jannar 2013 numru 98 - ms.maltadiocese.orgms.maltadiocese.org/website/2013/flimkien/1... ·...

32
Jannar 2013 Numru 98 Editorjal 3 • Il-kelma tal-Arçisqof 5 • To the margins of the Church 5 Is-Sena tal-Fidi 6 • Stejjer ta’ fidi 7 • Ni©bdu ˙abel wie˙ed 9 Fil-politika ma naqblux 10 • Tistenna s-sentenza 13 • Who am I? 18 Qarrejja 21 • Sehem mill-wirt 23 • G˙asafar tax-xitwa 25 • Log˙ob 27 Tfal 29 • How much I must criticize you, my Church! 30

Upload: others

Post on 20-Jul-2020

46 views

Category:

Documents


0 download

TRANSCRIPT

Page 1: Jannar 2013 Numru 98 - ms.maltadiocese.orgms.maltadiocese.org/WEBSITE/2013/FLIMKIEN/1... · Flimkien, Kulle©© tal-Kappillani, Kurja, Il-Furjana Email: flimkien@maltadiocese.org

Jan

nar

201

3 N

um

ru 9

8

Editorjal 3 • Il-kelma tal-Arçisqof 5 • To the margins of the Church 5Is-Sena tal-Fidi 6 • Stejjer ta’ fidi 7 • Ni©bdu ˙abel wie˙ed 9 Fil-politika ma naqblux 10 • Tistenna s-sentenza 13 • Who am I? 18 Qarrejja 21 • Sehem mill-wirt 23 • G˙asafar tax-xitwa 25 • Log˙ob 27 Tfal 29 • How much I must criticize you, my Church! 30

Page 2: Jannar 2013 Numru 98 - ms.maltadiocese.orgms.maltadiocese.org/WEBSITE/2013/FLIMKIEN/1... · Flimkien, Kulle©© tal-Kappillani, Kurja, Il-Furjana Email: flimkien@maltadiocese.org

L-ART IMQADDSA U L-ÆORDAN

Il-prezzijiet kollha huma bbaÿati fuq tqassim tripla/twin, full board u huma nkluÿi Titjiriet, Lukanda, Trasferimenti, servizzi ta’ Tour Leader, Direttur Spiritwali u t-Taxxi (Kundizzjonijiet japplikaw)

Il-prezzijiet kollha huma bbaÿati fuq tqassim tripla/twin, full board u huma nkluÿi Titjiriet, Lukanda, Trasferimenti, servizzi ta’ Tour Leader, Direttur Spiritwali u t-Taxxi (Kundizzjonijiet japplikaw)

Valletta - Head Office - Tel: 2123 8039, 2124 5418, 2124 1904Paola Branch - Tel: 2180 9930 Mosta Branch - Tel: 2141 3030 Gozo Branch - Rabat Tel: 2156 5620

BSL Britannia Tours

Inÿuru wkoll Petra7 t’iljieli æo hotel æewwa Nazareth, Æerusalemm, Petra u Jericho

Pellegrinagg gewwa

7 t’iljieli æo hotel æewwa Nazareth u Bethlehem

L-ART IMQADDSAPellegrinagg gewwa

5 - 12 ta’ Frar

5 - 12 ta’ Frar

Il-prezzijiet kollha huma bbaÿati fuq tqassim tripla/twin, full board u huma nkluÿi Titjiriet, Lukanda, Il-prezzijiet kollha huma bbaÿati fuq tqassim tripla/twin, full board u huma nkluÿi Titjiriet, Lukanda,

ART IMQADDSAART IMQADDSA¢939

MINN

ORDAN7 t’iljieli æo hotel æewwa Nazareth, ¢1149

MINN

. . .

. . .

LOURDES27 ta’ Marzu - 1 ta’ April

L-Ghid gewwa- .

ART IMQADDSA

1149

LOURDES27 ta’ Marzu - 1 ta’ April

L-Ghid gewwaL-Ghid gewwa

Page 3: Jannar 2013 Numru 98 - ms.maltadiocese.orgms.maltadiocese.org/WEBSITE/2013/FLIMKIEN/1... · Flimkien, Kulle©© tal-Kappillani, Kurja, Il-Furjana Email: flimkien@maltadiocese.org

Flimkien Fuq Facebook

Rivista ta’ kull xahar ma˙ru©a mill-Kulle©© tal-Kappillani u titqassam b’xejn lill-familji Maltin kollha.

Biex tirriklama fuq Flimkien ag˙mel kuntatt direttament bit-telefon fuq 2590 6400 jew 2137 4942 Email: [email protected] jew bil-posta

indirizz editorjaliFlimkien, Kulle©© tal-Kappillani, Kurja, Il-FurjanaEmail: [email protected]

editurCarmel Conti

GrafikaOutlook Coop

StamparVelprint Ltd

editorJal

duN aNtoN portelli

kiF jaSallek il-FlimkiencDJekk g˙andek qraba jew ˙bieb li ma jistg˙ux jaqraw, akkwista b’xejn CD bil-qari ta’ partijiet mill-magaΩin Flimkien. G˙id lill-kappillan tal-parroçça tieg˙ek.Radju RTkL-istess CD tista’ tismag˙ha tinqara wkoll fuq il-websajt ta’ RTK: www.rtk.org.mton-lineAraha online fuq il-websajt tal-Arçidjoçesi: www.maltadiocese.org

AÓSEB FUQHA!In-natura hija b˙al stazzjon tar-

radju bla limiti u li ma jieqaf qatt, li minnu Alla jkellimna l-˙in kollu

... kieku biss a˙na nintunaw ru˙na fuq il-frekwenza tieg˙u!

George Washington carver

Ibqa’ flimkien mag˙na fuq Facebook. Ing˙aqad mag˙na int ukoll fil-pa©na “Magazine Flimkien” u ag˙ti l-kummenti tieg˙ek.

WeekenD GÓall-Familji biT-TFalKif nista’ nibni l-familja tiegħi fuq valuri sodi? Kif jidħol Alla? Ikun hemm filmclips, attivitajiet, qsim ta’ esperjenzi, ħruġ fil-kampanja, talb, riflessjoni, diskussjoni bejn il-koppja, attivitajiet għat-tfal li jkollhom programm għalihom u min jieħu ħsiebhom.Mill-Ġimgħa 8 ta’ Frar filgħaxija sal-Ħadd, 10, wara nofsinharImexxu Fr. Paul Chetcuti sj u koppja miżżewġaIbbukkja: Dar Manresa, Victoria, Għawdex - 2155 6635

L-ART IMQADDSA U L-ÆORDAN

Il-prezzijiet kollha huma bbaÿati fuq tqassim tripla/twin, full board u huma nkluÿi Titjiriet, Lukanda, Trasferimenti, servizzi ta’ Tour Leader, Direttur Spiritwali u t-Taxxi (Kundizzjonijiet japplikaw)

Il-prezzijiet kollha huma bbaÿati fuq tqassim tripla/twin, full board u huma nkluÿi Titjiriet, Lukanda, Trasferimenti, servizzi ta’ Tour Leader, Direttur Spiritwali u t-Taxxi (Kundizzjonijiet japplikaw)

Valletta - Head Office - Tel: 2123 8039, 2124 5418, 2124 1904Paola Branch - Tel: 2180 9930 Mosta Branch - Tel: 2141 3030 Gozo Branch - Rabat Tel: 2156 5620

BSL Britannia Tours

Inÿuru wkoll Petra7 t’iljieli æo hotel æewwa Nazareth, Æerusalemm, Petra u Jericho

Pellegrinagg gewwa

7 t’iljieli æo hotel æewwa Nazareth u Bethlehem

L-ART IMQADDSAPellegrinagg gewwa

5 - 12 ta’ Frar

5 - 12 ta’ Frar

Il-prezzijiet kollha huma bbaÿati fuq tqassim tripla/twin, full board u huma nkluÿi Titjiriet, Lukanda, Il-prezzijiet kollha huma bbaÿati fuq tqassim tripla/twin, full board u huma nkluÿi Titjiriet, Lukanda,

ART IMQADDSAART IMQADDSA¢939

MINN

ORDAN7 t’iljieli æo hotel æewwa Nazareth, ¢1149

MINN

. . .

. . .

LOURDES27 ta’ Marzu - 1 ta’ April

L-Ghid gewwa- .

ART IMQADDSA

1149

LOURDES27 ta’ Marzu - 1 ta’ April

L-Ghid gewwaL-Ghid gewwa

Xi wħud ma jaraw xejn ġdid meta tibda s-sena f’Jannar. Sempliċement se jisbaħ jum ieħor, xahar ieħor f’sena oħra, imma dak li kellhom se jibqa’ magħhom: il-ferħ u d-dwejjaq, l-għejja u t-tbatija, ir-rutina u r-ripetizzjoni, forsi ftit kuntentizza u sodisfazzjon.

