knisja katidrali tal-assunta - gĦawdex · 2018-11-04 · minn alla u kkonfermati fil-grazzja, ma...

1
LECTIO DIVINA Kull nhar ta’ Tlieta fis-6:30pm mill-Arċipriet. GRUPPI ADOLOXXENTI Form 2 (yr.8): Kull nhar ta’ Erbgħa fis-6:30pm. Forms 3 u 4 (yr. 9 u 10): Kull nhar ta’ Ġimgħa fis- 7:30pm. 15+: Kull nhar ta’ Sibt fis-7:00pm. Ilkoll jinżammu fl-annexe u jitmexxew minn Dun Daniel Sultana. ID-DEVOZZJONI LEJN L-ERWIEĦ ... Silta minn Ittra lill-Poplu taAlla tal-Isqof Mario Grech San Alfons Maria de Liguori huwa konvint li l-erwieħ tajba jistgħu jitolbu għalina anki meta jkunu għadhom il -Purgatorju jġarrbu l - purifikazzjoni: billi huma maħbuba minn Alla u kkonfermati fil-grazzja, ma hemm xejn xi jtellifhom milli jitolbu għalina. Alla jippermetti li l - erwieħ ħbieb tiegħu jkunu jafu x’inhuma x-xewqat tagħna biex imbagħad huma jitolbu għalina. Hekk bejnna u bejnhom jibqa’ dan il-bdil ta’ atti ta’ mħabba billi aħna nitolbu għalihom u huma jitolbu għalina. Santa Katerina minn Bologna, meta kien ikollha bżonn ta’ xi grazzja, kienet tirrikorri għand l -erwieħ tal-Purgatorju u t-talb tagħha kien mismugħ; anzi, hija tgħid li ħafna grazzji li ma kenitx taqla’ bl- interċessjoni tal-qaddisin, hija qalgħethom permezz tal -erwieħ tal- Purgatorju (ara l-ktieb ta’ San Alfons, Del Gran Mezzo della Preghiera). Il-fatt li nitolbu lill-erwieħ ma għandux inessina d-dmir li nitolbu għalihom ukoll. It-talb tagħna għall-erwieħ huwa att ta’ mħabba u rikonoxxenza għal dak kollu li huma għamlu magħna f’din id-dinja. Xi drabi s-suffraġju li noffru lill -erwieħ, anki b’xi karità li nagħmlu, huwa wkoll mod kif infittxu nissodisfaw xi djun pendenti li jkollna magħhom. Fuq kollox, meta niftakru fihom fit-talb tagħna, speċjalment waqt is-sagrifiċċju tal-quddiesa, aħna nkunu qed irroddu ħajr lil Alla li jkun tahomlna f’ħajjitna. Fid-dawl ta’ dan, issa li bdejna x-xahar ta’ Novembru, li nafuh ukoll bħala ‘x-Xahar tal-Erwieħ’, nistedinkom titolbu kemm għall -erwieħ tal- Purgatorju u kemm biex titolbu lil Alla bl-interċessjoni tal-antenati għeżież tagħna, sew jekk għadhom fiż-żmien tal-purifikazzjoni u iktar u iktar jekk qegħdin fis-sebħ u jaraw ċar ’l Alla kif inhu fih innifsu, Wieħed fi Tliet Persuni. Alla huwa l-qofol tad-devozzjoni tagħna lejn l -erwieħ. Fil-fatt, bit-talb tagħna ngħinu lill -erwieħ iħaffu jingħaqdu ma’ Alla, u meta nitolbuhom, huma jgħinuna nġarrbu l -qawwa feddejja ta’ Kristu. Għaldaqstant, il -kult Nisrani lejn l-erwieħ m’għandu x’jaqsam xejn ma’ ċelebrazzjonijiet jew prattiċi tal -okkult, partikularment dawk li nisimgħu dwarhom f’dan iż-żmien. Agħtihom, o Mulej, il- mistrieħ ta’ dejjem. Kif ngħixu x-xahar ta’ Novembru u niftakru fl-għeżież mejtin tagħna... Noffru l-quddies għalihom...hija ħasra li għandna mejtin li mietu riċentament u ħadd ma jiftakar joffri quddiesa għalihom! Inżuru ċ-ċimiterju u nħallu fjuri u xemgħa fuq il-qabar bħala sinjal ta’ qima lejn fdalijiet li għad jirxuxtaw. Xieraq li matul iż-żjajjar fiċ-ċimiterju jinżamm is-skiet li huwa xieraq għal dan il-post qaddis. Nitolbu għall-mejtin tal-familji tagħna qabel l-ikel meta l-familja tinġabar madwar il-mejda għall-ikel. Hi drawwa li nitolbu għalihom ġaladarba jinħass in-nuqqas tagħhom waqt l-ikel. Nagħmlu boroż ta’ studju fis-Seminarju tagħna b’tifkira tal-għeżież mejtin tagħna. Kull borża ta’ studju hija €600. Nagħtu karità b’suffraġju tal-għeżież mejtin – il-karità hi stqarrija tal-imħabba li ma tmut qatt! Il-Ħadd 4.11.18 | 6:30am Familji Scicluna u Said. 7:45am Pawlu u Mikelina Grech. 9:00am Konventwali - Ferdinandu, Tereżina u Kostantina Camilleri. 10:30am Mario Azzopardi u Ċettina Debrincat. 12:00pm Brian Portelli. 6:00pm Maria Hili. 7:15pm Maria DeGiorgio. It-Tnejn 5.11.18 | 6:15am Vitorja, Toni u Manwel Grech. 7:00am Konventwali. 8:00am Peter Paul Camilleri. 6:00pm Rafel, Marija u Annie Conti. 7:15pm Ġanni Azzopardi. It-Tlieta 6.11.18 | 6:15am Mons. Ġużeppi Gauci (Fund. Kapit.). 7:00am Konventwali - Doris Zammit. 8:00am Carmelo u Rose Agius. 6:00pm Annie Micallef. 7:15pm M’Angelo Saliba u l-familja. L-Erbgħa 7.11.18 | 6:15am Familji Formosa u Farrugia. 7:00am Konventwali - Ġanni u Pawlu Portelli. 8:00am Familji Scicluna u Spiteri. 6:00pm u 7:15pm Tommy Cauchi. Il-Ħamis 8.11.18 | 6:15am John Baptist, Rita Tabone u Ġuża Buttigieg. 7:00am Konventwali. 8:00am Bertu Farrugia. 6:00pm Anton u Nina Grech. 7:15pm Familja Grech. Il-Ġimgħa 9.11.18 | 6:15am Familji Apap u Cassar. 7:00am Konventwali - Ġuzeppina Attard (Legat. Parr.). 8:00am Familji Said u Lina Lupi. 6:00pm Carmelo u Tereża Borg. 7:15pm Tereżina, Carmelo u Marija Theuma. Is-Sibt 10.1.18 | 6:15am George Xuereb. 7:00am Konventwali - Ġużeppina Attard (Legat. Parr.). 8:00am Michael u Marija Debrincat. 6:00pm Pawlu u Carmela Camilleri. 7:15pm Toni u Marija Grech. KNISJA KATIDRALI TAL-ASSUNTA - GĦAWDEX L-UFFIĊĊJU PARROKKJALI, PJAZZA TAL-KATIDRAL, -ĊITTADELLA GĦAWDEX. VCT 1822 | t: 2155 4101 (uffiċċju) / 2155 6087 (knisja) w: www.gozocathedral.org | f: www.facebook.com/gozocathedral/ | ĦINIJIET TAL-UFFIĊĊJU PARROKKJALI: Mit-Tnejn sal-Ġimgħa (filgħaxija) 5:00-7:00pm MONS. JOSEPH SULTANA - ARĊIPRIET: M: 7993 5314 - E: [email protected] | DUN DANIEL SULTANA VIGARJU PARROKKJALI: M: 79924903 E: [email