kulleĠĠ san benedittu marka skola sekondarja, Ħal kirkop...aqra din is-silta ta’ proża u wara...

20
Il-Malti – Il-Qari u l-Kitba – L-Għaxar Sena – Sekondarja – Rotta 2 – Frar 2017 Paġna 1 minn 10 L-GĦAXAR SENA IL-MALTI ĦIN: SAGĦTEJN Marka KULLEĠĠ SAN BENEDITTU Skola Sekondarja, Ħal Kirkop L-EŻAMI TANOFS IS-SENA – FRAR 2017 Rotta 2 IL-QARI U L-KITBA Isem: _________________________________ Klassi: ___________ L-Istruzzjonijiet lill-istudenti: Wieġeb il-mistoqsijiet kollha kif mitlub. Ortografija, punteġġjatura, sintassi, ideat u preżentazzjoni tajbin jgħinuk biex tikseb riżultati aħjar. Kummenti: _______________________________________________________________________ _______________________________________________________________________ _______________________________________________________________________ _______________________________________________________________________ Mistoqsija A B Ċ D E i. E ii Taħdit TOTAL Smigħ F Marki 10 4 8 8 15 15 10 100 10 20 Marki tal-istudent

Upload: others

Post on 17-Feb-2021

13 views

Category:

Documents

1 download

TRANSCRIPT

  • Il-Malti – Il-Qari u l-Kitba – L-Għaxar Sena – Sekondarja – Rotta 2 – Frar 2017 Paġna 1 minn 10

    L-GĦAXAR SENA IL-MALTI ĦIN: SAGĦTEJN

    Marka

    KULLEĠĠ SAN BENEDITTU Skola Sekondarja, Ħal Kirkop

    L-EŻAMI TA’ NOFS IS-SENA – FRAR 2017

    Rotta 2

    IL-QARI U L-KITBA

    Isem: _________________________________ Klassi: ___________

    L-Istruzzjonijiet lill-istudenti:

    Wieġeb il-mistoqsijiet kollha kif mitlub.

    Ortografija, punteġġjatura, sintassi, ideat u preżentazzjoni tajbin

    jgħinuk biex tikseb riżultati aħjar.

    Kummenti:

    _______________________________________________________________________

    Mistoqsija A B Ċ D E i. E ii Taħdit TOTAL Smigħ F

    Marki 10 4 8 8 15 15 10 100 10 20

    Marki tal-istudent

  • Il-Malti – Il-Qari u l-Kitba – L-Għaxar Sena – Sekondarja – Rotta 2 – Frar 2017 Paġna 2 minn 10

    SILTA GĦALL-ISTĦARRIĠ:

    It-Teatrin

    Nies differenti jkollhom ideat diversi ta’ kif jistgħu jiddevertu għax

    bħalma jgħid qawl Malti : “Mitt bniedem mitt fehma.” (par.1)

    Bil-kelma “teatrin” nifhmu dak it-tip ta’ teatru popolari li kien jipprovdi

    divertiment. It-teatrin kien ikun magħmul mid-dilettanti, ħafna drabi fi

    strutturi żgħar jew improvviżati u marbutin mal-komunità li toħloqhom.

    Hu teatru li jiffunzjona bi ftit li xejn riżorsi u ħafna drabi hu assoċjat mal-klassijiet il-baxxi tas-soċjetà,

    għalkemm ma kienx dejjem hekk. It-teatrin beda jeżisti f’Malta ftit qabel nofs is-seklu dsatax. F’ħafna

    sensi kien fenomenu ddeterminat mill-iżviluppi politiċi u kulturali li seħħew f’Malta mal-bidu tal-ħakma

    Ingliża. (par.2)

    Hu importanti nżommu f’moħħna li bħal kull komunità żviluppata oħra, il-Maltin ta’ mingħajr skola,

    minn żmien il-qedem kellhom id-divertiment tagħhom, li f’ċerti aspetti kien jersaq lejn it-teatralità.

    Ħafna forom ta’ għana, pereżempju, jinkludu aspetti importanti ta’ teatralità. Meta l-għannejja jwieġbu

    lil xulxin, mhux biss ikunu qed joħolqu djalogu iżda wkoll element qawwi ta’ karatterizzazzjoni. Kull

    għannej jibni karattru pubbliku li jidħol fis-seħħ meta jibda jgħanni, l-istess bħalma attur jieħu fuqu

    karattru differenti meta jibda jirreċta. (par.3)

    Bħalma kellhom ħafna kulturi, il-Maltin kellhom ir-rakkuntaturi tagħhom. Xi ħadd li jaf jirrakkonta

    storja b’tali mod li jiġbed u jżomm udjenza, qed jaġixxi bħala performer u minkejja li r-rakkont is-soltu

    jitqies bħala forma ta’ narrattiva, hemm ħafna tradizzjonijiet teatrali li jistrieħu fuq ir-rakkuntatur biex

    joħolqu l-ispettaklu. Per eżempju, ħafna xogħlijiet li kiteb u rreċta Dario Fo, rebbieħ ta’ Premju Nobel,

    huma mibnija fuq il-ħila tal-attur jew ir-rakkuntatur. Uħud miċ-ċelebrazzjonijiet tal-Knisja wkoll

