kurrenti - Ħarġa numru 29 (04/2013)

31
F’DIN IL-ĦARĠA ĦARĠA 29 | SETTEMBRU 2013 F’DIN IL-ĦARĠA... LC ST MSSP IL-KEBBIES MAGIC MOMENTS ĠURNATA FIL-ĦAJJA L-ISTURANT FATTI KURJUŻI ESPERJENZI – Brothers ta’ l-MSSP... Volontarjat 2013... ĊAMKamp 2013 AROUND THE WORLD OPPORTUNITAJIET UE VRUM! RITRATTrakkont ĊY goes FACEBOOK! FIL-JIEM LI ĠEJJIN… EDITORJAL | Xemx u sħana... Ħbieb, It-temp beda jiksaħ xi ftit, l-għalliema daħlu lura l-iskola, l-istudenti waslu biex u Konnekxins wasal bil- ħarġa l-ġdida ta’ Kurrenti. Il-ħarġa li fiha se taqraw ftit fuq uħud mill-esperjenzi li għaddew minnhom ftit minn sħabkom, fuq karozza sabiħa (u nadifa tazza) oħra u kif ukoll fuq ĊAMKamp u ĊAMKamp Bash 2013. NAGĦTU ĦARSA LEJN... MESSAĠĠ TAL-LC L-ĠDID p.2 >> ESPERJENZI VARJI... p.13 >> ARTIKLI ĠODDA... FATTI KURJUŻI... VRUM!... L-ISTURANT… ĊAMKamp 2013... >> Nixtieq nirringrazzjakom kollha kemm intom tal-appoġġ li tagħtu lilna t-tim ta’ Konnekxins u filwaqt li nirringrazzja lit-tim kollu tax-xogħol siewi li jagħmlu, nixtieq nilqa’ fostna lil Rowena Caruana (Takara’) li se tingħaqad mad- Design Team. GERALDINE POWELL Bħal dejjem, jekk tixtiequ tibagħtu xi kumment, feedback jew anke kritika kull m’għandkom tagħmlu hu li tibagħtulna fuq kurrenti@camyouths. com. Narakom u l-ħidma t- tajba lil kulħadd

Upload: camyouths

Post on 07-Mar-2016

247 views

Category:

Documents


7 download

DESCRIPTION

Kurrenti huwa magazin li jinħareġ minn Konnekxins - il-Media & Communications Team fi ħdan ĊAMYouths.

TRANSCRIPT

Page 1: Kurrenti - Ħarġa Numru 29 (04/2013)

F’D

IN IL

-ĦA

A

ĦA

A 2

9 |

SET

TEM

BR

U 2

01

3 F’DIN IL-ĦARĠA...

LC

ST

MSSP IL-KEBBIES

MAGIC MOMENTS

ĠURNATA FIL-ĦAJJA

L-ISTURANT FATTI KURJUŻI ESPERJENZI –

Brothers ta’ l-MSSP... Volontarjat 2013...

ĊAMKamp 2013

AROUND THE WORLD

OPPORTUNITAJIET UE

VRUM!

RITRATTrakkont

ĊY goes FACEBOOK!

FIL-JIEM LI ĠEJJIN…

EDITORJAL | Xemx u sħana... Ħbieb,

It-temp beda jiksaħ xi ftit, l-għalliema daħlu lura l-iskola, l-istudenti waslu biex u Konnekxins wasal bil-ħarġa l-ġdida ta’ Kurrenti. Il-ħarġa li fiha se taqraw ftit fuq uħud mill-esperjenzi li għaddew minnhom ftit minn sħabkom, fuq karozza sabiħa (u nadifa tazza) oħra u kif ukoll fuq ĊAMKamp u ĊAMKamp Bash 2013.

NAGĦTU ĦARSA LEJN... MESSAĠĠ TAL-LC L-ĠDID p.2 >> ESPERJENZI VARJI... p.13 >>

ARTIKLI ĠODDA...

FATTI KURJUŻI...

VRUM!...

L-ISTURANT…

ĊAMKamp 2013...

>>

Nixtieq nirringrazzjakom kollha kemm intom tal-appoġġ li tagħtu lilna t-tim ta’ Konnekxins u filwaqt li nirringrazzja lit-tim kollu tax-xogħol siewi li jagħmlu, nixtieq nilqa’ fostna lil Rowena Caruana (Takara’) li se tingħaqad mad- Design Team.

GERALDINE POWELL

Bħal dejjem, jekk tixtiequ tibagħtu xi kumment, feedback jew anke kritika kull m’għandkom tagħmlu hu li tibagħtulna fuq [email protected]. Narakom u l-ħidma t-tajba lil kulħadd

Page 2: Kurrenti - Ħarġa Numru 29 (04/2013)

KU

RR

ENTI

p

age

2

LC |Leadership Committee

Iż-żmien itir u ma jistenna lil ħadd. Xtaqt nuża dan

il-proverbju Malti bħala spunt għall-artiklu tiegħi. Għalkemm huwa minnu li ż-żmien jibqa' għaddej u ma nistgħu nagħmlu xejn biex inwaqqfuh, però fortunatament għandna ċ-ċans li ninfluwenzaw il-mod kif jgħaddi dan iż-żmien u naħseb li fl-aħħar mill-aħħar huwa dak li verament jagħmel id-differenza. Bħala LC ilna madwar ħames xhur u għalkemm dan iż-żmien jaf forsi jidher qasir fil-kuntest tal-proverbju Malti, però kif għidt aktar kmieni – il-mod kif jgħaddi dan iż-żmien huwa l-iktar importanti.

