it-tmien leĠislatura laqgħa numru 17

5
Il-Kunsill Lokali ta’ Birkirkara - Birkirkara Local Council MINUTI Laqgħa tal-Kunsill Lokali BIRKIRKARA IT-TMIEN LEĠISLATURA Laqgħa Numru 17 20 ta’ Awwissu 2020 Il-Kunsilli Lokali BIRKIRKARA ltaqa’ fis-sala tal-Kunsill Lokali Birkirkara fi Triq Tumas Fenech, Birkirkara, fil-5.00 ta’ filgħaxija. PREŻENTI: Joanne Debono Grech – Sindku Karl Cutajar – Viċi Sindku Justin Schembri - Kunsillier Nancy Aquilina – Kunsillier Rita Borg – Kunsillier Kaylocke Buhagiar – Kunsillier Antoine Attard - Kunsillier Owen Patrick Attard - Kunsillier Deborah Mifsud - Kunsillier John Mizzi – Kunsillier Marie Claire Zammit Bonello – Kunsillier Francis Pullicino - Kunsillier Jimmy JM Calleja - Kunsillier ASSENTI b’APOLOĠIJI Skont Ordni Permanenti 14A (3): Ħadd UFFIĊJAL PREŻENTI: Carmel Attard – Segretarju Eżekuttiv Fil-bidu tal-laqgħa kienu preżenti l-Kunsilliera eletti s-Sinjuri Joanne Debono Grech, Karl Cutajar, Justin Schembri, Nancy Aquilina, Rita Borg, Kaylocke Buhagiar, Antoine Attard, Owen Patrick Attard, John Mizzi, Marie Claire Zammit Bonello, Francis Pullicino u Jimmy JM Calleja. Preżenti għal parti mil-laqgħa kien hawn is-Sur Adrian Mifsud, Chairman tal-bord tal-intervisti, kif ukoll Is Sur Anthony Sammut, Is Sur Klement Gauci, Perit Aldo Caruana f’isem il-Big Ben Group.

Upload: others

Post on 02-Apr-2022

6 views

Category:

Documents


0 download

TRANSCRIPT

Page 1: IT-TMIEN LEĠISLATURA Laqgħa Numru 17

Il-Kunsill Lokali ta’ Birkirkara - Birkirkara Local Council

MINUTI

Laqgħa tal-Kunsill Lokali BIRKIRKARA

IT-TMIEN LEĠISLATURA

Laqgħa Numru 17

20 ta’ Awwissu 2020 Il-Kunsilli Lokali BIRKIRKARA ltaqa’ fis-sala tal-Kunsill Lokali Birkirkara fi Triq Tumas Fenech, Birkirkara, fil-5.00 ta’ filgħaxija. PREŻENTI: Joanne Debono Grech – Sindku Karl Cutajar – Viċi Sindku Justin Schembri - Kunsillier Nancy Aquilina – Kunsillier Rita Borg – Kunsillier Kaylocke Buhagiar – Kunsillier Antoine Attard - Kunsillier Owen Patrick Attard - Kunsillier Deborah Mifsud - Kunsillier John Mizzi – Kunsillier Marie Claire Zammit Bonello – Kunsillier Francis Pullicino - Kunsillier Jimmy JM Calleja - Kunsillier ASSENTI b’APOLOĠIJI Skont Ordni Permanenti 14A (3): Ħadd UFFIĊJAL PREŻENTI: Carmel Attard – Segretarju Eżekuttiv Fil-bidu tal-laqgħa kienu preżenti l-Kunsilliera eletti s-Sinjuri Joanne Debono Grech, Karl Cutajar, Justin Schembri, Nancy Aquilina, Rita Borg, Kaylocke Buhagiar, Antoine Attard, Owen Patrick Attard, John Mizzi, Marie Claire Zammit Bonello, Francis Pullicino u Jimmy JM Calleja. Preżenti għal parti mil-laqgħa kien hawn is-Sur Adrian Mifsud, Chairman tal-bord tal-intervisti, kif ukoll Is Sur Anthony Sammut, Is Sur Klement Gauci, Perit Aldo Caruana f’isem il-Big Ben Group.

