ittraĦbar · ittraĦbar is-servizz pubbliku hu kburi bil-fatt li hu employer mudell fejn jidħlu...

8
ITTRAĦBAR Ħarġa Nru 11 - Marzu 2018 MAĦRUĠA MILL-UFFIĊĊJU TAS-SEGRETARJU PERMANENTI EWLIENI (it-tieni post), il-kura tas-saħħa (it-tielet post), u s-sistema tal-pensjoni tal-istat (is-seba’ post). Dan huwa rikonoxximent ieħor għall-ħidma kbira li twettqet tul dawn l-aħħar ħames snin fis-Servizz Pubbliku. Ħidma li ġiet rikonoxxuta wkoll bil-fatt li f’Novembru li għadda servizz.gov rebaħ il-premju internazzjonali Service Design Award. Barra minn hekk, f’Novembru 2017 ukoll, il-Kummissjoni Ewropea, permezz tar-rapport eGovernment Benchmark Report 2017, ikklassifikat lil pajjiżna fl-ewwel post minn fost il-pajjiżi kollha tal-Unjoni Ewropea f’dawk li huma servizzi onlajn. Ir-riżultati tal-European Quality of Life Survey huma ċertifikat mill-aqwa għas-Servizz Pubbliku u l-aktar rikonoxximent riċenti minn sensiela ta’ rikonoxximenti li ngħata s-Servizz Pubbliku f’dawn l-aħħar xhur. F’dan l-istħarriġ, ibbażat fuq tagħrif miġbur fl-2016, Malta kklassifikat fit-tielet post f’dak li għandu x’jaqsam mal-perċezzjoni tal-kwalità fis-servizzi pubbliċi, b’rating medju ta’ 7.1. Qabilha ġew il-Lussemburgu, b’rating medju ta’ 7.7, il-Finlandja u l-Awstrija b’rating medju ta’ 7.3 kull wieħed. L-istħarriġ iffoka fuq numru ta’ oqsma fis-servizzi pubbliċi, fosthom servizzi ta’ childcare (fejn Malta ġiet fl-ewwel post), is-sistema edukattiva (it-tieni post), servizzi ta’ kura fit-tul (it-tieni post), il-housing soċjali ĊERTIFIKAT MILL-AQWA GĦAS-SERVIZZ PUBBLIKU MILL-EUROPEAN QUALITY OF LIFE SURVEY

Upload: others

Post on 23-Sep-2020

3 views

Category:

Documents


0 download

TRANSCRIPT

Page 1: ITTRAĦBAR · ITTRAĦBAR Is-Servizz Pubbliku hu kburi bil-fatt li hu employer mudell fejn jidħlu miżuri għal bilanċ aħjar bejn ix-xogħol u l-familja. F’sena waħda, mas-7000

ITTRAĦBAR Ħarġa Nru 11 - Marzu 2018

MAĦRUĠAMILL-UFFIĊĊJU

TAS-SEGRETARJUPERMANENTI

EWLIENI

(it-tieni post), il-kura tas-saħħa (it-tielet post), u s-sistema tal-pensjoni tal-istat (is-seba’ post).Dan huwa rikonoxximent ieħor għall-ħidma kbira li twettqet tul dawn l-aħħar ħames snin fis-Servizz Pubbliku. Ħidma li ġiet rikonoxxuta wkoll bil-fatt li f’Novembru li għadda servizz.gov rebaħ il-premju internazzjonali Service Design Award. Barra minn hekk, f’Novembru 2017 ukoll, il-Kummissjoni Ewropea, permezz tar-rapport eGovernment Benchmark Report 2017, ikklassifikat lil pajjiżna fl-ewwel post minn fost il-pajjiżi kollha tal-Unjoni Ewropea f’dawk li huma servizzi onlajn.

Ir-riżultati tal-European Quality of Life Survey huma ċertifikat mill-aqwa għas-Servizz Pubbliku u l-aktar rikonoxximent riċenti minn sensiela ta’ rikonoxximenti li ngħata s-Servizz Pubbliku f’dawn l-aħħar xhur.F’dan l-istħarriġ, ibbażat fuq tagħrif miġbur fl-2016, Malta kklassifikat fit-tielet post f’dak li għandu x’jaqsam mal-perċezzjoni tal-kwalità fis-servizzi pubbliċi, b’rating medju ta’ 7.1. Qabilha ġew il-Lussemburgu, b’rating medju ta’ 7.7, il-Finlandja u l-Awstrija b’rating medju ta’ 7.3 kull wieħed.

