ktejjeb tal-malti · ms. sephorah 5 | paġna nitgħallem naqsam in-nomi f’komuni u proprji a....

64
Ktejjeb tal-Malti Xogħol miġbur minn Ms. Sephorah Isem u kunjom: _________________ Klassi: __________

Upload: others

Post on 22-Jun-2020

75 views

Category:

Documents


15 download

TRANSCRIPT

Ktejjeb tal-Malti

Xogħol miġbur minn

Ms. Sephorah

Isem u kunjom: _________________

Klassi: __________

Ms. Sephorah 1 | P a ġ n a

Werrej

Grammatika

Nitgħallem nikteb kliem bl-ie ............................................................................ paġni 3 – 4 Nitgħallem naqsam in-nomi f’komuni u proprji ....................................................... paġna 5 Nitgħallem nikteb id-direzzjonijiet b’ittri kapitali ............................................... paġni 6 - 7 Nitgħallem nikteb l-ittri kapitali f’diskors dirett ..................................................... paġna 8 Nitgħallem nuża l-esklamazzjoni .......................................................................... paġna 9 Nitgħallem nikteb kliem bl-appostrofu ................................................................ paġna 10 Nitgħallem nikteb il-verbi fil-preżent .................................................................. paġna 11 Nitgħallem nagħżel il-prepożizzjoni meħtieġa ...................................................... paġna 12 Nitgħallem nagħraf il-pronomi mehmużin ............................................................ paġna 13 Nitgħallem nikteb in-numri kardinali ............................................................. paġni 14 - 17 Nitgħallem nikteb in-numri ordinali .................................................................... paġna 18 Nitgħallem nikteb il-ħin bil-Malti .................................................................. paġni 19 – 20 Nitgħallem nikteb il-konġunzjonijiet .............................................................. paġni 21 - 22 Nitgħallem nikteb u nibni sentenzi aħjar ....................................................... paġni 23 - 25

Fehim mill-Qari

Il-Festa ta’ San Martin ................................................................................ paġni 27 - 28 Il-Milied ta’ Scrooge .................................................................................... paġni 29 - 30 Il-Milied fl-Iskola ........................................................................................ paġni 31 - 32 Tifla Marida ................................................................................................ paġni 33 - 35 Il-figolli tal-Għid ......................................................................................... paġni 36 - 37 Iż-Żewġ Sefturi ........................................................................................... paġni 38 - 40 Peprina ....................................................................................................... paġni 41 - 43 Il-Qamar ..................................................................................................... paġni 44 - 47 Annimali u Għasafar .................................................................................... paġni 48 - 49 L-Imnarja ................................................................................................... paġni 50 - 51

Fehim mis-Smigħ

Is-Saħħara l-Ħażina .................................................................................... paġni 53 - 55 Il-Festin ...................................................................................................... paġni 56 - 57 Tin Iswed, Tin Abjad .................................................................................... paġni 58 - 59 Il-Bejjiegħa tal-Ħut ..................................................................................... paġni 60 - 61 L-Iskoperta ta’ Belinda ................................................................................ paġni 62 - 63

Ms. Sephorah 2 | P a ġ n a

Grammatika

Ms. Sephorah 3 | P a ġ n a

Nitgħallem nikteb kliem bl-ie

Daħħal i jew ie.

kb__r werż__q ż__mel

s__q p__pa dubb__na

ħ__n v__t __qaf

r__ħ r__x __sfel

b__b z__ja xad__na

d__k lum__ qanp__na

w__ħed tuff__ħa x__ħ

xt__l__ ħal__b tarb__ja

ġn__n m__ss__r j__n

t__n__ t__ġ__ġa tl__ta

Imla l-vojt:

x__f__r dent__st barb__r tab__ba kenn__s

għall__m pul__z__ja sp__żjar

mekkan__k ħadd__d

Fuq il-pitazz tal-Malti, ikteb sentenza fuq erbgħa (4) mill-ħaddiema li jissemmew.

Ms. Sephorah 4 | P a ġ n a

Daħħal i jew ie.

ħall__l t__qa s__ġġu

kt__b __krah qn__pen

k__kkra barm__l m__ja

__kla qalz__t qasr__ja

d__n torr__ qm__s

fl__xkun band__ra telev__xin

t__na kart__ r__d

m__t t__fel __sfar

__ħor ħ__ja rumm__na

nann__t ħn__żer fw__ħa

Aqleb il-kliem t’hawn fuq f’sillabi.

ħal - liel tie - qa siġ - ġu

Ms. Sephorah 5 | P a ġ n a

Nitgħallem naqsam in-nomi f’komuni u proprji

A. Kompli din it-tabella billi timla’ l-ittri n-neqsin:

B. Agħmel sing taħt in-nomi komuni u ċirku madwar in-nomi Proprji kollha.

1. Il-mekkanik sewwa l-karozza fil-garaxx.

2. L-iskrivana kitbet ittra bil-kompjuter.

3. Kemmuna tinsab bejn Malta u Għawdex.

4. Il-kelba ta’ Marija jisimha Boċċa.

5. Il-qattus ġera wara l-ġurdien fil-ġnien.

6. Alan u Mark marru l-Ħamrun.

7. Iz-ziju Fred ġie mill-Awstralja.

8. Iz-zija xtrat ġerżi u żarbun.

Ċ. Sib Nom Proprju għal dawn:

Komuni Proprju Komuni Proprju

iz-ziju qaddis

raħal f’Malta bajja tar-ramel

nies annimali oġġetti postijiet

m __ __ a k __ l __ p i __ __ __ z s p __ __ r

__ __ ġ __ l t i __ __ __ r __ g __ __ k o __ a

__ __ f e __ b __ __ r a s __ __ ġ __ ġ __ ie __

t i __ __ __ m __ għ __ __ k __ __ __ z __ __ m __ __ e __

k __ __ i __ ż i e __ __ __ __ __ x x __ l __ b __ __ r i __ a

Ms. Sephorah 6 | P a ġ n a

Meħuda ms-sit tal-istudji soċjali

Nitgħallem nikteb id-direzzjonijiet b’ittri kapitali

Ikteb dawn id-direzzjonijiet fil-kaxxi tagħhom.

Tnejn minnhom lesti. Tramuntana, Punent, Lvant, Majjistral, Lbiċ, Grigal

Wieġeb bil-għajnuna tal-istampa.

1. Jekk ir-riħ jonfoħ mid-direzzjoni mmarkata

bin-numru tnejn, minn liema direzzjoni jkun ġej?

___________________________________

2. Min-numru sitta jonfoħ riħ

___________________________________

3. Min-numru wieħed jonfoħ riħ

___________________________________

4. Liema direzzjoni jurina n-numru erbgħa? _________________________________

5. Il-Majjistral huwa mmarkat bin-numru: _________________

6. Il-Lbiċ huwa mmarkat bin-numru: _________________

Xlokk

Nofsinhar

Xlokk

Nofsinhar

Ms. Sephorah 7 | P a ġ n a

Wieġeb bil-għajnuna tal-pjanta.

1. Ħares lejn l-istampa u imla l-vojt.

2. Bertu beda miexi lejn il-knisja; lejn liema direzzjoni sejjer? ___________________

3. Bertu sejjer il-baħar. Lejn liema direzzjoni sejjer? _________________________

4. Bertu sejjer l-għalqa. Lejn liema direzzjoni sejjer? _________________________

5. Lejn liema direzzjoni jrid imur Bertu biex imur il-grawnd tal-futbol? ___________

knisja

baħar

għalqa

grawnd tal-futbol

Bertu

Ms. Sephorah 8 | P a ġ n a

Nitgħallem nikteb l-ittri kapitali f’diskors dirett

Ikteb mill-ġdid u ibdel f’ ITTRI KAPITALI fejn meħtieġ.

1. “fejn sejrin illejla?” staqsiet Letizia lil sħabha.

______________________________________________________________

2. “il-Belt Valletta hija l-belt kapitali ta’ Malta,” spjegat l-għalliema.

______________________________________________________________

3. Missieri qalli, “ilbes il-ġakketta qabel toħroġ.”

______________________________________________________________

4. “għalfejn ma ġejtx skola lbieraħ?” qal is-surmast.

______________________________________________________________

5. Claudio qal lil oħtu, “ikteb pulit għax issa qed tikber.”

______________________________________________________________

6. “f’liema staġun jinqabdu l-lampuki?” staqsa t-tifel lil missieru.

______________________________________________________________

7. Luca għajjat, “ejjew malajr għax waqgħet in-nanna.”

______________________________________________________________

Ms. Sephorah 9 | P a ġ n a

Nitgħallem nuża l-esklamazzjoni

Ikteb mill-ġdid u fl-aħħar żid punt jew esklamazzjoni.

1. In-Nil hija l-itwal xmara fid-dinja

______________________________________________________________

2. L-isport huwa meħtieġ għas-saħħa

______________________________________________________________

3. Ieqaf ibki issa

______________________________________________________________

4. Kemm pinġejtha sabiħa dik l-istampa

______________________________________________________________

5. Fir-razzett rajna baqar, mogħoż u tiġieġ

______________________________________________________________

6. Prosit kemm mort tajjeb fl-eżamijiet

______________________________________________________________

Aħseb u ikteb frażi li tispiċċa b’esklamazzjoni.