    żviluppaw sew fl-aspett teatrali tagħhom, speċjalment il-purċissjonijiet tal-Ġimgħa l-Kbira bil-

    movimenti u l-persunaġġi interpretati mill-abitanti tal-komunità li fiha jsiru l-purċissjonijiet. (par.4)

    Minbarra dawn l-attivitajiet li jinkludu t-teatralità, il-Maltin komuni, mingħajr skola, kellhom ukoll

    żewġ tradizzjonijiet speċifikament teatrali. (par.5)

    L-ewwel waħda kienet il-Qarċilla, xena li tirrappreżenta kuntratt taż-żwieġ moqri min-nutar waqt il-

    karnival. Dan l-ispettaklu kien jiddeverti lill-udjenza billi jwaqqa’ għaċ-ċajt il-figura tan-nutar, li fis-

    soċjetà tradizzjonali Maltija kien igawdi rispett kbir. Għalhekk il-Qarċilla kienet att li seta’ jseħħ biss fil-

    karnival meta r-regoli kienu jiġu mwarrba xi ftit. Tip ta’ spettaklu ieħor li Ġużè Cassar Pullicino u Ġorġ

    Mifsud Chircop isejħulu “dramm folkloristiku” kien il-Qarinża. Dan kien iseħħ fl-irħula fil-lejl tal-aħħar

    tas-sena, meta gruppi ta’ rġiel kienu jduru d-djar jirreċtaw xena li tirrappreżenta l-mewt tas-sena l-

    qadima u t-twelid tas-sena l-ġdida. (par.6)

    (minn “It-Teatrin: bejn il-Protesta u l-Biża'” ta’ Marco Galea)

  • Il-Malti – Il-Qari u l-Kitba – L-Għaxar Sena – Sekondarja – Rotta 2 – Frar 2017 Paġna 3 minn 10

    A. FEHIM IT-TEST (10 marki)

    Wieġeb il-mistoqsijiet fuq li għadek kemm qrajt.

    1. Spjega x’inhu teatrin (semmi mill-inqas żewġ punti).(par. 2) (2 marki)

    ____________________________________________________________________________________

    ____________________________________________________________________________________

    2. X’rabta hemm bejn l-għana u t-teatru? (par. 3) (2 marki)

    ____________________________________________________________________________________

    ____________________________________________________________________________________

    3. Kif jidħol l-aspett teatrali fil-Knisja? (par. 4) (2 marki)

    ____________________________________________________________________________________

    ____________________________________________________________________________________

    4. Xi skop kellha l-Qarċilla u għaliex kienet issir biss fil-karnival? (par. 6) (2 marki)

    ____________________________________________________________________________________

    ____________________________________________________________________________________

    5. X’simboliżmu fiha l-Qarinża? (par.6) (2 marki)

    ____________________________________________________________________________________

    ____________________________________________________________________________________

    B. GĦARFIEN IL-LINGWA (4 marki)

    1. Fisser dan il-kliem skont kif użat fis-silta: (marka)

    i. “abitanti” (par.4): ________________________________ (nofs marka)

    ii. “jiddeverti” (par.6): ________________________________ (nofs marka)

    2. Ikteb xi jfisser il-qawl “Mitt bniedem mitt fehma” (par. 1). (marka)

    ___________________________________________________________________________________

    3. Xi tfisser l-idjoma “nżommu f’moħħna”? (par.3) (marka)

    ___________________________________________________________________________________

    4. Mit-tieni paragrafu sib u ikteb il-kelma li tfisser “bla preparamenti”. (marka)

    ___________________________________________________________________________________

  • Il-Malti – Il-Qari u l-Kitba – L-Għaxar Sena – Sekondarja – Rotta 2 – Frar 2017 Paġna 4 minn 10

    Ċ. GRAMMATIKA (8 marki)

    Aqra din is-silta u wara wieġeb il-mistoqsijiet:

    Ritratt tan-Natura

    Aħna nivvalorizzaw ritratt proprju minħabba f’dik il-kapaċità li naqbdu mument qasir u irrepetibbli fil-

    ħajja u nagħnuh bl-eternità. Imbagħad wieħed jista’ jibqa’ jara u jifli dik l-azzjoni għal kemm-il darba

    jrid. Inqatta’ sigħat sħaħ, speċjalment fil-ġranet ta’ tmiem il-ġimgħa, nistenna - bosta drabi

    f’pożizzjonijiet skomdi, kultant mixħut mal-art għal tuli fit-tajn, fil-kesħa u fis-sħana, għall-gdim tal-

    insetti u dak kollu li tista’ tiltaqa’ miegħu f’dawn is-sitwazzjonijiet. Għalhekk, meta jirnexxilek tmur

    lura d-dar b’erba’ ritratti sbieħ, tħoss sodisfazzjon kbir. Bħal meta inzertajt żewġt isriep qed jiġġieldu u

    rnexxieli naqbad dak il-mument taħt il-lenti tiegħi.