protected] AGĦTIHOM, MULEJ, IL-MISTRIEĦ TA’ DEJJEM ... Il-Familja ta’ Marija Portelli toffri €20 għall-ispejjeż ta’ dan il-bullettin b’suffraġju tal-għażiż tagħhom Ferdinandu Portelli. Niftakru fih fit-talb tagħna. IT-TIENI JUM DINJI TAL-FOQRA Nhar il- Ħadd, 18 ta’ Novembru ser jinżamm it-2 Jum Dinji tal- Foqra, imniedi mill-Papa Franġisku. Xieraq li bi tħejjija al dan il-jum, nissensibilizzaw il-komunità tagħna fuq il-foqra ta’ żminijietna u noffu oġġetti tal -ikel għall- familji fil-bżonn. Dawn l-oġġetti tal-ikel jitħallew fil-kaxxa ħdejn in-niċċa tar -Redentur u ser noffruhom waqt iċ- ċelebrazzjoni djoċesana ta’ Kristu Re, li se ssir fis- Santwarju ta’ Pinu, il -Ħadd 25 ta’ Novembru fl -4:00pm. -ċelebrazzjoni ser tiffoka fuq il-persuna ta’ Marija ta’ Nazaret u l-ħidma karitatevoli tal-Knisja. ĦARĠA GĦAL MALTA Nhar it-Tlieta, 13 ta' Novembru. Tluq fis-6:45am minn quddiem is-Sorijiet Sależjani fi Triq ir-Repubblika, vapur tas-7:30am, ħin għax-xiri fil-monti tal-Birgu, ninvistaw ir-Redentur, quddiesa fil-kunvent tal-Kapuċċini Santa Liberata fil - Kalkara, inżuru ċ-Ċimiterju ta' Wied Għammieq, ħin għall-ikel fix-xatt tal- Isla u żjara fil-Forti Sant'Iermu l-Belt Valletta. Lura mal-vapur tal-4:30pm. Biljetti mingħand George u Grace Debono u mill-uffiċċju parrokkjali għal €15. Il-ħlas tal-vapur u tad-dħul fil-Forti Sant'Iermu mhux inkluż. IT-II ANNIVERSARJU MILL-ĦATRA TAL-ARĊIPRIET JOSEPH SULTANA Nhar it-Tnejn, 5 ta’ Novembru huwa t-tieni anniversarju mill- ħatra tal-Arċipriet Joseph Sultana bħala ragħaj spiritwali tal-parroċċa tagħna. Waqt li nwegħduh il - lealtà u l-fedeltà lejn il-ministeru tiegħu, inżommuh fit- talb tagħna biex ikompli ħidmietu fostna. COFFEE MORNING B’RISQ IL- PARROĊĊA Nhar it-Tlieta 6 ta’ Novembru fid- 9:00am fil-każin tal-Banda Leone. Inħeġġu l-attendenza ta’ dawk in-nisa li jistgħu jattendu b’għajnuna siewja lill - parroċċa. Jingħata rigal ċkejken minn Fatima lil kulmin jattendi. GĦALL-FAMILJI LI ULIEDHOM SER JIRĊIEVU L-EWWEL TQARBINA U L- GRIŻMA TAL-ISQOF Għal din is-sena għandna 22 adoloxxent li qegħdin jitħejjew għas- sagrament tal-Konfirmazzjoni u 23 tifel u tifla għall- Ewwel Tqarbina. Dawn huma mumenti ta’ grazzja għall-familja kollha u għaldaqstant il -parroċċa ħejjiet programm ta’ formazzjoni għall-ġenituri ta’ dawn it- tfal. L-ewwel laqgħa ser tinżamm nhar il -Ġimgħa 9 ta’ Novembru fis-7:00pm fil-Katidral u titmexxa minn Fr. Joe Farrugia, responsabbli mill-Konsultorju tal-Familja ġewwa Ta’ Pinu. Nagħmlu appell biex il-ġenituri kollha jagħmlu kull mezz u j kunu preżenti. Jekk ħaġa nemmnu fiha, dejjem insibu ħin għaliha!