_____________________________________________________________

Ms. Sephorah 10 | P a ġ n a

Nitgħallem nikteb kliem bl-appostrofu

Aqra sew il-kliem f’dan il-bank tal-kliem. Poġġihom fis-sentenzi li jagħmlu sens.

suba’ xeba’ neża’ qala’ sema’

beża’ seba’ żera’ seta’ reġa’

Fuq il-pitazz, ikteb sentenza differenti b’kull kelma.

1. Luca ______________ ħafna kartolini fi żmien il-Milied.

2. Oħti marret tixtri ______________ pasti.

3. Mark ______________ il-ġakketta għax beda jħoss is-

sħana.

4. Ħadd ma ______________ jsajjar ħlief il-mama’. Kemm hi

brava!

5. Ninu tgħidx kemm ______________ mill-kelb il-kbir li kien

hemm fl-għalqa.

6. Iz-ziju Ġużi ______________ diska sabiħa fuq ir-radju.

7. Frans ______________ jmur ix-xogħol mingħajr paga

xierqa.

8. Il-papa’ ħabat fil-mutur u kiser is-______________ l-kbir.

9. It-tfal tgħidx kemm ferħu xħin ______________ ġie d-dawl.

10. Il-bidwi ______________ ħafna ħaxix u frott

biex jitma’ lill-familja.

Ms. Sephorah 11 | P a ġ n a

Nitgħallem nikteb il-verbi fil-preżent

Imla l-vojt bil-verbi fil-preżent.

1. Jiena dejjem ____________(rebaħ) it-tellieqa.

2. Inti qatt ma ____________(tilef) fil-logħob.

3. Kull filgħodu jiena ____________(xorob) tazza ħalib.

4. Inti kuljum ____________(niżel) sal-pjazza?

5. Jiena ____________(saq) il-karozza l-ħamra.

*********

1. Hija taf ____________ (qabeż) il-ħabel.

2. Marija ____________(ġera) kwarta kuljum.

3. Hija ____________(ħasel) il-karozza kull ġimgħa.

4. Petra ____________(ħareġ) tilgħab fil-bitħa.

5. Huwa ____________(kiteb) ittra kuljum.

*********

1. Aħna ____________(raqad) fit-tmienja.

2. Intom ____________(qum) kmieni.

3. Huma ____________(beka) l-ħin kollu.

4. Aħna ____________(fetaħ) t-twieqi.

5. Intom ____________(kines) l-bitħa kuljum.

Ms. Sephorah 12 | P a ġ n a

Nitgħallem nagħżel il-prepożizzjoni meħtieġa

Daħħal il-prepożizzjoni meħtieġa.

taħt fuq quddiem bejn wara ħdejn

1. Mark tela’ _____________ biex iġib pitazz ġdid.

2. Il-qattusa qed tiekol il-frak tal-ikel li hemm _____________ il-mejda.

3. Mort sa _____________ il-mama’ biex ngħidilha x’għandi bżonn nixtri.

4. _____________ l-iskola, dejjem niekol xi ħaġa tajba.

5. Poġġejt bukkett fjuri _____________ l-istatwa tal-Madonna.

6. Dan il-ktieb xtrajtu sitt ewro, _____________ wieħed u ieħor.

7. Il-ballun ta’ Lisa jinsab _____________ il-kaxxi.

Aħseb u ikteb sentenza b’dawn il-prepożizzjonijiet li ġejjin.

1. quddiem: ______________________________________________________

2. ħdejn: ________________________________________________________

3. fuq: __________________________________________________________

4. taħt: _________________________________________________________

Ms. Sephorah 13 | P a ġ n a

Nitgħallem nagħraf il-pronomi mehmużin

Ikteb il-kliem flok dawn il-pronomi mehmużin.

Eż: qalbna = il-qalb tagħna

1. snieni → _______________________________________________________

2. għajnejha → ____________________________________________________

3. griżmejhom → ___________________________________________________

4. kamritna → _____________________________________________________

5. oħtu → ________________________________________________________

6. sieqkom → ______________________________________________________

Agħmel sing taħt il-kelma li fiha l-pronom mehmuż. Wara niżżel għalxiex qed tirreferi.

Mario ta sehmu fir-reċta tal-Milied. → is-sehem ta’ Mario

1. Oħti Karen ħaslet saqajha sewwa. → ___________________________________

2. Kyle weġġa’ dahru meta mexxa l-kaxxa l-kbira. → _________________________

3. Jake kiser idu lbieraħ. → ____________________________________________

4. Il-papa’ jħobb jagħmel xogħlu sew. → __________________________________

5. Berta għandha żaqqha ċatta. → ______________________________________

6. It-tfal qalu li missierhom idum ħafna x-xogħol. → _________________________

Ms. Sephorah 14 | P a ġ n a

Nitgħallem nikteb in-numri kardinali

Imla l-vojt bi kliem flok numri:

1. In-nannu għalaq (70) __________________ sena.

2. (40) __________________ u (20) __________________ jagħmlu (60)

__________________.

3. April fih (30) __________________ jum.

4. Anna għandha (50) __________________ żibġa.

5. Jekk minn (90) __________________ tnaqqas (10) __________________, jifdal

(80) __________________.

31: ____________________________

25: ____________________________

48: ____________________________

55: ____________________________

63: ____________________________

92: ____________________________

21: ____________________________

78: ____________________________

82: ____________________________

11: ____________________________

12: ____________________________

13: ____________________________

14: ____________________________

15: ____________________________

16: ____________________________

17: ____________________________

18: ____________________________

19: ____________________________

Ms. Sephorah 15 | P a ġ n a

Addattata minn Malti Għalina t-Tfal 4

Nitgħallem nikteb in-numri kardinali

Imla l-vojt bi kliem flok numri:

1. Xtrajt (2) __________________ pitazzi ġodda.

2. Fir-razzett ta’ ħdejna hemm (13) __________________ baqra.

3. Il-kappillan ġabar grupp ta’ (40) __________________ abbati.

4. In-nannu se jagħlaq (70) __________________ sena dalwaqt.

5. Missieri għandu (45) __________________ sena.

6. Ħdejna hemm xiħa li għandha ‘l fuq minn (100) __________________ sena.

7. Tim tal-futbol ikun magħmul minn (11) __________________ plejer.

8. Tista’ ssuq jekk ikollok (18) __________________ sena.

9. Il-kamera tar-ritratti xtrajtha (89) __________________ ewro.

Agħmel sing taħt it-tajba:

1. Waqt li kont fuq il-bejt, ajruplani għaddew (żewġ, tnejn).

2. Fil-klassi qegħdin (ħmistax-il, ħmistax, ħmistax il-) tifel.

3. (Erbgħin, Erbajn) għal darbtejn jagħmlu tmenin.

4. (Mija, Mitt) raġel joqogħdu f’dil kamra.

Ikteb sentenza b’dawn in-numri:

. 32

29

Ms. Sephorah 16 | P a ġ n a

Meħuda minn Maltimanija 4

Nitgħallem nikteb in-numri kardinali

Biddel dawn in-numri fi kliem.

1. 5 ________________, 7 ________________ u 3 ________________ jagħmlu

15 ________________.

2. Fid-9 ________________ għandi appuntament importanti.

3. 4 ________________ għal 2 ________________ jagħmlu 8

________________.

4. Daħlu 11 ________________ u ħarġu 18 ________________.

5. Fit-13 ________________ tax-xahar se nsiefer u ġej lura fl-20

________________.

6. Minn 17 ________________ tneħħi 16 ________________ jibqa’ 1

________________.

7. Ħriġna fis-6 ________________ u dħalna lura d-dar fl-10 ________________.

8. L-iskola tibda fid-19 ________________ ta’ Settembru.

9. Leli ma kienx jaf ibiddel in-numru 11 ________________, 12 ________________

u 14 ________________ fi kliem.

Ms. Sephorah 17 | P a ġ n a

Ikteb mill-ġdid u biddel in-numri fi kliem.

1. 20 siġġu

2. 30 ktieb

3. 40 sodda

4. 50 dgħajsa

5. 60 żiemel

6. 70 libsa

7. 80 karta

8. 90 ewro

9. 21 tifel

10. 32 fenek

11. 43 raġel

12. 54 bidwi

13. 65 statwa

14. 76 dar

15. 87 sena

16. 98 suldat

Ms. Sephorah 18 | P a ġ n a

Nitgħallem nikteb in-numri ordinali

Imla l-vojt bi kliem flok numri:

1. Id-dar tagħna hi (3) __________________ waħda mill-kantuniera. 2. Oħti waslet (2) __________________ waħda fit-tiġrija. 3. Fl-eżami ġejt (5) __________________ wieħed mill-klassi. 4. Pawlu hu (4) __________________ wieħed li skorja. 5. Marija hi (7) __________________ waħda fil-lista.

Kompli s-sentenzi skont l-istampa.

Dawn id-dinosawri qed jagħmlu tellieqa.

1. Leli ġie fil-ħdax-il post.

2. Ġanni ġie fit-___________________________________________________.