    (minn “Ġmiel in-Natura Maltija” ta’ Fiona Vella)

    Verb Forma Għerq

    a. inqatta’

    b. tiltaqa’

    ċ. tħoss

    d. jiġġieldu

    1. Ikteb f’liema forma qegħdin dawn il-verbi u agħti l-għerq: (4 marki)

    2. Immarka l-konġunzjoni f’din is-sentenza billi taqta’ linja taħtu: (marka)

    Għalhekk, meta jirnexxilek tmur lura d-dar b’erba’ ritratti sbieħ, tħoss sodisfazzjon kbir.

    3. Immarka l-avverbju f’din is-sentenza billi taqta’ linja taħtu: (marka)

    Qattajt sigħat sħaħ, speċjalment fil-ġranet ta’ tmiem il-ġimgħa, nistenna ......

    4. Mill-verb nivvalorizzaw ikteb: (2 marki)

    iz-zokk morfemiku ________________ (marka)

    il-prefiss ________________ (nofs marka)

    is-suffiss ________________ (nofs marka)

  • Il-Malti – Il-Qari u l-Kitba – L-Għaxar Sena – Sekondarja – Rotta 2 – Frar 2017 Paġna 5 minn 10

    D. ĦILIET FIL-MALTI KOMUNIKATTIV (8 marki)

    Ikteb RAPPORT ta’ bejn 60 u 80 kelma.

    Agħżel mistoqsija WAĦDA minn (i) jew (ii).

    i) Dan l-aħħar inqaleb krejn f’sit ta’ kostruzzjoni. Fortunatament ħadd ma tilef ħajtu.

    Ikteb rapport dwar dan l-inċident.

    JEW

    i) Kantant jew kantanta magħruf/a ġie/t mistieden/mistiedna biex jagħti/tagħti kunċert

    żgħir fil-grawnd tal-iskola tiegħek. Ikteb rapport dwar din l-attività.

    Ftakar li trid tikteb :

    Titlu

    Isem u kunjom min qed jikteb ir-rapport

    Il-ġurnata jew id-data

    Il-ħin

    Il-post

    Ikteb liema rapport għażilt: ___

    ________________________________________________________________________

  • Il-Malti – Il-Qari u l-Kitba – L-Għaxar Sena – Sekondarja – Rotta 2 – Frar 2017 Paġna 6 minn 10

    E. BEJN ĦALTEJN (30marka)

    i. TAQSIMA TAL-POEŻIJA (15-il marka)

    Aqra din il-poeżija u wara wieġeb il-mistoqsijiet dwarha:-

    Niftakar - Anton Buttigieg id-dija u d-dawl tal-parilja,

    il-ħsejjes taż-żwiemel għaddejja,

    u ġemgħa bil-ħrara

    ma’ biebna biex tara

    sbuħitna,

    mħabbitna;

    u xita ta’ ross

    li niżlet għal fuqna bla ħoss;

    imb’għad ix-xampanja

    li tfawwar bil-qawwa,

    bir-ragħwa,

    u l-kejk qisu torri bajdan,

    u l-foxtrot, u t-tango, u l-waltzer,

    u s-sakra u ż-żifna

    tal-qraba u l-ħbieb;

    u mb’għad qajla qajla

    ftit ftit qabdu l-bieb,

    u bqajna ġo darna

    fid-dawl tal-Madonna

    waħedna flimkien

    jien u int

    u int u jien;

    u jien kolli tiegħek

    u int kollok tiegħi,

    bħal Eva u Adam;

    qalb waħda, nifs wieħed,

    int rieqda, jien rieqed,

    u l-ħolma ta’ hena,

    ta’ ferħ, ta’ tgawdija,

    ta’ dawl u ta’ dija,

    ta’ ġid u u ta’ sliem

    bla tmiem!

  • Il-Malti – Il-Qari u l-Kitba – L-Għaxar Sena – Sekondarja – Rotta 2 – Frar 2017 Paġna 7 minn 10

    1. Liema ġrajja f’ħajjet il-poeta tfakkar din is-silta? (marka)

    ____________________________________________________________________________________

    2. Sib vers mis-silta li jqanqal fina sens ta’ moviment, ferħ u allegrija. (marka)

    ____________________________________________________________________________________

    3. X’tip ta’ poeżija hi din? (Agħżel it-tajba) (marka)

    patrijottika, eleġija, ballata

    4. Agħżel it-tajba: (4 marki)

    a. “il-kejl qisu torri bajdan” metafora, similitudni, apokope.

    b. “xita ta’ ross” personifikazzjoni, apostrofi, metafora.

    ċ. “qajla qajla” epiżewski, polisindeto, anafora.

    d. “u l-foxtrot, u t-tango, u l-waltzer,

    u s-sakra u ż-żifna” metafora, polisindeto, antistrofa.

    5. Ikkummenta dwar: (3 marki)

    a. l-għamla tal-versi _________________________________________________________

    b. ir-ritmu tas-silta _________________________________________________________

    ċ. il-vokabularju tas-silta ___________________________________________________

    6. Spjega l-metafora “qalb waħda, nifs wieħed” billi tikkummenta fuq x’effett tħalli fik bħala qarrej.

    (marka)

    ____________________________________________________________________________________

    ____________________________________________________________________________________

    Mistoqsijiet fuq il-poeżiji l-oħrajn. (4 x 1 = 4 marki)

    1. Semmi xewqa li għandha r-refuġjata fil-poeżija ta’ Mario Azzopardi?

    ____________________________________________________________________________________

    ____________________________________________________________________________________

    2. Għalfejn Rena Balzan, l-ewwel tgħajjar lill-qamar, imbagħad tfaħħru fil-poeżija Lill-Qamar

    Kwinta?

