kurrenti - Ħarġa numru 28 (03/2013)

31
F’DIN IL-ĦARĠA ĦARĠA 28 | LULJU 2013 F’DIN IL-ĦARĠA... LC ST MSSP IL-KEBBIES MAGIC MOMENTS ĠURNATA FIL-ĦAJJA L-ISTURANT FATTI KURJUŻI ESPERJENZI – Brothers ta’ l-MSSP... Volontarjat 2013... AROUND THE WORLD OPPORTUNITAJIET UE VRUM! RITRATTrakkont ĊY goes FACEBOOK! FIL-JIEM LI ĠEJJIN… EDITORJAL | Xemx u sħana... Hello ħbieb, Waslu x-xemx, is-sħana u r-rieħa tal-baħar u magħhom waslet ukoll il-ħarġa sajfija ta’ Kurrenti. Ħarġa li bħas- soltu twassal l-aħħar aħbarijiet lill-membri kollha ta’ ĊAMYouths. F’din il-ħarġa għandkom issibu l-ewwel artiklu tal- Leadership Committee li minn hawn nixtieq nirringrazzja tal-appoġġ u l-għajnuna li bdew jagħtu lil Konnekxins NAGĦTU ĦARSA LEJN... MESSAĠĠ TAL-LC L-ĠDID p.2 >> ESPERJENZI VARJI... p.16 >> ARTIKLI ĠODDA... FATTI KURJUŻI... VRUMM!... L-ISTURANT… >> mill-ewwel jiem tal- ħatra tagħhom. Fost artikli oħra tistgħu issibu wkoll ftit informazzjoni fuq uħud mill-esperjenzi ta’ volontarjat li se jsiru mill-membri tagħna dan is-sajf. F’isem Konnekxins nixtieq nawgura lil kull min se jagħmel xi tip ta esperjenza u nixtiqilkom li ġġibu lura magħkom ħafna mħabba, esperjenzi u paċi! GERALDINE POWELL Is-sajf it-tajjeb u tinsewx is-sunblock!

Upload: camyouths

Post on 05-Mar-2016

247 views

Category:

Documents


3 download

DESCRIPTION

Kurrenti huwa magazin li jinħareġ minn Konnekxins - il-Media & Communications Team fi ħdan ĊAMYouths.

TRANSCRIPT

F’D

IN IL

-ĦA

A

ĦA

A 2

8 |

LU

LJU

20

13

F’DIN IL-ĦARĠA...

LC

ST

MSSP IL-KEBBIES

MAGIC MOMENTS

ĠURNATA FIL-ĦAJJA

L-ISTURANT FATTI KURJUŻI ESPERJENZI –

Brothers ta’ l-MSSP... Volontarjat 2013...

AROUND THE WORLD

OPPORTUNITAJIET UE

VRUM!

RITRATTrakkont

ĊY goes FACEBOOK!

FIL-JIEM LI ĠEJJIN…

EDITORJAL | Xemx u sħana... Hello ħbieb,

Waslu x-xemx, is-sħana u r-rieħa tal-baħar u magħhom waslet ukoll il-ħarġa sajfija ta’ Kurrenti. Ħarġa li bħas-soltu twassal l-aħħar aħbarijiet lill-membri kollha ta’ ĊAMYouths. F’din il-ħarġa għandkom issibu l-ewwel artiklu tal- Leadership Committee li minn hawn nixtieq nirringrazzja tal-appoġġ u l-għajnuna li bdew jagħtu lil Konnekxins

NAGĦTU ĦARSA LEJN... MESSAĠĠ TAL-LC L-ĠDID p.2 >> ESPERJENZI VARJI... p.16 >>

ARTIKLI ĠODDA...

FATTI KURJUŻI...

VRUMM!...

L-ISTURANT…

>>

mill-ewwel jiem tal-ħatra tagħhom. Fost artikli oħra tistgħu issibu wkoll ftit informazzjoni fuq uħud mill-esperjenzi ta’ volontarjat li se jsiru mill-membri tagħna dan is-sajf. F’isem Konnekxins nixtieq nawgura lil kull min se jagħmel xi tip ta esperjenza u nixtiqilkom li ġġibu lura magħkom ħafna mħabba, esperjenzi u paċi!

GERALDINE POWELL

Is-sajf it-tajjeb u tinsewx is-sunblock!

KU

RR

ENTI

p

age

2

LC |Leadership Committee

CHRISTOPHER FORMOSA

Ilha xahrejn li bdiet l-esperjenza tagħna fil-

Leadership Committee u s’issa nista’ ngħid li f’kull aspett tagħha sibt aktar milli stennejt; aktar responsabbiltà milli stennejt, aktar xogħol milli stennejt, imma wkoll sibt tim magħqud aktar milli stennejt, tim li mill-ewwel laqgħa beda jaħdem b’serjetà kbira u b’impenn. Personalment xtaqt nirringrazzja lil kull min wera fiduċja fina u li tana l-opportunità li ngħixu din l-esperjenza tassew sabiħa. Hemm ħafna xogħol xi jsir u għalhekk nistieden lil kull min iħoss li jista’ jkun ta’ servizz jew għandu xi ideat sabiex javviċinana.

SIMON PACE Nixtieq nibda billi nirringrazzjakom talli emmintu fija u afdajtuni f'dan l-irwol. Naturalment, din il-fiduċja tissarraf f’responsabbiltà, kemm lejn l-organizzazzjoni kif ukoll lejn il-membri tagħha. F'dawn l-aħħar ġimgħat diġà bdejna bl-ewwel laqgħat tagħna u xi ħaġa li mill-ewwel laqtitni f'dan l-LC hija l-għaqda u l-armonija li hemm fostna. Għalkemm il-ħidma tagħna għadha fil-bidu, ninsab ċert li lkoll kemm aħna lesti nagħmlu l-almu tagħna sabiex jintlaħqu l-bżonnijiet kontinwi li organizzazzjoni bħal tagħna jkollha u li kull membru jkun jista’ jħossu parti minn komunità ikbar - il-komunità ĊAMYouths.

ANABEL MIFSUD Ninsab kuntenta li nagħmel parti mill-Leadership Committee ta’ ĊAMYouths. Nemmen li bħal kull deċiżjoni oħra li ħadt f’ħajti din tpoġġi quddiemi mixja li tinvolvi impenn u xi daqxejn ta’ sagrifiċċju, iżda li żgur se tagħti frott u sodisfazzjon lili u lil ta’ madwari. Bħala mixja tirrikjedi ukoll li f’dawn it-tliet snin jiena nikber u nsir naf aktar lili nnifsi sabiex nifhem bi sħiħ ir-realtajiet differenti tal-membri ta’ ĊAMYouths. Ma nistax ma nsemmix li nħossni anzjuża fuq il-parteċipazzjoni fl-LC u kif ir-rwol tagħna se jiżvolġi f’dawn is-snin iżda wkoll entużjasta li se nkun qed naħdem ma’ dan it-tim, ma’ timijiet oħra fi ħdan ĊAMYouths u magħkom kollha.