3. Marjo ġie fit-___________________________________________________.

4. Frans ________________________________________________________.

5. Pinu _________________________________________________________.

6. Ġużi _________________________________________________________.

7. _____________________________________________________________.

8. _____________________________________________________________.

9. _____________________________________________________________.

Leli Ġanni Marjo Frans Pinu Ġużi Lino Pietru Ġorġ

11 12 13 14 15 16 17 18 19

Ms. Sephorah 19 | P a ġ n a

Nitgħallem nikteb il-ħin bil-Malti

X’ħin hu?

_____________ _____________ _____________ _____________

_____________ _____________ _____________ _____________

_____________ _____________ _____________ _____________

Ms. Sephorah 20 | P a ġ n a

Uża dak li tgħallimt dwar il-ħin u ikteb x’tagħmel fil-

1. 5:00pm – Fil-ħamsa ta’ filgħaxija, jien inlesti l-ħowmwerk u mmur il-

mużew.

2. 8:00am – ______________________________________________

_____________________________________________________

3. 2:00pm – ______________________________________________

_____________________________________________________

4. 10:00am – _____________________________________________

_____________________________________________________

5. 3:00am – ______________________________________________

_____________________________________________________

6. 4:00pm – ______________________________________________

_____________________________________________________

7. 8:00pm – ______________________________________________

_____________________________________________________

Ms. Sephorah 21 | P a ġ n a

Nitgħallem nikteb il-konġunzjonijiet

Imla l-vojt bil-konġunzjonijiet: u, għax, imma, meta

1. Ridt immur ngħum __________ ħassejtni ma niflaħx.

2. Waqajt __________ ħbatt rasi.

3. Poġġi l-kotba fil-kamra tiegħek __________ naslu d-dar.

4. Kemm xtaqt nara t-televixin __________ nqata’ d-dawl.

5. It-tifel beda jibki __________ ma riedx imur skola.

6. Ħadt lill-kelb tiegħi sal-għalqa __________ tgħidx kif għajja.

7. Oħti tħobb tilgħab futbol __________ mhux l-isport favorit tagħha.

8. In-nanna għandha n-nervi __________ in-nannu ħammeġ il-kċina.

9. Mort nixtri pakkett dqiq, bajd __________ zokkor biex nagħmel kejk.

10. Trid tiġi miegħi __________ tħossok aħjar?

Ikteb sentenza b’dawn il-konġunzjonijiet:

u _____________________________________________________

_____________________________________________________

għax _____________________________________________________

_____________________________________________________

imma _____________________________________________________

_____________________________________________________

meta _____________________________________________________

_____________________________________________________

Ms. Sephorah 22 | P a ġ n a

Għaqqad is-sentenzi f’sentenza waħda billi tuża l-konġunzjonijiet:

u għax imma meta

1. Jurgen mar il-baħar. Kienet is-sħana.

______________________________________________________________

2. Lisa xtrat qalziet abjad. Lisa xtrat flokk roża.

______________________________________________________________

3. Lil ħija tgħidx kemm domt nispjegalu. Ma jridx jifhimni.

______________________________________________________________

4. Intfajt fuq is-sodda. Wasalt id-dar.

______________________________________________________________

5. Mark qed jidħak. Il-papa’ qed jgħidlu ċajta.

______________________________________________________________

6. Troy mar l-iskola m’oħtu. Wassalha sal-klassi tagħha.

______________________________________________________________

7. Veru ħadt pjaċir. Mort il-kunċert ta’ Ira Losco.

______________________________________________________________

8. Xtaqt li kieku mmorru sal-Belt flimkien. Ommi ma tħallinix noħroġ illejla.

______________________________________________________________

9. Iz-ziju Leli beda jgerger ħafna. Kellu l-ġuħ.

______________________________________________________________

10. Oħti marret tiżfen ma’ Sarah. Oħti marret tiżfen ma’ Faith.

______________________________________________________________

Ms. Sephorah 23 | P a ġ n a

Nitgħallem nikteb u nibni sentenzi aħjar

Poġġi dawn il-kelmiet f’ordni biex tikteb sentenza li tagħmel sens.

1. xtara / it-tifel / flokk / ta’ / u / Pawlu / qalziet

__________________________________________________________________

2. b’tal-linja / marret / il-Belt / ommi / ilbieraħ

__________________________________________________________________

3. quddiem / Graziella / tilgħab / l-iskola / fil-ġnien / marret / ta’

__________________________________________________________________

4. tal-ikel / il-qattus / taħt / jinsab / il-mejda / l-abjad

__________________________________________________________________

5. ħwejjeġ / fil-kamra / hemm / tas-sodda / mimlija / gwardarobba

__________________________________________________________________

6. il-ħalib / kiltu / fil-brejk / xrobt / il-ħobż / frisk

__________________________________________________________________

7. kemm / it-tmienja / għadhom / u / daqqu / nofs

__________________________________________________________________

Ms. Sephorah 24 | P a ġ n a

Aqra din is-sentenza:

Marija xtrat libsa.

Issa aqra din:

Marija, it-tifla ta’ Joyce, xtrat libsa ħamra biex tmur

il-festin ta’ għeluq snin Lucy, il-ħabiba tagħha.

Żejjen dawn is-sentenzi. 1. Fil-qoffa hemm qattus.

_________________________________________________________ _________________________________________________________

2. Oħti libset malja tal-għawm. _________________________________________________________ _________________________________________________________

3. Jien ħriġt dawra bil-kelb. _________________________________________________________ _________________________________________________________

4. Mort Għawdex mal-familja.

_________________________________________________________ _________________________________________________________

5. Kissirt in-nuċċali tax-xemx. _________________________________________________________ _________________________________________________________

6. Jien ftaħt il-basket.

_________________________________________________________ _________________________________________________________

Ms. Sephorah 25 | P a ġ n a

7. Morna għand in-nanna. _________________________________________________________ _________________________________________________________

8. Waslet il-festa.

_________________________________________________________ _________________________________________________________

9. Marru jgħumu. _________________________________________________________ _________________________________________________________

10. Lgħabt logħba bil-kompjuter.

_________________________________________________________ _________________________________________________________

Oħloq sentenzi sbieħ b’dawn in-nomi.

Tinsiex iddaħħal xi aġġettivi u espressjonijiet biex ikollok sentenzi aħjar. 1. kompjuter

_________________________________________________________ _________________________________________________________

2. tigra

_________________________________________________________ _________________________________________________________

3. skrivanija

_________________________________________________________ _________________________________________________________

4. sema

_________________________________________________________ _________________________________________________________

Ms. Sephorah 26 | P a ġ n a

Fehim mill-Qari

Ms. Sephorah 27 | P a ġ n a

Il-Festa ta’ San Martin

“Kemm hi xemx, mamà!”

“Veru ibni! Mela ma tafx li qegħdin f’Novembru!”

“B’daqshekk?!”

“Għax Novembru huwa x-xahar ta’ San Martin!”

“Għaliex ta’ San Martin?”

“Għax fil-ħdax ta’ Novembru niċċelebraw il-festa ta’ San Martin!”

“Min kien San Martin, mamà?”

“San Martin kien isqof Franċiż. Darba ltaqa’ ma’ wieħed tallab u ....”

“Iva, mamà. Qed tfakkarni...U tah biċċa mill-mantell tiegħu...”

“Bravu Sandro. Bilħaqq, għadni ma xtrajtilkom xejn lilek u lil ħutek għal din il-festa!”

“X’ħa tixtrilna mamà?”

“Mela ma tafhiex? Ġewż! Lewż! Qastan! Tin! Kemm inħobbu lil San Martin!”

“Iva, kien għallimhieli n-nannu Ċens meta kont iżgħar! Imma nsejtha!”

“Imma jien ma nsejtx. Lil ħutek tgħidilhom xejn ħalli San Martin iġibilkom tliet boroż kbar bil-ġewż, bil-lewż, bil-qastan, bit-....”

____________________________________________________

Agħmel ħdejn it-tweġiba t-tajba.

1. It-tifel u ommu kienu qed jitkellmu a. qabel il-festa ta’ San Martin. b. wara l-festa ta’ San Martin. ċ. dakinhar tal-festa ta’ San Martin.

Ms. Sephorah 28 | P a ġ n a

2. It-temp sabiħ li jkollna f’ Novembru nsejħulu a. l-ħarifa ta’ San Martin. b. s-sajf ta’ San Martin. ċ. r-rebbiegħa ta’ San Martin.

3. Ix-xahar ta’ Novembru jiġi fl-istaġun a. tar-rebbiegħa. b. tas-sajf. ċ. tal-ħarifa.

4. Meta San Martin ta biċċa mill-mantell tiegħu lit-tallab, huwa kien qed jagħmel

a. bravura. b. ċajta. ċ. karità.

Wieġeb dawn il-mistoqsijiet.

1. X’jismu t-tifel? ____________________________________________________

2. Min għallmu t-taqbila ta’ San Martin lit-tifel? ____________________________________________________

3. Meta niċċelebrawha l-festa ta’ San Martin? ____________________________________________________

4. Ta’ liema pajjiż kien isqof San Martin? ____________________________________________________

5. X’ikun fiha l-borża ta’ San Martin? ____________________________________________________

6. Kemm għandu ħutu t-tifel? ____________________________________________________

Ms. Sephorah 29 | P a ġ n a

Il-Milied ta’ Scrooge

Il-ktieb ta’ Charles Dickens “A Christmas Carol” huwa magħruf mad-dinja kollha, l-aktar għall-karattru tax-xiħ rgħib Scrooge.