    ____________________________________________________________________________________

    ____________________________________________________________________________________

  • Il-Malti – Il-Qari u l-Kitba – L-Għaxar Sena – Sekondarja – Rotta 2 – Frar 2017 Paġna 8 minn 10

    3. Fil-poeżija Quo Vadis ta’ Rużar Briffa, il-ħarruba tħares madwarha u tara lin-nies għaddejjin.

    X’qiegħda taħseb dwarhom?

    ___________________________________________________________________________________

    ___________________________________________________________________________________

    4. Il-poeżija Passaġġi ta’ Ġorġ Borg tilħaq il-klajmaks fl-aħħar żewġ versi: “Hemm oħrajn li

    jwassluk temmen fl-infinit”. x’tifhem bih dan il-vers?

    ___________________________________________________________________________________

    ___________________________________________________________________________________

    ii. TAQSIMA TAL-PROŻA (15-il marka)

    Aqra din is-silta ta’ proża u wara wieġeb il-mistoqsijiet dwarha:- (11-il marka)

    Silta minn Il-Koranta ta’ Oliver Friggieri

    […]

    Meta qatgħuha li jiżżewġu, il-Koranta kienet qisha twieldet mill-ġdid. Il-

    biċċa qanqlet lil min jibda jitħasseb, u s-seksieka tat-triq ma damux ma bdew

    iqasstu fuqha, min jgħid ħaġa u min ipaspar oħra. Dak li kien se jiġri tabilħaqq

    kien ilu jingħad biss bħala ċajta, impossibiltà ċara, ħlieqa tal-ġirien li jridu jsibu lil

    xi ħadd biex jitkellmu fuqu, u kien ‘il bogħod wisq minn dak li ħasbu li seta’ jsir.

    “U le, il-Koranta qatt ma tasal tiżżewweġ. Issa kibret ġmielha u l-

    istramberiji tagħha mhuma se jlaqqgħuha ma’ ħadd...”

    “Mhux minnha naqas, għaliex sehemha għamlitu, u mhix xi waħda

    mitluqa. Tilbes u tindilek daqs kulħadd, u anki iżjed.”

    […] Dakinhar taż-żwieġ it-triq kollha kienet mixgħula bil-mistennija […]

  • Il-Malti – Il-Qari u l-Kitba – L-Għaxar Sena – Sekondarja – Rotta 2 – Frar 2017 Paġna 9 minn 10

    1. X’ġara dakinhar tat-tieġ tal-Koranta? Lil min iżżewġet? (2 marki)

    ___________________________________________________________________________________

    ___________________________________________________________________________________

    2. X’ried ifisser biha Oliver Friggieri l-espressjoni “Il-Koranta kienet qisha twieldet mill-ġdid.”

    ___________________________________________________________________________________

    ________________________________________________________________________ (2 marki)

    3. Minn fejn daħlet il-Koranta fil-knisja biex tiżżewweġ? Fejn seħħ it-tieġ? (2 marki)

    ___________________________________________________________________________________

    ___________________________________________________________________________________

    4. “Ħadd ma kien jaf x’jisimha.” B’dan il-kliem tiftaħ din il-ġrajja. X’turina din l-istqarrija dwar in-

    nies tar-raħal. (2 marki)

    ___________________________________________________________________________________

    ___________________________________________________________________________________

    5. Iddeskrivi lill-Koranta. X’jisimha? (2 marki)

    ___________________________________________________________________________________

    ___________________________________________________________________________________

    6. Il-kappillan għandu sehem importanti ħafna. Għaliex? (marka)

    ___________________________________________________________________________________

    ___________________________________________________________________________________

    Mistoqsijiet fuq in-novelli l-oħrajn. (4 x 1 = 4 marki)

    1. Għaliex Lina fin-novella Aqrali xi ħaġa ġdida, qaltilha qatt ma żżewġet?

    ___________________________________________________________________________________

    ___________________________________________________________________________________

  • Il-Malti – Il-Qari u l-Kitba – L-Għaxar Sena – Sekondarja – Rotta 2 – Frar 2017 Paġna 10 minn 10

    2. Maurice kien bniedem konservattiv u tradizzjonali. Fisser.

    ___________________________________________________________________________________

    ___________________________________________________________________________________

    3. Il-qawl Malti jgħid: “Kliem ix-Xiħ żomm fih”. Kemm taħseb li dan il-qawl jgħodd għall-ħrafa Ix-

    xini jimxi fl-art.

    ___________________________________________________________________________________

    ___________________________________________________________________________________

    4. Tkellem dwar is-sentiment uman li joħroġ min-novella Ittri lil Marta.

    ___________________________________________________________________________________

    ___________________________________________________________________________________

    Agħżel wieħed u ikteb madwar 350 kelma fuq karta separata.

    Aqsam f’paragrafi.

    1. Ħolma li saret realtà.

