ittraĦbar - publicservice.gov.mt · Ħarġa nru 17 - settembru 2019 maĦruĠa mill-uffiĊĊju...

7
ITTRAĦBAR Ħarġa Nru 17 - Settembru 2019 MAĦRUĠA MILL-UFFIĊĊJU TAS-SEGRETARJU PERMANENTI EWLIENI IL-ĠIMGĦA GĦAS-SERVIZZ PUBBLIKU 2019, DIN IS-SENA SER TINKLUDI BOSTA ATTIVITAJJIET, FOSTHOM Konferenza annwali għall-kapijiet tas-Servizz Pubbliku 20.09 Għoti ta’ Quality Awards għall-ewwel darba 27.09 Ftuħ bla ħlas ta’ mużewijiet u siti storiċi ta‘ Heritage Malta 21.09 Attivitajiet għall-familja mid-Dipartiment tad-Dwana 22.09 u fl-Għammieri 29.09 Laqgħat għall-klijenti tas-Servizz Pubbliku 23/25/27/29.09 Parata u kunċert mill-Banda tal-Forzi Armati ta’ Malta u l-Banda tal-Pulizija 28.09 Wirja mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili 28.09 Żjarat fit-toroq u ċ-ċisterni taħt il-Belt Valletta 28/29.09 Kelmtejn mill-Kap tas-Servizz Pubbliku Ħafna huma dawk li jabbinaw ix-xhur tas-sajf mal-vaganzi. Żmien li fih nieħdu l-opportunità biex inħarsu lejn xi rnexxielna niksbu minn dak li ppjanajna għas-sena kif ukoll nibdew inħejju għall-pjan li jmiss. Dan huwa dak li ser ikompli jagħmel is-Servizz Pubbliku fil-ġimgħat li ġejjin. L-aħħar kwart tas-sena jġib miegħu l-pubblikazzjoni li tittratta t-twettiq tal-miżuri tal-Baġit, din id-darba għall-2019, kif ukoll it-tfassil ta’ miżuri ġodda għall-2020 li jinkludu miżuri tal-Baġit, miżuri li jgħinu fir-reviżjoni tal-proċessi u tnaqqis fil-burokrazija u key performance indicators, fost l-oħrajn. Dan ma jfissirx li l-miżuri kurrenti li jinsabu fil-proċess ta’ implimentazzjoni jitwarrbu, iżda jibqgħu jiġu segwiti sakemm jitwettqu. Għat-tieni sena konsekuttiva wkoll, is-Servizz Pubbliku se jippubblika t-tweġiba tiegħu għar-rakkomandazzjonijiet li għamel l-Ombudsman fir-rapport annwali tiegħu. Din hija turija oħra ta’ governanza li s-Servizz Pubbliku jħaddan. L-ippjanar u t-twettiq fis-Servizz Pubbliku jibqgħu fuq nett tal-aġenda. Pjani ċari l fejn irridu naslu biex verament nersqu Lejn Servizz ta’ Eċċellenza, li għal din is-sena ser timmarka t-tema prinċipali tal-Ġimgħa għas-Servizz Pubbliku 2019. Minbarra diversi attivitajiet għalik bħala klijent intern kif ukoll oħrajn li ser tkun tista’ tgawdi mal-familja tiegħek, il-Ġimgħa għas-Servizz Pubbliku 2019 se tinkludi l-għoti ta’ rikonoxximent għall-ewwel darba, permezz ta’ Quality Award, lil dawk id-dipartimenti li jeċċellaw fil-mod kif iwasslu s-servizzi tagħhom. EĊĊELLENZA LEJN SERVIZZ TA’

Upload: others

Post on 24-Sep-2020

19 views

Category:

Documents


0 download

TRANSCRIPT

Page 1: ITTRAĦBAR - publicservice.gov.mt · Ħarġa Nru 17 - Settembru 2019 MAĦRUĠA MILL-UFFIĊĊJU TAS-SEGRETARJU PERMANENTI EWLIENI IL-ĠIMGĦA GĦAS-SERVIZZ PUBBLIKU 2019, DIN IS-SENA