Page 2: IT-TMIEN LEĠISLATURA Laqgħa Numru 17

2 of 5 | P a ġ n a

Minuti tal-Kunsill Lokali BIRKIRKARA – 8- 17

17.1 Qari ta’ l-ittri ta’ apoloġiji

17.1.1 Il-laqgħa tal-Kunsill fetħet fil-ħamsa ta’ filgħaxija. Is-Sindku s-Sinjura Joanne Debono Grech fetħet il-laqgħa bit-talba. 17.1.2 Is-Segretarju Eżekuttiv qal li ma kienx irċieva ittri ta’ apoloġiji. 17.2 Kunsiderazzjoni u Approvazzjoni ta’ Minuti 17.2.1 Il-minuti tal-laqgħa numru 16 ġew imqassma u ttieħdu bħala moqrija 17.2.2 Il-Kunsillier is-Sur Justin Schembri rrefera għal item 16.3.25. Huwa qal illi xtaq jispjega għax forsi fl-email ma setgħax jispjega sew. Huwa qal illi f’dik il-blokka ta’ Triq is-Sisla joqogħdu madwar 26 familja u l-familji jpoġġu ż-żibel kollu wara tabella fuq il-ħamrija kif ilhom jagħmlu biex anke jekk iqattru l-boroż ma jħammġux il-bankina. Però kien hemm xi gwardjani li tawhom ċitazzjoni. Is-Sur Schembri saqsa jekk tistax tinstab xi soluzzjoni amikevoli. Hu qal li kieku minnu titneħħa t-tabella. Il-Kunsillier is-Sa. Deborah Mifsud daħlet fil-kamra fil-5.10pm. 17.2.3 Is-Sindku s-Sinjura Joanne Debono Grech qalet li jekk jitħallew joħorġu żibel mhux wara l-bieb tagħhom allura noħolqu preċedent u rridu nċedu lil kulħadd. Il-Kunsillier is-Sur Owen Patrick Attard qal illi l-punt tiegħu hu li suppost iż-żibel joħroġ ftit biss qabel u ma nistgħux nagħmlu eċċezzjonijiet mal-liġijiet għax inkella rridu nagħmluha ma’ kulħadd, speċjalment issa li qed inneħħu l-iskips. Jew nagħmluha għal ħadd jew għal kulħadd. Is-Sindku qalet li din is-sitwazzjoni ma tinsabx hawnhekk biss imma f’postijiet oħra bħal per eżempju wara l-Eurosport. Il-Kunsillier is-Sur Kaylocke Buhagiar qal illi jekk se nħallu lin-nies jitfgħu l-boroż taż-żibel fil-ħamrija, ħa jimtlew is-soft areas kollha żibel. 17.2.4 Il-minuti ġew approvati nem. con fuq mozzjoni tal-Viċi Sindku s-Sur Karl Cutajar issekondat mill-Kunsillier is-Sa. Rita Borg. 17.3 Kommunikazzjoni mis-Sindku 17.3.1 Is-Sindku s-Sa. Joanne Debono Grech qalet li minħabba l-imxija tal-coronavirus, din is-sena mhux se jitqassmu r-rigali lill-anzjani minħabba restrizzjonijet fid-djar ta’ l-anzjani. 17.3.2 Is-Segretarju Eżekuttiv qal illi ltaqa’ mad-diretturi tal-APS u se nkunu qed naqilbu kollox ma’ l-APS biex nevitaw l-ispejjeż li qed jinponi l-BOV li wkoll mhux jaċċetta muniti. Minn naħa tal-APS ma hemmx dawn ir-restrizzjonijiet. Ma kienx hemm oġġezzjoni. 17.3.3. Daħlu fil-kamra rappreżentanti tal-grupp Big Ben msemmija iktar qabel li se jagħmlu żvilupp fil-bye pass Dun Karm ħdejn SCAN. Dan l-iżvilupp jinsab f’żona ta’ żvilupp u se jkun jikkonsisti f’parti kummerċjali mill-bye pass (supermarket u uffiċini) u parti residenzjali minn Triq Jannara. Se jkun hemm ukoll parking ta’ 4 sulari taħt l-art. Iż-żona in kwistjoni tiflaħ 5 sulari bini imma sa issa applikaw għal 3. Huma qalu wkoll li se jiltaqgħu mar-residenti (2 familji) tal-madwar