    2. L-użu tal-elettriku fil-ħajja llum.

    3. Raħal twelidi

    4. Kemm hu importanti li nistudjaw il-lingwi?

    TMIEM IL-KARTA

    F. KOMPONIMENT (20 marka)

  • Il-Malti - Il-Fehim mis-Smigħ - Il-Karta tal-Għalliema - L-Għaxar Sena - Sekondarja - Rotta 2 - 2017 Paġna 1 minn 3

    L-GĦAXAR SENA IL-MALTI ĦIN: KWARTA

    KULLEĠĠ SAN BENEDITTU

    Skola Sekondarja, Ħal Kirkop

    L-EŻAMI TA’ NOFS IS-SENA – FRAR 2017

    Rotta 2

    IL-FEHIM MIS-SMIGĦ Il-Karta tal-Għalliema

    Gwida lill-għalliema għat-tmexxija tal-eżami tal-fehim mis-smigħ

    1. L-għalliema tal-Malti li se jmexxu l-eżami tas-smigħ isellmu lill-istudenti u wara li jitqassmu

    l-karti tal-eżami tas-smigħ jgħidulhom: “Bonġu. Nitlobkom biex tiktbu isimkom, kunjomkom u l-

    klassi fil-post ipprovdut fil-karta ta’ quddiemkom.”

    2. Meta l-għalliema jaraw li l-istudenti lestew, jgħidulhom: “Issa se naqralkom is-silta. Nitlobkom

    toqogħdu attenti għall-qari. Ma tistgħux tiktbu jew taħdmu l-eżerċizzji waqt li nkun qed

    naqralkom is-silta.”

    3. L-għalliema jaqraw is-silta kollha b’ritmu meqjus u meta jispiċċaw mill-qari jgħidu lill-istudenti:

    “Issa se naqralkom l-istruzzjonijiet u l-eżerċizzji li tridu taħdmu fuq is-silta li għadkom kemm

    smajtu. Tistgħu taħdmuhom waqt li qed naqra. Infakkarkom li s-silta ser terġa’ tinqralkom darba

    oħra.”

    4. L-għalliema jaqraw l-istruzzjonijiet u l-eżerċizzji kollha kif hemm fil-karta. Wara dan il-qari

    l-istudenti jingħataw ftit ħin biex jaħdmu qabel ma jibda t-tieni qari tas-silta.

    5. L-għalliema jgħidu lill-istudenti: “Issa se naqralkom għat-tieni u l-aħħar darba s-silta flimkien

    mal-istruzzjonijiet u l-eżerċizzji. Tistgħu tkomplu taħdmu waqt dan il-qari.”

    6. Kif l-għalliema jtemmu t-tieni qari jagħtu l-ħin biex l-istudenti jkomplu jaħdmu l-karta. Hekk kif

    tgħaddi kwarta mill-bidu tal-eżami, l-għalliema jgħidu lill-istudenti: “Il-ħin tal-eżami għadda. Jekk

    jogħġobkom ieqfu mill-kitba u se niġbor il-karti. Grazzi.”

    7. L-għalliema għandhom jaraw li l-karti kollha tal-eżami tas-smigħ jinġabru qabel l-istudenti jkomplu

    bl-eżami tal-qari u l-kitba.

  • Il-Malti - Il-Fehim mis-Smigħ - Il-Karta tal-Għalliema - L-Għaxar Sena - Sekondarja - Rotta 2 - 2017 Paġna 2 minn 3

    FLAMINI: MIDFIELDER U INVESTITUR

    L-ewwel darba li sħabu tat-tim tal-Arsenal raw lil Mathieu Flamini bis-suit, ħasbuh

    li kien ħa xi żball u ħaseb li kienet il-ġurnata tal-logħba.

    Fil-verità l-plejer Franċiż kien qed iżomm sigriet – huwa kien għal xi ftit tas-snin

    qabel jaħdem fuq kumpanija bijoteknoloġika li huwa kien jemmen tista’ tgħin tindirizza l-

    ħsara ambjentali. Filwaqt li l-plejers tal-futbol professjonali oħra jkunu qed iqattgħu l-ħin

    liberu fuq consoles tal-logħob jew f’mumenti ta’ divertiment, il-midfielder tal-Arsenal

    kien qed ikun f’laqgħat ta’ negozjar u jieħu telefonati marbuta ma’ dan l-investiment.

    Wara li għamel bosta snin iżomm għalih dan is-sigriet kummerċjali tiegħu mill-

    istess sħabu, supporters u anke l-familja, Flamini beda issa jgħid lill-pubbliku dwar din l-

    intrapriża tiegħu. Il-kumpanija ta’ Flamini hija Biochemicals GF: il-G tirreferi għal

    Pasquale Granata, sieħbu fin-negozju u F ta’ Flamini. Hi tipproduċi kimika fil-forma ta’

    aċidu li hija prodotta minn skart ta’ injam, li mbagħad tieħu post iż-żejt fil-prodotti

    magħmula mill-plastik.

    Flamini u Granata kienu t-tnejn ferm ikkonċernati mit-tibdil fil-klima u riedu

    jagħmlu xi ħaġa dwar dan. Bdew jiltaqgħu max-xjenzati fl-Università ta’ Milan u bdew

    jinvestu f’din ir-riċerka biex jiżviluppaw din it-teknoloġija.