Fejn tidħol Dar ĊAMYouths, bdejna naħdmu fuq linji gwida dwar l-użu tal-post mill-komunitajiet u l-membri tagħna kif ukoll sistema ta' kif nistgħu nagħmlu l-aħjar użu minnu u nieħdu ħsiebu. Fil-fatt fil-ġimgħat li ġejjin ser ikunu qed jintgħażlu żewġ membri li ħa jkollhom l-irwol li jikkordinaw dan kollu mal-komunitajiet u l-membri li jkunu jridu jagħmlu użu miċ-ċentru tagħna. Fil-ġimgħat li ġejjin ser tkunu qegħdin tisimgħu aktar dwar dan. Relatat ma’ Dar ĊAMYouths, nimmaġina li f’dan l-istadju kulħadd sema’ bis-sitwazzjoni finanzjarja tal-Good Causes Fund u għalkemm sa issa dawn il-fondi li ġejna mwiegħda s-sena l-oħra sabiex ikopru l-ispejjeż li saru fiċ-ċentru

għadhom ma waslux għandna, aħna ħa nkunu qegħdin nagħmlu dak kollu li hu possibli biex nassiguraw li dan iseħħ mill-aktar fis. F’okkażjonijiet oħra jkollna aktar ċans nidħlu fid-dettal ta’ din s-sitwazzjoni u nitkellmu fuq x’sar u x’għad irid isir fuqha. Matul dawn l-aħħar ġimgħat iffinalizzajna wkoll il-ħames membri li ħa jkunu qegħdin jaħdmu fil-kariga ta’ Support Team u li ġew ukoll imħabbra b’mod uffiċjali waqt ĊAMKamp – Shaun, Rowena, Julian, Josephine u Marie Claire. L-irwol li jaqdi Support Team fi ħdan ĊAMYouths huwa wieħed importanti ħafna u għalhekk ninsabu ċerti li l-enerġija ta' dawn il-ħames membri flimkien mal-kreattività u l-entużjażmu tagħhom ħa jkunu l-ingredjenti tar-riċetta

sigrieta għal tliet snin ta’ attivitajiet sbieħ u ta’ suċċess. Nagħlaq dan l-artiklu billi nsemmi u nirringrazzja grupp zgħir ieħor li għalkemm il-ħidma tiegħu kienet relatata ma’ proġett partikolari, ir-riżultat finali wera l-kwalitajiet u t-talenti li għandna fil-membri tagħna. Mhu qed nirreferi għal ħadd aktar għajr Denyse, Rowena u Katia fejn flimkien ippjanaw u organizzawlna ĊAMKamp ieħor ta’ suċċess. Xhieda ta’ dan kienet l-atmosfera li kien hemm u li laħqet il-quċċata tagħha fl-attività tas-Sibt filgħaxija u l-quddiesa tal-Ħadd filgħodu. Grazzi kbira mill-qalb tal-ħin li nvestejtu fih u grazzi ikbar lil ĊAMYouths li bħala organizzazzjoni dejjem ħarset lejn nies b’realtajiet differenti bħala opportunità aktar milli theddida.

SIMON PACE

EQUINOX

Page 3: Kurrenti - Ħarġa Numru 29 (04/2013)

ST |Team ġdid...

Kif ħafna forsi jafu f’April li għadda beda

l-ħidma tiegħu l-Leadership Committee il-ġdid. Is-Support Team il-ġdid illum huwa iffurmat minn ħames membri, li lkoll jiġu minn komunitajiet differenti: Shaun Cassar (Lynks) se jkun qiegħed jikkoordina dan it-team, MarieClaire Cremona (Crossroads) inħatret bħala segretarja, Josephine Borg (Shamaya) se tkun qed isservi bħala Activity Team Coordinator, Julian Bonnici (Zero6) ħa jkollu l-irwol ta’ teżorier u Rowena Caruana (Takarà) se tkun qed tieħu ħsieb il-koordinazzjoni ma’ Konnekxins.