Imma għal oħrajn sena ġdida se toffri ġrajjiet ta’ ferħ: forsi tarbija ġdida fil-familja, żwieġ, gradwazzjoni, xogħol ġdid, vaganza sabiħa.

Forsi m’aħniex nindunaw li anki fir-rutina hemm is-sabiħ, li kull ġrajja għandha t-tajjeb tagħha, li minn kull sitwazzjoni nistgħu nieħdu l-ġid.

Jista’ jkun li għandna bżonn nikkalmaw ftit, inroddu salib u ndaħħlu lill-Mulej aktar f’ħajjitna biex nibdew naħsbu, nitkellmu u naġixxu b’lenti ġdida: • nitgħallmu npoġġu ruħna fis-sitwazzjoni

ta’ ħaddieħor;• nifhmu aħjar x’qed jiġri madwarna u lejn

dak li qed jiġri, tajjeb jew ħażin;• naħsbu aktar qabel nitkellmu;• nagħrfu li ħajjitna mhijiex materjali biss u

li biex tkun sħiħa teħtieġ il-preżenza tal-Mulej Alla. ■

Sena ©dida ... jew lenti ©dida

Flimkien Jannar 2013 | 3

Page 4: Jannar 2013 Numru 98 - ms.maltadiocese.orgms.maltadiocese.org/WEBSITE/2013/FLIMKIEN/1... · Flimkien, Kulle©© tal-Kappillani, Kurja, Il-Furjana Email: flimkien@maltadiocese.org

Those who are marginal in the world are central in the Church, and that is how it is supposed to be!

Thus we are called as members of the Church to keep going to the margins of our society.

The homeless, the starving, parentless children, people with AIDS, our emotionally disturbed brothers and sisters – they require our first attention.

We can trust that when we reach out with all our energy to the margins

il-kelma tal-arÇisqof

moNs. pawl CremoNa o.p.

L-iskop tas-Sena tal-Fidi huwa li nagħtu aktar kas tal-kwalità tal-fidi tagħna, fil-

mod kif ngħixuha u biex nitgħallmu dwarha.Marija tista’ tgħallimna kif ngħixu l-fidi

tagħna mill-mod kif għexitha hi. Kienet lesta tisma’ lil Alla jkellimha. Meta l-anġlu talabha biex tkun omm Alla, wieġbet, “Jiena l-qaddejja tal-Mulej, ħa jsir minni skont kelmtek.”

Hekk għandha tkun il-vera relazzjoni tagħna ma’ Alla. Mhux faċli tgħid li int qaddej, imma jagħmel ħafna sens meta tiftakar li Allu hu Missier u li dak li se jitlob minnek huwa għall-ġid tiegħek.

Il-kwalitàtal-fidi

F’ħajjitha Marija m’għamlet xejn aktar minn ommijiet oħra. Iżda l-fatt li kienet “qaddejja tal-Mulej” ta valur spiritwali lil kulma għamlet għax kienet qed tagħmlu f’ubbidjenza lejn Alla.

Il-fidi f’Alla tiġi f’postha meta nifhmu li Alla hu l-Mexxej, u kulma nagħmlu, nagħmluh għalih. Jekk għadek ma għamiltx din l-għażla, din is-Sena tal-Fidi tista’ tkun okkażjoni tajba ħalli tibda l-mixja tal-fidi fuq bażi soda billi tisma’ l-leħen tiegħu u tagħmel kollox għalih.

Anki talba żgħira qabel tibda x-xogħol tfakkrek f’dan. ■

of our society, we will discover that petty disagreements, fruitless debates, and paralysing rivalries will recede and gradually vanish.

The Church will always be renewed when our attention shifts from ourselves to those who need our care.

The blessing of Jesus always comes to us through the poor.

The most remarkable experience of those who work with the poor is that, in the end, the poor give more than they receive. They give food to us.

To The maRGinS oF The chuRch

Mill-website ta’ Henri Nouwen Society: HenriNouwen.org.

4 | Flimkien Jannar 2013

Page 5: Jannar 2013 Numru 98 - ms.maltadiocese.orgms.maltadiocese.org/WEBSITE/2013/FLIMKIEN/1... · Flimkien, Kulle©© tal-Kappillani, Kurja, Il-Furjana Email: flimkien@maltadiocese.org

Think smaller.Hear better.

This tiny Quantum™ micro CIC hearing aid from Unitron is so small, it’s hidden from sight. And it delivers the most natural listening experience, so you can hear everything – without others seeing anything.

We invite you to experience the difference.

Our clinics in Malta will be available:

Saturday 19th January - Saturday 26th January.

FREE hearing test and evaluation.

Contact your hearing healthcare professional today at 21430571

CLEARTONE HEARING MALTA LTD11 Shalom, Frans Dingli Street, Attard, Malta Atd

Prices s

tart

at €500

Standard clinic fee will apply.

Page 6: Jannar 2013 Numru 98 - ms.maltadiocese.orgms.maltadiocese.org/WEBSITE/2013/FLIMKIEN/1... · Flimkien, Kulle©© tal-Kappillani, Kurja, Il-Furjana Email: flimkien@maltadiocese.org

Ġesù sar bniedem biex aħna nagħrfu l-imħabba ta’ Alla għalina.

Ġesù sar bniedem biex jagħtina eżempju ta’ qdusija.

Ġesù sar bniedem biex aħna nkunu nistgħu nissieħbu ma’ Alla.

Nemmen f’Ìesù

li kien ikkonçeput

mill-Ispirtu s-Santu u

twieled minn Marija Ver©ni

Matul is-Sena tal-Fidi (Ottubru 2102 sa Novembru 2013) qed inwasslu, permezz

tal-Kredu, il-veritajiet l-aktar çentrali tal-fidi Nisranija. Nissu©©erixxu li kull xahar terfa’

l-artiklu biex fi tmiem is-Sena tal-Fidi jkollok f’idejk ©abra fil-qosor tal-fidi tag˙na.

Alla tagħna mhuwiex biss Alla-magħna (Għimmanu-el), imma Alla-għalina. Ġesù sar bniedem għalina billi sar bħalna f’kollox, minbarra d-dnub. Sar bniedem fil-ġuf ta’ Marija bl-intervent mirakoluż tal-Ispirtu s-Santu. Dan hu li nifhmu bil-kelma INKARNAZZJONI.

“U l-Iben t’Alla sar bniedem.

U għammar fostna” (mit-

talba tal-Angelus; ara wkoll

Ġw 1:14).

fr HeCtor sCerri

Ġesù Kristu huwa veru Alla u veru bniedem. Dan nafuh mill-Evanġelju, kif ukoll mit-tagħlim tal-Knisja sa mill-bidunett tagħha, speċjalment fl-ewwel Konċilji li saru.

6 | Flimkien Jannar 2013

Page 7: Jannar 2013 Numru 98 - ms.maltadiocese.orgms.maltadiocese.org/WEBSITE/2013/FLIMKIEN/1... · Flimkien, Kulle©© tal-Kappillani, Kurja, Il-Furjana Email: flimkien@maltadiocese.org

“Marija Santissima, uri li inti Ommna, għalik jisma’ t-talb tagħna, Dak li twieled għalina ried ikun bniedem bħalna...” (mit-talba tar-Rużarju).

Fl-okkażjoni tas-Sena tal-Fidi xtaqna li l-qarrejja tal-magażin jagħmlu kuraġġ lil xulxin fil-mixja tal-fidi tagħhom billi jirrakkuntaw l-esperjenzi tagħhom ta’ fidi. X’qed jagħmlu biex iżommu l-fjamma tal-fidi tagħhom tixgħel? X’għenhom iżommuha taqbad? X’kien li għenhom jerġgħu jsibuha?

Ibagħtilna l-‘istorja tal-fidi’ tiegħek. Aqsam magħna dak li ħassejt fik meta:• ġratlek xi ħaġa f’ħajtek li bidlitlek il-mod kif

tħares lejn il-ħajja u l-fidi• kellek xi esperjenza li reġgħet kebbsitlek il-fidi• qrajt xi ktieb tajjeb li laqtek u affettwalek il-mod

kif taħseb dwar xi aspett tal-fidi• iltqajt ma’ xi persuna li qaltlek kelma li missitlek

qalbek• rajt eżempju tajjeb minn xi ħadd• rajt xi film tajjeb li ‘ċaqilqek’

• smajt xi priedka jew taħdita• attendejt xi laqgħa ta’ talb jew xi rtir• smajt xi kanzunetta jew għanja• smajt xi program fuq ir-radju jew rajt program

fuq it-tv jew xi website.