Scrooge kien negozjant bla kuxjenza. Kien moħħu biss kif jisloħ il-flus u jżid il-ġid li kellu. Qatt ma wera ħniena mal-fqar, lanqas f’lejlet il-Milied meta xi tfal marru wara biebu jgħannulu għanjiet tal-Milied.

F’lejlet il-Milied dehritlu r-ruħ tas-sieħeb mejjet tiegħu Marley. Marley wera lil Scrooge d-dwejjaq u t-tbatija wara l-mewt. Dan kollu għax kien xħiħ u għax qatt ma wera qalb tajba mal-batuti. Riedu jibdel ħajtu. Marley wiegħed lil Scrooge li kellhom jidhrulu tliet spirti oħra. Tlaqqa’ magħhom fl-istess lejl. L-ispirti wrew lil Scrooge l-imġiba tiegħu fil-Milied fl-imgħoddi, fil-preżent u fil-futur.

Meta sebħet l-għodwa tal-Milied, Scrooge ħassu bniedem mibdul. Ma baqax buruż u żorr. Sar ġentili u ferħan. Ma baqax qalbu xierfa. Sar ħanin u jħoss għall-proxxmu tiegħu. Tassew li nbidel mil-lejl għan-nhar.

Meħuda minn Klikk 4

Kompli dawn is-sentenzi.

1. Dan il-ktieb huwa magħruf mad-___________ kollha.

2. Scrooge kien negozjant bla ____________.

3. Xi tfal marru jgħannulu għanjiet tal-___________.

Ms. Sephorah 30 | P a ġ n a

Wieġeb dawn il-mistoqsijiet.

i. Min kiteb ir-rumanz “A Christmas Carol”?

________________________________________________

ii. Min huwa l-karattru ewlieni fl-istorja?

________________________________________________

iii. Xi kwalità ta’ bniedem kien dan il-karattru?

________________________________________________

________________________________________________

iv. Għalfejn dehritlu ruħ Marley?

____________________________________________________

____________________________________________

v. Min kien Marley?

________________________________________________

vi. L-ispriti x’urew lil dan ir-raġel f’dik il-lejla?

________________________________________________

vii. X’bidla seħħet fil-karattru ta’ dan il-bniedem?

________________________________________________

Grammatika u Vokabularju

1. Ikteb l-artiklu fejn meħtieġ.

Marley wera lil Scrooge ____ dwejjaq u ____ tbatija wara ____ mewt.

2. Aqleb fil-preżent.

L-ispirti wrew lil Scrooge l-imġiba tiegħu.

____________________________________________________

Ms. Sephorah 31 | P a ġ n a

Il-Milied fl-Iskola

Kemm nieħu gost meta joqrob żmien il-Milied. Fl-iskola qegħdin inlestu ħafna affarijiet biex qabel ma noħorġu bil-vaganzi niċċelebraw din il-festa sabiħa flimkien.

Fid-daħla tal-iskola għamilna presepju kbir. Kull sena jieħu ħsiebu s-Sur Mercieca. Il-klassi tas-Sur Mercieca hija tas-sitt sena u għalkemm dawn it-tfal ikollhom ħafna x’jistudjaw, dejjem isibu ħin biex jarmaw il-presepju u jorganizzaw xi attività għal żmien il-Milied. Is-sena l-oħra kien tellgħu reċta dwar il-Milied. Din is-sena se jkantaw xi għanjiet tal-Milied. Kull klassi jkollha festin u nagħtu rigali lill-għalliema. Huma wkoll jagħtuna xi rigali. Fl-aħħar jum tal-iskola jkollna quddiesa li kull sena jqaddisha l-Kappillan, Dun Vinċenz.

Għada ħa nibdew inżejnu l-klassi tagħna. Irrid nieħu miegħi xi karti tat-tajr u kolla. Jien u xi tfal oħra se naħdmu l-ktajjen tal-karti u ndendulhom minn ħajt għal ieħor. Xi tfal oħra jonfħu l-bżieżaq u jorbtuhom mat-tiżjin.

Is-Sur Pulis qalilna li għada mhux se jagħtina ħowmwerk! Kulħadd feraħ u bdejna nċapċpu. Is-Sur Pulis beda jitbissem u qalilna li wara l-vaganzi se jkollna ħafna x’nagħmlu! Hawnhekk kulħadd waqaf iċapċap u l-ferħa li konna ħadna malajr għaddiet!

Meħuda minn Mid-Djarju ta’ Stefan u Marika

Ms. Sephorah 32 | P a ġ n a

Ikteb veru jew falz.

1. L-awtriċi tieħu gost meta joqrob żmien il-Milied. ___________

2. Il-presepju jieħu ħsiebu s-Sur Mercieca. ___________

3. Is-Sur Mercieca jgħallem tfal tar-raba’ sena. ___________

4. Kull klassi jkollha festin fi żmien il-Milied. ___________

5. L-aħħar quddiesa jqaddisha Dun Pawl. ___________

Wieġeb dawn il-mistoqsijiet.

1. X’kellha tieħu l-iskola magħha l-awtriċi?

________________________________________________

2. Għaliex hemm xi tfal li ser jieħdu magħhom il-bżieżaq?

________________________________________________

3. Għaliex bdew jifirħu t-tfal?

________________________________________________

4. Għaliex il-ferħa li kienu ħadu għaddiet malajr?

____________________________________________________

____________________________________________

5. Semmi żewġ attivitajiet tal-Milied li inti tieħu sehem fihom l-iskola.

a) ______________________________________________

b) ______________________________________________

Grammatika u Vokabularju

1. Sib żewġ nomi fil-plural. ________ ________

2. It-tfal se jkantaw, imma t-tifel se __________________

3. Liema aġġettiv jiddeskrivi l-presepju: __________________

Ms. Sephorah 33 | P a ġ n a

Tifla Marida

Clara kien ilha ma tmur skola. Ma tantx kienet tifla popolari u kien hemm

uħud mit-tfal tal-klassi li kienu jinkuha u anke jagħmluha tal-bullies magħha.

L-għalliema, Miss Agius, kienet tagħmel ħilitha biex tiddefendiha imma wħud

mis-subien kienu jsibuha anke wara l-iskola.

Kien qiegħed joqrob il-Milied u t-tfal tal-klassi bdew iħejju biex jagħmlu

presepju fil-klassi. Imma Miss Agius ħasdithom għax bdiet tagħżel ċerti tfal

u tgħidilhom li ma kellhomx permess jieħdu sehem fl-armar tal-presepju.

Għall-ewwel ħadd ma beda jifhem, imma Miss Agius qaltilhom li min ikun lest

li jweġġa’ tfal oħra ma kienx veru jħobb lil Ġesù. Miss Agius riedet tagħtihom

lezzjoni biex jieqfu mill-bullying. Wara ftit sejħet lill-bullies, kellmithom u

wegħdu li mhux se jkomplu.

Ftit ġranet qabel il-Milied fil-klassi waslet aħbar

ħażina ħafna. Clara kienet marida u wara li għamlet

ħafna testijiet, it-tobba qalu lill-ġenituri tagħha li kellha marda serja ħafna.

Dakinhar stess wara nofsinhar, ommha u missierha kellhom isiefru l-

Ingilterra biex tibda tieħu l-kura hemm.

Miss Agius ġabret it-tfal madwar il-presepju u flimkien, hi u t-tfal tal-klassi,

bdew jitolbu għal Clara. L-għalliema ferħet meta ndunat li dawk li qabel

Ms. Sephorah 34 | P a ġ n a

kienu bullies ma’ Clara, talbu b’sinċerità kbira u ammettew li kienu għamlu

ħażin.

Matul il-vaganzi, Miss Agius irċeviet telefonata mingħand il-ġenituri ta’

Clara fejn qalulha li l-marda ta’ Clara ma kinetx daqshekk ħarxa daqs kemm

kienu ħasbu t-tobba. Bi ftit tal-kura oħra setgħet tiġi lura Malta u tkompli

tattendi l-iskola bħal qabel. Ftit ġimgħat, Clara reġgħet lura fil-klassi.

Kuħadd feraħ biha. Għamlu festin żgħir bħala sinjal li kienu qegħdin jifirħu

biha u anke biex ipattu li l-festin tal-Milied kienet tilfitu. Biex tkompli żżid

mal-atmosfera Miss Agius reġgħet armat anke l-presepju.

Kompli dawn is-sentenzi.

1. Clara kienet ilha ma tmur ____________.

2. It-tfal bdew iħejju biex jarmaw il-______________ fil-klassi.

3. Ftit qabel il-Milied waslet ___________ ħażina fil-klassi.

4. It-tfal _____________ b’sinċerità kbira u ammettew li kienu għamlu

ħażin.

Wieġeb dawn il-mistoqsijiet.