L-istħarriġ iffoka fuq numru ta’ oqsma fis-servizzi pubbliċi, fosthom servizzi ta’ childcare (fejn Malta ġiet fl-ewwel post), is-sistema edukattiva (it-tieni post), servizzi ta’ kura fit-tul (it-tieni post), il-housing soċjali

ĊERTIFIKAT MILL-AQWA GĦAS-SERVIZZ PUBBLIKU MILL-EUROPEAN QUALITY OF LIFE SURVEY

Page 2: ITTRAĦBAR · ITTRAĦBAR Is-Servizz Pubbliku hu kburi bil-fatt li hu employer mudell fejn jidħlu miżuri għal bilanċ aħjar bejn ix-xogħol u l-familja. F’sena waħda, mas-7000

Servizz.gov intgħażel biex ikun fost il-finalisti fl-MCA eBusiness Awards 2017. Dawn il-premjijiet jingħataw kull sena mill-Awtorità Maltija għall-Komunikazzjoni (MCA) fi tmien kategoriji differenti.

Servizz.gov huwa finalist fil-kategorija għall-Aqwa Inizjattiva ta’ eGovernment. F’din il-kategorija tiġi ppremjata dik l-inizjattiva li, fil-fehma tal-ġurija, tuża t-teknoloġija tal-informatika u l-komunikazzjoni bl-aħjar mod biex ittejjeb l-interazzjoni bejn il-Gvern u

firxa wiesgħa ta’ stakeholders – sew jekk ċittadini, entitajiet jew gvernijiet oħra.

Servizz.gov huwa waħda mill-inizjattivi li ttieħdu f’dawn l-aħħar snin bħala parti mill-proċess ta’ tiġdid kontinwu għas-Servizz Pubbliku. L-għan ta’ din l-inizjattiva huwa li s-servizzi governattivi jitqarrbu kemm jista’ jkun lejn il-klijent, b’tali mod li dan isib is-servizzi miġburin f’post wieħed u li dawn is-servizzi jkunu aċċessibbli minn kullimkien 24 siegħa kuljum.

SERVIZZ.GOV FINALIST FL-MCA eBUSINESS AWARDS 2017

ITTRAĦBAR www.publicservice.gov.mt

Page 3: ITTRAĦBAR · ITTRAĦBAR Is-Servizz Pubbliku hu kburi bil-fatt li hu employer mudell fejn jidħlu miżuri għal bilanċ aħjar bejn ix-xogħol u l-familja. F’sena waħda, mas-7000

ITTRAĦBAR www.publicservice.gov.mt

Is-Servizz Pubbliku hu kburi bil-fatt li hu employer mudell fejn jidħlu miżuri għal bilanċ aħjar bejn ix-xogħol u l-familja. F’sena waħda, mas-7000 ħaddiem qed jibbenefikaw minn dawn il-miżuri.

L-istatistika għas-sena 2017 turi li t-total ta’ impjegati li bbenefikaw mill-miżuri f’dik is-sena kien jammonta għal 6,889.

Minn dawn, 5,373 (78%) huma nisa u 1,516 (22%) huma rġiel. L-aktar miżura utilizzata hija t-Teleworking, li bbenefikaw minnha 1,059 mara u 175 raġel, jiġifieri total ta’ 1,234.

Ir-relazzjonijiet industrijali fis-Servizz Pubbliku huma f’saħħithom ħafna wkoll, kif jixhed il-fatt li mill-2013 ’l hawn ġew konklużi 44 ftehim fis-Servizz Pubbliku. Barra minn hekk, għaddejjin taħditiet fuq diversi ftehimiet oħra. Il-miżuri favur il-familja, ir-relazzjonijiet industrijali u diversi temi oħra ġew diskussi f’kollokju bejn l-amministrazzjoni pubblika u l-unjins li sar fl-aħħar ta’ Frar.

Matul il-kollokju tqanqlu bosta punti interessanti li se jservu bħala pedament biex wieħed ikompli jibni fuqhom fiż-żmien li ġej.