Dawn kollha jistgħu jkunu mezz kif il-fjamma tal-fidi ġo fik baqgħet jew reġgħet bdiet titkebbes u tinfirex. Dawn huma stejjer ta’ qawmien spiritwali.

Huma ġawhar li mhux ta’ min iżommhom moħbija u mistura, imma għandhom jixxandru u jintwerew għall-ġid ta’ kulħadd.

Ibagħtilna l-esperjenza tiegħek bl-email: [email protected] jew bil-posta: Flimkien, STORJA TA’ FIDI, Kulleġġ tal-Kappillani, Kurja, Floriana.

STejjeR Ta’ FiDiDan l-a˙˙ar ©rat xi ˙a©a f’˙ajtek li qawwietlek il-fidi tieg˙ek? Nixtiquk taqsamha mag˙na u mal-qarrejja l-o˙ra tal-magaƒin Flimkien!

Meta Alla sar bniedem għalina, “Hu baqa’ dak li kien minn dejjem, u ħa s-sura tagħna li ma kellux” (Il-Papa San Ljun il-Kbir).

Bl-Inkarnazzjoni, Ġesù ħa ġisem veru ta’ bniedem li, permezz tiegħu, Alla li ma jidhirx seta’ jidher. San Ġwann l-Evanġelista, f’waħda mill-Ittri tiegħu jgħid: “Dak li kien mill-bidu, dak li aħna smajna, li rajna b’għajnejna, li lejh ħarisna u li messew idejna, jiġifieri l-Verb, il-Kelma tal-ħajja, dan sejrin inxandrulkom” (1 Ġw 1:1).

Marija kienet imnissla mingħajr ebda tebgħa ta’ dnub. Fl-ebda mument ta’ ħajjitha ma kienet taħt is-setgħa tad-dnub. Marija hija tassew l-omm ta’ Ġesù. Lil Marija nsellmulha: Verġni qabel it-twelid ta’ Ġesù, Verġni fit-twelid, u Verġni wara t-twelid. Marija hija dejjem verġni.

“O Iben waħdieni u Verb ta’ Alla, inti li ma tmut qatt, għas-salvazzjoni tagħna għoġbok tieħu l-ġisem fil-ġuf tal-Qaddisa Marija Omm Alla u dejjem Verġni Marija. Int li int wieħed mit-Trinità Qaddisa, imsebbaħ mal-Missier u mal-Ispirtu s-Santu, salvana!” (Liturġija Biżantina). ■

Flimkien Jannar 2013 | 7

Page 8: Jannar 2013 Numru 98 - ms.maltadiocese.orgms.maltadiocese.org/WEBSITE/2013/FLIMKIEN/1... · Flimkien, Kulle©© tal-Kappillani, Kurja, Il-Furjana Email: flimkien@maltadiocese.org
Page 9: Jannar 2013 Numru 98 - ms.maltadiocese.orgms.maltadiocese.org/WEBSITE/2013/FLIMKIEN/1... · Flimkien, Kulle©© tal-Kappillani, Kurja, Il-Furjana Email: flimkien@maltadiocese.org

“Impenn komuni – Niġbdu l-istess ħabel.” Dan jista’ jkun slogan tal-

Unjoni Ewropea jew tal-Lega Għarbija jew ta’ xi għaqda oħra, anki waħda żgħira! Imma ċertament huwa slogan tajjeb għalina l-imgħammdin meta nitolbu għall-għaqda fost il-Knejjes Insara.

Bejn it-18 u l-25 ta’ Jannar, madwar id-dinja kollha, issir ġimgħa ta’ talb biex l-Insara, illum mifrudin bejniethom, jersqu aktar lejn xulxin. L-għan aħħari, għalkemm dan jista’ jidher ‘il bogħod ħafna, huwa li l-Insara jingħaqdu fi Knisja waħda. Dan mhuwiex xi ħaġa faċli minħabba l-firdiet kbar li seħħew sekli ilu. Huma firdiet li niżlu wisq fil-fond.

Għalkemm l-isfida quddiemna l-Insara hija waħda kbira ħafna, ma rridux naqtgħu qalbna. Għal min jemmen bis-sħiħ u jimpenja ruħu, l-għaqda fost l-Insara mhijiex xi ħaġa fl-ajru. Ilkoll kemm aħna msejħin biex naħdmu għal din l-għaqda li jrid il-Mulej meta, lejlet il-Passjoni tiegħu, talab biex inkunu lkoll ħaġa waħda.

Kif se naħdmu għal din l-għaqda? Hemm diversi modi, u wieħed ma jeskludix lill-ieħor: (1) Nitolbu bis-sħiħ għall-għaqda, personalment kif ukoll bħala parroċċa; (2) Nagħmlu xi mortifikazzjoni għall-istess għan; (3) Insiru nafu aktar dwar Insara oħra, mhux Kattoliċi, speċjalment dawk li jinsabu fostna u f’pajjiżna; (4) Nieħdu

sehem f’xi servizz ekumeniku li jiġbor flimkien Insara minn Knejjes differenti biex jitolbu għall-għaqda; (5) Nieħdu sehem f’inizjattivi komuni li jressqu Nsara minn Knejjes differenti biex flimkien jaħdmu favur il-bniedem fil-bżonn u jgħinuh b’mod konkret; (6) Ma nużawx kliem dispreġġattiv dwar membri ta’ Knejjes Insara oħra.

It-tema tal-Ġimgħa ta’ Talb għall-Għaqda fost l-Insara ta’ din is-sena hija meħuda mill-ktieb tal-profeta Mikea (6:6-8): X’irid minna l-Mulej? Mingħajr l-iċken dubju, il-Mulej iridna nirsistu biex nagħmlu r-rieda tiegħu. Il-Mulej iridna, qabel xejn, biex bħala mgħammdin, nersqu aktar lejn xulxin; napprezzaw it-tajjeb ta’ xulxin; u nevitaw kull xorta ta’ kundanna.

Il-kundanni u l-iskomuniki tas-sekli mgħoddija nbidlu f’impenn tassew biex inkunu aktar qrib ta’ xulxin, nifhmu aħjar lil xulxin u naħdmu flimkien. Hekk inkunu qegħdin flimkien niġbdu ħabel wieħed mill-istess naħa. Dan huwa fil-prattika l-ekumeniżmu. ■

ÌimgÓa ta’ talb

fr HeCtor sCerri

Ni©bdu ˙abel wie˙ed

SeRvizz ekumeniku DjoÇeSanIl-Ħamis 17 ta’ Jannar, fis-6.30pmSt Patrick’s, Tas-SliemaJippresiedi Mons. Arċisqof Pawl Cremona O.P.

Flimkien Jannar 2013 | 9

Page 10: Jannar 2013 Numru 98 - ms.maltadiocese.orgms.maltadiocese.org/WEBSITE/2013/FLIMKIEN/1... · Flimkien, Kulle©© tal-Kappillani, Kurja, Il-Furjana Email: flimkien@maltadiocese.org

jGÓiD hu

Jien u l-mara ma naqblux fil-politika. Ma rridx li noqog˙du nikkustinjaw il-˙in kollu, g˙alhekk nippreferi ma

niddiskutu xejn fuq su©©etti b˙al dan.

TGÓiD hi

Fil-familja tieg˙i konna mdorrijin nitkellmu dwar il-politika, speçjalment

waqt l-ikel. Ma nara xejn ˙aƒin li tiddiskuti, anki jekk ma taqbilx.

JOE: L-aħjar ħaġa mhemmx dubju hi li l-koppja jkunu laħqu ċertu livell ta’ komunikazzjoni bejniethom, u ma jibżgħux jiddiskutu anki fuq suġġetti li ma jaqblux dwarhom. Imma mhux faċli tiddibatti ma’ min ma jaqbilx miegħek. Tajjeb niftakru però li biex ngħixu flimkien irridu nitgħallmu niddiskutu b’mod kalm u rispettuż, anki fejn ma naqblux.