ITTRAĦBAR Ħarġa Nru 17 - Settembru 2019

MAĦRUĠAMILL-UFFIĊĊJU

TAS-SEGRETARJUPERMANENTI

EWLIENI

IL-ĠIMGĦA GĦAS-SERVIZZ PUBBLIKU 2019, DIN IS-SENA SER TINKLUDI BOSTA ATTIVITAJJIET, FOSTHOM

• Konferenza annwali għall-kapijiet tas-Servizz Pubbliku 20.09

• Għoti ta’ Quality Awards għall-ewwel darba 27.09

• Ftuħ bla ħlas ta’ mużewijiet u siti storiċi ta‘ Heritage Malta 21.09

• Attivitajiet għall-familja mid-Dipartiment tad-Dwana 22.09

u fl-Għammieri 29.09

• Laqgħat għall-klijenti tas-Servizz Pubbliku 23/25/27/29.09

• Parata u kunċert mill-Banda tal-Forzi Armati ta’ Malta u l-Banda tal-Pulizija 28.09

• Wirja mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili 28.09

• Żjarat fit-toroq u ċ-ċisterni taħt il-Belt Valletta 28/29.09

Kelmtejn mill-Kap tas-Servizz Pubbliku

Ħafna huma dawk li jabbinaw ix-xhur tas-sajf mal-vaganzi. Żmien li fih nieħdu l-opportunità biex inħarsu lejn xi rnexxielna niksbu minn dak li ppjanajna għas-sena kif ukoll nibdew inħejju għall-pjan li jmiss. Dan huwa dak li ser ikompli jagħmel is-Servizz Pubbliku fil-ġimgħat li ġejjin.

L-aħħar kwart tas-sena jġib miegħu l-pubblikazzjoni li tittratta t-twettiq tal-miżuri tal-Baġit, din id-darba għall-2019, kif ukoll it-tfassil ta’ miżuri ġodda għall-2020 li jinkludu miżuri tal-Baġit, miżuri li jgħinu fir-reviżjoni tal-proċessi u tnaqqis fil-burokrazija u key performance indicators, fost l-oħrajn. Dan ma jfissirx li l-miżuri kurrenti li jinsabu fil-proċess ta’ implimentazzjoni jitwarrbu, iżda jibqgħu jiġu segwiti sakemm jitwettqu. Għat-tieni sena konsekuttiva wkoll, is-Servizz Pubbliku se jippubblika t-tweġiba tiegħu għar-rakkomandazzjonijiet li għamel l-Ombudsman fir-rapport annwali tiegħu. Din hija turija oħra ta’ governanza li s-Servizz Pubbliku jħaddan.

L-ippjanar u t-twettiq fis-Servizz Pubbliku jibqgħu fuq nett tal-aġenda. Pjani ċari ’l fejn irridu naslu biex verament nersqu Lejn Servizz ta’ Eċċellenza, li għal din is-sena ser timmarka t-tema prinċipali tal-Ġimgħa għas-Servizz Pubbliku 2019. Minbarra diversi attivitajiet għalik bħala klijent intern kif ukoll oħrajn li ser tkun tista’ tgawdi mal-familja tiegħek, il-Ġimgħa għas-Servizz Pubbliku 2019 se tinkludi l-għoti ta’ rikonoxximent għall-ewwel darba, permezz ta’ Quality Award, lil dawk id-dipartimenti li jeċċellaw fil-mod kif iwasslu s-servizzi tagħhom.EĊĊELLENZA

LEJN SERVIZZ TA’

Page 2: ITTRAĦBAR - publicservice.gov.mt · Ħarġa Nru 17 - Settembru 2019 MAĦRUĠA MILL-UFFIĊĊJU TAS-SEGRETARJU PERMANENTI EWLIENI IL-ĠIMGĦA GĦAS-SERVIZZ PUBBLIKU 2019, DIN IS-SENA

EĊĊELLENZALEJN SERVIZZ TA’

ITTRAĦBAR www.publicservice.gov.mt

Din is-sena wkoll se tkun qed tittella’ l-Ġimgħa għas-Servizz Pubbliku, li ssir kemm biex inħarsu lejn dak li rnexxielna nwettqu u biex inħejju għall-ġejjieni, iżda wkoll biex nirrikonoxxu inizjattivi u ħidma distinta, filwaqt li niltaqgħu mal-idejn tas-Servizz Pubbliku. Se jkun hemm attivitajiet għall-familja kollha li għalihom kulħadd huwa mistieden.