SARAH PACE L-ewwel tliet laqgħat tal-Leadership Committee diġà għaddew! Nista’ ngħid li din l-esperjenza diġà qed inħoss li hija waħda sabiħa u pożittiva. Fl-ewwel laqgħa ħassejtni pjuttost eċitata nsuq lejn Dar ĊAMYouths..però wara l-ewwel ftit mumenti sharing bejnietna indunajt li kien hemm dinamika verament ħelwa bejnietna li qed iġġegħlni nkun looking forward għal-laqgħat ta’ kull ġimgħatejn. Ovvjament huwa rwol li naf li ħa jeħodli ħafna ħin, però kuntenta li b'xi mod żgħir qed nikkontribwixxi parti żgħira lill-organizzazzjoni li tatni ħafna. >>

KU

RR

ENTI

p

age

3

FR. KARM Għar-raba’ darba dieħel ma’ tim ieħor ġdid ta’ tmexxija f’ĊY. Differenti mill-kumplament tat-tim, jien nibqa’ fl-LC u allura din tpoġġini f’sitwazzjoni oħra mill-kumplament tat-tim. Min-naħa nħares lejha bħala avventura

ġdida li terġa’ tibda kull tliet snin. Min-naħa l-oħra inħossni rrid nerġa nibda mill-bidu. Meta ħames persuni jagħmlu żmien twil flimkien, isiru jafu lil xulxin u jinbnew. Allura lejn l-aħħar tat-tliet snin ikun inħoloq rapport sabiħ. Terġa tibda ma’ tim ġdid qisu għerusija ġdida. Imma konvint li ser ikun tim tajjeb u ser nissaħħu wkoll fir-relazzjoni li bla dubju teffetwa ħafna l-ħidma tagħna. ĊAMYouths

LEADERSHIP COMMITTEE

KU

RR

ENTI

p

age

5

MSSP | “Ħallu t-tfal jiġu għandi...”

Bħalissa qed nikteb dan

l-artiklu minn barra l-belt ta’ Arequipa, f’waħda mill-parroċċi tagħna, fejn qiegħed fuq żjara ta’ ftit ġimgħat. Mhux l-ewwel darba li qiegħed il-Perù, imma propju għax ħriġt mir-ritmu normali tiegħi nista’ nara dak li s-soltu ma nagħrafx biżżejjed. Ftit ilu, il-Papa Franġisku kien qed jaqsam ħsieb fuq is-silta mill-Evanġelju meta Ġesù jirrabja mad-dixxipli tiegħu għax ma ħallewx it-tfal jersqu lejh. Ġesù hemm jgħid li “tagħhom u ta’ min hu bħalhom hija s-Saltna tas-Smewwiet.”

U jkompli jgħid li n-nies sempliċi, għalkemm neqsin mit-teoloġija, huma mmexxijin mill-Ispirtu qaddis t’Alla li jaħdem b’aktar qawwa fejn hemm is-sempliċità. U dan huwa dak li qed nerġa’ niltaqa’ miegħu jien. Qed niltaqa’ ma’ nies sempliċi li fit-tbatijiet tagħhom huma aktar disposti biex iħallu l-Ispirtu t’Alla jaħdem fihom. Lili, allura, jgħallmuni ħafna. Aħna ġejjin ilkoll minn dinja kkumplikata, fejn għandna l-illużjoni li kollox huwa taħt il-kontroll tagħna. Nibżgħu ħafna meta nitilfu dan il-kontroll. Huwa diffiċli għalina nafdaw lil Alla, nintelqu f’idejh u nħalluh verament ikun is-Sid ta’ ħajjitna. Dan mhux daqshekk diffiċli għal min jum wara l-ieħor jaf li m’għandux fuq xiex iserraħ, imma fl-istess ħin, jum wara l-ieħor, jesperjenza l-preżenza u l-fedeltà tiegħu.

F’din is-sena ddedikata biex niskopru l-fidi jista’ jgħinna ferm noqorbu lejn min jgħix fis-sempliċità. Mhux ta’ b’xejn li diversi minna jinġibdu lejn l-esperjenzi li f’dan iż-żmien tas-sajf nagħmlu mas-sorijiet ta’ Mother Theresa. Biss m’għandhomx dawn l-esperjenzi ikunu biss mumenti imma għandna naspiraw għal ħajja iktar sempliċi – iktar ħin magħna nfusna, man-natura, iktar ħin ma’ nies importanti fil-ħajja tagħna, napprezzaw id-don tal-ħajja b’dak kollu li ġġib magħha. Hemm bżonn nerġgħu nirkupraw id-don li lkoll bħala tfal kellna, li wisq probabli tlifna maż-żmien – il-kapaċità li niskantaw.

Il-Papa ikompli jispjega din is-silta b’dawn il-kliem. “Jekk trid tkun taf min hi Ommna Marija, staqsi lit-teologu, u jgħidlek ezatt minn hi Marija. Imma jekk trid tkun taf kif issir tħobb lil Ommna Marija, staqsi lill-Poplu ta’ Alla u jgħallmek aħjar.”

FR.MARTIN GALEA mssp

KU

RR

ENTI

p

age

6

MESSAĠĠ | Iselli għalikom Fr. Gerald...

‘IŻ-ŻMIEN JGĦADDI U JINBIDEL … U AĦNA MIEGĦU.’

Fettilli nibda b’dan it-

titlu. Dan tistgħu ssibuh u tarawh ġo Sant’Agata, f’nofs it-taraġ li jagħti għal fuq, min-naħa tal-knisja – iżda ssibuh bil-Latin! U mnaqqax fuq arloġġ kbir antik u qadim sew, bħal grandfather clock ta’ xi 3 metri. Darba kont tiela’ dan it-taraġ ma’ missieri, Alla jtih is-sliem, meta kellu xi 70 sena. Hu waqaf quddiem l-arloġġ, qara l-qawl bil-Latin, u wara li staqsieni nafx xi jfisser, dar lejja u qalli kelma waħda: “Veru!” Għax missieri kellu l-grazzja li jaf jidħak bih innifsu.

Is-snin li għamilt fil-kulleġġ urewni kemm isiru bidliet f’dak li jkun minn meta jibda l-ewwel sena, matul il-ħames snin li jqatta’ fil-kulleġġ, u mbagħad wara; u wara; u wara. Filli tifel ta’11-il sena kollu ħerqan nhar l-ewwel jum tal- Form 1; wara, ‘carefree’ f’tarf il-Form 2 sa nofs il-Form 4 jew ftit aktar; u wara bħal tikber f’daqqa quddiem l-eżamijiet tas-SEC; studju post-sekondarju; xogħol, u għal ħafna diġa l-familja propja tagħhom - hawn nixtieq niskuza ruħi mat-tfajliet, għax l-esperjenza tiegħi fil-kulleġġ limitata biss għas-subien! Ħafna għadhom jistudjaw u jsibu posthom fil-ħajja, u oħrajn issetiljati diġa. Il-fatt jibqa; kemm sar tibdil f’ħajti sa issa. U hawn qed ngħid għalija wkoll.

Hekk kif spiċċajt mill-Kulleġġ, mort sena Manila fejn għamilt esperjenza ta’ ‘sabbatika’ – bħal dawra sew miegħi nnifsi bħala persuna: ‘general re-fit’. Kienet sena li nibqa’ ngħożż, għax kelli l-lussu li naħseb biss dwari nnifsi, fuq għeruqi fil-familja tiegħi, l-effett ta’ l-adoloxxenza tiegħi fuqi, esperjenzi oħra f’ħajti li komplew jagħġnuni, il-mumenti meta kont (u għadni) ‘nkanta l-operetta’ jew l-għajjat tiegħi, u tant aspetti oħra li jagħmluni dak li jien: Fr Gerard. >>

Nifhem li min qed jieħu paċenzja jaqra dan li qed inħarbex – uħud tal-inqas – darba kienu wkoll jieħdu paċenzja bija meta waqt l- assembly jew ħin ieħor, kont neqred fuq xi ħaġa. Iż-żmien għadda, u l-ħajja nbidlet wkoll. Hekk, ftit ilu, waslitli email / stedina ftit perentorja fit-ton biex nikteb dan l-artiklu. Min-naħa tiegħi ħadt gost u apprezzajt iċ-ċans li nerġa’ nikkomunika magħkom. Imma ma stajtx ma naħsibx fuq dan il-fatt tal-bidla fil-ħajja.