1. Liema festa kienet fil-qrib?

____________________________________________________

Ms. Sephorah 35 | P a ġ n a

2. Min kien jarma l-presepju?

____________________________________________________

3. Għaliex Miss Agius ma tatx permess lil kulħadd biex jarma l-presepju?

____________________________________________________

____________________________________________________

4. Għalfejn kellha tmur l-Ingilterra Clara?

____________________________________________________

5. Taħseb li t-tfal kien iddispjaċihom għal dak li għamlu?

____________________________________________________

6. Għalfejn reġgħu għamlu festin fil-klassi?

____________________________________________________

____________________________________________________

Grammatika u Vokabularju

1. Fisser tagħmel ħilitha. ____________________

2. Għal xiex qed tirreferi kellmithom? ____________________

Ms. Sephorah 36 | P a ġ n a

Il-Figolli tal-Għid

Illum ma kellniex skola għax bdejna l-vaganzi tal-Għid. Qgħadt ngħin lil ommi tagħmel il-figolli. Kull sena ommi tagħmel ħafna figolli! U tassew tinqala’! Lili għallmitni kif nagħmel il-figolli iżda meta ppruvajt xejn ma ġewni sbieħ bħal tagħha! Jiena u l-mamà għamilna xi għoxrin figolla llum!

Għamilna ħaruf, żiemel, kelb, qattus, buffu, fellus, ħuta, tiġiega u ħafna oħrajn. Il-figolla tiegħi għandha forma ta’ fellus għax jien inħobb il-flieles. Tal-mamà għandha forma ta’ żiemel u tal-papà forma ta’ qattus. Lin-nanna nagħmlulha figolla għaliha forma ta’ ħaruf. Imma tagħha tkun żgħira u l-mamà ma tħallihiex tikolha kollha f’salt għax in-nanna marida u l-ħelu mhux tajjeb għaliha.

Kemm nieħu gost bir-riħa tfuħ tal-figolli meta jkunu qegħdin isiru fil-forn. Meta noħorġuhom mill-forn inħalluhom jibirdu fuq il-mejda u wara naqilgħuhom mill-forom tal-landa li nkunu qegħedniehom fihom.

Jien inkun mejta biex induq xi waħda minnhom imma l-mamà ma tħallinix. Dejjem tgħidli: “Illum le! Stenna sa Ħadd il-Għid! Imbagħad kul kemm trid!” Issa għada nibdew niksu l-figolli bil-ġelu u l-ħelu. Kulħadd ikun irid iżejjen il-figolla tiegħu u tgħidx kemm nidħku l-aktar bil-papà li qatt ma jirnexxilu jżejjinha sabiħa bħal tiegħi jew tal-mamà! Meta nibdew ninkuh jgħidilna: “U din mhux biex nikolha! Issa meta nikluhom kollha l-istess jispiċċaw!”

U sal-għada tal-Għid, il-papà jkun ġa kiel il-figolla tiegħu!

Ms. Sephorah 37 | P a ġ n a

Kompli dawn is-sentenzi.

1. L-awtriċi ma kellhiex skola għax bdiet il-__________ tal-__________. 2. Lin-nanna għamlulha figolla forma ta’ ___________. 3. Il-ġurnata ta’ wara se jiksu l-figolli bil-_______ u bil-________.

Ikteb veru jew falz.

1. Il-papà għallem lill-awtriċi tagħmel il-figolli. ___________ 2. Il-figolla tal-awtriċi għandha forma ta’ fellus. ___________ 3. Lill-awtriċi ddejjaqha r-riħa tal-figolli. ___________ 4. Il-mamà ħallietha dduq biċċa figolla. ___________ 5. Il-papà ma jafx iżejjen il-figolla tiegħu. ___________

Wieġeb dawn il-mistoqsijiet.

1. Kull meta jagħmlu l-figolli l-awtriċi u ommha? ____________________________________________________

2. Kemm għamlu figolli dakinhar? ____________________________________________________

3. Semmi x’forom differenti għamlu. ________________________________________________________________________________________________________

4. Għaliex lin-nanna jagħtuha figolla żgħira? ____________________________________________________

5. Għaliex il-mamà ma tħallix lill-awtriċi dduq il-figolli? ____________________________________________________

Grammatika u Vokabularju

1. Ikteb il-femminil ta: missieri: _________ ħaruf: _________ żiemel: _________ kelb: _________ qattus: _________

2. Xi tfisser meta ngħidu: Jien inkun mejta biex induq xi waħda? ____________________

Ms. Sephorah 38 | P a ġ n a

Iż-Żewġ Sefturi - Miktuba minn Trevor Żahra

Darba waħda, is-Sur Vella stieden għandu lis-Sur Borg. Dan ried juri lil sieħbu li hu kien sinjur aktar minnu. Għalhekk ħa miegħu lil Pawlu, is-seftur tiegħu, u ħallieh jistennieh wara l-bieb.

Is-Sur Borg:

Żgur li ħadd m’għandu seftur jobdi daqs is-seftur tiegħi. Hemm ara ħallejtu jistennieni wara l-bieb. Għidtlu: “Ara biss tiċċaqlaq minn hemm!” Ibqa’ ċert li nsibu preċiż kif ħallejtu.

Is-Sur Vella:

Dak mhu xejn. Lis-seftur tiegħi, jekk ngħidlu biex jagħmel nofs ta’ nhar sħiħ rasu ’l isfel, ibqa’ żgur li hekk jagħmel.

L-argument bejniethom saħan sewwa. Kull wieħed minnhom ried jgħid li s-seftur tiegħu kien aqwa minn tal-ieħor. Sa fl-aħħar, iddeċidew li jagħmlu mħatra.

Is-Sur Vella:

Ħalli nsejjaħ lis-seftur tiegħi u nagħti ordni tassew bla sens. Tara kif jobdini b’għajnejh magħluqa. Ninu ... isma ftit lil hawn.

Ninu: Hawn jiena sinjur ... sejjaħtli? Is-Sur Vella:

Ħa Nin ... ħu din il-munita ta’ żewġ ewro u mur malajr ixtrili l-isbaħ karozza li ssib.

Ninu: Kollox sew sinjur. Is-Sur Borg:

Dak mhu xejn. Ħa mmur insejjaħ lil Pawlu. Pawlu, Pawlu ... isma’ ftit għax irridek taqdini.

Pawlu: X’għandek bżonn sinjur? Is-Sur Borg:

Pawl, mur ġirja sad-dar u ara jekk jiena iniex qiegħed hemm.

Pawlu: Kollox sew sinjur. Arani tlaqt.

Ms. Sephorah 39 | P a ġ n a

Fit-triq, iż-żewġ sefturi ltaqgħu flimkien.

Ninu: Ara, Pawlu ... kollox sew? Għandi s-sinjur tiegħi tassew miġnun. Ara x’għamel: tani żewġ ewro biex immur nixtrilu karozza. Lanqas biss jaf li llum il-Ħadd u nhar ta’ Ħadd, il-ħwienet ma jiftħux.

Pawlu: Mela kemm hu aktar miġnun is-sinjur tiegħi. Se jagħtini battikata mmurlu sad-dar biex nara jekk hux qiegħed hemm ... meta għandu t-telefown ħdejh u seta’ qabad u ċempel!

Kompli dawn is-sentenzi.

1. Is-sinjuri huma s-Sur __________ u s-Sur __________.

2. L-ismijiet tas-sefturi huma ____________ u ____________.

3. Is-Sur Borg ħalla lis-seftur tiegħu jistenna wara l-___________.

4. Lis-Sur Vella, is-seftur jobdih b’___________ magħluqa.

Wieġeb dawn il-mistoqsijiet.

1. Kif kapaċi jibqa’ s-seftur tas-Sur Vella għal nofs ta’ nhar sħiħ?

____________________________________________________

2. Xi tfisser meta ngħidu li l-argument saħan sewwa?

____________________________________________________

3. X’iddeċidew li jagħmlu biex jaraw min minnhom għandu raġun?

____________________________________________________

____________________________________________________

Ms. Sephorah 40 | P a ġ n a

4. X’talbu jagħmel is-Sur Vella lil Ninu?

____________________________________________________

____________________________________________________

5. X’kellu jagħmel Pawlu b’ordni tas-Sur Borg?

____________________________________________________

____________________________________________________

6. Għaliex Ninu ħaseb li s-Sur Vella huwa miġnun?

____________________________________________________

____________________________________________________

7. Għaliex Pawlu beda jgerger minħabba s-sinjur tiegħu?

____________________________________________________

____________________________________________________

8. Taħseb li s-sefturi vera kien jilħqilhom jew le? Għaliex taħseb hekk?

____________________________________________________

____________________________________________________

Grammatika u Vokabularju

1. Għal xiex qed tirreferi ngħidlu? _____________________

2. Fisser jobdini b’għajnejh magħluqa. _____________________

3. Fittex aġġettiv fis-superlattiv. _____________________

Ms. Sephorah 41 | P a ġ n a

Peprina - Miktuba minn Trevor Zahra

Alan, darba waħda, fettillu jaqta’ peprina u jpoġġiha ġo ktieb oħxon. Ried jibbalzmaha u għalhekk telaqha ġo nofs il-ktieb u nsieha. Mill-ftuħ u l-arja tal-kampanja, il-peprina sabet ruħha ġod-dalma tal-ktieb. Ħasset nifisha se jinqata’. Bdiet togħlob u tinxtorob bis-sigħat. Bdiet titlef il-lewn skur tagħha u ħassitha tidhol ġo nagħsa fonda. Ma nafx kemm damet rieqda, iżda malli stenbħet sabet li għajnejha kienu draw id-dlam. Intebħet li f’dawk il-paġni tal-ktieb kien hemm storja. U l-peprina bdiet taqra ...