Il-Ġimgħa għas-Servizz Pubbliku tiftaħ nhar il-Ġimgħa 20 ta’ Settembru

BIL-KONFERENZA ANNWALI GĦALL-KAPIJIET TAS-SERVIZZ PUBBLIKU

20

L-għada s-Sibt 21 ta’ Settembru,

HERITAGE MALTA SE TIFTAĦ BLA ĦLAS IL-MUŻEWIJIET U S-SITI STORIĊI TAGĦHA KOLLHA GĦALL-PUBBLIKUħlief l-Ipoġew u l-Forti Sant’Iermu

ATTIVITAJIET GĦALL-FAMILJA KOLLHA SE JIĠU ORGANIZZATI MID-DIPARTIMENT TAD-DWANA

f’Xatt Lascaris, Il-Belt Valletta, il-Ħadd 22 ta’ Settembru

21

22

Se jsiru diversi

LAQGĦAT GĦALL-KLIJENTI TAS-SERVIZZ PUBBLIKUbiex dawn jagħtu l-fehmiet tagħhom dwar is-servizz li jingħataw fl-oqsma tal-artiġjanat, l-għaqdiet volontarji, ix-xiri pubbliku, il-kunsilli lokali, il-biedja u servizz.gov. Il-laqgħat se jsiru fit-23, fil-25, fis-27 u fid-29 ta’ Settembru

23 2527 29

Page 3: ITTRAĦBAR - publicservice.gov.mt · Ħarġa Nru 17 - Settembru 2019 MAĦRUĠA MILL-UFFIĊĊJU TAS-SEGRETARJU PERMANENTI EWLIENI IL-ĠIMGĦA GĦAS-SERVIZZ PUBBLIKU 2019, DIN IS-SENA

ITTRAĦBAR www.publicservice.gov.mt

L-għodwa tas-Sibt 28 ta’ Settembru

SE TKUN IDDEDIKATA LILL-KORPI DIXXIPLINATI, b’parata u kunċert mill-Banda tal-Forzi Armati ta’ Malta u l-Banda tal-Pulizija fi Pjazza San Ġorġ, Il-Belt Valletta, fejn se ssir ukoll esibizzjoni mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili u d-Diviżjoni tal-Manutenzjoni u t-Tindif

Bħala parti mill-Ġimgħa għas-Servizz Pubbliku 2019, il-pubbliku se jkollu wkoll

L-OPPORTUNITÀ LI JISKOPRI T-TOROQ U Ċ-ĊISTERNI LI HEMM MOĦBIJIN TAĦT IL-BELT VALLETTA u li se jinfetħu bla ħlas nhar is-Sibt 28 u l-Ħadd 29 ta’ Settembru

28

Se ssir ukoll

ĠURNATA TA’ ATTIVITAJIET GĦALL-FAMILJA KOLLHA

FL-GĦAMMIERI nhar il-Ħadd 29 ta’ Settembru

29

Dawn huma biss ftit mill-avvenimenti li qed jiġu organizzati waqt il-Ġimgħa għas-Servizz Pubbliku ta’ din is-sena. Attivitajiet oħra jinkludu fost oħrajn ċerimonji ta’ għoti ta’ rikonoxximenti, konferenza dwar is-servizzi offruti mill-Employee Support Programme, seminar dwar id-diġitalizzazzjoni tas-Servizzi Pubbliċi u l-intelliġenza artifiċjali, u ċerimonja ta’ gradwazzjoni għal uffiċjali li segwew korsijiet fl-Istitut għas-Servizzi Pubbliċi.