Christ the King procession - Church Street

School Prize Day. Sabbatical sessions.

Iż-żmien jgħaddi u aħna ninbidlu miegħu. Lil missieri ntih raġun bis-sħiħ. U l-gwaj kbir hu li jasal mument meta nibda naħseb li issa wasalt, kbirt, immaturajt, u biżżejjed! Iċ-ċirkustanzi ta’ ħajti jinbidlu dejjem – studju/professjoni, xogħol, familja … tibqa’ mistoqsija waħda kruċjali: JIEN?!!! Mhux kif jarani ħaddieħor jew dak li ħaddieħor jaħseb fuqi. Imma jien minn ġewwa. Jekk tippermettuli kelma teknika: id-dimensjoni spiritwali ta’ ħajti. U bi ‘spiritwali’ qed nifhem is-sens l-iktar wiesa tal-kelma: il-ħajja tiegħi interna li wkoll tinkludi l-mixja tiegħi tal-fidi, id-dimensjoni tal-fidi; imma mhux biss. L-ikbar diżgrazzja li tista’ tiġrili hi li naħseb li ‘wasalt’ u li ‘kbirt’ biżżejjed; u neħel hemm. F’dan il-kuntest napprezza ferm l-ambjent tal-komunitajiet tagħkom, fejn tħossukom ‘safe’ li tistgħu taqsmu ma’ xulxin u fejn tista’ tisfida u tiġi sfidat f’ambjent li taf li hu ‘safe’.

KU

RR

ENTI

p

age

7

Il-Mulej ikompli jbierek dan l-ambjent tagħkom. Kemm kont nimpressjona ruħi b’mod pożittiv meta f’Settembru kontu tiġu l-Kulleġġ għal dak il-live in. Kien ikolli ċ-ċans nara l-element ta’ fiduċja f’xulxin li hu tant essenzjali biex xi ħadd jibda jiftaħ u jaqsam mal-oħrajn. Għax propju meta jien niltaqa’ mal-ieħor: “l’io e il tu” / the “I and the Thou” li jien nista’ nara lili nnifsi sew. Meta nibqa’ waħdi, magħluq fija nnifsi u fid-dinja tiegħi biss – waħdi nkun u waħdi nibqa’. Jien niltaqa’ sew miegħi nnifsi, u b’konsegwenza ta’ hekk ikolli ċ-ċans li ‘nikber’ ta’ veru, propju meta nkun f’kuntatt mal-oħrajn. L-ambjent ta’ komunita’ jgħin dan il-proċess b’mod essenzjali; u mingħajr ambjent bħal dan hu ferm diffiċli li nkompli l-proċess tal-maturazzjoni tiegħi, tal-mixja tiegħi fil-ħajja u fid-dimensjonijiet kollha tagħha. Għalhekk, il-ħajja hi mixja kontinwa. Mhux xi ‘gost’ li tkun il-ħin kollu miexi, ‘on the move’. Imma jekk nieqaf, nistaġna u neħel. M’hemmx mod ieħor. Ikolli nagħżel, jew miexi jew imwaħħal; u ħafna drabi meta neħel ma nkunx imwaħħal, imma jkun il-kurrent li jmexxini u jeħodni fejn irid hu; jew inkella nibqa’ imwaħħal fit-thewdin miegħi nnifsi.

Minn qalbi nsellmilkom kollha. Nawguralkom ilkoll għal din il-mixja tal-ħajja, għax il-ħajja hi l-ikbar don li tana l-Mulej. X’ser nagħmlu b’dan id-don, f’idejna – bħal parabbola tat-talenti. Il-Mulej iberrikhom ilkoll. U, jekk jogħġobkom, selluli għal tad-dar. Grazzi.

FR.GERALD BONELLO mssp

Visit to Minaret Paklstan Ali Jinnah, 1940. founder of Pak. declared the

name of 'Pakistan' for the first time before creation of country in 1947.

Medical Sisters teaching hygiene through song and

mime.

School Prize Day.

KU

RR

ENTI

p

age

8

Il-KEBBIES |Tikber u ssir adult

FR.KARM DEBATTISTA mssp

Fl-istorja tal-kulturi tal-bniedem dejjem kien hemm

ritwal ċkejken li nqata’ maż-żmien. Dan hu r-ritwal li kien isir biex tfajjel jew tfajla tgħaddi mit-tfulija għall-istat ta’ adult. Illum f’ħafna mill-kulturi avvanzati dan ir-ritwal intilef għal kollox u naħseb li miegħu tlifna xi ħaġa importanti.

Kien ritwal li jurina li l-ħajja mhix faċli. Anzi li l-ħajja hi iebsa. Jekk titla’ konxju ta’ din il-verità allura probabli taħli anqas ħin fil-ħajja tipprova taħrab minn kull diffikultà biex tagħmel ħajtek aktar faċli. Ħafna nies jgħixu jaħarbu kontinwament minn dak li jġib ftit uġiegħ. Il-maġġoranza tan-nies li naf jien jgħixu bħallikieku xejn mhu ser jinbidel f’ħajjithom. Imsieken! Anqas biss iridu jiftakru li xi darba ser immutu. Din hi verità oħra li ħafna minna nagħmlu minn kollox biex ngħalqu għajnejna għaliha. Imma min ser jaħrab minnha?

Kull darba li fil-ħajja nitilfu xi ħaġa jew ngħaddu minn realtà għal oħra inkunu qed nagħmlu esperjenzi ta’ mwiet żgħar. Jekk jirnexxielna niffaċċjaw dawn l-imwiet żgħar, “il-mewt il-kbira ma tagħmlilniex ħsara”, jgħid San Franġisk. Tajjeb li tkun taf li t-tbatija hi parti mill-“package” uman. Wieħed isir adult meta jinduna li mhux kollox idur miegħu. Fi kliem ieħor, int m’intix daqshekk importanti. Madwarek hemm 7 biljun persuna u univers sħiħ li jitolbu minnek rispett. Jekk tippretendi li r-rispett għandek tirċivih biss, allura tibqa’ ħajtek kollha tippretendih u tistennih, u taħli ħafna enerġija tipprova xi ħaġa li mintix. Dan is-sens ta’ umiltà hu l-bażi għal kull komunità, familja u servizz.

Illużjoni li trid twaqqa’ f’ħajtek hi dik li taħseb li għandek kontrol ta’ kollox. Din l-illużjoni diffiċli tifhimha u jidher li, sakemm jinqala’ xi ħaġa gravi li ġġibek f’sensik, probabli int ser tibqa’ tieħu l-post ta’ Alla jew il-ħajja nnifisha. Fl-aħħarnett hu importanti li x’imkien fil-ħajja tagħraf li int parti minn xi ħaġa u xi ħadd akbar minnek. Ħajtek mhix dwarek. Hi dwar Alla. Meta tifhem dan, l-esperjenza umana tieħu dimensjoni oħra. Tkun ħieles jew ħielsa. Din insejħulha qdusija. Naħseb li tajjeb li nikbru u nsiru adulti vera.