Dan it-team ikun qiegħed jgħin lil-LC fil-ħidma tiegħu għal ĊAMYouths filwaqt li wkoll jieħu ħsieb l-Activities Team biex flimkien norganizzaw diversi attivitajiet matul is-sena li permezz tagħhom jgħinu lil membri tal-komunitajiet differenti biex jibqgħu f’kuntatt bejniethom. Support Team s’issa iltaqa’ tliet darbiet, fejn wara li ddiskuta l-ħatriet li tqassmu fi ħdanu, beda jaħdem bla heda għall-attività li normalment tagħlaq is-sajf għal ĊAMYouths: il-Post-CK Bash. Din l-attività isservi ta’ laqgħa għal dawk in-nies kollha li jkunu attendew ĊAMKamp il-ġimgħa ta’ qabel. Din id-darba, peress li konna għadna fil-bidu, ma stajniex nikkollaboraw ma’

l-Activity Team għal din l-attività. Il-preparamenti għal attività bħal din inkludew; diskussjonijiet fuq it-tip ta’ attività, evalwazzjoni ta’ postijiet differenti u kuntatti varji. Meta ġew konklużi affarijiet loġistiċi, bdejna nikkuntattjaw nies differenti li setgħu jagħtuna daqqa t’id fejn jidħol sound u mużika, BBQs, xorb, bookings etc. Din is-sena it-temp inzerta wieħed favorevoli u għalkemm kien daqxejn riħ, ħafna nies attendew bi ħġarhom għal din l-attività. Just Kul (l-isem li tajna lill-attività għal din is-sena) kien kemmxejn differenti mis-soltu. Il-bajja kienet pjuttost għalina biss u ħadna wkoll l-opportunità li nestendu l-party fit-triq ta’ maġenb il-bajja wkoll!

F’isem Support Team nixtieq nirringrazzja lil kull min għen biex din l-attività kienet suċċess u lil kull min attenda. Nisperaw li n-numri jibqgħu jiżdiedu ma’ kull attività biex kemm jista’ jkun inżommu ambjent ta’ ħbiberija bejn il-komunitajiet. Kif diġà aċċennajna waqt ĊAMKamp, nixtieq nerġa’ infakkar li dawk kollha li jixtiequ li jingħaqdu fl-Activity Team jistgħu jibagħtulna email fuq [email protected].

KU

RR

ENTI

p

age

3

ROWENA CARUANA

TAKARA’

Page 4: Kurrenti - Ħarġa Numru 29 (04/2013)

KU

RR

ENTI

p

age

4

MSSP | “Il-fidi tiġi mis-smiegħ”

Ċertament il-fidi hija

rigal imprezzabli. Hija bħal dawl li permezz tiegħu tista’ tara f’dinja mudlama; tista’ issib sens f’dak li mad-daqqa t’għajn ma jagħmilx sens. Meta tiltaqa’ ma’ persuna li għandha dan ir-rigal, itik li tgħir għaliha, għax tħares lejha nnifisha u lejn id-dinja ta’ madwarha b’mod differenti, b’mod mimli ħajja, ferħ u entużjażmu.

Biex nużaw tixbieħa li uża Ġesù, trid tipprepara l-għalqa biex fiha tinżera’ ż-żerriegħa. Minn din l-għalqa trid tneħħi l-ġebel u l-ħaxix ħażin li jistgħu joħonqu liż-żerriegħa tal-fidi milli tikber. Dan ifisser li b’onestà magħna nfusna irridu nwarrbu dak kollu li jaljena l-ħajja tagħna, dak kollu li jżommna ngħixu b’mod superfiċjali u mhux fil-fond tar-realtà. Minn daqshekk il-Mulej stess jagħtina daqqa t’id għax l-esperjenzi li jgħaddina minnhom diversi drabi fihom stedina biex nakkwistaw iktar profondità. Il-ħajja tippreparana imma huwa s-smiegħ tal-Kelma t’Alla li jiżra’ l-fidi. “Il-fidi tiġi mis-smiegħ, u s-smiegħ mix-xandir tal-kelma ta' Kristu,” jgħid San Pawl (Rum 10, 17).

Il-Kelma t’Alla, l-Aħbar it-Tajba, għanda l-qawwa tmiss il-qalb tal-bniedem u tixgħelu bin-nar tal-fidi. Xi ħadd irid iħabbarlek l-Aħbar it-Tajba li misset il-ħajja tiegħu. Bħal ma ġara f’Ġesù diversi drabi il-Kelma t’Alla trid titlaħħam f’xi ħadd - għalhekk ħidma mportanti fil-Knisja hija l-predikazzjoni. Biss imbagħad huwa wkoll importanti li tgħaddi ħin waħdek tirrifletti fuq il-Kelma t’Alla fid-dawl tal-esperjenza tal-ħajja tiegħek. Qisu il-Kelma t’Alla tixbaħ lil nuċċali li tilbsu u permezz tiegħu tara aktar iffokati l-esperjenzi ta’ ħajtek. Għalhekk l-istedina hija waħda. Jekk trid dan ir-rigal meraviljuż, ir-rigal tal-fidi, iftaħ qalbek għall-Kelma t’Alla. Fittex ambjent li jlaqqek ma’ din il-Kelma, sib ħin regolari li fih tixtarr il-Kelma u tara kif ħajtek tieħu xejra differenti.

Imma kif tagħmel biex takkwista dan ir-rigal? Kif tagħmel biex tikber fil-fidi? L-ewwelnett jibqa’ rigal – irid jingħatalek. M’hemmx mod kif taħtfu għalik. L-aktar li tista’ tagħmel huwa li tiddisponi lilek innifsek biex tirċievi dan ir-rigal.

