kampus Ġdid u bl-aqwa faċilitajiet għall-mcast - futur fis-sod

8
It-Tlieta, 15 ta’ Jannar www.mychoice.pn f’din l-Elezzjoni SUPPLIMENT 20 13 Il-kampus il-ġdid tal-MCAST se jkollu 17-il binja Eluf ta’ studenti, bejn full-time u part-time, jattendu xi kors fl-MCAST Muscat jgħid li jrid jibni power station żejda. U jinsa jikkalkula ħafna spejjeż... ii iii vi FATTI U ĊIFRI TITKELLEM INT MUSCAT JAGħżEL ħAżIN L-investiment qawwi li l-Gvern qed jagħmel fil-bini ta’ kampus ġdid tal-MCAST hu investiment mill-aktar importanti fl-istudenti u ż-żgħażagħ Maltin u Għawdxin. Permezz ta’ dan il-proġett il-Gvern, għal darba oħra, qed juri bil-fatti kemm l-edukazzjoni u t-taħriġ huma fuq quddiem nett tal-aġenda tal-ħidma tiegħu. Proġett li se jkompli jgħin lill-istudenti, liż-żgħażagħ, lill-ħaddiema u lis-sidien tan-negozji żgħar u medji kif ukoll lil industriji akbar. Kampus ġdid u bl-aqwa faċilitajiet għall-MCAST Il-bini ta’ kampus ġdid tal-MCAST hu riżultat ta’ strateġija ħolistika tal-Gvern li qed iwettaq parti oħra mill-viżjoni u l-istrateġija li minnha jgawdi l-poplu kollu. Kemm il-ġenerazzjoni preżenti, kif ukoll dawk futuri. L-iżvilupp ta’ dan l-investiment hu l-frott ta’ deċiżjonijiet u għażliet kruċjali li l-Gvern, flimkien mal-poplu Malti u Għawdxi, ħa fis-snin li għaddew. Minn dan il-frott, il-Gvern qed jiżra’ ż-żerriegħa li minnha qiegħed jissawwar ġejjieni Il-Gvern immexxi mill-Partit Nazzjonalista imbarka fuq il-bini ta’ Kampus ġdid għall-MCAST b’investiment ta’ €120 miljun. Meta jitlesta l-Kampus il-ġdid, l-MCAST ikun jista’ jilqa’ sa 10,000 student full-time promettenti għaż-żgħażagħ u l-poplu tagħna. L-MCAST twaqqaf għaxar snin ilu meta f’pajjiżna kien għaddej dibattitu intern jaħraq dwar jekk kellniex nissieħbu fl- Unjoni Ewropea. Il-poplu Malti ddeċieda li nissieħbu fl-Unjoni Ewropea u fl-2004 pajjiżna sar membru. L-MCAST seta’ jikber kif kiber matul l-għaxar snin li ilu mwaqqaf, anki b’riżultat tas-sħubija tagħna fl-Unjoni Ewropea għaliex il-Gvern ħaseb li fondi Ewropej jinvestihom ukoll f’faċilitajiet moderni għall-istudenti u għall-ħaddiema li jsegwu korsijiet fl-MCAST. L-investiment ta’ €120 miljun li qed isir issa f’kampus ġdid biex jilqa’ 10,000 student u studenta full-time qiegħed ukoll isir b’fondi tal-Unjoni Ewropea. Bħala parti mill-Viżjoni 2015, il-Gvern identifika setturi li ried li wieħed jaħdem fuqhom biex f’pajjiżna jkollna aktar tkabbir ekonomiku u jinħolqu aktar impjiegi għaż- żgħażagħ u għall-ħaddiema, b’pagi tajbin. Il-Gvern beda jwettaq din il-viżjoni mibnija fuq seba’ pilastri – is-servizzi finanzjarji, l-ICT, l-edukazzjoni, is-saħħa, it-turiżmu, il-valur għoli miżjud u Għawdex bħala gżira ekoloġika. Fil-ħames snin li għaddew mill-MCAST temmew l-istudji tagħhom b’suċċess 8,800 żagħżugħ u żagħżugħa li l-parti l-kbira tagħhom sabu impjieg fl-oqsma ekonomiċi li ħdimna fuqhom f’din il- Viżjoni. Dawn iż-żgħażagħ illum huma integrati fil- postijiet tax-xogħol u jitkellmu b’entużjażmu dwar dak li kisbu permezz tal- MCAST.