Page 3: IT-TMIEN LEĠISLATURA Laqgħa Numru 17

3 of 5 | P a ġ n a

Minuti tal-Kunsill Lokali BIRKIRKARA – 8- 17

biex ukoll jispjegawlhom il-proġett però mhux se jostakolawhom. Bħala car park se jkun simili għal dak tal-Furjana u jesa’ madwar 300 karozza, li nofshom se jkunu allokati għall-ħaddiema. 17.3.4 Il-Kunsillier is-Sur Antoine Attard saqsa jekk sarx risk assessment. L-iżviluppaturi qalu li qed isir wieħed fil-preżent li eventwalment jgħaddi lill-Planning Authority. Waqt il-covid ma setgħax isir minħabba li ma kienx hemm it-traffiku tas-soltu. 17.3.5 Il-Kunsillier is-Sur Kaylocke Buhagiar saqsa minn fejn se jidħol it-traffiku kummerċjali. Ir-rapprezentanti tal-Big Ben qalu li dawn mhux se jgħaddu minn fuq ir-residenti. 17.3.6 Il-Kunsillier is-Sa. Marie Claire Zammit Bonello saqsiet lil fejn se joħorġu l-klijenti. Dawn se jibdew joħorġu fis-service road u mhux dritt ġol-bye pass. 17.4 Mistoqsijiet mill-Kunsilliera 17.4.1 Il-Kunsillier is-Sa. Deborah Mifsud saqsiet dwar l-iżvilupp fi Triq Torri Wejter u jekk il-perit iltaqax mar-residenti. Ma jidhirx li tali laqgħa saret u s-Segretarju se jiċċekkja mal-Perit Bugeja li hu responsabbli mill-proġett. 17.4.2 Il-Kunsillier is-Sur Antoine Attard saqsa dwar it-tender tat-trasport periferali. Is-Segretarju qal li t-tender ħarġet għat-tieni darba. Jekk ma jitfagħha ħadd wara tliet darbiet il-vettura tista’ tinxtara bi kwotazzjonijiet. L-istess kunsillier saqsa dwar il-laqgħa li kellha ssir dwar devoluzzjoni mas-Sa. Marisa Pisani. Din għadha ma saritx. 17.4.3 Is-Segretarju Eżekuttiv qal illi l-ġemellaġġ ma’ Quartù Santa Elena ġie approvat formalment. 17.4.4 Il-Kunsillier is-Sur Justin Schembri saqsa dwar id-Dar ta’ l-Anzjani fi Triq Ganu għax ma smajna xejn u anke s-sinjal tneħħa. Is-Sindku qalet li ma smajna xejn aktar u talbet lis-Segretarju jiċċekkja. 17.4.5 Il-Kunsillier is-Sur Justin Schembri saqsa dwar l-art quddiem Jason Auto Dealer. Is-Segretarju qal illi ktibna lil-Lands imma għad m’għandniex risposta. Huwa fakkar ukoll dwar l-istejġ tal-bye-pass ħdejn il-Banka tal-Lottu. Jekk tkun bil-qegħda fl-istejġ ma tistax tara l-karozza tal-linja ġejja. Is-Sindku qalet li se tiċċekkja ma’ min tista’ titkellem. 17.4.6 Il-Kunsillier is-Sur Justin Schembri qal li kien diżappuntat illi l-iskema tal-community policing ma saritx f’Birkirkara. Is-Segretarju qal li se nkunu fil-batch li jmiss. 17.4.7 Il-Kunsillier is-Sa. Marie Claire Zammit Bonello saqsiet dwar l-iskema tal-ġbir tal-ħġieġ u jekk Birkirkara hix se tidħol fl-iskema li biex jinġabarlek il-ħġieġ trid toħorġu fil-bin. Is-Sindku s-Sinjura Joanne Debono Grech qalet li din se ssir ma’ Malta kollha. Hija saqsiet lil Greenpak x’se jiġri fl-isqaqien. Is-Sindku qalet li s-Segretarju kien qed jiftiehem mal-kollettur biex fl-isqaqien xorta joħorġu l-ħġieġ ġol-kartun u l-ewwel jinġabar il-ħġieġ biss u mbagħad jinġabar il-kartun. B’hekk ma jkunx hemm taħwid ta’ bins. 17.4.8 Il-Kunsillier is-Sur Francis Pullicino qal illi rċevejna ittra mingħand l-Aġenzija Sapport u dawn saqsewna x’nistgħu noffru f’Birkirkara lil persuni b’diżabiltà eż play grounds. Is-Sindku qalet li l-areas