FR.MARTIN GALEA mssp

Page 5: Kurrenti - Ħarġa Numru 29 (04/2013)

KU

RR

ENTI

p

age

5

Il-KEBBIES |Umanita’ waħda

FR.KARM DEBATTISTA mssp

Wara t-tema li ġiet diskussa fiċ-ĊAMKamp din is-sena,

ma nistax ma niktibx dwar li s-sens kollu tal-ġustizzja soċjali ġej mill-fatt li Ġesù ġie biex iġib għaqda bejn l-umanità kollha. Aħna lkoll fiH. Qal, “Jien hu t-Triq, il-Verità u l-Ħajja” (Ġw. 14,6). Għal xi raġuni ħafna interpretaw din is-sentenza biex jikkonfermaw li l-Kristjaneżmu hu l-unika reliġjon tajba, li hi aħjar minn kull reliġjon oħra u li Alla jħobb lilna biss u li aħna biss sejrin il-ġenna. Imma l-punt tal-messaġġ ta’ din is-sentenza hu eżattament il-maqlub. Fil-Vanġelju ta’ San Ġwann il-mistoqsija li tqum hi: fejn hu Ġesù? Il-Vanġelji l-oħra forsi jsaqsu aktar: min hu Ġesù? Imma l-Vanġelju skont San Ġwann inkiteb wara l-oħrajn, meta l-Insara ta’ żmienu ma kienux raw lil Ġesù. Għalhekk il-Vanġelju jibda bil-mistoqsija: Fejn tgħammar? (1,38). Imbagħad lejn l-aħħar tal-Vanġelju nsibu lil Madalena ssaqsi: Ma nafux fejn qegħduh (20,13). Kien hemm is-sens tat-telfa tal-preżenza u f’San Ġwann naraw modi diversi kif insibu l-preżenza ta’ Kristu. Insibuh fil-Kelma li saret Ġisem (1,15), fid-dawl (8,12), l-ilma (14,10), il-fidi (20,27), fil-fejqan (6,2)...

imma l-aktar fl-unità (matul il-Vanġelju kollu). Ġesù hu l-misteru tal-komunjoni: hu uman u divin fl-istess ħin; hu materjali u spiritwali fl-istess ħin. Allura fil-persuna li tirrapreżenta dawk li jiddubitaw, insibu lil San Tumas li jsaqsi: Ma nafux fejn inti sejjer. Kif nistgħu nafu t-triq? (14,5). Fi kliem ieħor qed jistaqsi: tina xi formula, xi mod, xi talba li twassalna għandek. Allura Ġesù jmur fuq livell ieħor: mhemmx ebda formula, teknika, metodu. “Dak li jien jien, kunu intom. Jien u l-Missier, aħna ħaġa waħda. Imxu warajja. Din hi t-triq. Din hi l-verità. Din hi l-ħajja.” Fejn hemm il-koeżistenza tal-materja u l-ispirtu, fejn l-uman u d-divin jaħdmu id f’id, hemm il-preżenza ta’ Ġesù etern. Dan ifisser li kull min jgħix f’għaqda – jekk hux Nisrani jew Musulman, iswed jew abjad, raġel jew mara, żagħżugħ jew anzjan – jgħix magħqud ma’ Kristu.

U dak li mhux jgħix f’għaqda mal-oħrajn, anke jekk ikun mgħammed, għadu ma sabx it-Triq, ma sabx il-Verità, ma sabx il-Ħajja. Għalhekk Ġesù jinsisti li hu fil-Missier “u l-Missier fija, u intom fija u jiena fikom, u l-Missier hu fikom” (ara kap. 17). Meta nkunu nafu dan, aħna fi Kristu, ngħixu realtà oħra. Hu uġiegħ għalija li ħafna nsara mhux jgħixu f’unità. F’kull quddiesa taċ-ĊK bqajt ninsisti li f’kull tqarbina, inti qrib kull persuna, għax kull persuna hi Kristu. Dan hu Kristu li qed jgħidlek li bħalma hu divin, hekk hi divina kull persuna, hi x’inhi r-reliġjon tagħha, s-sess tagħha, l-imġieba tagħha, ir-razza tagħha, il-kulur tagħha. Ejjew naħdmu għal din l-għaqda.

Page 6: Kurrenti - Ħarġa Numru 29 (04/2013)

Aqra iktar f’paġna 28 >>>

Page 7: Kurrenti - Ħarġa Numru 29 (04/2013)

EQUINOX – Kif beda? Il-komunità tagħna bdiet lura fl-2002, il-grupp dak iż-żmien ma kellu l-ebda isem u l-ebda

gwidi assenjati. Huwa kien jinkludi prinċipalment ex-studenti tal-Form 5 li kienu parti mill-komunitajiet iżgħar mmexxija minn Fr Martin Galea u xi ħbieb tagħhom. Fis-snin ta’ wara l-komunità bdiet tifforma billi ġew assenjati l-ewwel guides. Il-komunità bdiet tiltaqa’ darba kull ħmistax u torganizza live-ins flimkien fejn bdejna nitgħallmu naqsmu l-esperjenzi tal-ħajja tagħna flimkien. F’live-in partikolari ġewwa Buġibba tajna isem lilna nfusna. Wara ftit dibattitu qbilna fuq l-isem Equinox biex ikun l-isem tal-komunità. Equinox huwa l-jum fejn iċ-ċentru tax-xemx iqatta’ ammont kważi ugwali ta ' ħin fuq u taħt l-orizzont u għalhekk il-jum u l-lejl ikunu twal indaqs. U barra minn hekk ħassejna li jinstema’ sabiħ! Fil-bidu konna ngħoddu madwar 25 iżda biż-żmien ħafna ħadu triq differenti.