“... it-tifel kien iħobb jiġġerra fil-beraħ. Sħabu kienu jqattgħu nofstanhari sħaħ quddiem il-kompjuter, jilagħbu u jiċċettjaw. Imma t-tfajjel kien iħobb ix-xemx u l-arja. Kien iħobb ixomm ir-riħa tal-ħaxix imxarrab bix-xita, jew maħruq bix-xemx t’Awwissu ...”

Il-peprina qrat dwar l-avventuri tat-tifel waqt li kien jiġġerra fl-għelieqi: l-insetti li kien josserva, l-għasafar, is-siġar, il-fjuri u l-mogħdijiet qalb is-siġar tal-ħarrub. Imma l-peprina ma setgħetx taqra x’kien hemm miktub fuq il-paġni l-oħra. Hija kienet marsusa bejn żewġ paġni waqt li l-istorja kienet tibqa’ sejra. Kienet tgħid bejnha u bejn ruħha, “Tgħid kif tkompli l-istorja? X’sar minnu dak it-tfajjel?”

Għaddew is-snin u darba waħda, waqt li Alan kien qed jiżbarazza waħda mill-ixkaffi tal-librerija tiegħu, fetaħ il-ktieb oħxon u ġo nofsu tfaċċat peprina ċatta. Kienet qisha tal-ħarir. Alan ftakar u tbissem. Ġabar il-peprina bil-ħlewwa, waħħalha fuq kartuna, għamilha fi gwarniċ u dendilha fl-istudju tiegħu. Il-peprina bdiet tistaqsih, “X’sar minnu t-tfajjel tal-ġrajja? Għadu jiġġerra fil-kampanja?”

U Alan, ħares lejn il-peprina bl-istess mistoqsija f’moħħu.

Ms. Sephorah 42 | P a ġ n a

Agħżel it-tweġiba t-tajba.

1. Alan qata’ (warda, lelluxa, peprina) u tefagħha (f’kexxun, fi ktieb, fiż-

żibel).

2. Il-peprina (ddispjaċieha, ħadet gost) li spiċċat fil-ktieb għax filli kienet

(ġo għalqa, fil-kampanja) u filli spiċċat (ġo ġnien, magħluqa).

3. Qalb il-paġni kien hemm (il-karti, storja, rumanz).

Ikteb veru jew falz.

1. L-istorja kienet tgħid li t-tifel kien iħobb il-

kompjuter. ___________

2. Il-peprina qrat xi avventuri tat-tifel jiġri fil-

kampanja. ___________

3. Il-peprina qrat l-istorja kollha u ħadet gost. ___________

4. It-tifel kien jieħu gost iħares lejn l-insetti, l-

għasafar, is-siġar u l-fjuri. ___________

Wieġeb dawn il-mistoqsijiet.

1. Meta reġa’ sab il-peprina Alan?

____________________________________________________

2. Kif kienet il-peprina?

_____________________________________________________

Ms. Sephorah 43 | P a ġ n a

3. X’għamel biha Alan?

_____________________________________________________

4. X’mistoqsija tfaċċat f’moħħ Alan?

_____________________________________________________

5. Lil min taħseb li kien jixbah dak it-tifel tal-istorja? Għaliex?

_____________________________________________________

6. Inti fejn tħobb tqatta’ l-iktar ħin, id-dar jew fil-familja? Spjega r-

raġunijiet tiegħek.

_____________________________________________________

Grammatika u vokabularju

1. X’aġġettivi ntużaw biex jiġu deskritti dawn in-nomi:

lewn: _________ nagħsa: _________ ħaxix: _________

2. Agħti kelma oħra flok: lewn: ____________

3. Xi jfissru dawn l-espressjonijiet:

bdiet togħlob: _________________________________________

intebħet: ____________________________________________

bejnha u bejn ruħha: ___________________________________

Ms. Sephorah 44 | P a ġ n a

Il-Qamar

Mario u Klara kienu mixħutin komdi fis-sit ta’ wara tal-karozza. Il-ġenituri tagħhom kienu quddiem. Klara kważi raqdet meta ħasset lil Mario jċaqlaqha. Xħin ħarset lejh ratu b’sebgħu l-kbir imwaħħal mal-ħġieġa. “Ħares, Klara, ara xi ħwejjeġ dawn! Il-qamar qed jimxi magħna u kull fejn immorru bil-karozza jiġi hu wkoll!” qalilha ħuha ż-żgħir kollu skantat. Il-mamà nstemgħet tidħak u wara li kellmet ftit lill-papà, daret lejn it-tfal u qaltilhom, “Isa, tfal, min ser jgħidli xi ħaġa interessanti fuq il-qamar?” It-tfal inħasdu xi ftit u ma kinux jafu x’ser jgħidu. Il-papà waqqaf il-karozza fil-ġenb tat-triq u stedinhom jinżlu ftit. Meta ħarsu madwarhom raw ħafna dawl abjad ġej mill-qamar. “Ħarsu lejn il-qamar. Jidher tond u kbir. Dak ngħidulu qamar kwinta u l-aktar li jitfa’ dawl,” spjegat il-mamà. “Imma, papà,” staqsa Mario kollu kurżità, “hemm nies jgħixu fuq il-qamar?” Qabel ma wieġbu, il-papà sab ġebla u poġġa ftit bilqiegħda fuqha. Hekk kif ġibed liż-żewġt itfal maġenbu beda jispjega, “Tfal, il-qamar hu post differenti ħafna mid-dinja tagħna. Fuq il-qamar la hemm arja, la hemm temp u lanqas ħajja. Matul il-jum ikun hemm sħana qawwija filwaqt li mal-lejl taqa’ kesħa xxoqq il-għadam. Il-qamar huwa mimli ħofor kbar. Dawn saru minn ġebel kbir li ħabat bil-qawwa mal-qamar. Il-ħofor jissejħu krateri.” It-tfal baqgħu jħarsu ’l fuq lejn il-qamar. Ommhom qaltilhom, “Tafu li l-bniedem tela’ fuq il-qamar sitt darbiet? L-ewwel bniedem kien l-astronawta Amerikan Neil Armstrong li għamel mixja qasira fuq il-qamar fl-1969. L-Amerikani taw lill-Maltin biċċa ġebla mill-qamar b’tifkira u din tinsab fil-Mużew tal-Istorja Naturali.”

Ms. Sephorah 45 | P a ġ n a

“Imma, mamà u papà,” qalilhom Mario hekk kif reġgħu rikbu fil-karozza, “dawn l-affarijiet kollha kif tafuhom? Tiskantawni kemm intom bravi!” Il-papà u l-mamà nfaqgħu jidħku u weġbuh, “Ilbieraħ rajna dokumentarju sabiħ fuq it-televixin dwar il-qamar u dak li tgħallimna aħna għallimnieh lilkom illum!”

____________________________________________________

Immarka t-tweġiba t-tajba billi tagħmel fil-kaxxa.

L-ewwel waħda hija lesta.

1. L-istorja li qrajt hija fuq

il-qamar.

Malta.

l-Amerikani.

2. Mill-karozza Mario beda jara

n-nies jiġru warajhom.

l-qamar miexi magħhom.

s-siġar mexjin magħhom.

3. Il-papà waqqaf il-karozza fil-ġenb għax

waqfitlu l-magna tal-karozza.

kellu panċer u ried jibdel ir-rota.

ried jgħallem lit-tfal fuq il-qamar.

Ms. Sephorah 46 | P a ġ n a

4. Skont ma qalet il-mamà,

l-astronawta Neil Armstrong kien l-ewwel bniedem li mexa fuq

il-qamar.

il-bnedmin telgħu fuq il-qamar seba’ darbiet.

il-Maltin telgħu fuq il-qamar u ġabu ġebla.

Poġġi dawn is-sentenzi fl-ordni ta’ kif ġrat l-istorja. Agħtihom numru kif

għandhom jiġu wara xulxin. L-ewwel waħda hija lesta.

Il-papà qagħad ikellem lit-tfal fuq il-qamar.

Mario u Klara kienu bilqiegħda fis-sit ta’ wara tal-karozza. 1

Mario skanta bil-qamar meta rah miexi magħhom.

It-tfal tgħallmu affarijiet ġodda fuq il-qamar.

Il-papà waqqaf il-karozza u kulħadd niżel biex jara l-qamar.

Ikteb veru jew falz.