Upload: partit-nazzjonalista

Post on 09-Mar-2016

238 views

Category:

Documents


7 download

DESCRIPTION

Suppliment 'In-Nazzjoni' 15.1.2013

TRANSCRIPT

Page 1: Kampus Ġdid u bl-Aqwa Faċilitajiet għall-MCAST - Futur fis-Sod

It-Tlieta, 15 ta’ Jannar www.mychoice.pn

f’din l-ElezzjoniSUPPLIMENT

2013

Il-kampus il-ġdid tal-MCAST se jkollu 17-il binja

Eluf ta’ studenti, bejn full-time u part-time, jattendu xi kors fl-MCAST

Muscat jgħid li jrid jibni power station żejda. U jinsa jikkalkula ħafna spejjeż...ii iii viFATTI U ĊIFrI TITkELLEM INT MUSCAT jAgħżEL ħAżIN

L-investiment qawwi li l-Gvern qed jagħmel fil-bini ta’ kampus ġdid tal-MCAST hu investiment mill-aktar importanti fl-istudenti u ż-żgħażagħ Maltin u Għawdxin.

Permezz ta’ dan il-proġett il-Gvern, għal darba oħra, qed juri bil-fatti kemm l-edukazzjoni u t-taħriġ huma fuq quddiem nett tal-aġenda tal-ħidma tiegħu. Proġett li se jkompli jgħin lill-istudenti, liż-żgħażagħ, lill-ħaddiema u lis-sidien tan-negozji żgħar u medji kif ukoll lil industriji akbar.

kampus ġdid u bl-aqwa faċilitajiet għall-MCAST

Il-bini ta’ kampus ġdid tal-MCAST hu riżultat ta’ strateġija ħolistika tal-Gvern li qed iwettaq parti oħra mill-viżjoni u l-istrateġija li minnha jgawdi l-poplu kollu. Kemm il-ġenerazzjoni preżenti, kif ukoll dawk futuri.

L-iżvilupp ta’ dan l-investiment hu l-frott ta’ deċiżjonijiet u għażliet kruċjali li l-Gvern, flimkien mal-poplu Malti u Għawdxi, ħa fis-snin li għaddew. Minn dan il-frott, il-Gvern qed jiżra’ ż-żerriegħa li minnha qiegħed jissawwar ġejjieni

Il-Gvern immexxi mill-Partit Nazzjonalista imbarka fuq il-bini ta’ Kampus ġdid għall-MCAST b’investiment

ta’ €120 miljun. Meta jitlesta l-Kampus il-ġdid, l-MCAST ikun jista’ jilqa’ sa 10,000 student full-time

promettenti għaż-żgħażagħ u l-poplu tagħna. L-MCAST twaqqaf għaxar snin ilu meta f’pajjiżna kien għaddej dibattitu intern jaħraq dwar jekk kellniex nissieħbu fl-Unjoni Ewropea. Il-poplu Malti ddeċieda li nissieħbu fl-Unjoni Ewropea u fl-2004 pajjiżna sar membru.

L-MCAST seta’ jikber kif kiber matul l-għaxar snin li ilu mwaqqaf, anki b’riżultat tas-sħubija tagħna fl-Unjoni Ewropea għaliex il-Gvern ħaseb li fondi Ewropej jinvestihom ukoll f’faċilitajiet moderni għall-istudenti u

għall-ħaddiema li jsegwu korsijiet fl-MCAST.

