it-tweĠiba ta’ alla: ĠesỪ kristu
DESCRIPTION
www.ofm.org.mt. IT-TWEĠIBA TA’ ALLA: ĠESỪ KRISTU. L-EWWEL QARI Qari mill-Ktieb tal-Ġenesi Ġen 12, 1-4a. F’dak iż-żmien: Il-Mulej qal lil Abram; “Itlaq minn artek, minn għand il-familja tiegħek u minn dar missierek, lejn l-art li jien nurik. - PowerPoint PPT PresentationTRANSCRIPT
IT-TWEĠIBA TA’ ALLA: ĠESỪ KRISTU
www.ofm
.org.mt
L-EWWEL QARI
Qari mill-Ktieb tal-
Ġenesi
Ġen 12, 1-4a
F’dak iż-żmien: Il-Mulej qal lil Abram; “Itlaq minn artek,
minn għand il-familja tiegħek u
minn dar missierek, lejn l-art li jien nurik.
U nagħmel minnek ġens kbir u nbierkek, u
nkabbarlek ismek, u inti tkun ta’ barka.
U nbierek lil min ibierkek, u nisħet lil
min jisħtek,
u bis-saħħa tiegħek ikunu
mberkin il-ġnus kollha ta’ l-art.” U telaq
Abram kif qallu l-Mulej.
Il-Kelma tal-Mulej
Inroddu ħajr lil Alla
SALM RESPONSORJ
ALISalm 32
Ħa tkun it-tjieba
tiegħek fuqna, Mulej.
Sewwa hi l-kelma tal-Mulej,
kull ma għamel kollu fedeltà;
iħobb is-sewwa u l-ġustizzja,
u t-tjieba tal-Mulej imliet l-art.
R/.
Ħa tkun it-tjieba
tiegħek fuqna, Mulej.
Araw, għajnejn il-Mulej fuq dawk li jibżgħu
minnu,fuq dawk li jittamaw
fit-tjieba tiegħu,biex jeħilsilhom mill-
mewt ħajjithom,u jħallihom igħixu fi
żmien il-ġuħ.
R/.
Ħa tkun it-tjieba
tiegħek fuqna, Mulej.
Ruħna tixxennaq għall-Mulej,
hu l-għajnuna u t-tarka tagħna.
Ħa tkun it-tjieba tiegħek fuqna, Mulej,
kif fik hi t-tama tagħna.
R/.
Ħa tkun it-tjieba
tiegħek fuqna, Mulej.
IT-TIENI QARI
Qari mit-Tieni Ittra
ta’ San Pawl
Appostlu lil Timotju
2 Tim, 1, 8b-10
Għażiż: Bati miegħi għall-Evanġelju, u afda fil-
qawwa ta’ Alla,
li salvana u sejħilna b’sejħa qaddisa,
mhux għax qies l-
egħmejjel tagħna,
imma skond il-pjan tiegħu nnifsu, u skond il-grazzja mogħtija lilna fi Kristu Ġesù sa minn dejjem,
imma li ntweriet issa permezz tad-dehra tas-Salvatur tagħna Ġesù
Kristu,
li qered il-mewt u wera
fid-dawl il-ħajja u l-
immortalità permezz ta’ l-Evanġelju.
Il-Kelma tal-Mulej
Inroddu ħajr lil Alla
Glorja u tifħir lilek, Kristu!
Fi sħaba kollha dawl, leħen il-Missier
instema’:Dan hu Ibni l-għażiż;
isimgħu lilu.
Glorja u tifħir lilek, Kristu!
L-EVANĠELJU
Qari mill-Evanġelju
ta’ San Mattew
Mt 17, 1-9
F’dak iż-żmien: Ġesù ħa miegħu ‘l Pietru u ‘l
Ġakbu u ‘l ħuh Ġwanni weħidhom,
tellagħhom fuq muntanja għolja, u
tbiddel quddiemhom.
Wiċċu sar jiddi bħax-xemx, u
lbiesu sar abjad bħad-
dawl. U dehrulhom Mosè u Elija
jitħaddtu miegħu.
Qabeż Pietru u qal
lil Ġesù: “Mulej,
kemm hu sew li aħna
hawn!
Jekk trid, intella’ hawn tliet tined, waħda għalik, waħda għal Mosè u waħda għal Elija.”
Kif kien għadu
jitkellem, sħaba kollha
dawl għattiethom, u minn ġos-
sħaba nstema’ leħen
jgħid:
“Dan hu Ibni l-għażiż, li fih sibt il-għaxqa
tiegħi; isimgħu lilu.”
Id-dixxipli, kif semgħu dan, waqgħu wiċċhom fl-art, mimlijin bil-biża’.
Ġesù resaq lejhom,
messhom u qalilhom: “Qumu,
tibżgħux.”
Huma refgħu għajnejhom u ma raw ’il ħadd ħlief ’il Ġesù
waħdu.
Huma u niżlin minn
fuq il-muntanja,
Ġesù ordnalhom u qalilhom:
“Tgħidu lil ħadd b’din id-dehra sa ma Bin il-bniedem ikun qam
mill-imwiet.”
Il-Kelma tal-Mulej
It-tifħir lilek Kristu
IT-TWEĠIBA TA’ ALLA: ĠESỪ KRISTU
www.ofm
.org.mt