1. It-tfal kienu rekbin fil-karozza mal-ġenituri

tagħhom. ___________

2. Klara kienet rieqda fil-fond u ħuha qajjimha biex

tara l-qamar. ___________

3. Il-qamar kwinta jitfa’ ħafna dawl abjad billejl. ___________

4. Il-ħofor fuq il-qamar saru għax ġebel kbir ħabat

bis-saħħa mal-qamar. ___________

5. Fuq il-qamar hemm ħafna fjuri u pjanti sbieħ. ___________

6. Il-ġenituri tat-tfal kienu jafu fuq il-qamar għax

kienu għalliema tax-xjenza. ___________

Ms. Sephorah 47 | P a ġ n a

Imla l-vojt f’dawn is-sentenzi billi tagħżel il-kelma t-tajba mill-kaxxa ta’

taħt. Hemm kelma żejda li ma tridx tintuża. L-ewwel waħda hija lesta.

astronawta il-lejl ħajja differenti sħana il-jum

Il-qamar huwa differenti mid-dinja. Huwa m’għandux arja, temp u lanqas

__________________. Matul __________________ ikun hemm kesħa

xxoqq il-għadam filwaqt li matul il-ġurnata jkun hemm

__________________ kbira. L-Amerikani tellgħu l-ewwel

_________________ fuq il-qamar fl-1969.

Wieġeb dawn il-mistoqsijiet.

1. Kif ikun il-qamar meta ngħidu li jkun qamar kwinta?

____________________________________________________

2. Fisser din l-idjoma li tinsab fl-istorja: “kesħa xxoqq il-għadam”?

Ms. Sephorah 48 | P a ġ n a

Annimali u Għasafar

F’rivista tat-tfal deher dan l-avviż:

Id-Ditta tal-ħelu, “FROTTA”, qed toffri ktieb sabiħ

b’xejn. Dan il-ktieb fih tliet mitt stampa bil-kulur

ta’ annimali u għasafar. Fih ukoll tagħrif dwar kull

annimal u dwar il-pajjiż fejn jgħix. Ma’ kull ktieb

jingħataw għoxrin stiker tassew sbieħ.

Kull min irid jikseb kopja ta’ dan il-ktieb għandu jikteb lil:

Ma’ kull ittra għandhom jintbagħtu

10 pakketti vojta tal-ħelu “FROTTA”.

L-Editur: Ktieb Speċjali dwar l-Annimali, Ditta Frotta, Qasam Industrijali ta’ Bulebel, Ħal Tarxien.

KTIEB B’XEJN ...

Ms. Sephorah 49 | P a ġ n a

Kompli dawn is-sentenzi.

1. Dan l-avviż deher f’ _________________________________.

2. FROTTA hija ______________________________________.

3. Ma’ kull ktieb jingħataw ______________________________.

4. L-uffiċċju tad-ditta FROTTA jinsab fil-qasam industrijali ta’

______________.

Wieġeb dawn il-mistoqsijiet.

1. It-tfal kemm għandhom iħallsu għall-ktieb?

_______________________________________________

2. Kemm fih stampi dan il-ktieb?

_______________________________________________

3. X’tip ta’ tagħrif issib fil-ktieb “Annimali u Għasafar”?

_______________________________________________

4. X’għandu jagħmel min irid jikseb kopja?

_______________________________________________

5. Fejn qiegħed l-uffiċċju tal-editur?

_______________________________________________

6. Għaliex ma tirċevihx il-ktieb jekk lill-editur tibgħatlu ittra biss?

_______________________________________________

Ms. Sephorah 50 | P a ġ n a

L-Imnarja

25, Triq is-Serħ, Ir-Rabat, RBT 029,

8 ta’ Ġunju, 2019

Għażiża Anna,

Bħal-lum tliet ġimgħat tkun il-festa tradizzjonali tal-Imnarja. Taf kemm f’dan ir-raħal tagħna nippreparaw għal dan il-jum. Il-qofol taċ-ċelebrazzjonijiet isiru fil-ġonna tal-Buskett fil-lejl li jwassal għad-29 ta’ Ġunju.

Għana, ikel Malti u divertiment ma jonqsux f’dan il-lejl barra li jkun hemm il-wirja tal-bhejjem u tal-prodotti tal-biedja.

Nixtieq li inti tigi tqatta’ dan il-lejl u jum l–Imnarja mal-familja tiegħi. Żgur li nattendu ċ-ċelebrazzjonijiet kollha mal-genituri tiegħi u ma’ ħuti.

Nistenna bil-ħerqa. Nittama li taċċetta u li tweġibni malajr ħalli nipprepara kollox. Inselli għalik u għall-familja tiegħek.

Il-ħabiba tiegħek, Dorita Balzan

Wieġeb dawn il-mistoqsijiet.

1. Min qed jikteb din l-ittra?

____________________________________________________

Ms. Sephorah 51 | P a ġ n a

2. Min ser jirċievi l-ittra?

____________________________________________________

3. Minn liema raħal ser titlaq din l-ittra?

____________________________________________________

4. X’inhu l-messaġġ ewlieni ta’ din il-kitba?

____________________________________________________

5. X’festa tradizzjonali ser issir fir-raħal?

____________________________________________________

6. F’liema post isiru ċ-ċelebrazzjonijiet?

____________________________________________________

7. Kif taf li l-kittieba tixtieq ħafna ż-żjara tal-ħabiba?

____________________________________________________

Anna se twieġeb lura lil Dorita u poġġiet l-ittra tagħha ġo envelop. Fuq l-

envelop, ikteb id-dettalji ta’ Dorita Balzan kif issibhom fl-ittra.

Ms. Sephorah 52 | P a ġ n a

Fehim mis-Smigħ

Ms. Sephorah 53 | P a ġ n a

Meħuda minn Malti.Skola

Is-Saħħara l-Ħażina

Taħriġ A

Immarka t-tweġiba t-tajba billi tagħmel sinjal (✓) fil-kaxxa t-tajba.

Veru Falz Ma ssemmietx

1 Is-saħħara waslet f’pajjiż ġdid wara tlett ijiem.

2 Is-saħħara l-ħażina marret toqgħod f’pajjiż ‘il bogħod ħafna.

3 Il-kamra li kienet toqgħod fiha s-saħħara kienet taħt dar kbira.

4 Is-saħħara kienet toqgħod f’kamra żgħira.

5 Is-saħħara, l-ewwel għamlet il-velenu, imbagħad biddlet suritha.

Taħriġ B

Immarka t-tweġiba t-tajba billi tagħmel linja taħtha skont dak li smajt fis-silta.

1. Il-prinċipessa raqdet raqda twila għax

a) niggżet sebagħha b’labra.

b) niggżet sebagħha b’mekkuk.

ċ) niggżet sebagħha b’sunnara.

2. Il-pajjiż li marret fih is-saħħara kien

a) mimli palazzi, funtani u djar.

b) mimli palazzi, funtani u monumenti.

ċ) mimli palazzi, funtani u ġonna.

Ms. Sephorah 54 | P a ġ n a

3. Is-saħħara l-ħażina riedet tpattiha lill-prinċipessa u lill-familja tagħha għax

a) ma kellmuhiex iżjed.

b) keċċewha mill-pajjiż.

ċ) daħqu biha.

4. Is-saħħara ppreparat il-velenu ġo

a) kaldarun kbir.

b) fliskatur kbir.

ċ) borma kbira.

5. Is-saħħara l-ħażina tgħallmet kif tagħmel il-velenu mingħand

a) missierha.

b) ommha.

ċ) nannitha.

6. Is-saħħara l-ħażina kienet

a) f’nofs il-folla.

b) fuq quddiem tal-folla.

ċ) f’nofs il-folla.

7. “Kienet se tiġiha x-xoqqa f’moxtha...” tfisser

a) jerġa’ jiġiha ċ-ċans.

b) tmur lura pajjiżha.

ċ) tagħmel xagħarha.

Ms. Sephorah 55 | P a ġ n a

8. Fis-silta smajna: “Iżda l-prinċep għokritu għajnu minn dan

il-bukkett għax xammu jinten...” L-espressjoni għokritu għajnu tfisser

a) qabdu ħakk f’għajnu.

b) bdiet tgħarrxu għajnu.

ċ) ħaseb ħażin.

Taħriġ Ċ

Imla l-vojt b’kelma waħda skont is-sens tas-silta.

1. Is-saħħara l-ħażina ma __________ post fejn toqgħod mill-ewwel.

2. Is-saħħara l-ħażina ma biddlitx ħajjitha meta marret __________ fil-

pajjiż il-ġdid.

3. Il-familja rjali tal-pajjiz kien se jkollha __________ mill-prinċep u

l-prinċipessa.

4. Folla ________ nġabret biex tilqa’ lill-prinċep u lill-prinċipessa.

5. Il-bukkett tal-fjuri kien mill-isbaħ _______ kien jinten.

6. Il-prinċep kien irnexxielu __________ lill-prinċipessa minn ħalq il-mewt.

Taħriġ D

Mis-silta li smajt,ikteb:

1. kelma li tfisser: inkwiet: ______________

2. kelma li tfisser: dehra: ______________

3. il-kelma li tfisser: qalet: ______________

Ms. Sephorah 56 | P a ġ n a

Meħuda minn Malti.Skola

Il-Festin

Taħriġ A

Immarka t-tweġiba t-tajba billi tagħmel sinjal (✓) fil-kaxxa t-tajba.