L-investiment ta’ €120 miljun li qed isir issa f’kampus ġdid biex jilqa’ 10,000 student u studenta full-time qiegħed ukoll isir b’fondi tal-Unjoni Ewropea.

Bħala parti mill-Viżjoni 2015, il-Gvern identifika setturi li ried li wieħed jaħdem fuqhom biex f’pajjiżna jkollna aktar tkabbir ekonomiku u jinħolqu aktar impjiegi għaż-żgħażagħ u għall-ħaddiema, b’pagi tajbin.

Il-Gvern beda jwettaq din il-viżjoni mibnija fuq seba’

pilastri – is-servizzi finanzjarji, l-ICT, l-edukazzjoni, is-saħħa, it-turiżmu, il-valur għoli miżjud u Għawdex bħala gżira ekoloġika.

Fil-ħames snin li għaddew mill-MCAST temmew l-istudji tagħhom b’suċċess 8,800 żagħżugħ u żagħżugħa li l-parti l-kbira tagħhom sabu impjieg fl-oqsma ekonomiċi li ħdimna fuqhom f’din il-Viżjoni. Dawn iż-żgħażagħ illum huma integrati fil-postijiet tax-xogħol u jitkellmu b’entużjażmu dwar dak li kisbu permezz tal-MCAST.

Page 2: Kampus Ġdid u bl-Aqwa Faċilitajiet għall-MCAST - Futur fis-Sod

ii – f’din l-Elezzjoni It-Tlieta, 15 ta’ Jannar 2013www.mychoice.pn

€120 miljunf’investiment biex jinbena l-kampus il-ġdid tal-MCAST

€9.6 miljun

se jkunu ffinanzjati mill-Unjoni Ewropea

(ErDF)

59,915-il metru kwadru

ta’ art biex fuqha jinfirex il-proġett

tal-kampus il-ġdid

Fatti u Ċifri

10,000student se jkunu jistgħu

jattendu l-MCAST meta jitlesta l-proġett

tal-kampus

€22 miljun f’investiment

għall-ewwel fażi tal-proġett

Bħalissa, l-MCAST jiġġenera sbatax fil-mija tal-elettriku li juża permezz ta’ sorsi alternattivi ta’

enerġija, fosthom ir-riħ u x-xemx. Fil-kampus il-ġdid, din ir-rata se tkompli tiżdied bl-istallazzjoni

ta’ aktar sistemi ta’ enerġija alternattiva.

Mill-Manifest ElettoraliPartit Nazzjonalista

Aħna nemmnu:• fi ‘gvern’ li ma jindaħalx fil-ħajja tan-nies

u li jippretendi li għandu xi forma ta’ monopolju fuq il-verità. Nemmnu fi ‘gvern’ li joħloq l-opportunitajiet biex il-bniedem jimxi ’l quddiem ħalli jilħaq il-milja tiegħu. Għalhekk, mhux gvern ‘sid’ li jikkontrolla l-ħajja tiegħek, imma gvern sieħeb li jipprovdi l-qafas meħtieġ biex int tilħaq il-milja tiegħek.

• fis-sussidjarjetà, u għalhekk fi gvern li jiddjaloga fejn dejjem ikun hemm proċess miftuħ fejn il-poplu, is-soċjetà ċivili, l-għaqdiet mhux-governattivi u r-rappreżentanti tal-ħaddiema u ta’ min iħaddem ipoġġu madwar il-mejda tad-diskussjoni flimkien mal-Gvern, u d-deċiżjonijiet jittieħdu flimkien, u dan isir dejjem fl-aħjar interess tal-familji u l-ħaddiema.

• fis-solidarjetà u t-tolleranza, li għandhom ikunu mwettqa dejjem u kullimkien, mhux biss fejn jaqblilna, jew fejn hu popolari, u mhux biss mal-poplu tagħna.