MAS-7000 ĦADDIEM FIS-SERVIZZ PUBBLIKU JIBBENEFIKAW MINN MIŻURI FAVUR IL-FAMILJA FL-2017

Fost oħrajn, saret preżentazzjoni dwar studju xjentifiku li sar u li minnu rriżulta li l-ħaddiema fis-settur pubbliku jieħdu biss jum wieħed ta’ sick leave fis-sena aktar mill-ħaddiema fis-settur privat meta tqabbel like with like.

Fil-fatt jirriżulta li l-ħaddiema fis-settur privat jieħdu medja ta’ 2.6 ġranet ta’ sick leave fis-sena filwaqt li dawk fis-settur pubbliku jieħdu medja ta’ 3.6 ġranet.

Page 4: ITTRAĦBAR · ITTRAĦBAR Is-Servizz Pubbliku hu kburi bil-fatt li hu employer mudell fejn jidħlu miżuri għal bilanċ aħjar bejn ix-xogħol u l-familja. F’sena waħda, mas-7000

Business 1st huwa eżempju ta’ kif is-sistema ta’ silos fis-Servizz Pubbliku tista’ tiġi eliminata. Fil-fatt hawnhekk insibu sħubija interna bejn il-Malta Enterprise u d-dipartimenti tal-gvern, b’diversi dipartimenti u entitajiet rappreżentati taħt l-istess saqaf.

Fil-ġimgħat li ġejjin se jingħaqad magħhom uffiċċju tad-Dipartiment tat-Taxxi Interni, filwaqt li għaddejjin taħditiet mal-Awtorità tat-Turiżmu u ma’ Transport

Malta biex sa tmiem din is-sena Business 1st isservi bħala fergħa għal dawn l-entitajiet ukoll.

Business 1st qed ikompli jgħin biex il-burokrazija żejda għan-negozjanti titnaqqas drastikament, wara li diġà ttieħdu passi biex min jixtieq jiftaħ negozju jkollu biss formola 1 x’jimla, minn 22 kif kienu qabel, u jistenna biss massimu ta’ 3 ijiem, minn minimu ta’ xahrejn kif kienet is-sitwazzjoni qabel. Għaddejja ħidma wkoll biex jitwaqqaf Business Portal li jiggwida lin-negozjanti tul il-proċess kollu tat-twaqqif ta’ negozju ġdid, biex b’hekk il-klijent ikollu one-stop-shop reali kif ukoll wieħed onlajn.

ITTRAĦBAR www.publicservice.gov.mt

Business 1st beda l-operat tiegħu fuq nota pożittiva ħafna, tant li fl-ewwel sitt xhur mill-ftuħ ta’ dan il-one-stop-shop għan-negozjanti fl-Imrieħel, kien hemm mal-5,500 klijent li għamlu kuntatt miegħu.

SUĊĊESS GĦAL BUSINESS 1st FL-EWWEL XHUR WARA LI TWAQQAF

ĠIMGĦA GĦAS-SERVIZZ PUBBLIKU 2018

18 - 26 ta’ Mejju

Page 5: ITTRAĦBAR · ITTRAĦBAR Is-Servizz Pubbliku hu kburi bil-fatt li hu employer mudell fejn jidħlu miżuri għal bilanċ aħjar bejn ix-xogħol u l-familja. F’sena waħda, mas-7000

IS-SERVIZZ PUBBLIKU JIEĦU SEHEM FIL-CAREERS EXPO

ITTRAĦBAR www.publicservice.gov.mt

Dan l-aħħar is-Servizz Pubbliku ħa sehem fil-Careers and Research Expo 2018, imtellgħa mill-KSU fl-Università ta’ Malta.

Din l-attività tat opportunità lil bosta studenti biex isiru jafu aktar dwar prospetti għall-karriera tagħhom wara li jiggradwaw.

Minbarra stand b’materjal viżiv u stampat, fejn uffiċjali pubbliċi ltaqgħu ma’ studenti u wieġbu l-mistoqsijiet li għamlulhom, fl-aħħar jum tal-Expo saret attività partikolari.