Aqra iktar f’paġna 27 >>>

NRG – Aħna dak li aħna... Meta bdejt naħseb x’nistà nikteb fuq il-komunità tiegħi weħilt. Mhux għax ma hemmx

x’tikteb. Anzi. Il-problema kienet kif ħa npoġġi dak li nħoss fi kliem b’tali mod li jkun ġust ma’ dak li l-NRG veru huma u veru jħossu li hija l-komunità tagħhom. Għax kif ħa taqbad tiddeskrivi lill-familja tiegħek lil xi ħadd li mhuwiex membru tagħha? Bħal kif ħa tiddeskrivi x’jagħmlek Malti lil xi ħadd li mhuwiex? U hawnhekk ispirani l-klabb tal-futbol li nżomm miegħu jiena (Bayern Munich) li bħala motto għandhom Mia san mia – maqlub mid-djalett tal-Bavarja jfisser Aħna dak li aħna – we are who we are. Hija sens ta’ kburija, imma fl-istess ħin sens ta’ identità u sens ta’ appartenenza. Hekk ġbart il-komunità tal-NRG fi ftit kliem: familja li ttik sens ta’ identità u appartenenza.

KU

RR

ENTI

p

age

10

HENRY-FRANZ GAUCI NRG

Mhux l-ewwel darba li ddiskutejna bejnietna kif biddilna l-fatt li aħna membri ta’ komunità, fil-każ tagħna tal-NRG. Inħossu d-differenza minn żgħażagħ oħra li ma kellhomx ix-xorti jesperjenzaw is-sensazzjoni li tkun parti minn komunità. Meta nħarsu lura nindunaw li l-fatt li aħna membri ta’ din il-komunità ġejna ffurmati b’mod li, li kieku ma konniex, konna nkunu differenti. L-NRG mhux biss huwa ħolqa oħra f’dak li jagħmilna dak li aħna imma, fi kliem il-membri stess, huwa t-tieni familja tagħna u l-post fejn aħna verament nistgħu nkunu dak li aħna.

KU

RR

ENTI

p

age

12

|Ġurnata fil-ħajja ta’... PUSTIER REEL TIME

Qatt ma ħsibt li se

nagħmel ix-xogħol ta' pustier, issa qed nagħmlu u ħa nibqa' nagħmlu għal dejjem... Zizza: “Biżżejjed daqshekk għal Kurrenti?” Klaċċ: “X'biżżejjed! Ikteb naqr'oħra, ejja!” Zizza: “Owkej, ħa nipprova.” Inqum filgħodu kmieni, għall-ħabta tal-5.30am, ġieli nieħu xawer, nieħu belgħa kafe' bi tliet kuċċarini instant coffee u waħda zokkor, u nerħilha lejn San Ġwann. F'San Ġwann hemm post kbir fejn jinġabru l-pustiera kollha li jqassmu l-posta tan-naħa ta' fuq ta' Malta.

Imbagħad kull pustier jiġbor l-ittri tal-beat tiegħu u jpoġġihom fl-ordni wara xulxin skont kif ikun se jqassamhom. Ngħid għalija, din il-parti tal-ġurnata nsibha kemmxejn tedjanti u nkun ħerqan li noħrog minn hemm biex nibda nqassam, għalkemm ta' min jgħid li waqt dan il-ħin peress li nkunu l-pustiera kollha flimkien, tgħidx kemm niċċaċċraw u nikkummidjaw! Wara li nkunu poġġejna l-ittri w il-pakketti fl-ordni noħorgu biex nibdew inqassmu. Jiena nqassam il-beat bil-mixi. Inqassam parti minn Triq il-Kostituzzjoni u żona li tissejjaħ iż-Żokrija. Hi akkwata pjuttost kbira, u ġieli biex inħaffef noqgħod niġri. Fil-fatt, ta' min jgħid li dan ix-xogħol huwa pjuttost fiżiku u minn mindu bdejt nagħmlu naħseb tlift xi 10 kilos! Inħossni xxurtjat li nqassam f’akkwata sabiħa li qiegħda viċin Wied-il Għasel, u meta t-temp ikun

sabiħ iktar nimmaġinani li mort passiġġata milli għax-xogħol. Hekk kif semmejt it-temp, ta' min jgħid illi l-ikbar sfida għall-pustier hija l-ħruxija tal-elementi; il-qilla tax-xemx fis-sajf u l-kesħa w ix-xita fix-xitwa. Il-posta kuljum trid titqassam, għaldaqstant il-pustier ma jistax jgħid li għax per eżempju tkun xita qliel, dak inhar ma jqassamx. Minkejja xi diffikultajiet, xorta nħossni ferm kuntent nagħmel dan ix-xogħol. Għalkemm mhuwiex xogħol illi jtik ħafna sodisfazzjon, inħoss li huwa ideali għalija ghax iħallili biżżejjed ħin u enerġija biex nagħmel affarijiet oħra bħal ma huma d-daqq tal-mużika, il-volontarjat, il-mistrieħ etc... Zizza: “Klaċċ, biżżejjed? Għax il-ħdax ta' bil-lejl u għada rrid inqum kmieni għax-xogħol.” Klaċċ - “Owkej mela. Mur ġibek tikteb xi opra ta' Verdi int!”

Filgħodu nidħlu għax-xogħol u nsibu l-posta li tkun trid titqassam dakinhar, maqsuma f'kaxxi skont il-lokalita'. Jiena w sħabi l-pustiera li nqassmu l-Mosta, naqbdu l-ittri tal-Mosta u nqassmuhom skont il-beats jew rotot li jqassam kull pustier.

MARK ABELA aka. Zizza CLUSTERS

KU

RR

ENTI

p

age

13

|MALTI, THAI U LEBANIŻ REEL TIME

CAFÉ CUBA

Fuq Café Cuba konna

tkellimna fuqu ftit ilu. Issa apparti dak miftuħ ġewwa tas-Sliema, quddiem il-Captain Morgan, fetaħ ieħor ġdid li jinsab minflok dak li qabel kien Paparazzi, ġewwa San Ġiljan. Ic-chain qed tikber!

LA SPIGOLA (Marsaskala) Is-Sibt

Mhux xi ristorant ta' kuljum, u lanqas xi ristorant li b'għaxar ewro toħroġ mifqugħ. Post daqxejn iktar irfinut, li jekk trid tiltaqa’ ma’ xi ministru, jew xi ras kbira, tista’ tipprova tmur tiekol hemm. Immexxi minn kok Naplitan, li għal uħud minna jista’ jġib nostalġija, speċjalment meta tarah bil-fardal ta’ Napolimania! Il-mara tiegħu hi l-waitress tal-lokal, li skont jien taqdi n-nies b'servizz tajjeb ħafna, u pjuttost b'mod personali; tiftakar x'jieklu ħafna mill-klijenti tagħha bl-amment. Hekk kif ma tistax ma tieħux paella jekk mort Spanja, lanqas tista’ tmur Spigola u ma tiekolx biċċa ħuta għalkemm huwa ristorant li jaqdik f'kollox.. Il-prezz mhux irħis, u donnu jvarja skont id-dawl tax-xemx, pero huwa ristorant li nirrakkomandaw ħafna għal xi ġurnata speċjali. Ħallejna f'idejn il-kok għall-ewwel platt u dan ġabilna taħlita ta’ molluski, gambli, skampi u klamari u li niżlu għasel! Wara ħadna ħuta msajra sempliċi pero’ tajba ta' veru. >>

KU

RR

ENTI

p

age

14

Malli ġie l-waiter biex nordnaw, ovvjament Sarah bdiet bil-lista ta’ platti li xtaqet. Wara li semmiet is-sitt platt il-waiter b'mod pulit qalilha li jaħseb li qed nordnaw wisq. Allura waqafna sa starter u main course kull wiehed u kienet għażla tajba għax il-platti kienu ġenerużi ħafna! Sharma joffri post sabiħ b’menu varjat li jħajrek terġa tmur lura sabiex idduq xi ħaġa ġdida!