• fil-ġustizzja, li l-gvern ikun it-tarka taċ-ċittadini u jħares id-drittijiet u l-interessi tagħhom u jitratta lin-nies b’sens ta’ fairness u ekwità.

• li ‘relazzjonijiet personali’ huma xi ħaġa prezzjuża, fejn kulħadd hu fil-libertà li jagħżel l-istil ta’ ħajja li jixtieq, u l-Istat jilleġiżla kull fejn hemm bżonn biex iħares id-drittijiet u jistabbilixxi

d-drittijiet f’relazzjonijiet ta’ koabitazzjoni kemm eterosesswali kif ukoll omosesswali. Impenjati li fis-snin li ġejjin inkomplu nwettqu politika li tagħti aktar libertajiet ċivili lill-persuni li jgħixu f’relazzjonijiet differenti – fejn ir-relazzjonijiet personali jkunu dejjem aktar imħarsin u rikonoxxuti mill-istat, bl-obbligi u d-dmirijiet li dawn iġibu magħhom.

• li rridu nkomplu nsaħħu l-valur tal-familja Maltija waqt li niffaċċjaw ir-realtajiet il-ġodda li daħlu fis-soċjetà tagħna, fosthom il-fatt li llum għandna numru akbar ta’ koppji li jagħżlu li jiżżewġu aktar tard f’ħajjithom għaliex it-tnejn li huma għandhom karriera, professjoni jew impjieg biex itejbu l-kwalità tal-ħajja tagħhom. Għandna wkoll ir-realtà li numru ta’ koppji jagħmlu l-għażla li jgħixu flimkien jew li jrabbu familja oħra wara d-divorzju. Għandna aktar koppji jiżżewġu jew jgħixu ma’ barranin. Għandna wkoll ir-realtà ta’ koppji tal-istess sess li jgħixu flimkien.

Aħna rridu l-ġid lil kull wieħed u waħda minnhom, speċjalment fejn ikun hemm it-tfal, jew fejn ikun hemm xi persuna vulnerabbli, jew fejn ikun hemm l-abbuż.

• li nkomplu nsaħħu d-drittijiet tat-tfal, speċjalment tfal vulnerabbli li jistgħu jkunu vittmi ta’ sitwazzjonijiet diffiċli fil-familjaġ id-dritt tat-tfal li jipparteċipaw fis-soċjetàġ li jinstemgħuġ id-dritt għall-edukazzjoni u għal opportunitajiet indaqs.

Aħna min aħna u dak li nemmnu

Page 3: Kampus Ġdid u bl-Aqwa Faċilitajiet għall-MCAST - Futur fis-Sod

It-Tlieta, 15 ta’ Jannar f’din l-Elezzjoni – iii2013 www.mychoice.pn

TitkellemStorja ta’ suċċess hi l-MCAST. Illum eluf ta’ studenti, bejn full-time u part-time, jattendu xi kors fl-MCAST biex ikunu ppreparati aħjar għad-dinja tax-xogħol

L-MCAST jagħmel differenzaŻgur li l-MCAST qed jagħmel ġid għall-istudenti li jattendu fih. Personalment meta nara n-neputijiet imorru hemm, dejjem kliem ta’ tifħir smajt u kienet l-għażla tagħhom li ma jmorrux l-Università biex jattendu fl-MCAST.

Il-mod kif huma mqassmin il-korsijiet u l-kontenut tal-lezzjonijiet, skont il-kummenti tagħhom, huma tajbin ħafna. Apparentement mhux biss jitgħallmu mill-kotba u teoriji iżda dak kollu li jaqraw u jistudjaw ikollhom l-opportunità li jipprattikawh u jieħdu esperjenza diretta fuq dak il-qasam li għada pitgħada, jekk il-Bambin irid, se jkun ix-xogħol tagħhom.

Żgur li ħaduha b’ferħa meta s-sena li għaddiet l-MCAST tqies li hu fil-livell ta’ università fil-qasam edukattiv. Dan naħseb li se jkompli mhux biss iqawwi qalb l-istudenti li jattendu għal dawn il-korsijiet iżda se jattira numru akbar fil-futur.

