konsonanti li jixxiebħu

17
Hello tfal! Kif intkom? Kif intkom sejrin l-iskola? Jien jisimni Jacob u qiegħed Yr5.

Upload: aazz0015

Post on 13-Jun-2015

3.821 views

Category:

Documents


30 download

TRANSCRIPT

Hello tfal!

Kif intkom?

Kif intkom sejrin l-iskola?

Jien jisimni Jacob u qiegħed Yr5.

Jien l-iskola nħobbha ħafna. Iżda

ġara li għandi problema fil-Malti.

L-għalliem dejjem jgħidli linispelli ħażin!

Ara…ħa nagħtikom eżempju!

Fejn il-kompjuter kien hemmżewċ lapsijiet!

Fil-ħanut rajt ħafna żdieri żbieħ.

Wara il-futbol mort nixrop tassa

ilma.Ilbieraħ irqadd fuq is-sodda tal-ħadit.

Tfal, taħsbu li l-għalliem għandu raġun jgidlu li jispelli ħażin?

Għaliex?

Il-Konsonanti

Qawwija Rotob

Il-konsonanti qawwija jitlissnu bil-qawwa.

Il-konsonanti rotob jitlissnu bil-ħlewwa.

Qawwija Rotob

b - ballun

d – dar

ġ - ġelat

g – granċ

v – vann

ż - żarbun

għ – għasfur

h - huma

p - pupa

t – torri

ċ - ċirasa

k – kejk

f - fjura

s – sema

x – xemx

ħ - ħuta

Il-Konsonanti li jixxiebħu fil-ħoss

b u p g u k

d u t v u f

ġ u ċ ż u s

Biex tkun taf liema hu l-leħen tal-konsonanti li tkun qed tfixklek, għamel hekk:

a) Jekk il-konsonanti tkun f’tarf il-kelma, żid vokali jew sillaba warajha.

Eż: ngħidu ġilt imma niktbu ġild għax ġilda.

ngħidu pajjis imma niktbu pajjiż għax pajjiżek.

b) Jekk il-konsonanti tkun quddiem konsonanti oħra, indaħħlu vokali bejniethom.

Eż: ngħidu żdieri imma niktbu sdieri għax sidrija.

ngħidu gbar imma niktbu kbar għax kiber.

Mela s-sentenzi ta’ Jacob suppost kellhom jinkitbu hekk…

Fil-ħanut rajt ħafna sdieri żbieħ.

Fil-ħanut rajt ħafna sdieri sbieħ.

Wara il-futbol mort nixrop tassa

ilma.

Wara il-futbol mort nixrob tazza

ilma.

Fejn il-kompjuter kien hemmżewċ lapsijiet!

Fejn il-kompjuter kien hemmżewċ lapsijiet!

Ilbieraħ irqadd fuq is-sodda tal-ħadit.

Ilbieraħ irqadt fuq is-sodda tal-ħadid.

Ikteb sew

ħabip

lipsa

żebbuċ

xelluk

ċrief

ħabib

libsa

żebbuġ

ċriev

xellug

Ikteb sew

nerf

ħriċt

talp

ħmieċ

sodot

nerv

ħriġt

talb

sodod

ħmieġ

Ikteb sew

pkejna

sfin

ħobs

xorp

dbajja

bkejna

żfin

ħobż

tbajja

xorb