RENZO KERR CUMBO – JOVENES SARAH PACE – EQUINOX

SHARMA (Mdina) Il-Ġimgħa

Tinħasad hekk kif tkun miexi l-iMdina, u f'daqqa waħda tinnota faċċata tistona, b'ġebla wisq iktar ġdida u moderna mill-bqija. Dik tar-risotrant Sharma. Jidher li kien hemm xi alterazzjonijiet fil-kostruzzjoni.

Tidħol minn dan il-bieb, u malli ddur fuq il-lemin, tibda tistagħġeb bis-sbuħija interna. Titla’ fl-ewwel sular u ssib sala kbira il-ġmiel tagħha, tħossok fi żmien il-kavallieri. Interessanti hafna l-kunċett tal-corkage li jintuża f’dan il-lokal. Tista’ tieħu l-inbid tiegħek, u/jew tixtri inbid mingħandhom bi prezz ridott. Fiż-żewġ każi trid tħallas biss corkage fee ta’ EUR 4.50. B’hekk Sharma jħallik taffordja tiekol ikla tajba (ħafna) u tixrob żewġ fliexken inbid flok wieħed!

LA SPIGOLA Service - 9, Food - 9, Ambience - 7, Price - 4-8... depending on the mood SHARMA Service - 6...drastically slow, Food - 8, Ambience - 10 Price - 10

1. Fil-Fiera tal-mużika ġewwa Frankfurt

din is-sena kien hemm waħda mill iktar bands 'heavy metal' li eżistew s'issa. Din il-band hi magħmula minn tliet membri robots li ġew maħluqa minn metal irriċiklat. Il-band li jisimha Compressorhead kapaċi ddoqq diski ta' Led Zepellin u anke Motorhead u jidher li din il-band se tkun qed tagħmel bosta suċċess anke fiż-żmien li ġej.

3. Kemm siegħat għaddejna meta

konna zgħar naħsbu u nikkontemplaw fuq x’ser nieħdu magħna waqt xi sessjoni ‘show and tell’, u l-istess għamel tifel ġewwa il-villaġġ Bowers Gifford f’ Essex. Waqt waħda min dawn il-famużi sessjonijiet dan it-tifel iddeċida li miegħu jieħu qoxra tal-artillerija ta’ madwar għoxrin ċentimetru biex jurijha lill-kumplament tal-klassi. M’għandnix xi ngħidu, li kif ratu il-bqija tal-iskola ma tantx għoġbita din l-idea u b’hekk kellha tiġi evakwata l-iskola sakemm din l-arma ittieħdet il-bogħod mill-iskola.

KU

RR

ENTI

p

age

16

ESPERJENZI | Volontarjat 2013

NAPOLI 2013

Ikolli ngħid li tlift il-kont ta’ kemm tatni affarijiet

sbieħ din l-esperjenza. Fis-seba’ darba tiegħi naħdem fi grupp bħal dan inħoss li ħadt ħafna u allura li nkun ta’ servizz huwa ukoll dmir tiegħi. Dis-sena, jien u Corinne qed inħejju u niggwidaw grupp li huwa varjat mhux ħażin; il-voluntiera ġejjin minn ħafna oqsma differenti tal-ħajja li jagħmlu dan il-grupp iktar sinjur f’dawk li huma kapaċitajiet u valuri.

Hawnhekk kienet l-isfida tagħna li nippruvaw inressqu lill-individwi kollha lejn skop wieħed. Il-laqgħat ta’ preparazzjoni għenu ħafna biex il-voluntiera isiru jafu lil xulxin u jifhmu sew għalfejn ser jagħmlu din l-esperjenza. Barra minn hekk dejjem jinħass il-bżonn li jingħataw ċertu skills ta’ kif il-voluntiera għandhom jaġixxu mat-tfal li ser ikunu qed jaħdmu magħhom u kif ukoll bejniethom. S’issa il-grupp qed juri impenn tajjeb lejn dak li ser ikun

qed isir f’Napli u issa li fadal biss xahar biex nitilqu l-entużjażmu beda jikber u jinħass iktar. M’għandniex xi ngħidu, min diga’ għamel din l-esperjenza ikun minn ta’ l-ewwel biex jirrakkonta lill-bqija l-effett kbir li kellu l-volontarjat fuq il-personalita’ tiegħu. Min-naħa tal-loġistika, esperjenza bħal din timpenjak mhux ħażin. Minbarra preparazzjoni ta’ laqghat, krafts u fundraising events, aħna bħala koordinaturi rridu naħsbu għall-ippjanar tat-titjiriet u tal-materjal li rridu ntellgħu magħna. Dan joħdilna ħafna ħin, li iżda fl-aħħar jissarraf biss f’xi erba’ tbissimiet kbar ta’ xi tifel jew tifla. Għal din l-esperjenza tifforma komunita’ li għalkemm l-għan tagħha huwa li tagħti kemm jista’ jkun imħabba lit-tfal li naħdmu

magħhom, dan sabiħ li jsir f’ambjent spiritwali. Kuljum il-grupp jiċċelebra l-Ewkaristija flimkien mas-sorijiet kif ukoll jieħu sehem f’mumenti spiritwali oħra ppreparati mill-grupp stess biex b’hekk jintlaħaq kull skop ta’ din l-esperjenza. Nixtieq nawgura lill-voluntiera kollha esperjenza ta’ ferħ u servizz mill-qalb u ninkoraġġixxi ħafna lil dawk li għadhom qatt ma missew mal-volontarjat biex jippruvawh u jesperjenzaw din it-trasformazzjoni. 13 ta’ Lulju, ejja malajr u ddumx ! >>

DIANE MIFSUD EQUINOX

BLARNEY – IRELAND 2013 Meta ħarġu l-applikazzjonijiet għal esperjenzi ta’ din s-sena, l-esperjenza l-ġdida li nħolqot għall-Irlanda mal-ewwel ġibditli l-attenzjoni. Kont bejn ħaltejn jekk nerġax nitla’ Napli, speċjalment peress li kienet tant esperjenza li kbirt minnha. Pero’ ħassejt li kelli nikber f’esperjenza ġdida għall- aħħar u b’hekk għażilt li din is-sena nitla’ l-Irlanda. Din hija esperjenza kemmxejn differenti għaliex, ħa nitilgħu f’post fejn ma tantx nafu affarijiet ħlief li ħa nkunu mat-tfal u l-programm ta’ kif ħa jimxi. L-esperjenza xorta ħa tkun mas-sorijiet ta’ Madre Teresa u ħa jkun hemm tliet gruppi ta’ tfal: iż-żgħar nett, mbad l-bniet l-kbar u subien l-kbar. Bħala membri ħa nkunu ftit, din għandha ssaħħaħna bħala grupp. Ħa nkunu jien, Marie Claire Falzon, Karl Carabott, Kim Zahra u Wayne J. Dimech. Bħala tema ħa jkollna “ Small things with great love”.