Kontribut kbir lis-soċjetàJien nara l-MCAST bħala università ġdida li kulma jmur dejjem qed tikber, tispeċjalizza u fuq kollox tkompli miexja fuq il-passi mgħaġġlin tat-teknoloġija. B’hekk l-istudenti jitgħallmu affarijiet kontemporanji u mhux affarijiet li r-rwol tagħhom fis-soċjetà jew fil-ħajja tax-xogħol ilu li għadda.

L-MCAST qed jagħti kontribut kbir lis-soċjetà fejn jidħol l-iskilled labour. Din hi riżorsa umana li tgħin lill-Gvern ikompli jattira investiment barrani lejn pajjiżna.

Id-dipartimenti varji li jeżistu fl-MCAST jgħinu lill-istudent jagħżel dak li tixtieq qalbu u fejn veru jixtieq jilħaq u mhux ikun sfurzat jagħżel dak li jrid ħaddieħor minnu bħalma ġara fil-passat, fejn ħadd ma kellu d-dritt tal-għażla.

Student kuntent bl-għażla tiegħu hu student li se jirnexxi fil-futur u l-kontribut tiegħu fil-pajjiż se jkun ikbar.

Investiment fi wliednaIl-ftuħ tal-MCAST hu investiment tajjeb ħafna minnu nnifsu. Illum din l-istituzzjoni hi kkunsidrata bħala waħda mill-pilastri importanti biex tinħoloq riżorsa umana speċjalizzata f’oqsma partikulari. Bis-saħħa tagħha numru ta’ investituri barrani fosthom fl-avjazzjoni u l-IT qed jiġu Malta u jħallu l-miljuni ta’ ewro f’investimenti.

Dan kien possibbli grazzi għall-firxa wiesgħa ta’ korsijiet li jeżistu fl-MCAST u anki għad-diversi ċertifikati li jingħataw u llum anke degrees. B’dawn iċ-ċertifikati l-istudent li jkun ħadem u stinka b’tant sagrifiċċji, imur b’wiċċu minn quddiem jippreżentahom lis-sid tax-xogħol u jagħmel l-interview.

Dawn id-dipartimenti tal-MCAST jgħinu lill-istudenti jieħdu esperjenza diretta fil-qasam tax-xogħol li ftit skejjel jagħmluha u dan jgħinhom jakkwistaw kunfidenza fihom infushom.

Esperjenza akkademika validaGħalkemm naf li ħafna studenti jidħlu l-MCAST fuq għażla personali tagħhom kemm mill-bidu jew, kif naf xi wħud, telqu mill-Università u marru l-MCAST, nistaqsi: X’kien jiġri minn dawk il-mijiet ta’ studenti li forsi għal xi raġuni jew oħra ma setgħux ikomplu jistudjaw fuq livell postsekondarju jew jidħlu l-Università?

Diffiċli tgħid hux. Jaf ħafna kienu jispiċċaw jieqfu mill-esperjenza akkademika, b’riżultat li ma jġibux iċ-ċertifikati tant meħtieġa fid-dinja tal-lum u dan iwassal biex jew ikun hawn aktar nies qiegħda jew ikollhom xogħol li ma jrendix flus biżżejjed.

Permezz tad-dipartimenti u fakultajiet varji fl-MCAST, l-istudent ingħata għodda importanti biex ikun jista’ jispeċjalizza f’dak il-qasam partikulari. B’hekk l-istudent għandu l-opportunitajiet lokali u internazzjonali li jikber u jasal biex jieħu paga aħjar flimkien ma’ kundizzjonijiet ta’ xogħol aħjar.

Żbalja min ikkritika ‘l-MCAST Naqbel ħafna mal-kunċett tal-MCAST u li għalkemm forsi fil-passat kien hawn min kien kontrih, illum kulħadd jaħsibha bil-kontra. Eluf ta’ studenti huma rikonnoxxenti li dan il-Gvern fetaħ il-bibien ta’ din l-iskola għax ingħatatilhom opportunità ġdida ta’ studju.