Segwi l-paġna ta’ Facebook tas-Servizz Pubbliku għal aktar dettalji dwar il-Ġimgħa għas-Servizz Pubbliku 2019

EĊĊELLENZALEJN SERVIZZ TA’

Page 4: ITTRAĦBAR - publicservice.gov.mt · Ħarġa Nru 17 - Settembru 2019 MAĦRUĠA MILL-UFFIĊĊJU TAS-SEGRETARJU PERMANENTI EWLIENI IL-ĠIMGĦA GĦAS-SERVIZZ PUBBLIKU 2019, DIN IS-SENA

ITTRAĦBAR www.publicservice.gov.mt

L-Amministrazzjoni Pubblika tagħti t-tweġiba tagħha għar-rapport tal-Awditur Ġenerali

• Għar-raba’ sena konsekuttiva, l-Amministrazzjoni Pubblika ppubblikat it-tweġiba tagħha għar-rapport tal-Awditur Ġenerali, liema tweġiba tkopri s-sena finanzjarja 2017

• Fir-rapport tiegħu, l-Awditur Ġenerali elenka 192 rakkomandazzjoni li minnhom l-Amministrazzjoni Pubblika laqgħet 172, jew 90%

• Minn dawn ir-rakkomandazzjonijiet ġew identifikati 332 azzjoni li minnhom ġew implimentati 78%

• Għall-ewwel darba din is-sena, l-Amministrazzjoni Pubblika wieġbet ukoll għal rapporti oħra tal-Awditur Ġenerali ppubblikati fl-2018, li kienu jinkludu 6 rapporti dwar Performance Audits, 5 investigazzjonijiet u audit dwar l-Informazzjoni Teknoloġika

Is-Segretarju Permanenti Ewlieni, is-Sur Mario Cutajar,ippreżenta l-pubblikazzjoni Governance Action on the Annual Report by NAO on Public Accounts 2017 and other NAO reports 2018 lill-Awditur Ġenerali, is-Sur Charles Deguara

Seminar b’kollaborazzjoni mal-Qorti Ewropea tal-Awdituri

• Is-Segretarju Permanenti Ewlieni, is-Sur Mario Cutajar, tkellem dwar il-ħtieġa li jsiru standards li jirregolaw il-ħidma ta’

istituzzjonijiet parlamentari u biex dawn l-istess istituzzjonijiet iħarsu aktar lejn l-isfidi tal-ġejjieni fl-Amministrazzjoni Pubblika filwaqt li jinvolvu ruħhom fid-diskussjoni dwarhom

• Is-Sur Cutajar kien qed jindirizza seminar bit-tema Supreme Audit Institutions: How can they influence Governments to address Citizens’ Concerns, li ġie organizzat b’mod konġunt mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Verifika u l-Qorti Ewropea tal-Awdituri (ECA)

• Id-diskors prinċipali f’dan is-seminar sar mill-membru Malti fl-ECA, is-Sur Leo Brincat, li tkellem dwar kif iċ-ċittadini ordinarji huma l-istakeholders ewlenin tal-Unjoni Ewropea u l-kwistjonijiet li jħassbuhom għandhom jingħataw prijorità

GOVERNANCE ACTION

on the National Audit O�ce’s Annual Report 2017

Page 5: ITTRAĦBAR - publicservice.gov.mt · Ħarġa Nru 17 - Settembru 2019 MAĦRUĠA MILL-UFFIĊĊJU TAS-SEGRETARJU PERMANENTI EWLIENI IL-ĠIMGĦA GĦAS-SERVIZZ PUBBLIKU 2019, DIN IS-SENA

5ĊENTRI

REĠJONALI

4ĊENTRI

SPEĊJALIZZATI

Freephone 153medja ta’ 48,000 telefonata fix-xahar

ITTRAĦBAR www.publicservice.gov.mt

Sa mit-twaqqif tagħha fl-2015, l-aġenzija servizz.gov rat li tiffaċilita l-għoti tas-servizzi governattivi biex tiffranka l-iskariġġ liċ-ċittadin.

- Raħal Ġdid - Birkirkara- Il-Qawra- Ħal Qormi (l-aktar ċentru mfittex miċ-ċittadin)- Il-Birgu

servizz.gov ser ikun qed jiftaħ aktar ċentri reġjonali fiż-żmien li ġej.