DANIELLE FARRUGIA ONYX

KU

RR

ENTI

p

age

17

L-esperjenza ħa ddum ġimgħatejn u ħa nkunu mat-tfal waqt il-ħin ta’ nofs n-nhar. It-tfal ġejjin minn post żgħir ta’ Mallow, pero’ aħna ħa nkunu qegħdin noqgħodu Blarney li huwa nofs siegħa ‘l bogħod. Bhala attivitajiet ħa nkunu qegħdin nagħmlu “crafts”, għawm u xi ħarġiet ‘l hemm u ‘l hawn. Ovvjament apparti l-esperjenza mat-tfal ħa jkollna l-opportunita’ li nkunu mas-sorijiet filgħodu biex b’hekk nkunu nistgħu nikbru spiritwalment ukoll.

Bħala grupp issa dħalna fl-aħħar fażi fejn qed nippreparaw l-affarijiet li għandna ntellgħu magħna u l-attivitajiet fosthom kant u żfin li ħa nagħmlu magħhom. Apparti min hekk rnexxilna nġibu xi sponsors biex nkunu nistgħu ntellaw l-affarijiet magħna. Ħerqana biex nagħmlu din l-esperjenza, bejn għax hija ġdida u bejn għax esperjenza oħra, pero’ fl-aħħar mill-aħħar dawn t-tip ta’ esperjenzi jgħinuk tikber f’ħafna aspetti, kemm spiritwali kif ukoll bħala persuna.

KU

RR

ENTI

p

age

19

ESPERJENZI | Il-ħajja ta’ student MSSP!

Naħseb li b'xi mod kollha tafu li aħna ndumu

ħafna fl-istudji tagħna biex eventwalment insiru saċerdoti. Tul din il-mixja nagħmlu diversi esperjenzi differenti kif qed tindunaw minn dawn l-artikli. Parti mill-mixja tagħna hija l-istudju akkademiku f'diversi materji li huma importanti fil-Ħajja ta’ Saċerdot. Din tinkludi l-istudju tal-Filosofija u il-Psikoloġija li issir f'dan iż-żmien. Hawn min jgħid li bil-Filosofija jitlef ir-raġuni, u bil-Psikoloġija wieħed jipretendi li hu biss tajjeb! Naħseb din tistgħu twieġbuha aħjar intom li qegħdin f'kuntatt magħna!

ĊAMYouths fost esperjenzi oħra. Nemmen li dan il-kuntatt u l-mixja formattiva li aħna nagħmlu fil-komunità jiffurmaw esperjenza unika u mimlija frott! Matul dawn is-snin aħna nkomplu fil-mixja personali taghna jew dik interjuri ukoll. Permezz tal-komunità ta' brothers, flimkien qed nippruvaw ngħixu ideal, permezz ta’ openness għal xulxin, permezz ta’ spazji sagri fejn wieħed jibda jinduna hu minn hu u jagħraf aktar jgħix ħajtu fit-totalità tagħha. X'jiġifieri?

L-ideal hu li kull wieħed minna jkun kapaċi jinduna hu min hu, bis-sabiħ u l-ikrah tiegħu sabiex jagħraf jgħix fil-paċi miegħu innifsu kif ukoll mad-dinja ta' barra. B’hekk il-Ħajja tagħmel sens u tkun qed tgħixha “to the full". Wasalt? Għadni le, pero qiegħed fit-triq, li hi l-aktar ħaġa importanti! Forsi l-istudju waħdu mhux attraenti biżżejjed, pero l-għixien tad-diversi esperjenzi flimkien li l-ħajja tagħna toffri, iwasslu biex ngħixu esperjenza vera qawwija tas-sens veru tal-ħajja.

B'dan l-istudju, b’mod speċjali bil-Psikoloġija, wieħed ikun kapaċi jifhem lil ħaddieħor aħjar u jagħraf jgħin lil dak li jkun fil-mixja tal-ħajja. L-apprezzament lejn il-filosofija ssir fl-użu tal-loġika u il-ħsieb f'dak li wieħed jgħid u jagħmel. Barra l-istudju, kif kull student jaf, hemm ħafna esperjenzi u opportunitajiet li wieħed jagħmel biss meta jkun student! L-iktar li għalija kien importanti huwa l-kuntatt ma’ diversi komunitajiet u membri ta'

GIOVANN TABONE MSSP BROTHER

KU

RR

ENTI

p

age

20

|Inżuru l-MALDIVI REEL TIME

Meta konna qegħdin

naħsbu f’destinazzjoni għall-honeymoon, ikkunsidrajna għadd ta’ postijiet differenti. Il-kriterji li konna qed nimxu fuqhom kienu li ried ikun post barra mill-Ewropa fejn stajna nirrilassaw, filwaqt li nagħmlu affarijiet interessanti xorta waħda fit-temp tagħna. Xi ħaġa li żgur ma ridniex kien stress u hassle… kellna bżonn nirrilassaw ĦAFNA!

Il-vjaġġ għall-Maldives jikkonsisti f’erba’ sigħat minn Malta għal Dubai u sitt sigħat minn Dubai għall-Maldives. Il-Maldives jinkludu eluf ta’ gżejjer żgħar. L-ajruport jinsab fuq gżira waħdu li jisimha Hulhule, fejn biex mill-ajruport tmur lejn ir-riżort trid taqbad speed boat jew ajruplan tal-baħar, skont kemm ikun hemm bogħod għar-riżort li tkun se togħqod fih. Il-gżira li qagħdna fuqha jisimha Furanafushi. Ir-riżort fuq din il-gżira kien ix-Sheraton Full Moon Resort and SPA. Il-kamra kienet hut bis-saqaf tal-qasab ftit metri ‘il bogħod mil-oċean.

Sakemm konna hemmek għamilna diversi eskurżjonijeit. Waħda minnhom kienet is-Sunset Dolphin Cruise. Din kienet dawra b’dgħajsa tradizzjonali fi nżul ix-xemx, fejn stajna naraw id-dniefel. Kienet esperjenza sabiħa ħafna għalina għax qatt ma konna rajna dniefel daqshekk mill-viċin qabel, u dakinhar inzertajna ħafna. Eskurżjoni oħra li morna kienet snorkelling. Onestament ma kienx hemm għalfejn immorru eskurżjoni biex naraw il-meravilja ta’ ħut tropikali, għaliex tkun qed tgħum fi kwalunkwe naħa tal-lukanda u jiġu jgħumu ħdejk; pero xtaqna immorru f’parti fejn kien hemm il-coral reef biex naraw iżjed ħut differenti.

Sakemm konna qed nagħmlu snorkelling kien hemm kelb il-baħar jgħum magħna. Fortunatament ma ndunajniex bih u sirna nafu li kien ħdejna l-għada għax qalulna xi residenti tar-riżort li kienu magħna! Kieku ma naħsibx li konna nibqgħu fl-ilma!! Sakemm konna il-Maldives żorna tliet gżejjer oħra barra dik li konna qed ngħixu fuqha. Darba minnom morna fuq gżira jisimha Kuda Bandos. Sakemm qgħadna nesploraw din il-gżira, li għadha mhux żviluppata u nagħmlu l-isnorkelling, il-kokijiet ippreparawlna BBQ fil-miftuħ, ghall-veduti mill-isbaħ tal-baħar taħt is-siġar tal-coconut. >>

Xtaqna wkoll inżuru l-belt kapitali Male, kif ukoll gżira li joqogħdu fiha n-nies tal-lokal, li jisimha Himanafushi. F’Male kellna gwida li ħa ħsiebna u f’nofs ta’ nhar dawwarna l- gżira kollha, dħalna f’Moskea għall-ewwel darba f’ħajjitna, morna ġo park, ġo mużew, ġo pixkerija u f’suq tal-ikel.