ANNA: Sfortunatament anki jekk tħares lejn l-istorja tad-dinja u anki ta’ pajjiżna, ħafna drabi f’każ ta’ nuqqas ta’ qbil, is-soluzzjoni fittxejnieha fil-konfrontazzjoni; xi drabi anki fil-ġlied. Imma ftit ftit qed nitgħallmu li kulħadd għandu dritt għall-opinjoni tiegħu. Imma rridu nitgħallmu wkoll li hemm mod, ħin u post fejn wieħed jgħid kif jaħsibha. JOE: Dan jgħodd b’mod speċjali fil-familja fejn ngħixu, nieklu u norqdu taħt l-istess

saqaf għal ħin twil tal-ġurnata u l-lejl! Irridu niftakru wkoll li t-tfal jixorbu u jikkupjaw dak li jaraw il-ġenituri tagħhom jagħmlu u kif jagħmluh. ANNA: Ir-regola tad-deheb tgħidlek li għandek tħobb lill-proxxmu bħalek innifsek; jiġifieri li ma tagħmilx lil ħaddieħor dak li ma tridx li ħaddieħor jagħmel lilek. Imma aħna l-Insara rridu mmorru aktar lil hinn minn hekk, għax Ġesù qalilna: “Nagħtikom kmandament ġdid: li tħobbu lil xulxin. Bħalma ħabbejtkom jien, hekk ukoll ħobbu intom lil xulxin” (Ġwanni 13:34-35). JOE: Il-kittieb Taljan Carlo Carretto jgħid li din ir-regola ġdida ta’ Ġesù titlob ferm aktar minn sempliċi ‘tolleranza tal-ieħor’. Jiġifieri għalina mhux biżżejjed li lill-ieħor ma nagħmillux dak li ma rridux jagħmilli.

Hi u Hu

Fil-politika ma naqblux

Dan ix-xahar g˙andna l-opinjoni ta’ koppja Joe u Anna li ilhom 34 sena miƒƒew©in.

10 | Flimkien Jannar 2013

Page 11: Jannar 2013 Numru 98 - ms.maltadiocese.orgms.maltadiocese.org/WEBSITE/2013/FLIMKIEN/1... · Flimkien, Kulle©© tal-Kappillani, Kurja, Il-Furjana Email: flimkien@maltadiocese.org

Il-kmandament ġdid ta’ Ġesù jitlob minna li nkunu lesti ‘immutu għal xulxin’, anki fil-mumenti tal-ħajja ordinarja ta’ kuljum. Ma jfissirx li rridu mmutu fuq xi salib, iżda li nkunu lesti ‘mmutu’ għal dak li tant aħna konvinti minnu, anki fil-politika. Ifisser li niddiskutu mal-oħrajn anki suġġetti li mhux bilfors se naqblu fuqhom; naċċettaw il-fehmiet tal-oħrajn, napprezzaw li ‘mitt bniedem mitt fehma’, u naċċettaw ukoll li l-ieħor jista’ jkollu raġun! Ifisser ukoll li xi drabi ma nitkellimx dwar dak li għandi aptit nitkellem!

ANNA: Jekk ma naqblux, m’għandniex nirridikolaw il-pożizzjoni tal-ieħor. Lanqas m’għandna nippruvaw inbiddlu a kwalunkwe kost l-opinjoni tar-raġel jew tal-mara tagħna. Ħafna drabi fil-politika wieħed iħaddan partit partikolari għax tal-familja oriġinali tagħna hekk kienu. U mhux faċli li wieħed ’jaqleb’ minn partit għal ieħor, anki jekk is-sieħeb tiegħu fiż-żwieġ forsi jippretendi dan. Anki hawn, l-imħabba bejn il-koppja tfisser li nkunu tolleranti u li wieħed jagħti ċans lill-ieħor jimmatura l-ħsieb dwar xi kwistjoni, anki jekk personalment ma jaqbilx magħha, biċ-ċans li forsi anki jibdel il-pożizzjoni tiegħu, imma bla ma ninsistu. Fl-affarijiet ta’ politika wieħed irid jiftakar li għalkemm wieħed ikun iżomm ma’ partit partikolari, dan ma jfissirx li bilfors il-partit tiegħu jkollu raġun f’kollox.

JOE: Naturalment hemm il-lat prattiku ta’ din il-kwistjoni. Jekk naf li meta nkun għand il-familja tal-mara - u dawn ma jaqblux miegħi - allura jagħmel ħafna sens li ma nqajjimx argumenti li jistgħu jbiddlu l-atmosfera kollha ta’ bejnietna,

speċjalment waqt l-ikel. Dan jgħodd b’mod speċjali f’ċerti mumenti li jkunu ‘jaħarqu’ ħafna, bħal fi żmien l-elezzjoni. Ma nistax nistenna li waqt xi kampanja elettorali mmur għand il-kunjata u noqgħod nikkritika lill-kap tal-partit tan-naħa l-oħra, u nippretendi wkoll li dawn jaċċettaw dak li ngħid jien bla ma jiftħu ħalqhom. Jekk nagħmel hekk inkun qed nimponi u nagħmel bullying magħhom. U l-bullying żgur li mhux rispett!

ANNA: Nemmen li jien għandi dritt għall-opinjoni tiegħi, imma dan ma jfissirx li għandi dritt li ngħid li rrid, anki jekk indejjaq u nniggeż lil ħaddieħor. Minkejja li l-ideal hu li għandna nkunu maturi tant li nesprimu l-ideat tagħna bil-libertà, xorta se jibqgħu ċirkostanzi fejn l-aħjar ħaġa tkun li wieħed jagħlaq ftit ħalqu u ma jitkellimx fuq ċerti suġġetti, biex ma joħloqx sitwazzjonijiet skomdi u tensjoni.

JOE: Jien inżomm quddiem għajnejja dan il-kliem: X’jiswa li nirbaħ argument, imma mbagħad nitlef ħabib? Speċjalment jekk dan il-’ħabib’ ikun żewġi jew marti. ■

WeekenDS GÓall-miÛÛeWÌin Organizzati miċ-Ċentru Injazjan tal-IspiritwalitàOkkażjoni għall-koppji miżżewġin biex iġeddu u jiċċelebraw il-wegħdiet taż-żwieġ tagħhom. Il-koppji jkollhom ħin bejniethom kif ukoll ħin ta’ sharing fi grupp magħmul minn 8 koppji. • Mill-Ġimgħa I ta’ Frar fis-7pm,

sal-Ħadd 3, wara l-pranzu Dar Manresa, Victoria, Għawdex Ibbukkja: 2155 6635• Mill-Ġimgħa 5 ta’ April fis-7pm,

sal-Ħadd 7, wara l-pranzu Mount St Joseph, Tarġa Gap, Mosta Ibbukkja: 2141 6916

Flimkien Jannar 2013 | 11

Page 12: Jannar 2013 Numru 98 - ms.maltadiocese.orgms.maltadiocese.org/WEBSITE/2013/FLIMKIEN/1... · Flimkien, Kulle©© tal-Kappillani, Kurja, Il-Furjana Email: flimkien@maltadiocese.org

Showroom, 15, Triq Tumas Dingli, Mosta | Tel: 2157 4846, 2141 2687Mob: 9987 5336 / 9949 9540 | Email: [email protected] | www.comfortstairs.com

IBQA’ GHIX KUNTENT GEWWA DAREK BIL-LIFT TAT-TARAGGhall-Aqwa Kwalita’, Kumdita’, Sigurta’, Konvenjenza u Liberta’.

CEMPEL LIL COMFORT STAIRS GHAL KWOTAZZJONI B’XEJN Straight Stairlift

Curved Stairlift

Electric Scooter

Platform Lift

Irfina fil-kitba tal-MaltiKors universitarju ta’ sena (Frar 2013 - Jannar 2014)

g˙aç-Çertifikat fil-Qari tal-Provi bil-Malti

Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ilsien Malti

L-Università ta’ Malta

Issa

f'ghawdex

ukoll

Il-lezzjonijiet isiru:• f’Malta (it-Tnejn u l-Óamis filg˙axija) fl-Università, l-Imsida• f’G˙awdex (il-Ìimg˙a filg˙axija u s-Sibt filg˙odu) fiç-Çentru Universitarju ta’ G˙awdex, ix-Xewkija

L-applikazzjonijiet miftu˙in sat-18 ta’ Jannar

www.um.edu.mt/arts/malti/avvizi/cqpTag˙rif ie˙or: [email protected]

Page 13: Jannar 2013 Numru 98 - ms.maltadiocese.orgms.maltadiocese.org/WEBSITE/2013/FLIMKIEN/1... · Flimkien, Kulle©© tal-Kappillani, Kurja, Il-Furjana Email: flimkien@maltadiocese.org

il-kaÛ ta’ asia bibi

Asia Bibi hi mara Nisranija mill-Pakistan. Għandha 47 sena, miżżewġa, b’ħamest itfal. Ħafna min-nisa tal-villaġġ fejn tgħix, bħal Asia, jaqilgħu x’jieklu billi jaħdmu fil-farms kbar ta’ ċertu Muhammad Idrees. Minn total ta’ 1,500 familja, tlieta biss - fosthom dik ta’ Asia - huma Nsara.