Upload: others

Post on 23-Jan-2020

22 views

Category:

Documents


0 download

TRANSCRIPT

LECTIO DIVINA Kull nhar ta’ Tlieta fis-6:30pm mill-Arċipriet.

GRUPPI ADOLOXXENTI Form 2 (yr.8): Kull nhar ta’ Erbgħa fis-6:30pm.

Forms 3 u 4 (yr. 9 u 10): Kull nhar ta’ Ġimgħa fis-

7:30pm. 15+: Kull nhar ta’ Sibt fis-7:00pm.

Ilkoll jinżammu fl-annexe u jitmexxew minn Dun

Daniel Sultana.

ID-DEVOZZJONI LEJN L-ERWIEĦ ... Silta minn

Ittra lill-Poplu ta’ Alla tal-Isqof Mario Grech San Alfons Maria de Liguori huwa konvint li l-erwieħ tajba jistgħu

jitolbu għalina anki meta jkunu għadhom il-Purgatorju jġarrbu l-

purifikazzjoni: billi huma maħbuba minn Alla u kkonfermati fil-grazzja,

ma hemm xejn xi jtellifhom milli jitolbu għalina. Alla jippermetti li l-

erwieħ ħbieb tiegħu jkunu jafu x’inhuma x-xewqat tagħna biex

imbagħad huma jitolbu għalina. Hekk bejnna u bejnhom jibqa’ dan

il-bdil ta’ atti ta’ mħabba billi aħna nitolbu għalihom u huma jitolbu

għalina. Santa Katerina minn Bologna, meta kien ikollha bżonn ta’ xi

grazzja, kienet tirrikorri għand l-erwieħ tal-Purgatorju u t-talb tagħha

kien mismugħ; anzi, hija tgħid li ħafna grazzji li ma kenitx taqla’ bl-

interċessjoni tal-qaddisin, hija qalgħethom permezz tal-erwieħ tal-

Purgatorju (ara l-ktieb ta’ San Alfons, Del Gran Mezzo della

Preghiera). Il-fatt li nitolbu lill-erwieħ ma għandux inessina d-dmir li

nitolbu għalihom ukoll. It-talb tagħna għall-erwieħ huwa att ta’

mħabba u rikonoxxenza għal dak kollu li huma għamlu magħna f’din

id-dinja. Xi drabi s-suffraġju li noffru lill-erwieħ, anki b’xi karità li

nagħmlu, huwa wkoll mod kif infittxu nissodisfaw xi djun pendenti li

jkollna magħhom. Fuq kollox, meta niftakru fihom fit-talb tagħna,

speċjalment waqt is-sagrifiċċju tal-quddiesa, aħna nkunu qed irroddu ħajr lil Alla li jkun tahomlna f’ħajjitna.

Fid-dawl ta’ dan, issa li bdejna x-xahar ta’ Novembru, li nafuh ukoll

bħala ‘x-Xahar tal-Erwieħ’, nistedinkom titolbu kemm għall-erwieħ tal-

Purgatorju u kemm biex titolbu lil Alla bl-interċessjoni tal-antenati

għeżież tagħna, sew jekk għadhom fiż-żmien tal-purifikazzjoni u iktar u

iktar jekk qegħdin fis-sebħ u jaraw ċar ’l Alla kif inhu fih innifsu, Wieħed

fi Tliet Persuni. Alla huwa l-qofol tad-devozzjoni tagħna lejn l-erwieħ.

Fil-fatt, bit-talb tagħna ngħinu lill-erwieħ iħaffu jingħaqdu ma’ Alla, u

meta nitolbuhom, huma jgħinuna nġarrbu l-qawwa feddejja ta’

Kristu. Għaldaqstant, il-kult Nisrani lejn l-erwieħ m’għandu x’jaqsam

xejn ma’ ċelebrazzjonijiet jew prattiċi tal-okkult, partikularment dawk

li nisimgħu dwarhom f’dan iż-żmien.

Agħtihom, o Mulej, il-mistrieħ ta’ dejjem.