KU

RR

ENTI

p

age

7

X’DIFFERENZA JAGĦMEL F’ĦAJJET IL-MEMBRI EQUINOX? Equinox huwa grupp ta’ ħbieb li qishom estensjoni tal-familji tagħna. Huma ħbieb li jisimgħuk dejjem u huma dejjem hemm għalik. Wara 11-il sena ta’ esperjenzi flimkien tgħallimna fuq xulxin u sirna hafna iktar qrib ta’ xulxin, għalkemm dejjem hemm x’titgħallem u x’ittejjeb fir-relazzjonijiet ta’ bejnietna. Illum il-gurnata sirna iktar maturi u meta nitkellmu fuq issues li għaddejjin minn ħajjitna, sirna iktar kapaċi nifhmu u nkunu hemm għal xulxin. Permezz ta’ Equinox u tad-diversità li hemm fil-komunità jirnexxieli nara ċertu perspettivi illi qabel ma kontx narahom u wisq anqas nifhimhom. Napprezza ħafna l-preżenza tagħhom f’ħajti u nixtieq nirringrazzjahom talli dejjem kienu hemm għalija anke meta jien ma ndunajtx.

Page 8: Kurrenti - Ħarġa Numru 29 (04/2013)

JONATHAN SAMMUT DIANE MIFSUD

SARA VASSALLO COLIN FRENDO

EQUINOX

WIEĦED MILL-MUMENTI ĦELWIN TA’ BEJNIETNA... Waqt irtir li kellna fi Frar ta’ l-2009 ġewwa San Ġużepp, il-guides Nathan u Gilbert ħasbu biex is-Sibt wara nofsinhar sa filgħaxija nagħmlu sessjoni ta’ meditazzjoni u qari mill-Bibbja fl-inħawi tal-Imtaħleb. Aħna u n-natura... u l-Mulej! Il-ħsieb kien li wara mbagħad nibqgħu hemm għal cook-out. Ġarrejna l-barbeques u l-ikel sal-post u kollox kien sew inkluż sessjoni tajba ħafna ta’ meditazzjoni. Ġejna biex insajru! Kulħadd ħareġ l-ikel u x’naf jien. Iżda Gilbert ma sabx il-ħuta li ġab għall-ikel! Gilbert kien ċert li ġabha miegħu fil-mixja mill-karozza sa fejn konna. Fittixna kullimkien u ma sibnihiex. Sa llum il-ġurnata il-misteru tal-ħuta għadu ma ssolviex. Biex inkunu għidna kollox, waqt li konna mixjin iltqajna ma’ lapida li kienet tfakkar persuna mitlufa fl-inħawi... inħalli f’idejkom biex tiġġudikaw x’seta’ ġara!

Page 9: Kurrenti - Ħarġa Numru 29 (04/2013)

KU

RR

ENTI

p

age

9

|Ġurnata fil-ħajja ta’... MASTRUDAXXA REEL TIME

Il-ġurnata tiegħi tibda

għal ħabta tas-sitta ta’ filgħodu fejn nieħu ponn ċereali u balgħa te’. Nipprepara u nlesti biex għal ħabta tas-sebgħa nisbaħ il-garaxx. Bħala ġurnata ta’ ħidma ma hemmx rutina pero’ dejjem nibda billi nitma’ l-għasafar ta’ missieri u naraw fejn ħallejna il-ġurnata ta’ qabel. Deher li illum għandna biċċa xogħol ġdida fejn klijent irid bieb ta’ barra tal-iroko (google it :P).

U imbagħad jibda x-xogħol ta’ tfassil. Nibda nistronkja (meta tofroq) it-twavell li kien ġa xtara missieri. Eh għax insejt dettall: għal ħabta tal-għaxra nieqfu għal pawsa żgħira u nieħdu xi banana biex inkomplu mad-dieta. Lestejt il-qtugħ kollu u nibda nillavra (nġib l-injama dritta). Dan il-proċess jieħu naqra ħin għax hu l-bażi ta’ kollox; jekk ma jkollokx ix-xogħol dritt u kartabun (90o) il-quddiem inbati biex nagħmel il-minċotti. Għal xis-siegħa nieqfu nieklu naqra tuna salad li tkun ħawritli t-tfajla, pero’ ġieli tintilef max-xogħol u tispiċċa tiekol iktar tard.