Tant kien suċċess dan l-MCAST, kemm mit-tagħlim li jingħata kif ukoll min-numru kbir ta’ studenti li jidħlu ta’ kull sena għal xi kors partikulari, li l-Gvern ħass li għandu jibni kampus ġdid f’Raħal Ġdid apposta biex kull student tal-MCAST ikompli jingħata l-aqwa taħriġ f’ambjent mill-aqwa u favur saħħithom, għax mhux l-edukazzjoni biss hi importanti iżda anke saħħet l-istudent matul din l-esperjenza.

Dwar in-numru ta’ dipartimenti li hemm fi ħdan l-MCAST naħseb li huma importanti ħafna biex mhux biss jagħtu l-għażla lill-istudent iżda wkoll permezz tagħhom is-soċjetà dejjem se jkollha l-esperti tagħha f’numru ta’ oqsma, ibda mill-agrikultura u ibqa’ sejjer sal-inġinerija fil-bini u IT.

AgnES SpITErIIn-nAxxAr

M. grECh ĦAL TArxIEn

MArIA LEwISIL-MoSTA

CArMELo gALEAIL-gudjA

MAry ELLuL

Page 4: Kampus Ġdid u bl-Aqwa Faċilitajiet għall-MCAST - Futur fis-Sod

iv – f’din l-Elezzjoni It-Tlieta, 15 ta’ Jannar 2013www.mychoice.pn

Opportunitajiet akbar ta’ tagħlim għaż-żgħażagħ

Għażla wiesgħa ta’ opportunitajiet fejn iż-żgħażagħ jistgħu jkomplu jiżviluppaw

it-talenti u l-ħiliet tagħhom

L-industrija tat-tiswijiet tal-ajruplani hi ġdida għal pajjiżna grazzi

għall-viżjoni tal-Gvern immexxi mill-Partit Nazzjonalista li jemmen

fil-kapaċitajiet taż-żgħażagħ u l-ħaddiema Maltin

Page 5: Kampus Ġdid u bl-Aqwa Faċilitajiet għall-MCAST - Futur fis-Sod

It-Tlieta, 15 ta’ Jannar f’din l-Elezzjoni – v2013 www.mychoice.pn

Żgħażagħ jissoktaw bit-tagħlim tagħhom fl-MCAST u jippreparaw

lilhom infushom biex jidħlu fl-industrija ġdida tat-tiswijiet tal-ajruplani

Storja ta’ suċċess fl-Istitut għall-Istudji Turistiċi fejn mijiet ta’ żgħażagħ ikomplu

bl-istudji tagħhom ħalli eventwalment jidħlu fl-industrija tat-turiżmu

L-investiment kbir li l-Gvern kontinwament għamel fl-edukazzjoni qed jissarraf f’żgħażagħ aktar ippreparati għad-dinja tax-xogħol u dan ifisser li dawn iż-żgħażagħ

qed isibu jobs bi dħul akbar għalihom

Page 6: Kampus Ġdid u bl-Aqwa Faċilitajiet għall-MCAST - Futur fis-Sod

vi – f’din l-Elezzjoni It-Tlieta, 15 ta’ Jannar 2013www.mychoice.pn

...u tbati int

Muscat jgħid li jrid jibni power station żejda. U jinsa jikkalkula

ħafna spejjeż...... Muscat jinsa li jrid jibni moll fejn

jittrakkaw il-vapuri biex iħottu l-gass...

... Muscat jinsa jikkalkula l-profitt li kull kumpanija privata tkun trid tagħmel...

... u jipprova jnessi li l-konsulenti li ħallas hu stess qalulu li dan kollu xorta jwassal għal elettriku ogħla

minn dak bil-pjan tal-Gvern ta’ pipeline tal-gass

... Muscat jinsa kemm irid żmien biex isiru l-istudji kollha dwar proġett ta’ dan id-daqs...