Id-‘dag˙wa’ ta’ AsiaFid-19 ta’ Ġunju 2009 waqt ix-xogħol qamet diskussjoni fuq il-fidi tagħhom. In-nisa Musulmani ħeġġew lil Asia biex taqleb Musulmana imma hi weġbithom, “Kristu tagħna ta ħajtu fuq is-Salib għal dnubietna… Kristu tagħna huwa ħaj.” Kif semgħuha tgħid hekk, in-nisa l-oħra rrabjaw u bdew isawtuha. Ġew ukoll xi rġiel li qabduha u sakkruha ġo kamra. Ir-raġel ta’ waħda min-nisa Musulmani, li huwa imam fil-Moskea, iddeċieda li jressaq akkużi kontrieha. Kien hemm min tela’ jgħajjat minn fuq il-loudspeakers tal-moskea biex iħabbar li lil Asia kienu se jikkastigawha billi jiżbgħulha wiċċha iswed u jmexxuha mat-toroq tal-villaġġ fuq ħmara.

Iva, anki llum, g˙ad hawn min qed isofri min˙abba l-fidi tieg˙u fi Kristu

Tistenna s-sentenza...

Is-sentenzaL-Insara talbu lill-pulizija biex ma jressquhiex il-Qorti taħt il-Blasphemy Laws tal-pajjiż, imma wara proċess twil, fit-8 ta’ Novembru 2010, Asia Bibi qatgħuhielha għall-mewt billi tiġi mgħallqa. Il-maġistrat waħħalha multa ekwivalenti għal sentejn u nofs paga, u taha sebat ijiem biex tappella. Hi appellat mill-ewwel u llum qed tistenna d-deċiżjoni tal-Qorti f’Lahore. Jekk titlef l-appell, Asia se tkun l-ewwel mara li se tinqatel ‘skont il-liġi’ taħt il-Blasphemy Laws tal-Pakistan. Asia llum għadha l-ħabs, f’kamra bla twieqi, tistenna s-sentenza.

Asia Bibi għandha 47 sena. Għandha ħamest itfal. Qatgħuhielha għall-mewt wara li akkużawha li kienet qed ‘tidgħi’.

Flimkien Jannar 2013 | 13

Page 14: Jannar 2013 Numru 98 - ms.maltadiocese.orgms.maltadiocese.org/WEBSITE/2013/FLIMKIEN/1... · Flimkien, Kulle©© tal-Kappillani, Kurja, Il-Furjana Email: flimkien@maltadiocese.org

Imma mhux il-Musulmani kollha hekk!Fl-4 ta’ Jannar, 2011 il-gvernatur tal-provinċja ta’ Punjab, fejn tgħix Asia, u li kien jismu Salmaan Taseer, ġie assassinat minn membru tas-security tiegħu stess. Għalkemm Taseer kien Musulman, huwa kien spiss talab biex Asia tinħeles u biex il- Blasphemy Laws tal-Pakistan jiġu riveduti. Taseer mar ukoll jiltaqa’ ma’ Asia fil-ħabs. Kważi xahrejn wara, fit-2 ta’ Marzu 2011, Shahbaz Bhatti, l-uniku membru Nisrani fil-kabinett tal-Pakistan, u li kien ukoll tkellem favur il-ħelsien ta’ Asia Bibi, ġie wkoll assassinat.

X’tista’ tag˙mel int?L-għaqda The Voice of the Martyrs bdiet kampanja favur Asia Bibi. Permezz tal-website www.CallForMercy.com qed tipprova tiġbor miljun firma mid-dinja kollha biex issir talba qawwija għall-ħelsien tagħha. Sakemm jiġi biex jitqassam il-Flimkien ta’ Jannar se jkunu nġabru madwar 650,000 firma. Int lest li żżid il-firma tiegħek? Fil-Pakistan stess, aktar minn 150,000 Insara ffirmaw il-petizzjoni. In-numru ta’ Maltin li ffirmaw sa issa huwa inqas minn 100. Int ukoll tista’ tingħaqad ma’ The Voice of the Martyrs biex Asia tinħeles. Idħol fis-sit www.CallForMercy.com u ħeġġeġ ukoll lill-qraba u l-ħbieb biex jiffirmaw il-petizzjoni. Il-petizzjoni se titressaq minn The Voice of the Martyrs lill-Ambaxxata tal-Pakistan f’Washington.

X’fiha l-petizzjoniYour Excellency Mr Asif Ali Zardari, President of the Islamic Republic of Pakistan: I, the undersigned, respectfully request the

immediate release of Asia Bibi from prison in Pakistan and the dismissal of her blasphemy conviction and death sentence. We ask that you have mercy on our Christian sister. Please allow this wife and mother to be set free and to be reunited with her husband and children.

Tista’ wkoll tibgħat email direttament lill-President tal-Pakistan fuq l-email [email protected]. Bħala text tista’ tuża l-istess kliem li hemm fil-petizzjoni.

Jeżistu ħafna websites oħra li jissapportjaw lil Asia Bibi u jitolbu t-tneħħija tal-Blasphemy Laws fil-Pakistan bħal firmiamo.it/salviamo-asia-bibi kif ukoll www.asianews.it/news-en/Your-signature-to-save-Asia-Bibi-and-Pakistan-19997.html. Taħsibx li l-petizzjonijiet ma jiswew għal xejn! Il-pressjoni internazzjonali hija wieħed mill-mezzi kif iseħħu ċerti bidliet. Anki l-Papa Benedittu XVI għamel appell għall-ħelsien ta’ Asia Bibi.

Inħeġġu wkoll lil ħutna Musulmani li jgħixu f’Malta biex huma wkoll jingħaqdu magħna u jitolbu l-ħelsien ta’ Asia Bibi.

Int se ssib naqra ċans u tagħti d-daqqa ta’ id tiegħek? Iffirma u għaddiha lil kull min taf. ■

Ir-raġel ta’ Asia, Ashiq, u ż-żewġ uliedha Isha u Isham, jitolbu għall-ħelsien tagħha.

14 | Flimkien Jannar 2013

Page 16: Jannar 2013 Numru 98 - ms.maltadiocese.orgms.maltadiocese.org/WEBSITE/2013/FLIMKIEN/1... · Flimkien, Kulle©© tal-Kappillani, Kurja, Il-Furjana Email: flimkien@maltadiocese.org

Achieve a higher return on your fixed term deposit with FIMBank

FIMBank p.l.c. is a licensed credit institution in Malta with company registration C17003, is regulated by the Malta Financial Services Authority and listed on the Malta Stock Exchange. The Bank is a participant of the Depositor Compensation Scheme in Malta. Terms and conditions apply.

The 1000 Day Deposit is a term deposit account denominated in euro offering an interest rate of 4.25% p.a. on a term of 1,000 calendar days. Interest is payable every 90 days with an option to compound.

No transaction fees or bank charges apply and other term deposit account options are available in all major currencies.

FIMBank p.l.c., Mercury TowerThe Exchange Financial & Business CentreElia Zammit Street, St. Julian’s STJ 3155, MaltaTel: [+356] 2132 2100 • Fax [+356] 2132 2122www.fimbank.com

1201888 Flimkien 1000 Day Advert .indd 1 07/12/2012 13:23

Page 17: Jannar 2013 Numru 98 - ms.maltadiocese.orgms.maltadiocese.org/WEBSITE/2013/FLIMKIEN/1... · Flimkien, Kulle©© tal-Kappillani, Kurja, Il-Furjana Email: flimkien@maltadiocese.org

Achieve a higher return on your fixed term deposit with FIMBank

FIMBank p.l.c. is a licensed credit institution in Malta with company registration C17003, is regulated by the Malta Financial Services Authority and listed on the Malta Stock Exchange. The Bank is a participant of the Depositor Compensation Scheme in Malta. Terms and conditions apply.

The 1000 Day Deposit is a term deposit account denominated in euro offering an interest rate of 4.25% p.a. on a term of 1,000 calendar days. Interest is payable every 90 days with an option to compound.

No transaction fees or bank charges apply and other term deposit account options are available in all major currencies.

FIMBank p.l.c., Mercury TowerThe Exchange Financial & Business CentreElia Zammit Street, St. Julian’s STJ 3155, MaltaTel: [+356] 2132 2100 • Fax [+356] 2132 2122www.fimbank.com

1201888 Flimkien 1000 Day Advert .indd 1 07/12/2012 13:23

Page 18: Jannar 2013 Numru 98 - ms.maltadiocese.orgms.maltadiocese.org/WEBSITE/2013/FLIMKIEN/1... · Flimkien, Kulle©© tal-Kappillani, Kurja, Il-Furjana Email: flimkien@maltadiocese.org

I destroy homes, tear families apart.I take your children, and that’s only

the start!I’m more costly than diamonds, more

costly than gold;The sorrow I bring is a sight to behold.And if you need me, I’m easily found.I live all around you, in schools and in

town.I live with the rich; I live with the poor;I live down the street, and maybe next

door.