Ix-xogħol ikompli billi niġbdu l-injam kollu għal ħxuna waħda u nibda nħożż it-toqob tal-minċotti biex ikunu lesti għal gurnata ta wara għat-titqib li nagħmluh permezz ta magna (dan il-proċess fiż-żmien kien isir kollu b’martell u furmatur). Isir il-ħin biex inżarmaw għall-ġurnata, dejjem ikunu għal ħamsa u nofs pero’ il-ġurnata tispiċċa skont kemm ikollna rassa ta xogħol. Nerħilha bil-mod lejn id-dar fejn nieħu ħasla ħa nneħħi t-trab tal-garaxx. Niekol u nerħilha s’għand it-tfajla biex naraw x’ħa nagħmlu għal filgħaxija…jekk ma nkunx għajjien u nispiċċa norqod…bħal ħafna mill-ġranet!

Nibda billi nara xi fthemna mal-klijent: x’qies u disinn ried. Nibda mbagħad npinġi l-bieb, bid-daqs u dettalji kollha, fuq biċċa plywood. Kif nara li kollox hu kif suppost u jogħġobni kif jidher, ġeneralment inċempel lill-klijent biex jiġi jara li jogħġbu, pero’ f’dan il-każ ħalla kollox f’idejna.

ANDREW VASSALLO aka. Il-Bubun ZER06

Page 10: Kurrenti - Ħarġa Numru 29 (04/2013)

KU

RR

ENTI

p

age

10

|GĦALL- ARJA TAL-BAĦAR... REEL TIME

CARGO (Birgu Waterfront) Matul il-ġimgħa

L-ewwel lejl lura mil-

Pakistan...tistgħu timmaġinaw l-emozzjonijiet li kellna u kemm konna mitlufin. Pero’, avolja xtaqt li naqbad ajruplan għal Pakistan, kont mejta għal pizza! U għidna mmorru Cargo, Birgu waterfront, għal kwiet. Jien ordnajt Chicken Pizza u Renzo ħa Penne Chicken. Servizz kien tajjeb ħafna u il-pizza ma tantx damet ma ġiet. Overall Cargo huwa restaurant li nħobbu mmorru matul il-ġimgħa meta jkollna aptit xi ħaġa sempliċi, forsi flixkun inbid u atmosfera sabiħa. Naturalment hemm positijiet irħas għal pizza, pero qed tħallas għall- atmosfera sabiħa wkoll, kif ukoll dik il-passiġġata ħelwa mal-waterfront qabel ma tmur lura dar.

THE CLIFFS (ĦAD-DINGLI) Is-Sibt

Mela wara l-laqgħa ta’ LC Sibt minnhom, Renzo ġie għalija r-Rabat u kellna aptit xi ħaġa tajba u differenti u ddeċidejna li mmorru The Cliffs Ħad-Dingli. Ili biex immur u xtaqt immur x’imkien ġdid, mingħajr problema ta’ parking, u b’veduta sabiħa. Kont smajt li s-servizz naqra ‘slow’ mhux ħażin pero mort with an open mind. Wasalna r-restaurant u taf int, meta tidħol restaurant u timxi sal-mejda toqgħod tħares lejn il-platti tal-oħrajn (jien inkun qed nara l-portions) u bdejt nara ħafna platti kbar u sbieħ, allura lil Renzo għidtlu biex ma nieħdux starters filkaż. Il-menu huwa varjat, hemm laħam, ħut u għaġin, inkluż ravjul li mid-dehra huwa speċjalita’ tagħhom għax beda joħroġ ħafna minnu. Jiena ordnajt fillet medium u Renzo ħa tiġieġa (għax beda ‘dieta’). Ordnajna x’nixorbu, u wara li fakkart lill-waitress darbtejn li kelli sprite, wasal. Ejja ngħidu li m’għandux l-iktar servizz tajjeb tad-dinja...imma jgħaddi. L-ikel ġie wara 10 minuti u mill-ewwel ħadt gost bil-portion tiegħi. Fillet kienet vera medium filwaqt li r-roasted potatoes u veg kellna biex nitimaw mejda oħra. Overall, dan ir-restaurant huwa worth it meta jkollok aptit post kwiet u x’imkien differenti, u meta għandek ħafna ġuħ, għax nassigurakom li platti huma enormi. Rajt platt ravjul ħiereġ u kien hemm mara li filfatt qaltlu għandha wisq fil-platt (kif tista’ tgħid li jkollok wisq fil-platt! Imma nsomma). Prezzijiet huma diċenti ħafna, speċjalment għal platt daqs dinja. >>

Page 11: Kurrenti - Ħarġa Numru 29 (04/2013)

KU

RR

ENTI

p

age

11

jekk nistgħux nordnaw u ġie ħdejna. Renzo saqsa jekk il-kċina kinitx għadha miftuħa u qalilna li għalqet fl-10.30pm...u naturalment issa kien magħluq. Pero’ bil-ħiliet ta’ persważjoni ta’ Renzo dan qallu li ħa jerġa’ jiċċekja mal-kċina. Jiena ordnajt cappuccino u tlabt lighter. Waiter ġie lura u qallu li jista’ jaqdih u jtih pizza. Renzo ordna Quattro Formaggi, u biex inkun għidt kollox, kienet tajba ħafna. Minbarra hekk, dan il-waiter għamel min kollox biex jaqdih. Il-lighter qatt ma tfaċċa’.