... Muscat jgħid li jrid jibni żewġ tankijiet tal-gass fuq it-terrapien...

... u jekk mhux fuq it-terrapien, taħt l-art li hi ħaġa kontra l-liġi...

... Muscat jinsa l-ispiża tal-vapuri biex iġorru l-gass...

Muscat jagħżel ħażin...

MuSCAT IŻId dEĊIŻjonI oĦrA ĦAŻInA MAL-LISTA TIEgĦu... powEr STATIon gĦALxEjn B’pIŻ TA’ 600 MILjun Ewro

(dehret għall-ewwel darba: il-mument 05.09.10)

... u jinsa kemm irid żmien biex isir il-proġett

innifsu...

... Muscat jipprova jnessi li l-power station

żejda li jrid jagħmel titfa’ piż ta’ 600 miljun

ewro fuq il-pajjiż...

Page 7: Kampus Ġdid u bl-Aqwa Faċilitajiet għall-MCAST - Futur fis-Sod

It-Tlieta, 15 ta’ Jannar f’din l-Elezzjoni – vii2013 www.mychoice.pn

LENTI FUQ...

Il-proposta tal-Labour Party dwar l-enerġija, li fuqha Muscat qed jibni l-kampanja elettorali tiegħu, ġabet ħafna storbju u kummenti fil-media. Imma wieħed seta’ jinnota ħaġa interessanti: li r-reazzjoni fit-triq, biex ngħidu hekk, anke tal-Laburist ġenwin, kienet kwieta ħafna.

Il-proposta ta’ Muscat dwar l-enerġija suppost kienet il-wegħda li kellha tgħaġġeb u tgħammex lil kulħadd. Imma kulħadd, anke l-Laburist onest, baqa’ mistagħġeb kemm fiha toqob li Muscat messu ilu li induna bihom.

Muscat kellu raġun li ma riedx jgħidha qabel għax issirlu trietaqMuscat kemm-il darba ddikjara li ma riedx jgħid x’inhuma l-proposti tiegħu qabel il-kampanja elettorali għax inkella l-Partit Nazzjonalista jilħaq jagħmilhomlu trietaq, kif kien għamel trietaq l-idea tar-repeater class ħames snin ilu.

Proposta Laburista mimlija toqob li turi li l-Labour għadu mhux kapaċi jiggverna

Muscat mixgħuf minn din tar-repeater class għax kien hu stess li kiteb il-programm elettorali tal-Labour Party fl-elezzjoni l-oħra u daħħal il-proposta tar-repeater class, u anke l-proposta li jaqta’ s-surcharge tal-kontijiet tad-dawl bin-nofs.

Il-poplu Malti m’emminx dawn il-wegħdi tat-tgħammix.

Imma Muscat issa xorta ħareġ b’oħra.

Il-konsulenti li ħallas hu stess imeruh: l-elettriku bil-pipeline jiġi orħosMuscat qabbad kandidat tiegħu stess għall-elezzjoni, Konrad Mizzi, jagħmel proposta bbażata fuq studju li għamlu konsulenti Olandiżi li ħallashom Muscat stess. Il-kandidat Laburista hi ħaġa minn ewl id-dinja li se jgħid li l-proposta tal-Labour Party, li hi l-proposta tiegħu stess, hi tajba. Imma l-konsulenti li ħallas Muscat x’qalu?