CLIFTON U CHRISTINE CALLEJJA ONYX

KU

RR

ENTI

p

age

21

Bħala gżira hija pjuttost ħajja, u mimlija vetturi żgħar. F’Himanafushi laqatna ħafna l-kuntrast bejn il-gżejjer turistiċi u l-gżejjer tan-nies tal-lokal. Tinsa li qiegħed ftit ‘il bogħod mill-ġenna tal-art u ssib ruħek fost ħafna faqar b’veduti mill-isbaħ. F’din il gżira rajna skola, grawnd żgħir tal-futbol u ltqajna man-nies tal-lokal minn fejn xtrajna xi souvenirs ukoll. Bħala destinazzjoni il-Maldives nista ngħid li hi veru btala tal-ħolm… dak li tara fuq il-brochures garantit li se tarah fil-verità… l-unika ħaġa li m’għoġobniex kien il-fatt li ridna niġu lura!!!

KU

RR

ENTI

p

age

22

|Opportunitajiet UE SKOP

Isem Pajjiż Deskrizzjoni Sit ta' Referenza Dettalji oħra

Se tibqa tidher sa ...

“Democracy, citizenship and youth participation” Egypt

Are you interested to explore and discuss about place and role of young people in the democratic process within Euromed cooperation? Are you ready to share your expertise in the topic and be a part of high level conference? Apply online now!

http://www.salto-youth.net/tools/european-training-calendar/training/democracy-citizenship-and-youth-participation.3636/

[email protected] 15-Jul-2013

Mentored Mentors Mentor Better! Cyprus

A training course for EVS mentors, supervisors and project coordinators focusing on tools and competences that can enhance the effectiveness of EVS projects in terms of different kinds of support that can be offered to volunteers.

http://www.salto-youth.net/tools/european-training-calendar/training/mentored-mentors-mentor-better.3679/

[email protected] 30-Jul-2013

The Power of Non Formal Education PT Portugal

Improving the impact of Non Formal Education (NFE), principles and methods in empowering young people as real actors of the society (from local to Europe). Experiencing Portuguese culture through interactions and partnerships with a local community.

http://www.salto-youth.net/tools/european-training-calendar/training/the-power-of-non-formal-education-pt.3635/

[email protected] 31-Jul-2013

International Youth Leadership Seminar (IYLS) Denmark

Do you want to sharpen your leader skills and learn to lead for social change? Then join IYLS together with other youth from all over the world – to get inspired and empowered at the same time!

http://www.salto-youth.net/tools/european-training-calendar/training/international-youth-leadership-seminar-iyls.3564/

[email protected] 1-Aug-2013

KU

RR

ENTI

p

age

22

Hey! What´s going on? Advanced Training on Group Processes and Facilitation Iceland

The point of departure for the course is a lived experience of 2-3 days in this group that will be reflected upon and used as a learning platform to gain a deeper theoretical under-standing of the dynamics of group processes.

http://www.salto-youth.net/tools/european-training-calendar/training/hey-what-s-going-on-advanced-training-on-group-processes-and-facilitation.3625/

[email protected] 1-Aug-2013

Risk’n’Roll TC - Georgia Georgia

The aim of TC is to increase the quality of international projects in the Youth in Action Programme through development of participants’ competence in protecting young people in projects realised in cooperation with organizations from EECA region.

http://www.salto-youth.net/tools/european-training-calendar/training/risk-n-roll-tc-georgia.3624/

[email protected] 26-Aug-2013

International Conference of Active Trainers within EuroMed framework Turkey

SALTO EuroMed, Turkish National Agency, EuroMed Youth Centre and Akdeniz University, are organising an International Meeting for all the active trainers in EuroMed with a specific focus for whom took part in TOTEM I and II and TATEM.

http://www.salto-youth.net/tools/european-training-calendar/goto-training/3273/

[email protected] 27-Aug-2013

SOHO in Greece- European Training Course for EVS Support People Greece

International training for those who are directly involved in the support system around the volunteer (mentors and task-related support persons) on the hosting, sending and coordinating side in the EVS of YiA and the future youth programme.

http://www.salto-youth.net/tools/european-training-calendar/training/soho-in-greece-european-training-course-for-evs-support-people.3522/

[email protected] 8-Sep-2013

KU

RR

ENTI

p

age

23

BiTriMulti (BTM) in Ireland- Multilateral Training Course for newcomers in youth exchanges Ireland

The aim of the BiTriMulti course is to offer an international learning experience for practitioners active in the youth work field, enabling them to develop their competences in setting up quality Youth Exchange projects;especially newcomers to this field

http://www.salto-youth.net/tools/european-training-calendar/training/bitrimulti-btm-in-ireland-multilateral-training-course-for-newcomers-in-youth-exchanges.3523/

[email protected] 8-Sep-2013

Contrib-Uth-tion reloaded – The value of active participation Spain

The active participation of young people is a recurrent topic in European society, it is one of the permanent priorities of the YiA programme. This is a training course for those people who would like to become active and have an impact on society.

http://www.salto-youth.net/tools/european-training-calendar/training/contrib-uth-tion-reloaded-the-value-of-active-participation.3632/

[email protected] 8-Sep-2013

Symposium "FUTURE OF EU COOPERATION IN THE FIELD OF YOUTH in the context of the new programme" Slovenia

The symposium aims to offer space to discuss the future EU cooperation in the field of youth in the context of the new programme (Erasmus for all) and to contribute to the development of the new map of future cooperation in the field of youth.

http://www.salto-youth.net/tools/european-training-calendar/training/symposium-future-of-eu-cooperation-in-the-field-of-youth-in-the-context-of-the-new-programme.3638/

[email protected] 10-Sep-2013

KU

RR

ENTI

p

age

24

KYLE VELLA AGORA

GivePOWER to EMPOWER Romania

"Give Power to Empower" is a motivational training course designed to empower youth workers in the specific reality of project based–youth work, from different countries.

http://www.salto-youth.net/tools/european-training-calendar/training/givepower-to-empower.3644/

[email protected] 10-Sep-2013

PARTNERSHIP Ghana

Richbone Initiative Foundation is a registered non governmental organization in Ghana with a mission of improving the quality of lives of underprivileged people by providing them with educational resources, training, information and empowerment in addressing issues related to health care, education, agriculture, poverty alleviation, children's rights and social development. Our present and upcoming projects include vision of the orphans (VOTO), read wide, read to succeed and ICT program, summer in Ghana, FB save a street child, I am so rich, live green, hands washing school, road safety and clean and potable water (community WASH). We are delighted that your organization is regularly sending volunteers interested in working in community projects and would like to experience living and sharing with the communities. In this regard we are expressing our interest to be your partner or host organization for Ghana placements.

www.rbifoundations.org

Isaac Twumasi Ampofo - Richbone Initiative Foundation 31-Dec-2013

MA in Humanitarian Action Malta

The Masters programme approaches humanitarian and development action from both a practical and an analytical perspective. Students develop the necessary knowledge and skills to critically analyse humanitarian action, and work effectively in the humanitarian and development field.