RENZO KERR CUMBO – JOVENES SARAH PACE – EQUINOX

MELITA (ĦAL BALZAN) Il-Ħamis

Ehh, dan huwa post li kieku nista’ ma nersaqx lejh. Kelli ħafna esperjenzi ħżiena, burger undercooked, pizza qas naf x’fatta hi, biċċa kejk niexfa, cappuccino kiesaħ silġ. Imma peress li huwa post ċentrali u għandu menu

varjat, qisni ma nistax neħles minnu! Filfatt il-Ħamis li għadda Equinox kien imissna social, u biex inkunu vicin ta’ kulħadd morna Melita. Nammetti li jien mort tard ħafna (tort tal-futbol!) u jien u Renzo wasalna hemmhekk fl-10.30pm. Malli poġġejna fittixna waiter ħa nordnaw qabel ma tagħlaq il-kċina u Renzo għamel sinjal lil wieħed u qallu li ġej. Dan mar fuq mejda oħra biex jaqdihom u baqa’ jparla magħhom għal xi kwarta. At this point, mort fuqu u saqsejtu

CARGO Service - 8, Food - 7, Ambience - 8 THE CLIFFS Service - 5, Food - 7, Ambience - 8 MELITA Service - 6, Food - 6, Ambience - 6

Page 12: Kurrenti - Ħarġa Numru 29 (04/2013)

2. Li kieku possibli nerġgħu inwelldu lil

John Lennon, leġġenda tal-mużika u ex-membru ta’ The Beatles, ħafna nies li dejjem xtaqu jarawh u jiltaqgħu miegħu jitilgħu fis-seba’ sema. Hu propju dan li se jipprova jagħmel it-tabib Dr. Micheal Zuk. Dan id-dentist Kanadiż xtara sinna li John Lennon kien ta lis-seftura tiegħu ftit żmien qabel ma ġie maqtul fl-1980 għall-prezz ta’ 30elf dollaru fl-2011, u minn dak iż-żmien ‘l hawn beda proġett biex joħloq clone ta’ John Lennon permezz ta’ DNA meħud mis-sinna. Min jaf jekk jirnexxilux?

Page 13: Kurrenti - Ħarġa Numru 29 (04/2013)

KU

RR

ENTI

p

age

13

ESPERJENZI | Volontarjat 2013

NAPOLI 2013

Nibda’ billi ngħid li l-esperjenza li kelli għall-

ewwel darba ġewwa Napli, kienet esperjenza li ġegħlitni nibda’ naħseb iktar ta’ mara! Niftakar li minn dejjem xtaqt nagħmel volontarjat barra minn Malta, dejjem dik kienet il-ħolma tiegħi! Iżda bejn il-kliem u l-fatti hemm il-baħar jikkumbatti.

Qatt ma naf li tħallejt insiefer waħdi, iżda malli għalaqt it-tmintax-il sena ħtaft l-opportunità, għax xi kultant fil-ħajja jkollok tiddiżappunta lil ħaddieħor biex tkun kuntenta int. Għalkemm għall-bidu il-ġenituri ma ħallewnix immur, wara li tkellimna sew, indunaw li ma kontx għadni t-tifla ta’ 4 snin li ridt immur biss fejn joħduni huma ! U hawnhekk bdejt naħdem fuq il-ħolma tiegħi. Il-preparazzjonijiet bdew minn qabel tlajna Napli u niftakar l-ewwel darba li mort għal-laqgħa vera ħassejtni ħuta barra mill-ilma, peress li ma kont naf

lil ħadd. Għall-bidu, għalkemm kont ċerta li rrid nagħmel l-esperjenza kollha, għax nemmen li jekk ħa nagħmel ħaġa nagħmilha mill-bidu sal-aħħar, kont ftit imbeżża’. Il-fatt li ma kontx għadni drajt lill-voluntiera sew u lill-coordinators bdiet iddejjaqni ftit, iżda kif jgħidu li kollox irid iż-żmien tiegħu. Wara li għamilna l-preparamenti kollha, kien wasal il-mument tant mistenni: il-ġurnata li fiha kelli nitlaq lill-familja biex inwettaq dak li dejjem ħlomt. Nassigurakom li għalkemm ħassejt ħafna n-nuqqas tal-familja, ma jiddispjaċini xejn li mort. Is-sorijiet vera laqgħuna u t-tfal vera kienu ħelwin. Bqajt impressjonata kif kemm is-sorijiet u anke t-tfal dejjem kienu jkunu bi tbissima fuq fommhom għalkemm neqsin minn ħafna affarijiet bażiċi.