F’din l-attività, li kellha t-titlu The ‘S’ Word, l-istudenti saru jafu dwar xi wħud mir-rwoli ta’ ħtieġa u importanza li jwettaq is-Servizz Pubbliku. Iżda mhux biss. Raw ukoll li l-uċuħ wara dawn ir-rwoli huma nies pjuttost żgħażagħ li diġà laħqu tarġa għolja fit-tmexxija. B’hekk setgħu jifhmu li karriera fis-Servizz Pubbliku toffri wkoll lok għal avvanz għal min jieħu l-karriera tiegħu bis-serjetà. L-isem The ‘S’ Word intgħażel proprju biex iwassal il-messaġġ ta’ kemm hu meħtieġ li jkun hemm min jibqa’ jagħti servizz u, iktar minn hekk, li jagħżel li jagħmel il-karriera tiegħu għas-servizz tal-pajjiż u tal-pubbliku.

Page 6: ITTRAĦBAR · ITTRAĦBAR Is-Servizz Pubbliku hu kburi bil-fatt li hu employer mudell fejn jidħlu miżuri għal bilanċ aħjar bejn ix-xogħol u l-familja. F’sena waħda, mas-7000

ITTRAĦBAR www.publicservice.gov.mt

AKTAR SERVIZZI AĊĊESSIBBLI MINN FUQ IL-MOWBAJL

Wara t-tnedija tal-ewwel 21 mobile app fl-2017, is-Servizz Pubbliku kompla l-ħidma tiegħu biex iżid is-servizzi governattivi aċċessibbli minn fuq il-mowbajl. Din il-ħidma wasslet għat-tnedija tal-ewwel 10 siti li llum saru kompatibbli u jistgħu jiġu aċċessati minn fuq il-mowbajl 24/7.

Dawn is-servizzi jistgħu jiġu aċċessati minn Maltapps. Fost is-servizzi li wieħed jista’ jaċċessa mis-siti l-ġodda hemm il-benefit calculator, in-National Trademark Register, Childcare u s-sit tas-Servizz Pubbliku

www.publicservice.gov.mt

Ma’ dan kollu, kompliet il-ħidma wkoll fuq is-simplifikazzjoni fil-formolarju tal-Gvern. Servizz li jista’

jiġi aċċessat minn www.servizz.gov.mt u li jkopri madwar 800 servizz onlajn

Il-formoli preżentament aċċessibbli minn www.servizz.gov.mt qed jinqalbu minn format pdf għal wieħed elettroniku (eforms) biex il-klijent tas-Servizz Pubbliku jingħata l-faċilità li jimla l-formola dirett onlajn u jissottomettiha mingħajr il-ħtieġa li jipprintjaha u jibgħat kopja lid-dipartiment konċernat jew imur personalment fil-one-stop-shops reġjonali, servizz.gov.

Dan il-proċess hu ppjanat li jitlesta matul din is-sena. Il-ħidma tas-Servizz Pubbliku tkompli sabiex il-klijent jingħata l-aqwa servizz 24/7.

Page 7: ITTRAĦBAR · ITTRAĦBAR Is-Servizz Pubbliku hu kburi bil-fatt li hu employer mudell fejn jidħlu miżuri għal bilanċ aħjar bejn ix-xogħol u l-familja. F’sena waħda, mas-7000

Ir-rispons tal-uffiċjali pubbliċi għall-One-Stop-Shop li twaqqaf apposta għalihom fi ħdan il-People & Standards Division kien wieħed inkoraġġanti. Fil-fatt minn Novembru 2017, meta twaqqaf, sal-aħħar ta’ Frar kien hemm madwar 150 uffiċjal pubbliku li għamlu kuntatt mal-One-Stop-Shop għall-Uffiċjali Pubbliċi għal informazzjoni, gwida u kjarifiki li kienu jinħtieġu.

Mat-twaqqif tiegħu, il-One-Stop-Shop ingħata wkoll ir-rwol ta’ helpdesk għall-uffiċjali pubbliċi biex jaċċessaw is-servizzi tal-Grievances Board, li ġie stabbilit fuq bażi permanenti biex jindirizza inġustizzji allegatament imwettqa fil-konfront ta’ uffiċjali pubbliċi.

Dr Joyce Cassar, is-Segretarju Permanenti (People & Standards) fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru, li taħt ir-responsabbiltà tagħha jaqa’ l-One-Stop-Shop għall-Uffiċjali Pubbliċi, qalet li l-kummenti dwar dan is-servizz ġdid huma pożittivi ħafna.