http://www.um.edu.mt/arts/overview/PMAHMAFET12-2012-3-O http://www.um.edu.mt/arts/overview/PMAHMAPET12-2012-3-O

[email protected] 31-Dec-2013

KU

RR

ENTI

p

age

25

|Review tal-karozza… HYUNDAI i20 Comfort REEL TIME

KUMDITA` L-i20 mihiex kbira ħafna, biss tinħass akbar fis-sewqan. Il-mudell li soqt jgħin aktar fis-sbuħija, peress li għandu żewġ bibien. Biss, għalkemm l-aċċess għal wara mhux komdu daqs karozza b’erba’ bibien, il-karozza xorta hi prattika. Hekk kif wieħed jidħol fil-karozza jħossu komdu, u hemm spazju adekwat anke’ wara. L-art fuq wara hija ċatta, li tagħmilha iktar faċli biex wieħed jaqsam minn naħa għal oħra. Il-boot hu kbir mhux ħażin għal karzza ta’ dan id-daqs. Fis-sewqan nista’ ngħid li ftit kienu l-karozzi ta’ din il-kumdità. L-iskossi fit-toroq ma jinħassu xejn, anke’ meta tkun għaddej b’veloċità.

PERFORMANCE Il-Hyundai i20 li soqt armat b’magna 1.2 petrol. Magna tajba ħafna, speċjalment għal Malta. Din il-magna tagħti dik is-saħħa li wieħed jeħtieġ biex joħroġ meta jkun wieqaf u żżomm il-velocità. Il-magna ma tinħassx għajjiena lanqas meta wieħed isuq bl-arja ikkundizzjonata. Vantaġġ ieħor ta’ magna żgħira bħal din huwa li l-karozza hija wkoll ekonomika ħafna. STIL Il-linji fuq barra tal-karozza jiġbdu xi ftit l-għajn speċjalment fuq kulur skur bħal l-iswed li soqt. Fuq ġewwa, wieħed ma jistenniex l-istil ta’ karozza Ewropea, biss id-dashboard tal-karozza joffri dak kollu li wieħed għandu bżonn fil-karozza mingħajr ħafna affarijiet żejda. Wieħed xorta jgawdi mill-kulur silver f’nofs id-dashboard u fuq l-isteering. Fuq display żgħir il-karozza ttik informazzjoni utli bħall-ħin, it-temperatura fuq barra u

Il-karozza li ħadet post il-Hyundai Getz,

karozza li toffri valur tajjeb għall-flus u bi stil li jiġbed l-għajn. Jekk wieħed jinnota, l-isem bl-ittra ‘i’ quddiem għamilha tidher cool bħal ngħidu aħna l-iPhone jew l-iPod.

kemm wieħed qed isuq b’mod ekonomiku. Fuq display iżgħar, li personalment għoġobni, wieħed jista’ jara jekk il-passiġġieri hux lebsin seat-belts u jekk l-airbag tal-passiġġier hux mitfi. Fuq barra għoġobni l-istil trijangulari tal-indicators tal-ġenb u l-mod ta’ kif jinfetaħ il-boot. B’toqba fin-nofs li tinkorpora l-arma tal-Hyundai, wieħed ixebbħu ma’ smiley-face, biss mhux kulħadd qabel miegħi. KWALITA` Wieħed irid iżomm f’moħħu li din hija karozza Koreana, biss m’hemmx xi tgerger mill-kwalità. Il-plastics ma’ jixbħux dawk ta’ karozza Ewropea, biss huma aċċettabbli. Il-karozza toħroġ b’ħafna affarijiet standard bħal radju bis-CD, arja kkundizzjonata, mirja u ħġieġ elettriku u socket fejn wiehed iqabbad il-mobile jew USB. Il-buttuni tar-radju huma wkoll replikati fuq l-isteering. >>

Ħaġa li għoġbitni hi l-mod kif iċ-ċavetta tintewa biex taħbi l-parti tal-ħadid tal-karozza u li miċ-ċavetta stess, wieħed jista’ anke’ jiftaħ il-boot tal-karozza. PRATTIĊITA` Apparti mill-fatt li l-aċċess għal wara mhux l-aktar komdu, peress li l-karozza għandha żewġ bibien, quddiem huwa komdu ħafna u l-boot kbir. Il-karozza mhux kbira ħafna allura tagħmilha faċli tipparkja u ekonomika, li tagħmilha karozza tajba u prattika għall-ħajja ta’ kuljum. Apparti minn hekk, wieħed iżomm f’moħħu li karozzi b’żewġ bibien, għalkemm xi ftit anqas prattiċi, huma isbaħ fid-dehra. Fuq ġewwa l-karozza fiha ħafna postijiet fejn wieħed jerfa’ l-affarijiet, speċjalment fin-nofs tal-karozza fejn wieħed isib tliet postijiet għat-tazzi u tliet postijiet oħra fejn wieħed ipoġġi mobile u ċwievet fost affarijiet oħra. SIGURTA` Din hija ħaġa li d-ditti kollha tal-karozza jqisu bħala importanti. Il-karozza ħadet ħames stilel fil-Euro NCap rating u fiha sitt airbags fost ħafna teknoloġija oħra bħall-ABS. Il-Hyundai i20 hija karozza li mhix għalja ħafna, biss xorta waħda toffri l-kumdità u l-prattiċità li wieħed jippretendi minn karozza moderna.

MARK SPITERI LYNKS

2011 Il- ‘buzz’ kbir li kien hemm waqt il-Post ĊAMKamp Bash ta’ dik is-sena. B’din l-attivita’ jingħalaq bejn wieħed u ieħor il-kalendarju ta’ ĊAMYouths.

http://www.facebook.com/groups/camyouths/

MALTAINTERNATIONAL

MUSIC FESTIVAL

An inspiring and unique

festival

12-20/07/2013

Malta

MALTA ARTISAN FAIR

Arts, crafts, and artisan food

under the stars

13/07/2013

Ħ'Attard – Malta

MARK KNOPFLER

CONCERT

Legendary Dire Straits front

man

17/07/2013

The Granaries – Malta

MALTA JAZZ FESTIVAL

Annual appointment for jazz

lovers.

18-20/07/2013

Ta’ Liesse – Malta

JOSEPH CALLEJA IN

CONCERT

01/08/2013

The Granaries – Malta

FRINGE

Capturing the Malta Jazz

Festival by Sergio Muscat

17/07/2013 – 29/09/2013

Palazzo de Piro – Malta

FOLKFEST

19/07/2013

Zejtun - Malta

SUNSET GATHERING 2013

Live performances by

various Religious Bands

28/07/2013

Rabat – Malta

THE DELICATA CLASSIC

WINE FESTIVAL

Malta's greatest wine event

is back for its 12th year

08/08/2013 - 11/08/2013

Upper Barracca Gardens –

Malta

MALTA VS DENMARK

06/09/2013

Ta’ Qali National Stadium –

Malta

MALTA VS BULGARIA

10/09/2013

Ta’ Qali National Stadium –

Malta

A NIGHT IN CASAL

FORNARO

20-21/09/2013

Hal-Qormi – Malta

ALARME

22/09/2013

Birgu – Malta

POKERLISTINGS BATTLE

OF MALTA 2013

A No-Limit Hold’em

tournament

26/09/2013 - 29/09/2013

Portomaso Casino – Malta

ĊAMYOUTHS