Who am I?

soCial issues

18 | Flimkien Jannar 2013

Page 19: Jannar 2013 Numru 98 - ms.maltadiocese.orgms.maltadiocese.org/WEBSITE/2013/FLIMKIEN/1... · Flimkien, Kulle©© tal-Kappillani, Kurja, Il-Furjana Email: flimkien@maltadiocese.org

Who am I?

My power is awesome. Try me, you’ll see,

But if you do, you may never break free.Just try me once, and I might let you go,But try me twice, and I’ll sure own your

soul.When I possess you, you’ll steal and

you’ll lie.You’ll do what you have to, just to get

high.The crimes you’ll commit, for my

narcotic charms,Will be worth the pleasure you’ll feel in

my arms.You’ll lie to your mother; you’ll steal

from your dad.When you see their tears, you’ll surely

feel sad.But you’ll forget your morals and how

you were raised.I’ll be your conscience; I’ll teach you my

ways.I take kids from parents, and parents

from kids.I turn people from God, and separate

friends.I’ll take everything from you: your looks

and your pride.I’ll be with you always, right by your side.You’ll give up everything: your family,

your home,Your friends, your money, you’ll be all

alone.I’ll take and I’ll take … till you’ve got

nothing to give.When I’m finished with you, you’ll be

lucky to live.If you try me, be warned. This is no

game!

If given the chance I’ll drive you insane.I’ll ravish your body, I’ll control your

mind.I’ll own you completely: your soul will

be mine.The nightmares I’ll give you while lying

in bed,The voices you’ll hear from inside your

head,The sweats, the shakes, the visions you’ll

see,I want you to know, are all gifts from me.But then it’s too late, you’ll know in your

heartThat you’re mine; that we’ll never part.You’ll regret that you tried me – they

always do!But you came to me, and not I to you!You knew this would happen; you were

often told.But you challenged my power, and chose

to be ‘bold’.You could have said no, and just walked

away.If you could live that day over, now what

would you say?I’ll be your master, you’ll be my slave.I’ll even go with you when you go to

your grave.Now that you have met me, what will

you do?Will you try me or not? It’s all up to you.I can bring you more misery than words

can tell.Come take my hand, let me lead you to

hell.My name is … drugs! ■

Mibgħuta minn Lily Galea Pirotta

Flimkien Jannar 2013 | 19

Page 20: Jannar 2013 Numru 98 - ms.maltadiocese.orgms.maltadiocese.org/WEBSITE/2013/FLIMKIEN/1... · Flimkien, Kulle©© tal-Kappillani, Kurja, Il-Furjana Email: flimkien@maltadiocese.org
Page 21: Jannar 2013 Numru 98 - ms.maltadiocese.orgms.maltadiocese.org/WEBSITE/2013/FLIMKIEN/1... · Flimkien, Kulle©© tal-Kappillani, Kurja, Il-Furjana Email: flimkien@maltadiocese.org

FaithF’dan iż-żmien meta l-Knisja qed tiċċelebra s-Sena tal-Fidi, xtaqt inwassal dawn iż-żewġ kitbiet għall-attenzjoni tal-qarrejja tal-magażin Flimkien:

1.Doubt sees the obstacles,Faith sees the way.Doubt sees the darkest night,Faith sees the day.Doubt dreads to take a step,Faith soars on high.Doubt whispers ‘Who believes?’Faith whispers ‘I!’

2.Fear knocked at the door.Faith went to open.But Fear was there no more!

Claudia Corrieri, Attard

Nifhem aktar, ni©©udika inqasNixtieq infakkar f’diversi weġgħat li għandhom ħafna ġenituri llum; weġgħat li sa ftit snin ilu ma kinux daqshekk mifruxa. Nirreferi għal meta ġenituri jaraw lil uliedhom ġejjin lura d-dar wara li jkun tfarrkilhom iż-żwieġ; bħala nanniet jistennew ġranet sħaħ biex jaraw ftit in-neputijiet wara s-separazzjon tal-ġenituri tagħhom; jaraw lill-istess neputijiet neqsin mill-affett u l-preżenza tal-omm jew tal-missier; jarawhom neqsin minn ċerti bżonnijiet minħabba l-problemi finanzjarji tal-ġenituri tagħhom; jaraw lil uliedhom ma jimxux skont il-valuri li jkunu rabbewhom fihom; jaċċettaw b’sagrifiċċju n-neputijiet

li jkunu twieldu minn relazzjoni ta’ ftit sigħat; jaċċettaw f’darhom lil uliedhom li issa jkunu f’relazzjoni ġdida ma’ persuni li għadhom miżżewġa lil xi ħaddieħor; jaċċettaw ukoll lil ulied il-partner il-ġdid, u li setgħu twieldu minn relazzjoni preċedenti. Nixtieq li nkunu sensittivi aktar lejn xulxin u lejn ġenituri bħal dawn. Nixtieq li nifhmu u nikkumpatixxu aktar, u niġġudikaw inqas.

Omm

Lifelong learningDin saret il-buzz word ta’ llum. Qed iħeġġuna nkomplu nitgħallmu. Din ħaġa pożittiva, għalkemm mhux daqshekk ġdida, għax anki l-Malti jgħid: “L-għaġuża (mara xiħa ħafna) ma tridx tmut għax trid tibqa’ titgħallem”. Dan il-lifelong learning issibu fis-snajja’ u l-professjonijiet kollha: il-plumber, l-elettriċista, l-għalliem, it-tabib, l-accountant, eċċ. Forsi l-aktar li hu nieqes huwa fil-ħajja tal-fidi. Nagħmlu ftit snin inħejju ruħna għall-Preċett, imbagħad ftit snin oħra għall-Griżma, imma wara dan jispiċċa kollox. L-uniku tagħlim jasal permezz tal-omelija (sic). Imma fil-fatt opportunità ta’ lifelong learning fil-fidi għandna ħafna: smiegħ tal-Kelma ta’ Alla, qari, radju, tv, irtiri, l-internet, gruppi tal-katekeżi, gruppi ta’ talb, għaqdiet oħra. F’din is-Sena tal-Fidi, ejjew niftħu l-Bieb tal-Fidi!

John A. Scicluna

ittri mill-qarreJJa

Ittra Rebbie˙a

iRTiR GÓaS-SaÇeRDoTiBi tħejjija għat-tifkira tal-Passjoni, il-Mewt u l-Qawmien ta’ Kristu, nistiednu lis-saċerdoti jieqfu ftit mill-attivitajiet tagħhom u għal tlett ijiem jinġabru għal mument ta’ riflessjoni, talb u intimità mal-Mulej.Mit-Tlieta 19 ta’ Frar fid-9am sa nofsinhar tal-Ħamis, 21Imexxi Fr. Martin Micallef, OFM Cap.Ibbukkja: Dar Manresa, Victoria, Għawdex - 21556635

Flimkien Jannar 2013 | 21

Page 22: Jannar 2013 Numru 98 - ms.maltadiocese.orgms.maltadiocese.org/WEBSITE/2013/FLIMKIEN/1... · Flimkien, Kulle©© tal-Kappillani, Kurja, Il-Furjana Email: flimkien@maltadiocese.org
Page 23: Jannar 2013 Numru 98 - ms.maltadiocese.orgms.maltadiocese.org/WEBSITE/2013/FLIMKIEN/1... · Flimkien, Kulle©© tal-Kappillani, Kurja, Il-Furjana Email: flimkien@maltadiocese.org

Jekk ħallejtu lil xulxin bħala eredi ta’ xulxin, allura meta jmut wieħed

minnkom dak li jibqa’ ħaj jiret lil min imut. Ħafna drabi fiż-żwieġ kollox jappartjeni lill-miżżewġin f’daqqa, allura meta jmut wieħed minnhom kulma jkun hemm x’jintiret ikun in-nofs ta’ dak li jkun sar waqt iż-żwieġ.

Wara l-mewt ta’ parti, kulħadd għandu dritt iġib kopja tat-testment tal-mejjet jew tal-mejta, imma jekk it-testment ikun magħmul flimkien (unica carta) allura t-tfal jistgħu jaraw biss il-parti tat-testment magħmula mill-parti li tkun mietet.

Fejn it-tfal ma jkunux eredi, allura jkollhom dritt għal sehem mill-eredità tal-mejjet. Minn dak is-sehem irid jitnaqqas dak li l-istess tfal ikunu ħadu bħala rigali waqt il-ħajja tal-mejjet u dak li ħadu bħala legati testamentarji wara l-mewt.

F’dawn it-tipi ta’ ċirkostanzi, tfal li jkunu rgħiba għall-flus jistgħu jħallu l-ġid tal-ġenitur mejjet tagħhom jagħmihom u jrendu ħajjet il-ġenitur li baqa’ ħaj miżerja. Għax jekk it-tfal jinsistu li jieħdu

sehemhom mill-porzjon riservat tal-wirt tal-mejjet waqt ħajjet il-ġenitur l-ieħor, il-ġenitur li jibqa’ ħaj jaf isib diffikultà biex jillikwida u jħallas il-porzjon riżervat.