    Illum il-kumpanija għandha uffiċċji fl-Italja, l-Olanda u l-Istati Uniti, u fabbrika

    f’Caserta fl-Italja li jistgħu jipproduċu 10,000 tunnellata ta’ kimika fis-sena. Din is-sena

    GF xtrat Segetis, kumpanija Amerikana li tieħu l-aċidu u tibdlu f’firxa ta’ prodotti tad-

    dar, bħal fwejjaħ u għat-tindif.

    Flamini jattribwixxi r-riskju li ħa meta beda din il-kumpanija minn dak li tgħallem

    mill-futbol. Jgħid li fil-karriera tal-futbol, ħa diversi riskji u anke f’din il-kumpanija qed

    jieħu diversi riskji, imma m’hemm l-ebda storja ta’ suċċess mingħajr riskji.

    (Adattament minn artiklu mir-rivista Xehda Għasel Lulju-Awwissu 2016)

  • Il-Malti - Il-Fehim mis-Smigħ - Il-Karta tal-Għalliema - L-Għaxar Sena - Sekondarja - Rotta 2 - 2017 Paġna 3 minn 3

    Wieġeb dawn il-mistoqsijiet:- (10 marki = marka kull

    tweġiba)

    1. Minn liema pajjiż hu Mathieu Flamini? (Agħżel it-tajba)

    ⎕ mill-Italja; ⎕ minn Franza; ⎕ mill-Amerika.

    2. Ma’ liema tim tal-futbol jilgħab?

    _______________________________________________________________________________

    3. X’kien is-sigriet ta’ Flamini? (Agħżel it-tajba)

    ⎕ Huwa kien qed jgħin lit-tfal fil-missjoni fl-Afrika.

    ⎕ Huwa kien qed jaħdem fuq kumpanija bijoteknoloġika li se tindirizza l-ħsara ambjentali.

    ⎕ Huwa kien qed jittrenja bil-moħbi ma’ tim ieħor.

    4. Semmi mod kif jgħaddu l-ħin liberu tagħhom il-plejers tal-futbol professjonali.

    ____________________________________________________________________

    5. Isem il-kumpanija ta’ Flamini.

    __________________________________________

    6. Il-kumpanija ta’ Flamini tipproduċi (Agħżel it-tajba)

    ⎕ injam riċiklat;

    ⎕ kimika fil-forma t’aċidu;

    ⎕ plastik riċiklat.

    7. X’kien qed idejjaq lil Flamini u Granata?

    ⎕ it-tibdil fil-klima

    ⎕ ir-riċiklaġġ

    ⎕ iż-żibel fl-ibliet.

    8. Fejn kienu jiltaqgħu max-xjenzati Flamini u Granata?

    ____________________________________________________________________

    9. Il-fabbrika tinsab f’____________________, l-Italja.

    10. M’hemm l-ebda storja ta’ suċċess mingħajr ____________________________.

  • Il-Malti - Il-Fehim mis-Smigħ—Il-Karta tal-Istudenti - L-Għaxar Sena - Sekondarja - Rotta 2 - 2017 Paġna 1 minn 2

    L-GĦAXAR SENA IL-MALTI ĦIN: KWARTA

    KULLEĠĠ SAN BENEDITTU

    Skola Sekondarja, Ħal Kirkop

    L-EŻAMI TA’ NOFS IS-SENA – FRAR 2017

    Rotta 2

    IL-FEHIM MIS-SMIGĦ

    L-Isem: _________________________________________ Il-Klassi: __________________

    Wieġeb dawn il-mistoqsijiet:- (10 marki = marka kull tweġiba)

    1. Minn liema pajjiż hu Mathieu Flamini? (Agħżel it-tajba)

    ⎕ mill-Italja;

    ⎕ minn Franza;

    ⎕ mill-Amerika.

    2. Ma’ liema tim tal-futbol jilgħab?

    _______________________________________________________________________________

    3. X’kien is-sigriet ta’ Flamini? (Agħżel it-tajba)

    ⎕ Huwa kien qed jgħin lit-tfal fil-missjoni fl-Afrika.

    ⎕ Huwa kien qed jaħdem fuq kumpanija bijoteknoloġika li se tindirizza l-ħsara ambjentali.

    ⎕ Huwa kien qed jittrenja bil-moħbi ma’ tim ieħor.

    10 marki

  • Il-Malti - Il-Fehim mis-Smigħ—Il-Karta tal-Istudenti - L-Għaxar Sena - Sekondarja - Rotta 2 - 2017 Paġna 2 minn 2

    4. Semmi mod kif jgħaddu l-ħin liberu tagħhom il-plejers tal-futbol professjonali.

    ____________________________________________________________________

    5. Isem il-kumpanija ta’ Flamini.

    __________________________________________

    6. Il-kumpanija ta’ Flamini tipproduċi (Agħżel it-tajba)

    ⎕ injam riċiklat;

    ⎕ kimika fil-forma t’aċidu;

    ⎕ plastik riċiklat.

    7. X’kien qed idejjaq lil Flamini u Granata?

    ⎕ it-tibdil fil-klima

    ⎕ ir-riċiklaġġ

    ⎕ iż-żibel fl-ibliet.