ITTRAĦBAR www.publicservice.gov.mt

RISPONS INKORAĠĠANTI MILL-UFFIĊJALI PUBBLIĊI GĦALL-ONE-STOP-SHOPLI TWAQQAF GĦALIHOM

“Bil-One-Stop-Shop għall-Uffiċjali Pubbliċi, qed nuru b’mod tanġibbli li tassew qed inqiegħdu lill-impjegati tagħna fiċ-ċentru tal-operat tagħna. L-uffiċjali li jaċċessaw is-servizz qed jiġu kkunsidrati bħala klijenti regolari u s-servizz qed jingħatalhom bl-istess professjonalità u kortesija li bihom jinqdew klijenti esterni. It-talbiet jiġu indirizzati minnufih u kollox hu marbut b’timeframes biex nassiguraw li minbarra li s-servizz ikun ta’ kwalità għolja, jingħata wkoll mingħajr dewmien.”

Ta’ min ifakkar li l-uffiċjali pubbliċi għandhom ukoll għad-dispożizzjoni tagħhom tliet pubblikazzjonijiet li jiggwidawhom fil-qadi ta’ dmirijiethom. Il-pubblikazzjonijiet jittrattaw il-proċeduri li l-aktar jiġu bżonn l-uffiċjali pubbliċi; linji gwida għall-uffiċjali pubbliċi fil-qadi ta’ dmirijiethom; u l-bilanċ bejn ix-xogħol, il-ħajja u l-familja.

Il-pubblikazzjonijiet issibhom hawn

Page 8: ITTRAĦBAR · ITTRAĦBAR Is-Servizz Pubbliku hu kburi bil-fatt li hu employer mudell fejn jidħlu miżuri għal bilanċ aħjar bejn ix-xogħol u l-familja. F’sena waħda, mas-7000

4 e [email protected] t 2200 1489 f www.facebook.com/ServizzPubbliku

4 PILASTRI TAS-SERVIZZ TA’ KWALITÀ

1. VUĊINisimgħu lill-klijenti u ma niddejqux nisimgħu l-kritika għas-servizz li noffru u l-ideat li jkollhom kif intejbu s-servizzgħalihom. Naraw l-ideat li l-klijenti jwasslulna u nsaħħu l-iskema ta’ ideat li jiġu minn fost l-impjegati.

2. DISINNNiffurmaw policies u proċessi li jilħqu l-livelli mixtieqa mill-klijenti.

3. PAKKETTDelivery - Servizz f’waqtu, ta’ livell u faċli li jilħaq u jintlaħaq.

4. KONTABILITÀIl-qofol ta’ servizz onest u li jagħti garanzija ta’ onestà. Kontabilità tfisser ukoll lealtà lejn il-klijent li jagħmel użu mis-servizz li nagħtu li tissarraf u tkun manifestata f’dawn l-istess prinċipji bażiċi li rridu nħaddmu.

SENSIELA TA’ SEMINARS BIT-TEMA “IPPJANAR U TWETTIQ”

ITTRAĦBAR www.publicservice.gov.mt

Fil-bidu ta’ Frar ta’ din is-sena ngħata bidu għal sensiela ta’ seminars bit-tema “Ippjanar u Twettiq”. Dawn huma seminars konġunti li qed isiru bejn l-Uffiċċju tas-Segretarju Permanenti Ewlieni u l-Ministeri rispettivi.

S’issa saru seminars mal-Ministeru għall-Edukazjoni u x-Xogħol, mal-Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar, u mal-Ministeru għas-Saħħa. Is-seminars se jkomplu jinfirxu fost il-Ministeri kollha.

Dawn is-seminars huma parti mill-ħidma li qed issir biex titneħħa s-sistema ta’ silos li tradizzjonalment kien jaħdem biha s-Servizz Pubbliku, fejn kull dipartiment jaħdem maqtugħ mill-bqija.

Dan l-iżolament ixekkel il-kwalità tas-servizz u għalhekk għaddejja ħidma li se twassal biex ikun hemm kordinazzjoni aħjar bejn id-dipartimenti, fost oħrajn permezz ta’ trasferiment aktar faċli ta’ informazzjoni.

Is-seminars li qed isiru fil-fatt għandhom l-għan li jgħinu biex l-istrateġija tal-amministrazzjoni pubblika tkun magħrufa minn kulħadd u taħdem b’mod ħolistiku. B’hekk kull impjegat fis-Servizz Pubbliku jkun jaf eżatt liema huma l-miri li jridu jintlaħqu u ż-żmien li jirrikjedi t-twettiq tagħhom.