Qalulu f’wiċċu li hu ċar li l-elettriku li Muscat irid jipproduċi f’power station

oħra se jiġi ogħla minn dak li l-Gvern qed jippjana li jipproduċi bil-gass minn pipeline li tħallashulna l-Ewropa. Issa dawn huma l-konsulenti li ħallashom Muscat stess li qed imeruh f’wiċċu dwar il-prezz li jiġi jiswa l-elettriku li jrid jipproduċi.

proposta b’ħafna kontradizzjonijiet żarmata biċċa biċċaImbagħad kellna lill-Ministru Tonio Fenech, naturalment wara l-pariri tal-esperti li għandu l-pajjiż, li żarma biċċa biċċa l-proposta ta’ Muscat u ħareġ id-difetti kbar li fiha:

n li l-power station li jrid jibni Muscat tiġi ħafna ogħla milli qed jgħid u tiswa sa 600 miljun ewro piż fuq il-pajjiż;

n li Muscat mhux qed idaħħal fil-kalkoli l-profitt li kull kumpanija privata tkun trid tagħmel;

n li Muscat nesa fil-kalkoli tiegħu l-bżonn tal-vapuri biex iġorru l-gass u li

kemm jekk jikrihom kif ukoll jekk jixtrihom jiġu jiswew ħafna flus;

n nesa wkoll idaħħal il-bżonn ta’ moll biex jinħatt il-gass;

n li hu ċar li power station oħra ma’ dik li għandna ma tistax tinbena fiż-żmien qasir li qed jgħid;

n li Muscat irid jibni tankijiet kbar tal-gass fuq it-terrapien; u

n li jekk ma jibnihomx fuq it-terrapien, jibnihom taħt l-art fejn Muscat ma jafx li hu kontra l-liġi li jibni tankijiet tal-gass.

Il-Labour għadu mhux lest biex jiggverna bis-serjetà u l-għaqal meħtieġa Iż-żarmar tal-unika proposta vera li għandu Muscat għal din l-elezzjoni juri ferm aktar minn dak li jidher mad-daqqa t’għajn:

n juri li minkejja li ilu 14-il sena u nofs fl-oppożizzjoni, il-Labour għadu mhux lest biex jiggverna bis-serjetà u

l-għaqal meħtieġa; n juri d-diżonestà li wera

Muscat fl-aħħar ftit snin meta maqdar tant il-fażi l-ġdida tal-power station, u issa f’daqqa waħda għal Muscat din saret tajba u pedina importanti;

n juri li minkejja l-ħafna pożi u ingravajjet koħol, Muscat għadu mhux qed jagħmel l-aktar ħaġa sempliċi fil-politika: li jibda mill-fatti;

n juri li x-xewqat u l-ħolm huma sbieħ ħafna, imma l-politika dejjem trid tibda mill-fatti li għandek quddiemek;

n juri li l-fatti li messu bbaża fuqhom Muscat huma l-pariri tal-konsulenti li ħallas hu stess; u

n juri li messu bbaża wkoll fuq kalkolu fattwali tal-ispejjeż kollha li hemm bżonn biex jibni power station oħra ma’ li għandna.

Il-mistoqsija llum mhix dwar il-proposta ta’ Muscat imma dwar kemm kapaċi jmexxi.

Muscat iħallas lill-kumpanija olandiża dnV Kema biex tagħmillu stima ta’ kemm jiġi jiswa

l-elettriku bil-proposta tiegħu... u dnV Kema tgħidlu f’wiċċu li l-elettriku bl-għażla tiegħu

(9c4) jiġi ogħla mill-għażla tal-gvern (8c7)

Page 8: Kampus Ġdid u bl-Aqwa Faċilitajiet għall-MCAST - Futur fis-Sod

viii – f’din l-Elezzjoni It-Tlieta, 15 ta’ Jannar 2013www.mychoice.pn

“permezz tal-MCAST, l-ITS u istituzzjonijiet oħra ta’ edukazzjoni qed insaħħu l-innovazzjoni, il-kreattività u s-sens ta’ intrapriża fost iż-żgħażagħ u l-ħaddiema. Irridu li ż-żgħażagħ tagħna permezz tal-ħiliet li jiżviluppaw joħolqu l-ġid u x-xogħol għalihom infushom u għal ħaddieħor.”

- il-Prim Ministru Lawrence Gonzi