Page 4: IT-TMIEN LEĠISLATURA Laqgħa Numru 17

4 of 5 | P a ġ n a

Minuti tal-Kunsill Lokali BIRKIRKARA – 8- 17

tagħna diġà huma aċċessibbli. Rigward is-Sala tal-Kunsill din tista’ tingħatalhom jekk ma jkunx hemm booking diġà minħabba li hemm spejjeż li rridu nirkuprawhom. 17.4.9 Il-Kunsillier is-Sur Francis Pullicino qal li n-networking ma’ l-Aġenzija Appoġġ għadu għaddej però hemm diffikultà għax dawn jiltaqgħu filgħodu. Is-Sindku qaltlu jwaqqaf jekk ma jsirux filgħaxija. L-istess Kunsillier ta update dwar BKR Radio. 17.4.10 Il-Viċi Sindku s-Sur Karl Cutajar qal li għandu lmenti dwar Ġnien Stazzjon. Is-Sindku qaltlu li ma jistax ikun għax il-Ġnien miżmum sew. Is-Sindku talbitu r-ritratti ħalli neżaminaw is-sitwazzjoni. Hemmhekk jinkines tliet darbiet fil-ġimgħa. Il-Kunsillier is-Sur Justin Schembri faħħar l-istaff li qed jieħu ħsieb is-soft areas fi Triq Psaila. 17.4.11 Il-Viċi Sindku s-Sur Karl Cutajar qal illi Infrastructure Malta qed tagħmel green walls u saqsa jistgħux isiru Birkirkara wkoll. Is-Sindku s-Sinjura Joanne Debono Grech qalet li green wall mhux la kemm taqbad u tagħmlu u trid taħsiblu għal manutenzjoni regolari. Il-flus li qed noħorġu għat-tisqija huma diġà kbar ħafna. 17.5 Xiri ta’ gazzetti - update 17.5.1 Is-Segretarju Eżekuttiv qal li l-gazzetti ordnajnihom mingħand Miller bid-delivery. Hu qal li se jkollna spiża ta’ 236euro fis-sena għal delivery apparti l-prezz tal-gazzetti nfushom. Hu qal ukoll li se jibda jżomm il-gazzetti għal ġimgħa. Waqt din id-diskussjoini inqala’ battibekk fuq l-argument tal- laqgha tax xahar ta qabel, fejn regghu issemmew il metodi ta xiri tal gazzetti precedent u kullhadd ghadda l kummenti tieghu. 17.6 Attivitajiet sospiżi minħabba covid - 19 17.6.1 Minħabba l-imxija tal-coronavirus, ġiet imħassra l-attività ta’ Charles and Ron. 17.7 Tenders 17.7.1 Is-Segretarju Eżekuttiv qal illi t-tender tad-dwal estern ġie mirbuh minn Calleja. 17.8 Rapport ta’ Interview Skala 16 p/time 17.8.1 Iċ-chairman tal-bord is-Sur Adrian Mifsud qal li l-Bord iltaqa’ ma’ applikanta waħda fit-30 ta’ Lulju. Wara intervista, il-bord iħoss li għandu jirrakomandaha lill-applikanta, is-Sa. Jessica Martin għal dan l-impjieg. Ma kienx hemm mistoqsijiet u r-rakkomandazzjoni tal-bord intlaqgħet nem. con. Fis-6.15pm ħareġ mill-kamra l-Kunsillier is-Sur Kaylocke Buhagiar. 17.9 Kunsiderazzjoni u Approvazzjoni tal-iskeda ta’ pagamenti 14/8 u Petty Cash 14/8 17.9.1 Is-Segretarju Eżekuttiv ressaq l-iskeda tal-pagamanti u petty cash. Dwar il-petty cash, Il-kunsillier is-Sur Owen Patrick Attard ressaq il-proposta u s-Sur JM Calleja issekondathom. Ma kienx hemm oġġezzjonijiet u ġew approvati b’mod unanimu. L-istess ġara dwar l-iskeda tal-pagamenti

Page 5: IT-TMIEN LEĠISLATURA Laqgħa Numru 17

5 of 5 | P a ġ n a

Minuti tal-Kunsill Lokali BIRKIRKARA – 8- 17

fejn il-proponent kien il-Kunsillier is-Sa. Rita Borg u s-sekondant il-Kunsillier is-Sa. Deborah Mifsud. Ma kienx hemm oġġeżżjonijiet u mistoqsijiet, il-finanzi għaddew b’mod unanimu. 17.10 Tmiem tal-Laqgħa u data tas-seduta li jmiss 17.10.1 Il-laqgħa ntemmet fis-6.23pm u ġiet aġġornata għas-7 ta’ Settembru fis-6pm Konfermati, illum 20 ta’ Awwissu 2020. IFFIRMATI Joanne Debono Grech Carmel Attard Sindku Segretarju Eżekuttiv