    8. Fejn kienu jiltaqgħu max-xjenzati Flamini u Granata?

    ____________________________________________________________________

    9. Il-fabbrika tinsab f’____________________, l-Italja.

    10. M’hemm l-ebda storja ta’ suċċess mingħajr ____________________________.

  • Il-Malti – L-Iskema tal-Marki – L-Għaxar Sena - Sekondarja – Rotta 2 – 2017 Paġna 1 minn 5

    L-GĦAXAR SENA IL-MALTI

    KULLEĠĠ SAN BENEDITTU Skola Sekondarja, Ħal Kirkop

    L-EŻAMI TA’ NOFS IS-SENA – FRAR 2017

    Rotta 2

    L-ISKEMA TAL-MARKI

    Il-Marki Il-Kummenti

    FEHIM IS-SMIGĦ 10

    F’din it-taqsima ma jitnaqqsux marki għall-ortografija.

    1. Franza 1

    2. Arsenal 1

    3. Huwa kien qed jaħdem fuq kumpanija bijoteknoloġika li se

    tindirizza l-ħsara ambjentali.

    1

    4. Jilagħbu fuq consoles tal-logħob jew f’mumenti ta’

    divertiment.

    1

    5. Biochemicals GF 1

    6. Kimika fil-forma t’aċidu. 1

    7. It-tibdil fil-klima. 1

    8. Fl-Università ta’ Milan. 1

    9. Caserta, fl-Italja. 1

    10. Riskju. 1

    L-EWWEL TAQSIMA: IL-LINGWA 50 marka

    A. FEHIM IT-TEST 10 marki

    F’din it-taqsima ma jitnaqqsux marki għall-ortografija.

    1. teatru popolari li kien jipprovdi divertiment

    kien ikun magħmul mid-dilettanti, ħafna drabi fi strutturi

    żgħar jew improvviżati

    jiffunzjona bi ftit li xejn riżorsi

    assoċjat mal-klassijiet il-baxxi tas-soċjetà

    2 marki agħti nofs marka

    għal kull tweġiba

    tajba; aċċetta wkoll

    kull

    tweġiba b’tifsira

    simili

  • Il-Malti – L-Iskema tal-Marki – L-Għaxar Sena - Sekondarja – Rotta 2 – 2017 Paġna 2 minn 5

    Il-Marki Il-Kummenti

    2. Meta l-għannejja jwieġbu lil xulxin joħolqu djalogu u

    karatterizzazzjoni. Kull għannej jibni karattru li jidħol fis-seħħ

    meta jibda jgħanni, l-istess bħalma attur jieħu karattru

    differenti meta jibda jirreċta.

    2 marki aċċetta wkoll kull tweġiba b’tifsira

    simili

    3. Dan narawh fil-purċissjonijiet tal-Ġimgħa l-Kbira bil-

    movimenti u l-personaġġi interpretati mill-abitanti tal-

    komunità li fiha jsiru l-purċissjonijiet.

    2 marki aċċetta wkoll kull tweġiba b’tifsira

    simili

    4. Xena li tirrappreżenta kuntratt ta’ żwieġ moqri min-nutar

    waqt il-karnival. L-iskop kien li l-udjenza tiddeverti u

    jitwaqqa’ għaċ-ċajt in-nutar, li kien igawdi rispett kbir.

    Kienet issir fil-karnival meta r-regoli kienu jiġu mwarrba xi

    ftit.

    2 marki aċċetta wkoll kull tweġiba b’tifsira

    simili

    5. Tirrappreżenta l-mewt tas-sena l-qadima u t-twelid tas-sena l-

    ġdida. 2 marki aċċetta wkoll kull

    tweġiba b’tifsira

    simili

    B. GĦARFIEN IL-LINGWA 4 marki

    F’din it-taqsima ma jitnaqqsux marki għall-ortografija.

    1. (i) in-nies li joqogħdu hemm nofs marka

    (ii) jagħti gost nofs marka

    2. Kulħadd ikollu l-opinjoni tiegħu. marka

    3. niftakru marka aċċetta wkoll kull tweġiba b’tifsira

    simili

    4. improvviżati marka

    Ċ. GRAMMATIKA 8 marki

    Matul dan it-taħriġ jekk f’xi tweġiba l-istudenti jkollhom żball ortografiku ma jiħdux il-marka

    allokata.

    1. (a) inqatta’ - it-tieni forma ; għerq : q-t-għ

    (b) tiltaqa’ - it-tmien forma ; għerq : l-q-għ

    (ċ) tħoss – l-ewwel forma ; għerq : ħ-s-s

    (d) jiġġieldu – is-sitt forma ; għerq : ġ-l-d

    4 marki :

    nofs marka

    għal kull

    tweġiba

    2. għalhekk marka

    3. speċjalment marka

    4. zokk morfemiku : valor prefiss : niv suffiss : izzaw

    marka nofs marka nofs marka

  • Il-Malti – L-Iskema tal-Marki – L-Għaxar Sena - Sekondarja – Rotta 2 – 2017 Paġna 3 minn 5

    Il-Marki Il-Kummenti

    D. IL-KITBA L-QASIRA 8 marki

    Imxi mal-iskema ta’ marki li ġejja. L-istudenti jridu jagħżlu rapport (i) jew (ii). F’din it-taqsima

    jitnaqqsu l-marki għall-ortografija. F’każ li l-kitba tkun 10% anqas mill-ammont mitlub,

    naqqas marka għal kull 10 kelmiet nieqsa.