[email protected] ta’ 500 imejl fix-xahar

Maltappstniżżlet 5,000 darba fl-ewwel 6 xhur ta’ din is-sena

- Edu servizz.gov- Taxpayer Service servizz.gov (l-aktar ċentru mfittex miċ-ċittadin)- Ċentru Servizz Familja servizz.gov- Business 1st

servizz.gov.mtjaċċessawh aktar minn 42,000 ċittadin fix-xahar

maltapps

Page 6: ITTRAĦBAR - publicservice.gov.mt · Ħarġa Nru 17 - Settembru 2019 MAĦRUĠA MILL-UFFIĊĊJU TAS-SEGRETARJU PERMANENTI EWLIENI IL-ĠIMGĦA GĦAS-SERVIZZ PUBBLIKU 2019, DIN IS-SENA

ITTRAĦBAR www.publicservice.gov.mt

Wara t-twaqqif tal-Istitut għas-Servizzi Pubbliċi fl-2016, bl-Università ta’ Malta u l-MCAST bħala sħab strateġiċi tiegħu, għat-tielet sena konsekuttiva l-Istitut għas-Servizzi Pubbliċi nieda l-prospectus għas-sena akkademika l-ġdida li tkopri l-2019/2020.

• Is-Servizz Pubbliku ngħata unur ieħor, din id-darba permezz ta’ premju li ntrebaħ mill-Ministeru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima

• Il-premju jirrikonoxxi l-eċċellenza fl-implimentazzjoni fejn jidħlu l-miri stabbiliti għall-iżvilupp sostenibbli

• Il-premju ngħata għall-ewwel darba lill-pajjiżi żgħar li jagħmlu parti mill-Commonwealth

• Dan il-premju jingħaqad ma’ oħrajn miksuba fl-aħħar snin, u fil-fatt jimmarka l-11-il award mirbuħ mis-Servizz Pubbliku mill-2013 ’l hawn

Unur ieħor li jirrikonoxxi l-eċċellenza fis-Servizz Pubbliku

Il-prospectus jinkludi numru ta’ korsijiet indirizzati għal diversi kategoriji fis-Servizz Pubbliku, fosthom dawk fi gradi industrijali.

Fil-prospectus 2019/2020 wieħed isib informazzjoni dwar korsijiet akkademiċi li qed jiġu organizzati flimkien mal-Università ta’ Malta kif ukoll l-MCAST, li jinkludu Degree u Masters programme f’diversi suġġetti.

Inħeġġuk tkompli tkattar l-għarfien tiegħek fis-Servizz Pubbliku!

PE

Shaping a Public ServiceCulture towards a Service of Excellence

PS

PTU

2019.2020

SPROC

Aktar informazzjoni dwar il-prospectus 2019/2020 tal-Istitut għas-Servizzi Pubbliċi tista’ tiġi aċċessata minn

Page 7: ITTRAĦBAR - publicservice.gov.mt · Ħarġa Nru 17 - Settembru 2019 MAĦRUĠA MILL-UFFIĊĊJU TAS-SEGRETARJU PERMANENTI EWLIENI IL-ĠIMGĦA GĦAS-SERVIZZ PUBBLIKU 2019, DIN IS-SENA

Public Servicepublicservice.gov.mt

Employment Opp�tunitiesrecruitment.gov.mt

Public Officers’ [email protected]

UFFIĊĊJU TAS-SEGRETARJU PERMANENTI EWLIENIUFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU

My Personal Ki�kmypersonalkiosk.gov.mt

Government Intranetintra.gov.mt

ITTRAĦBAR www.publicservice.gov.mt

4 e [email protected] t 2200 1489 f www.facebook.com/ServizzPubbliku

4 PILASTRI TAS-SERVIZZ TA’ KWALITÀ

1. VUĊINisimgħu lill-klijenti u ma niddejqux nisimgħu l-kritika għas-servizz li noffru u l-ideat li jkollhom kif intejbu s-servizzgħalihom. Naraw l-ideat li l-klijenti jwasslulna u nsaħħu l-iskema ta’ ideat li jiġu minn fost l-impjegati.

2. DISINNNiffurmaw policies u proċessi li jilħqu l-livelli mixtieqa mill-klijenti.

3. PAKKETTDelivery - Servizz f’waqtu, ta’ livell u faċli li jilħaq u jintlaħaq.

4. KONTABILITÀIl-qofol ta’ servizz onesthu li jagħti garanzija ta’ onestà. Kontabilità tfisser ukoll lealtà lejn il-klijent li jagħmel użu mis-servizz li nagħtu li tissarraf u tkun manifestata f’dawn l-istess prinċipji bażiċi li rridu nħaddmu.

www.idea.gov.mt