Kif ngħixu x-xahar ta’ Novembru u niftakru fl-għeżież mejtin tagħna... Noffru l-quddies għalihom...hija ħasra li għandna mejtin li mietu riċentament u

ħadd ma jiftakar joffri quddiesa għalihom! Inżuru ċ-ċimiterju u nħallu fjuri u xemgħa fuq il-qabar bħala sinjal ta’ qima

lejn fdalijiet li għad jirxuxtaw. Xieraq li matul iż-żjajjar fiċ-ċimiterju jinżamm is-skiet li huwa xieraq għal dan il-post qaddis.

Nitolbu għall-mejtin tal-familji tagħna qabel l-ikel meta l-familja tinġabar madwar il-mejda għall-ikel. Hi drawwa li nitolbu għalihom ġaladarba jinħass in-nuqqas tagħhom waqt l-ikel.

Nagħmlu boroż ta’ studju fis-Seminarju tagħna b’tifkira tal-għeżież mejtin tagħna. Kull borża ta’ studju hija €600.

Nagħtu karità b’suffraġju tal-għeżież mejtin – il-karità hi stqarrija tal-imħabba li

ma tmut qatt!

Il-Ħadd 4.11.18 | 6:30am Familji Scicluna u Said. 7:45am Pawlu u Mikelina Grech. 9:00am Konventwali - Ferdinandu, Tereżina u Kostantina Camilleri. 10:30am Mario Azzopardi u Ċettina Debrincat. 12:00pm Brian Portelli. 6:00pm Maria Hili. 7:15pm Maria DeGiorgio. It-Tnejn 5.11.18 | 6:15am Vitorja, Toni u Manwel Grech. 7:00am Konventwali. 8:00am Peter Paul Camilleri. 6:00pm Rafel, Marija u Annie Conti. 7:15pm Ġanni Azzopardi. It-Tlieta 6.11.18 | 6:15am Mons. Ġużeppi Gauci (Fund. Kapit.). 7:00am Konventwali - Doris Zammit. 8:00am Carmelo u Rose Agius. 6:00pm Annie Micallef.

7:15pm M’Angelo Saliba u l-familja. L-Erbgħa 7.11.18 | 6:15am Familji Formosa u Farrugia. 7:00am Konventwali - Ġanni u Pawlu Portelli. 8:00am Familji Scicluna u Spiteri. 6:00pm u 7:15pm Tommy Cauchi. Il-Ħamis 8.11.18 | 6:15am John Baptist, Rita Tabone u Ġuża Buttigieg. 7:00am Konventwali. 8:00am Bertu Farrugia. 6:00pm Anton u Nina Grech. 7:15pm Familja

Grech. Il-Ġimgħa 9.11.18 | 6:15am Familji Apap u Cassar. 7:00am Konventwali - Ġuzeppina Attard (Legat. Parr.). 8:00am Familji Said u Lina Lupi. 6:00pm Carmelo u Tereża Borg. 7:15pm Tereżina, Carmelo u Marija Theuma. Is-Sibt 10.1.18 | 6:15am George Xuereb. 7:00am Konventwali - Ġużeppina Attard (Legat. Parr.). 8:00am Michael u Marija Debrincat. 6:00pm Pawlu u Carmela

Camilleri. 7:15pm Toni u Marija Grech.

KNISJA KATIDRALI TAL-ASSUNTA - GĦAWDEX L-UFFIĊĊJU PARROKKJALI, PJAZZA TAL-KATIDRAL, IĊ-ĊITTADELLA GĦAWDEX. VCT 1822 | t: 2155 4101 (uffiċċju) / 2155 6087 (knisja) w: www.gozocathedral.org | f: www.facebook.com/gozocathedral/ | ĦINIJIET TAL-UFFIĊĊJU PARROKKJALI: Mit-Tnejn sal-Ġimgħa (filgħaxija) 5:00-7:00pm MONS. JOSEPH SULTANA - ARĊIPRIET: M: 7993 5314 - E: [email protected] | DUN DANIEL SULTANA – VIGARJU PARROKKJALI: M: 79924903 – E: [email protected]

AGĦTIHOM, MULEJ, IL-MISTRIEĦ TA’

DEJJEM ... Il-Familja ta’ Marija Portelli toffri €20 għall-ispejjeż

ta’ dan il-bullettin b’suffraġju tal-għażiż tagħhom Ferdinandu Portelli.