Veru Falz Ma ssemmietx

1 Luca għarraf lil Matteo bil-festin permezz ta’ telefonata.

2 Il-festin kien organizzat minn grupp ta’ ħbieb.

3 Iż-żewġt iħbieb marru jagħżlu kostum tlitt ijiem wara li Luca aċċetta l-istedina.

4 Luca wasal id-dar ta’ Matteo fis-sitta u nofs.

5 Wiċċ Matteo kien miżbugħ aħdar.

6 Missier Matteo wassal liż-żewġt iħbieb il-Mużew bil-karozza.

Taħriġ B

Immarka l-iżbalji fis-sentenzi billi tagħmel linja taħthom.

1. Luca libes il-kostum tal-Konti Drakula.

2. Matteo kien liebes kappell iswed b’ras ta’ barri fuqu.

3. Ix-xabla ta’ Matteo kienet minn lewn id-deheb.

4. Matteo qagħad jara film fuq il-kompjuter waqt li qagħad jistenna lil Luca.

5. Luca kellu wiċċu miżbugħ aħdar.

Taħriġ Ċ

Imla l-vojt bil-kelma adattata.

1. Matteo aċċetta l-istedina ta’ sieħbu Luca biex ma _____________qalbu.

2. Matteo u Luca nfaqgħu _____________xħin raw lil xulxin.

3. Il-Mużew ma kienx ______________ mid-dar ta’ Matteo.

Ms. Sephorah 57 | P a ġ n a

4. In-nies li kienu ġol-bitħa baqgħu _____________ xħin raw liż-żewġt iħbieb

libsin il-kostum.

5. Lil Matteo ______________mal-pirata Jack Sparrow.

6. Luca kien qara d-data tal-festin ______________.

Taħriġ D

Immarka t-tweġiba t-tajba billi tagħmel sinjal taħt it-tweġiba t-tajba.

1. “Għalkemm il-karnival ma tantx kien għal qalbi, ma ksirtlux qalbu u aċċettajt l-istedina

tiegħu.” L-espressjoni ma ksirtlux qalbu tfisser

a) weġġajtlu qalbu.

b) kif xtaq hu.

ċ) għamiltlu d-dwejjaq.

2. Fis-silta smajna: “...erħejnielha lejn il-Mużew bil-mixi għax dan kien tefgħa ta’

ġebla ‘l bogħod mid-dar tiegħi.” L-espressjoni “tefgħa ta’ ġebla ‘l bogħod” tfisser

a) erba’ kantunieri ‘l bogħod.

b) ‘il bogħod ħafna.

ċ) viċin ħafna.

Taħriġ E

Imla l-vojt bil-kelma li tiddeskrivi l-kostum ta’ Luca:

1. is-snien: _______________

2. il-mantell: _______________

3. l-ingwanti: _______________

Ms. Sephorah 58 | P a ġ n a

Magħmula minn Ms. Maria

Tin Iswed, Tin Abjad

Wara li smajt din ir-reċta, wieġeb il-mistoqsijiet li ġejjin dwarha.

Taħriġ A

Agħżel ir-risposta t-tajba billi tagħmel ċirku madwar l-ittra.

1. Ir-raġel kien miexi a) ħdejn il-baħar b) fl-imwarrab. c) fit-triq. d) fil-kampanja.

2. Ir-raġel lemaħ siġra a) taż-żebbuġ. b) tat-tin. c) tat-tuffieħ. d) tat-tut.

3. Wara li kiel mis-siġra, r-raġel a) sparixxa. b) beda jiqsar. c) kibirlu denb. d) sar kbir daqs ġgant.

4. Dan ir-raġel biegħ il-frott a) lil ommu. b) lill-prinċipessa. c) lir-raġel xiħ. d) lis-sultan.

Ms. Sephorah 59 | P a ġ n a

Taħriġ B

Ikteb VERU jew FALZ.

Taħriġ Ċ

Kompli dawn is-sentenzi.

9. Ir-raġel tant ħassu mifxul li beda jibki u jolfoq bħal ___________. 10. F’daqqa waħda, r-raġel lemaħ quddiemu raġel xiħ ____________ bil-leħja bajda

tkaxkar mal-art.

11. Ir-raġel tefa’ kollox ġo ____________ u telaq ferħan lejn daru. 12. Is-sultan żamm _______________ u ta nofs is-saltna lil dak ir-raġel.

Veru Falz

5. It-tobba kienu diġà raw lil xi ħadd li kien ġralu bħall-prinċipessa.

6. Is-sultan ħabbar li min ifejjaq lil bintu seta’ jiżżewwiġha.

7. Il-prinċipessa ma rieditx tieħu l-mediċina li ta r-raġel.

8. Ir-raġel spiċċa biex ma żżewwiġtx lill-prinċipessa.

Ms. Sephorah 60 | P a ġ n a

Meħuda minn Malti.Skola

Il-Bejjiegħa tal-Ħut

Taħriġ A

Immarka t-tweġiba t-tajba billi tagħmel linja taħtha skont dak li smajt fis-silta. 1. Il-bejjiegħa tbigħ il-ħut

a) qalb l-irħula, ġewwa l-bliet.

b) qalb it-toroq, ġewwa l-bliet.

ċ) qalb il-kampanja, ġewwa l-bliet.

2. Fil-poeżija l-bejjiegħa tgħid lin-nies biex jixtru l-ħut

a) għat-togħlija u għax-xiwi.

b) għall-qali u l-aljotta.

ċ) għax-xiwi u l-aljotta.

3. Fil-poeżija, il-bejjiegħa ssemmi dawn il-ħut

a) vopi, awrat u lampuki.

b) kavalli, ċeren u lampuki.

ċ) kavalli, vopi u lampuki.

4. Fil-poeżija smajna “...u mmur kmieni u naqla’ sħiħ.” Sħiħ tfisser

a) taqla’ ftit flus.

b) taqla’ ħafna flus.

ċ) ma taqlax flus.

Ms. Sephorah 61 | P a ġ n a

5. Fil-poeżija smajna: “Xemx u xita dejjem niġri.” Xemx u xita tfisser

a) kultant.

b) fil-maltemp.

ċ) kuljum.

Taħriġ B

Imla l-vojt bil-kelma adattata.

1. Il-kelma bliet fil-poeżija taqbel fil-ħoss ma’ ____________.

2. Il-kelma vopiet fil-poeżija taqbel fil-ħoss ma’ ____________.

3. Il-kelma tixwuh fil-poeżija taqbel fil-ħoss ma’ ____________.

4. Il-kelma sbieħ fil-poeżija taqbel fil-ħoss ma’ ____________.

5. Il-kelma triqat fil-poeżija taqbel fil-ħoss ma’ ____________.

Ms. Sephorah 62 | P a ġ n a

Meħuda minn Malti.Skola

L-Iskoperta ta’ Belinda

Taħriġ A Immarka t-tweġiba t-tajba billi tagħmel sinjal (✓) fil-kaxxa t-tajba. Veru Falz Ma ssemmietx

1 Belinda kellha għaxar snin. 2 Belinda kienet kurjuża. 3 In-nuċċali kien kwadru. 4 Kollox kien jidher ikħal bin-nuċċali

barra jdejn Belinda.

5 Belinda ħadet in-nuċċali magħha d-dar.

Taħriġ B Immarka t-tweġiba t-tajba billi tagħmel linja taħtha skont dak li smajt fis-silta.

1. It-temp kien

a) kiesaħ u bix-xita.

b) sabiħ u xemxi.

ċ) xemxi imma b’ħafna riħ.

2. In-nuċċali kien

a) maġenb ħajt tas-sejjieħ.

b) maġenb ġebla miksija bit-tajn.

ċ) maġenb ġebla miksija bil-ħamrija.

3. Is-saqajn tan-nuċċali kienu

a) mgħawġin.

b) mbiegħda sew minn xulxin.

ċ) migrufin.

Ms. Sephorah 63 | P a ġ n a

4. Belinda

a) għalqet għajn waħda xħin libset in-nuċċali.

b) żammet għajnejha miftuħin xħin libset in-nuċċali.

ċ) għalqet għajnejha xħin libset in-nuċċali.

5. Fis-silta smajna: “Belinda kienet fis-seba’ sema għax l-eżamijiet ta’ nofs is-sena kienu

għaddew...” Tkun fis-seba’ sema tfisser

a) tkun ferħana ħafna.

b) tkun fil-għoli ħafna.

ċ) tkun imħasseb ħafna.

6. Fis-silta smajna: “Kollox kien juri li r-rebbiegħa kienet wara l-bieb.” Wara l-bieb

tfisser

a) għadha ‘il bogħod.

b) wara d-dar.

ċ) qiegħda fil-qrib.

Taħriġ Ċ Imla l-vojt b’kelma waħda skont is-sens tas-silta.

1. Belinda kienet kuntenta għax l-eżamijiet kienu ______________.

2. Belinda kienet ______________ għalhekk resqet qrib biex tara x’kien hemm ileqq fl-

art.

3. Belinda naddfet in-nuċċali _______________ libsitu.

4. Belinda baqgħet ______________ b’dak li rat malli libset in-nuċċali.

5. Belinda ______________ in-nuċċali fejn kien għax għaliha d-dinja kienet ħafna isbaħ

mingħajru.