Għalhekk mhux rakkomandat li t-tfal jitolbu sehemhom qabel il-mewt taż-żewġ ġenituri. Imma l-ġenitur li jibqa’ ħaj ħafna drabi jkollu dritt jibdel it-testment tiegħu biex, għal raġunijiet ovvji, ikun jista’ jippremja lil min wara l-mewt tal-ewwel parti ma jkunx ta inkwiet lill-parti li tkun baqgħet ħajja.

Il-fatt li waħda mill-partijiet tmut, ma jfissirx li l-parti l-oħra ma jkunx fadlilha bżonn finanzi biex tgħix l-aħħar snin ta’ ħajjitha b’mod diċenti. ■

l-aVukat

dr raymoNd Zammit ll.d.

Jiena u ƒew©i g˙amilna testment, werrieta ta’ xulxin fuq kollox, flus u bini. Veru li meta jmut xi ˙add minna, it-tfal jistg˙u j©ibu kopja tat-testment u jitolbu sehemhom u je˙duh? Im˙assba.

Ibg˙at id-diffikultajiet legali tieg˙ek hekk: Flimkien, L-Avukat, Kurja, Floriana. Din it-twe©iba m’g˙andhiex tittie˙ed minflok parir legali. Jekk g˙andek problema legali, fittex g˙ajnuna professjonali.

Sehem mill-wirt

SpiRiTWaliTà TeReÛjanaJekk trid tgħix l-ispiritwalità Tereżjana bħala lajk, ejja għal laqgħa kull xahar fejn ikollna talb flimkien u taħdita. Ikun hemm irtir ta’ nofs ta’ nhar kull tliet xhur. Diġà hemm komunitajiet B’Kara, Bormla, Ta’ Xbiex u x-Xagħra (Għawdex). Email: [email protected]. Żur il-websajt tal-Ordni Sekulari Karmelitan Tereżjan: http://oskt.wordpress.com/.

Flimkien Jannar 2013 | 23

Page 24: Jannar 2013 Numru 98 - ms.maltadiocese.orgms.maltadiocese.org/WEBSITE/2013/FLIMKIEN/1... · Flimkien, Kulle©© tal-Kappillani, Kurja, Il-Furjana Email: flimkien@maltadiocese.org

Irfina fil-kitba tal-MaltiKors universitarju ta’ sena (Frar 2013 - Jannar 2014)

g˙aç-Çertifikat fil-Qari tal-Provi bil-Malti

Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ilsien Malti

L-Università ta’ Malta

Issa

f'ghawdex

ukoll

Il-lezzjonijiet isiru:• f’Malta (it-Tnejn u l-Óamis filg˙axija) fl-Università, l-Imsida• f’G˙awdex (il-Ìimg˙a filg˙axija u s-Sibt filg˙odu) fiç-Çentru Universitarju ta’ G˙awdex, ix-Xewkija

L-applikazzjonijiet miftu˙in sat-18 ta’ Jannar

www.um.edu.mt/arts/malti/avvizi/cqpTag˙rif ie˙or: [email protected]

Page 25: Jannar 2013 Numru 98 - ms.maltadiocese.orgms.maltadiocese.org/WEBSITE/2013/FLIMKIEN/1... · Flimkien, Kulle©© tal-Kappillani, Kurja, Il-Furjana Email: flimkien@maltadiocese.org

Kulħadd jaf li fil-ħarifa l-għasafar ipassu mill-Ewropa għall-Affrika, u li fir-

rebbiegħa dawn jerġgħu lura biex ibejtu. Xi wħud mill-għasafar tal-Ewropa ma jpassux daqshekk fit-tul u jgħaddu x-xitwa fil-pajjiżi ta’ madwar il-Mediterran, fosthom Malta. B’hekk dawn l-ispeċi jiffrankaw parti sostanzjali mill-vjaġġ u jħabbtu wiċċhom ma’ inqas perikli bħalma huma t-tajr tal-priża u ma’ ostakoli bħad-Deżert tas-Saħara.

Fost l-għasafar li jgħaddu x-xitwa fil-gżejjer Maltin insibu l-pitirross. Dan l-għasfur faċli jingħaraf mis-sider oranġo tiegħu. L-għanja sabiħa tiegħu nisimgħuha l-aktar fil-ħarifa u l-bidu tax-xitwa.

Il-pitirross ma jiddejjaq xejn jgħaddi x-xitwa f’xi ġnien jew bitħa, u għandu ħabta jżur l-istess post xitwa wara l-oħra. Jekk dan l-għasfur trid tarah tul ix-xitwa kollha, għamillu mejda tal-għasafar żgħira u kuljum ħalli xi biċċa ħobż, kejk jew frotta maqsuma fuqha. Il-mejda m’għandhiex għalfejn tkun kbira, imma importanti li ma tagħmilhiex fejn tintlaħaq mill-qtates! Fuq il-mejda tal-għasafar jiġu wkoll għasafar oħra bħall-kudirross iswed.

Fix-xitwa tista’ tara wkoll iz-zakak abjad li wkoll iżomm qalb il-bini. Iz-zizka bojod li jgħaddu x-xitwa Malta jħobbu jmorru jorqdu l-Belt fis-siġar kbar li hemm quddiem il-Qorti.

ambJeNt

paul portelli

G˙asafar tax-xitwa

Fil-kampanja tista’ tara ħafna aktar għasafar milli tista’ tara mid-dar. Fost dawn l-għasafar insibu l-isturnell li kultant narawh idur fis-sema f’qatgħet kbar.

Mod faċli biex tara numru sabiħ ta’ għasafar tax-xitwa hu li tmur sar-riżerva naturali tal-Għadira jew tas-Simar li matul ix-xitwa jkunu miftuħin għall-pubbliku fi tmiem il-ġimgħa.

F’dawn iż-żewġ riżervi naturali nsibu ambjent ideali għat-tajr tal-ilma bħall-blonġuni, il-borok, it-tiġieġ tal-baħar u l-glalez.

Anki fil-bajjiet, portijiet u madwar il-kosta, insibu ħafna għasafar l-aktar meta jkun temp ikrah. L-aktar gawwija komuni fil-portijiet u l-bajjiet hi dik ta’ rasha kannella li fix-xitwa ma’ jkollhiex ras kannella. Il-gawwi jersaq viċin l-art l-aktar jekk xi ħadd jitħajjar jagħlfu b’xi biċċa ħobż.

Mal-kosta kultant naraw xi ċirlewwa. Iċ-ċirlew jixbah il-gawwi imma huwa aktar mislut u għandu titjira ħafifa.

Biex tosserva l-għasafar ma tridx xi għerf u anqas trid tkun xi espert. L-għasafar tista’ tarahom mid-dar, waqt mixja fil-kampanja, ħdejn il-baħar jew tmur tarahom apposta f’xi riżerva naturali. L-għasafar kapaċi jagħtuk pjaċir kbir u permezz tagħhom tista’ titgħallem tapprezza l-ħolqien. ■

Flimkien Jannar 2013 | 25

Page 26: Jannar 2013 Numru 98 - ms.maltadiocese.orgms.maltadiocese.org/WEBSITE/2013/FLIMKIEN/1... · Flimkien, Kulle©© tal-Kappillani, Kurja, Il-Furjana Email: flimkien@maltadiocese.org

Available from: Hompesch Road, Fgura - Tel: 2385 9340St Martha Str, Victoria Gozo – Tel: 2385 9360Psaila Str, Birkirkara (next to Dhalia) – Tel: 2385 9272 FREE UNDERGROUND PARKING FOR EUROPHARMA CLIENTSEmail: [email protected]

Page 27: Jannar 2013 Numru 98 - ms.maltadiocese.orgms.maltadiocese.org/WEBSITE/2013/FLIMKIEN/1... · Flimkien, Kulle©© tal-Kappillani, Kurja, Il-Furjana Email: flimkien@maltadiocese.org

logÓob

Claudia CiNi

Tisliba

alfakodo

mimdudin1. Ma nistax insib (5)3. Għaqda bejn raġel u mara (5)7. Tajra domestika tagħtina l-bajd (7)9. Il-qigħan tal-ogħla soqfa (4)10. Tħallix vojt (4)11. Ħa qatgħa u bidel il-kulur (4)12. Mart Abram (4)16. Hekk għamel l-għajjur! (4)18. Inizjali fuq is-Salib (4)19. Jagħti fl-aħmar (7)20. Malta mdawra bih (5)21. Il-belt Vittoriosa (5)