    Ir-rapport irid jinkludi : Titlu Isem u kunjom min qed jikteb ir-rapport Il-ġurnata u d-data Il-ħin

    Il-post

    3 marki

    Ortografija 2 marki

    Kontenut 3 marki

    E. IL-LETTERATURA 30 marka

    F’din it-taqsima ma jitnaqqsux marki għall-ortografija.

    E. i. Bejn Ħaltejn - Il-Poeżiji 15-il marka

    1. Iż-żwieġ ta’ poeta ma’ martu. marka

    2. u l-foxtrot, u t-tango, u l-waltzer marka

    3. Eleġija marka

    4. a. similitudni

    b. metafora

    c. epiżewski

    d. polisindeto

    marka

    marka

    marka

    marka

    5. a. versi ħielsa

    b. ritmu mexxej, ferrieħi u allegru

    c. vokabularju pożittiv adattat għall-atmosfera festiva u

    jqanqal sewwa s-sensi tas-smigħ, tal-vista u tal-moviment.

    marka

    marka

    marka

    6. Ir-relazzjoni ta’ bejn il-miżżewġin - sens ta’ paċi u mħabba.

    Ħajja kuntenta mimlija sliem u tgawdija, marka

    1. Xewqa li tingħaqad mal-maħbub tagħha; xewqa li tibda ħajja

    ġdida; xewqa li ma tibqax tgħix fit-tined. marka

    2. Lil Rena Balzan, il-qamar l-ewwel tgħajru għax hu fqir u bla

    ħajja u wara tfaħħru jagħtiha l-ispirazzjoni biex tikteb il-

    poeżiji.

    marka L-istudenti jridu

    jagħtu ż-żewġ

    raġunijiet.

    3. Il-ħarruba qed tħares lejn il-bnedmin u qiegħda tistaqsi diversi

    mistoqsijiet dwar il-ħajja tagħhom, Qed tgħid li moħħhom fil-

    ħajja tas-suq u tilfu l-mistrieħ kollu tagħhom.

    marka

    4. Hemm passaġġi li jwassluk biex temmen f’Alla. marka

  • Il-Malti – L-Iskema tal-Marki – L-Għaxar Sena - Sekondarja – Rotta 2 – 2017 Paġna 4 minn 5

    E. ii Bejn Ħaltejn - In-Novelli 15-il marka

    1. In-nies tar-raħal ħassru t-tieġ tal-Koranta. Hi żżewġet lil Indri

    l-landier. 2 marki

    2. Espressjoni li turina bidla fil-ħajja tal-Koranta. Minn mara mxenqa li tiżżewweġ saret mara li kienet sabet l-imħabba ta’

    ħajjitha.

    2 marki

    3. Daħlet mill-bieb iż-żgħir tas-sagristija. Iżżewġet quddiem

    artal qadim fis-sagristija. 2 marki

    4. In-nies lill-Koranta kienu jafuha biss b’laqamha u mhux

    b’isimha. Ħadd ma kien jinteressa ruħu fiha b’mod ġenwin.

    Kienu jibbuljawha b’mod kollettiv. Kien saret parti mill-

    folklor tar-raħal.

    2 marki

    5. Mara bieżla, moħħha kien biss fix-xogħol tad-dar. Kien

    tinteressa ruħha fl-irġiel għożżieb li kienet tara, forsi

    tiżżewweġ xi wieħed minnhom. Mara tal-knisja, devota ta’

    San Ġużepp. Kien jisimha Anjeżi.

    2 marki

    6. Kien il-kappillan li ddefenda lill-Koranta mis-seksieka tar-

    raħal li ħarbtula t-tieġ. Kien hu li rrabbja magħhom. Barra

    minn hekk, kien hu li daħħal fiha t-tagħlim morali rigward iż-

    żwieġ.

    marka

    1. Lina qatt ma żżewġet għax moħħha kien biss fil-kotba. Qatt

    ma ħadet ħsieb is-sura tagħha u qatt ma telqet mill-istamperija

    u mill-ħanu tal-kotba ta’ missierha.

    marka

    2. Missier qatt ma ried jippubblika kotba ta’ awturi nisa. Hu ried

    jippubblika biss kotba li jħallu l-qligħ, u fil-fehma tiegħu,

    kienu kotba miktuba mill-irġiel.

    marka

    3. Ix-xiħ ta diversi pariri tajbin lit-tifel biex jasal għall-għan

    aħħari tiegħu. marka

    4. Il-pustier-pittur jilgħab bis-sentimenti ta’ Marta. Marta

    tgħaddi minn waqtiet mimlija tensjoni tistenna l-ittra, għal

    waqtiet mimlija biża’ u fl-aħħar tispiċċa tibki.

    marka

  • Il-Malti – L-Iskema tal-Marki – L-Għaxar Sena - Sekondarja – Rotta 2 – 2017 Paġna 5 minn 5