil Ibnu stess ma ħafirha, imma tah għalina lkoll, kif ma jagħtiniex ukoll kollox miegħu?

Sena B It-Tieni Ħadd tar-Randan

Page 25: It-Tieni Ħadd tar-Randan Sena B

Min se jakkuża l-magħżulin ta’ Alla? Alla stess hu dak li jiġġustifikahom.

Sena B It-Tieni Ħadd tar-Randan

Page 26: It-Tieni Ħadd tar-Randan Sena B

Min se jikkundannahom? Kristu Ġesù li miet, jew aħjar, li qam mill-imwiet, jinsab fuq il-lemin ta’ Alla, hu li jidħol għalina.

Sena B It-Tieni Ħadd tar-Randan

Page 27: It-Tieni Ħadd tar-Randan Sena B

Il-Kelma tal-Mulej.

℟. Irroddu ħajr lil Alla.

Bilwieqfa

Sena B It-Tieni Ħadd tar-Randan

Page 28: It-Tieni Ħadd tar-Randan Sena B

Glorja u tifħir lilek Kristu. ℟. Glorja u tifħir lilek Kristu. Mk 9, 7

Minn ġos-sħaba kollha dawl instama’ leħen il-Missier jgħid:«Dan hu Ibni l-għażiż, li fih sibt l-għaxqa tiegħi, isimgħu lilu.»℟. Glorja u tifħir lilek Kristu.

Sena B It-Tieni Ħadd tar-Randan

Page 29: It-Tieni Ħadd tar-Randan Sena B

EvanġeljuDan hu Ibni l-għażiż.Mk 9, 2-10

Qari mill-Evanġeljuskont San Mark.

Sena B It-Tieni Ħadd tar-Randan

Page 30: It-Tieni Ħadd tar-Randan Sena B

F’dak iż-żmien,Ġesù ħa miegħu lil Pietru u lil Ġakbu u lil Ġwanni,tellagħhom weħidhom fuq muntanja għolja, u tbiddel quddiemhom.

Sena B It-Tieni Ħadd tar-Randan

Page 31: It-Tieni Ħadd tar-Randan Sena B

Ilbiesu sar abjad u jgħammex b’dija tal-għaġeb: ebda ħassiel fid-dinja ma jista’ jġib il-ħwejjeġ bojod daqshekk. U dehrilhom Elija ma’ Mosè, jitkellmu ma’ Ġesù.

Sena B It-Tieni Ħadd tar-Randan

Page 32: It-Tieni Ħadd tar-Randan Sena B

Qabad Pietru u qal lil Ġesù: «Mgħallem, kemm hu sew li aħna hawn!Ħa ntellgħu tliet tined, waħda għalik, waħda għal Mosè, u waħda għal Elija.»

Sena B It-Tieni Ħadd tar-Randan

Page 33: It-Tieni Ħadd tar-Randan Sena B

Dan qalu għax ma kienx jaf x’jaqbad jgħid bil-biża’ kbir li waqa’ fuqhom.

Sena B It-Tieni Ħadd tar-Randan

Page 34: It-Tieni Ħadd tar-Randan Sena B

Imbagħad ġiet sħaba u għattiethom, u minn ġos-sħaba nstama’ leħen jgħid: «Dan hu Ibni l-għażiż, isimgħu lilu.»

Sena B It-Tieni Ħadd tar-Randan

Page 35: It-Tieni Ħadd tar-Randan Sena B

Minnufih taw ħarsa madwarhom, u ma raw lil ħadd iżjed magħhom ħlief lil Ġesù waħdu.

Sena B It-Tieni Ħadd tar-Randan

Page 36: It-Tieni Ħadd tar-Randan Sena B

Huma u neżlin minn fuq il-muntanja, tahom ordni biex ma jitkellmuma’ ħadd fuq li kienu raw qabel ma Bin il-bniedem ikun qam mill-imwiet.

Sena B It-Tieni Ħadd tar-Randan

Page 37: It-Tieni Ħadd tar-Randan Sena B

Huma żammew kollox moħbi, iżda bdew jistaqsu lil xulxin x’kien ifisser tqum mill-imwiet.

Sena B It-Tieni Ħadd tar-Randan

Page 38: It-Tieni Ħadd tar-Randan Sena B

Il-Kelma tal-Mulej.

℟. Tifħir lilek Kristu.

Bilqiegħda

Sena B It-Tieni Ħadd tar-Randan