Weqfin1. Staqsew għax ħtieġu (5)2. Daqsxejn, kemm kemm (4)4. Louis bil-Malti (4)5. Rmied jixgħel (5)6. Kostruzzjoni (4) 7. Frott ta’ Belludja (7)8. Għasafar qishom pappagalli żgħar (7)13. Aqla’ minn żniedek (5)14. Toqgħod maġenbek (4)15. Ħadu l-aħħar nifs (5)17. Art tal-biedja (4)18. Is-singular ta’ intom (4)

Soluzzjoni Tisliba Diçembru: mimduda: 1. BERBAQ, 4. BORÌ, 6. ÓARRAB, 7. XTUR, 8. RIX, 10. MAKTUR, 12. ATT, 14. ÌEJ, 15. RESPIR, 18. SUD, 20. NANU, 21. EDUKAT, 22. AÛMA, 23. ARAZZI. Weqfin: 1. BAÓÓ, 2. BOROK, 3. QABRU, 4. BEXX, 5. ÌURAT, 9. IRIS, 10. MBE, 11. TORU, 13. TAR, 14. ÌENNA, 16. EDERA, 17. PRUNA, 18. SUSA, 19. UTLI. Rebbie˙: C. Riolo, Óal Balzan

Irba˙ voucher ta’ €25 ming˙and V&F Portelli and Sons Ltd, Mrie˙el billi twie©eb tajjeb sal-15 tax-xahar. Ikteb ismek, in-numru tat-telefon

u l-indirizz. Ibg˙atha hekk: Flimkien, Tisliba, Kurja, Il-Furjana.

Soluzzjoni Sudoku ta’ Diçembru

Rebbie˙a: B. Agius, Ó’Attard

8 2 7 1 6 4 5 9 3

6 4 3 8 5 9 2 7 1

1 9 5 7 3 2 4 6 8

4 5 2 9 7 3 1 8 6

3 7 6 4 8 1 9 5 2

9 1 8 6 2 5 3 4 7

7 3 4 5 1 6 8 2 9

5 8 1 2 9 7 6 3 4

2 6 9 3 4 8 7 1 5

1 2 3 4 5

6

7 8

9 10

11 12

13 14 15

16 17 18

19

20 21

F’din il-log˙ba, l-ittri mill-A saz-Z g˙andhom valur numeriku. Ta’ xi w˙ud di©à jidhru fil-kolonni tal-lemin. Imla l-kumplament tal-valuri ta’ kull ittra billi tag˙mel uƒu mill-˙jiel li hemm fil-kolonni tan-nofs. Pereƒempju, peress li L = 19 u N = 2 mela H = 17. Hekk ukoll, ©aladarba S = 11, mela bilfors li G = 22.

Ibg˙at it-twe©iba sal-15 tax-xahar hekk: Flimkien, Alfakodo, Kurja, Il-Furjana. Premju: 2 kotba offruti minn Merlin Publishers Ltd.

a J x J n J - D 2

b C + C o V + V

c G - A p X + A

D B ÷ B q Z x R

e O + D R E ÷ J

F S - J S G ÷ N 11

G S + S T X + V

h L - N u I x J 18

i K ÷ N v Y ÷ J 7

j M - V W J x F

k X - Z X F x N

l H + N 19 Y K + A 21

m D x M 10 z E - S

Flimkien Jannar 2013 | 27

Page 28: Jannar 2013 Numru 98 - ms.maltadiocese.orgms.maltadiocese.org/WEBSITE/2013/FLIMKIEN/1... · Flimkien, Kulle©© tal-Kappillani, Kurja, Il-Furjana Email: flimkien@maltadiocese.org

Tel: +356 2144 7164 Mob: +356 9999 5000 Email: [email protected]

FaucETs & BaThroom accEsoriEs

Page 29: Jannar 2013 Numru 98 - ms.maltadiocese.orgms.maltadiocese.org/WEBSITE/2013/FLIMKIEN/1... · Flimkien, Kulle©© tal-Kappillani, Kurja, Il-Furjana Email: flimkien@maltadiocese.org

paÌNa gÓat-tfal

Claudia CiNi

Log˙ob bi premju

Jigsaw PuzzleDa˙˙al dawn il-biççiet tal-jigsaw puzzle fil-kaxxa ta’ hawn ta˙t biex tifforma sitt ismijiet ta’ annimali. Xi ittri huma lesti f’posthom biex jg˙inuk. G˙idilna liema huma s-sitt annimali. L-ewwel twe©iba tajba tirba˙ voucher ta’ E10 li jissarraf g˙and Alfsons Enterprises Ltd, il-Óamrun). Ibg˙atha flimkien ma’ ismek u l-indirizz hekk: Flimkien, JIGSAW PUZZLE, Kurja, Il-Furjana.

Soluzzjoni ta’ Diçembru: kunTenTizzaRebbie˙: M. Magri, iƒ-Ûurrieq

San Ġwann Bosco

IE

Û

IE Ì

T U

Q

I Ì

T

Û

L

R D U

A

A R M

Q A

Q

Û

S

U Û

U Ì

L U S

K

A

Miet fl-1888. Il-festa tiegħu hija

fil-31 ta’ Jannar

Twieled viċin Turin l-Italja, iben bdiewa foqra, fl-1815

Ta’ sentejn tilef lil missieru. Kuljum qabel l-iskola kien iqum kmieni ħafna biex jgħin lil ommu fir-razzett

Tgħallem diversi snajjiet fosthom ta’ mastrudaxxa,

skarpan, kok u oħrajn, li ‘l quddiem swewh ħafna

Kien imur iċ-ċirku jara l-magicians u mbagħad kien jagħmel il-magic u t-tricks quddiem xi tfal li mbagħad kien jgħidilhom xi posta rużarju jew jirrakkontalhom xi ġrajja mill-ħajja tal-qaddisin

Fl-1841 sar saċerdot u beda jiġbor it-tfal tat-triq u jgħallimhom xi sengħa biex ma jiġux fl-inkwiet

Beda jipprintja leaflets dwar tagħlim Nisrani u jqassamhom

Kien iħeġġeġ lit-tfal jgħidu tliet Ave Marijiet qabel jorqdu, iħajjarhom jimitaw lil Ġesù f’kollox. Wieħed minn dawn kien San Domenico Savio

Don Bosco beda l-ordni tas-Salesjani

Il-QaddIs

tax-xahar

Tel: +356 2144 7164 Mob: +356 9999 5000 Email: [email protected]

FaucETs & BaThroom accEsoriEs

Flimkien Jannar 2013 | 29

Page 30: Jannar 2013 Numru 98 - ms.maltadiocese.orgms.maltadiocese.org/WEBSITE/2013/FLIMKIEN/1... · Flimkien, Kulle©© tal-Kappillani, Kurja, Il-Furjana Email: flimkien@maltadiocese.org

How much I must criticize you, my Church!

And yet, how much I love you!You have made me suffer more than

anyone, And yet I owe more to you than to

anyone.I should like to see you destroyed,And yet I need your presence.You have given me much scandal,And yet you alone have made me

understand holiness.

Never in this world have I seen anythingmore compromised, more false.

Yet never have I touched anything more pure,

more generous or more beautiful.Countless times I have felt like

How much I must criticize you, my Church!

When Carlo Carretto, a prophetic spiritual writer of our time, returned to Italy from the Sahara desert, where he lived for many years among the Bedouins, he wrote a spiritual testimony, I Sought and I Found, in which he chronicles his journey towards, and struggles with, God. He ends the book with a ‘love letter’ addressed to the visible institutional church - the Catholic Church. This is a real and honest description of the Church - flawed yet divine, mediating the presence of God while at the same time obstructing it. When I met this poem, I found it inspiring and thought of sharing it with the readers of Flimkien. Maybe it can be of help for those who have suffered because of the Church. Perhaps it will help them realize that the Church has a human element but it also has God’s blessing and grace. Bernadette Borg

l-aÓÓar paÌNa

slamming the door of my soul in your face,

And yet every night I have prayed that I might die in your sure arms.

No, I cannot be free of you,For I am one with you,Even if not completely you.Then too, where would I go?To build another Church?But I could not build one without the same defects.And again, if I were to build another Church,It would not be my Church, not Christ’s Church.No, I am old enough.I know better.

Carlo Carretto

Page 31: Jannar 2013 Numru 98 - ms.maltadiocese.orgms.maltadiocese.org/WEBSITE/2013/FLIMKIEN/1... · Flimkien, Kulle©© tal-Kappillani, Kurja, Il-Furjana Email: flimkien@maltadiocese.org
Page 32: Jannar 2013 Numru 98 - ms.maltadiocese.orgms.maltadiocese.org/WEBSITE/2013/FLIMKIEN/1... · Flimkien, Kulle©© tal-Kappillani, Kurja, Il-Furjana Email: flimkien@maltadiocese.org