Niftakru fih fit-talb tagħna.

IT-TIENI JUM DINJI TAL-FOQRA Nhar il-

Ħadd, 18 ta’ Novembru ser jinżamm it-2 Jum Dinji tal-

Foqra, imniedi mill-Papa Franġisku. Xieraq li bi tħejjija

għal dan il-jum, nissensibilizzaw il-komunità tagħna fuq

il-foqra ta’ żminijietna u noffu oġġetti tal-ikel għall-

familji fil-bżonn. Dawn l-oġġetti tal-ikel jitħallew fil-kaxxa

ħdejn in-niċċa tar-Redentur u ser noffruhom waqt iċ-

ċelebrazzjoni djoċesana ta’ Kristu Re, li se ssir fis-

Santwarju ta’ Pinu, il-Ħadd 25 ta’ Novembru fl-4:00pm.

Iċ-ċelebrazzjoni ser tiffoka fuq il-persuna ta’ Marija ta’

Nazaret u l-ħidma karitatevoli tal-Knisja. ĦARĠA GĦAL MALTA Nhar it-Tlieta, 13 ta'

Novembru. Tluq fis-6:45am minn quddiem is-Sorijiet

Sależjani fi Triq ir-Repubblika, vapur tas-7:30am, ħin

għax-xiri fil-monti tal-Birgu, ninvistaw ir-Redentur,

quddiesa fil-kunvent tal-Kapuċċini Santa Liberata fil-

Kalkara, inżuru ċ-Ċimiterju ta' Wied Għammieq, ħin

għall-ikel fix-xatt tal-Isla u żjara fil-Forti Sant'Iermu l-Belt

Valletta. Lura mal-vapur tal-4:30pm. Biljetti mingħand

George u Grace Debono u mill-uffiċċju parrokkjali għal

€15. Il-ħlas tal-vapur u tad-dħul fil-Forti Sant'Iermu mhux

inkluż.

IT-II ANNIVERSARJU MILL-ĦATRA

TAL-ARĊIPRIET JOSEPH SULTANA Nhar

it-Tnejn, 5 ta’ Novembru huwa t-tieni anniversarju mill-

ħatra tal-Arċipriet Joseph Sultana bħala ragħaj

spiritwali tal-parroċċa tagħna. Waqt li nwegħduh il-

lealtà u l-fedeltà lejn il-ministeru tiegħu, inżommuh fit-

talb tagħna biex ikompli ħidmietu fostna.

COFFEE MORNING B’RISQ IL-

PARROĊĊA Nhar it-Tlieta 6 ta’ Novembru fid-

9:00am fil-każin tal-Banda Leone. Inħeġġu l-attendenza

ta’ dawk in-nisa li jistgħu jattendu b’għajnuna siewja lill-

parroċċa. Jingħata rigal ċkejken minn Fatima lil kulmin

jattendi.

GĦALL-FAMILJI LI ULIEDHOM SER

JIRĊIEVU L-EWWEL TQARBINA U L-

GRIŻMA TAL-ISQOF Għal din is-sena

għandna 22 adoloxxent li qegħdin jitħejjew għas-

sagrament tal-Konfirmazzjoni u 23 tifel u tifla għall-

Ewwel Tqarbina. Dawn huma mumenti ta’ grazzja għall-familja kollha u għaldaqstant il-parroċċa ħejjiet

programm ta’ formazzjoni għall-ġenituri ta’ dawn it-

tfal. L-ewwel laqgħa ser tinżamm nhar il-Ġimgħa 9 ta’

Novembru fis-7:00pm fil-Katidral u titmexxa minn Fr. Joe

Farrugia, responsabbli mill-Konsultorju tal-Familja

ġewwa Ta’ Pinu. Nagħmlu appell biex il-ġenituri kollha

jagħmlu kull mezz u jkunu preżenti. Jekk ħaġa nemmnu

fiha, dejjem insibu ħin għaliha!