It-tfal stess għallmuni kemm jiena għandi kollox u ma napprezzax, u huma m’għandhom xejn u dejjem jitbissmu. Esperjenza li ġġiegħlek tidhol f’qoxortok u tirrealizza kemm f’qalb dawn it-tfal hemm ħafna imħabba u apprezzament, u aħna nibżgħu ngħidu il-kelma nħobbok jew grazzi. Apparti t-tfal, kien hemm il-voluntiera u l-coordinators li għamlu differenza f’ħajti wkoll. Il-laqgħat u l-ħinijiet li kien ikollna flimkien, meta ma konniex inkunu mat-tfal, għinuni nsaħħaħ il-karattru tiegħi. Kien hemm dawk il-mumenti fejn waqaft u għidt iva, din il-ħaġa nista’ napplikaha għalija nnifsi. Xejn m’hu perfett fil-ħajja, iżda qatt ma naf li kelli xi ngerger minnhom. Anzi, vera għenuni biex drajt u stajt inħossni komda. Tgħallimt xi ħaga minn kull persuna li telgħet Napli, u dejjem sibna lil xulxin fejn kien hemm bżonn.

Page 14: Kurrenti - Ħarġa Numru 29 (04/2013)

KU

RR

ENTI

p

age

14

Illum, grazzi għall-voluntiera kollha, b’mod speċjali għall-coordinators Diane u Corinne, li fdawni mat-tfal u għenuni biex inwettaq il-ħolma tiegħi, qed nghix aktar bi tbissma fuq fommi. Tlajt Napli tfajla u nżilt lura mara. Mhux biss, imma kelli familja waħda u inżilt bi tnejn!

LARISSA ZAMMIT VOLUNTIERA

Page 15: Kurrenti - Ħarġa Numru 29 (04/2013)

BLARNEY – IRELAND 2013 Din is-sena ĊAMYouths ħadna esperjenza ġdida ta’ volontarjat ġewwa l-Irlanda, preċiżament ġewwa Blarney, raħal ftit ‘l bogħod mill-Belt ta’ Cork. Ix-xogħol tagħna mat-tfal kien qieghed issir ġewwa r-raħal ta’ Mallow. Il-post kien spazzjuż ħafna u minbarra l-kamra li kellna, stajna wkoll nużaw indoor court u anke spazju kbir fuq barra. Għal dan is-‘Summer Camp’ konna ħames voluntiera u attendew mal-ħamsin tifel u tifla, bejn sitta u għaxar snin. It-tfal inqassmu fit-tlett gruppi, bniet żgħar, bniet kbar u s-subien. Apparti katekeżi, crafts u logħob, lit-tfal ħadnihom jgħumu u anke żewġ ħargiet ta’ ġurnata. Ħaġa li personalment laqtitni ħafna kienet li t-tfal kienu ġejjin minn pajjiżi differenti. Apparti tfal Irlandiżi kien hemm Afrikani u Indjani. Is-sabiħ ta’ dan kollu kien meta tarahom jilagħbu u jaħdmu flimkien.

WAYNE JOSEPH DIMECH AMISTAD K

UR

REN

TI

pag

e 1

5

Konvint li x-xogħol li għamilna kien tajjeb u kulħadd kien kuntent bina. Ħaġa oħra sabiħa ta’ din l-esperjenza għixniha ġewwa l-kunvent. Biswit il-kunvent kien hemm dar għar-riabilitazzjoni mill-vizzji tad- drogi u alcohol. F’din d-dar kien hemm madwar 17 –il raġel. Aħna l-volontiera subien konna qed ngħixu magħhom f’din id-dar u għalkemm kellna x-xogħol tas-‘Summer Camp’, konna nqattaw xi ħin magħhom speċjalment filgħaxija meta t-tfajliet kienu jmorru għand il-familja li kienet qed tospitahom. Dawn l-irġiel qasmu l-esperjenzi tagħhom magħna b’mod vera miftuħ qisna konna ilna nafu lil xulxin għal ħafna snin. Tiskanta meta tisma’ li kienu nies li ma kien jonqoshom xejn u kif spiċċaw f’dan l-istat.

Tkompli tistgħaġeb meta tara dawn l-irġiel jitolbu flimkien u jattendu għall-adorazzjoni u jipparteċipaw fiha. Dawn l-irġiel sabu l-imħabba bla qis tas-sorijiet u lilna tawna esperjenza qawwija x’inġorru magħna għal dejjem. Kull fejn immorru, dejjem ngħidu li s-sorijiet ta’ Madre Tereża huma sorijiet speċjali u xejn inqas għas-sorijiet li hemm ġewwa Blarney. Sorijiet mimlijin entużjażmu għall-proxxmu. Sorijiet li jassistu lir-residenti fil-ġlieda tagħhom kontra l-vizzji. Sorijiet li jorganizzaw attivitajiet għat-tfal. Din is-sena kienet l-iktar darba li rajt is-sorijiet jagħmlu affarijiet żgħar b’imħabba kbira, għax ħafna drabi, b’affarijiet vera sempiċi tefgħu tbissima fuqna u fuq kull min kien hemm madwarhom.

Page 16: Kurrenti - Ħarġa Numru 29 (04/2013)

TUNISIA – LA GOULETTE 2013 Kif tista’ ma tħobbhomx? Emozzjonijiet, ħbiberiji, xogħol volontarju... La Goulette 2013! Minn fej taqbad tibda? Peress li l-esperjenza ta’ La Goulette issir f'Awwissu, il-preparazzjonijiet għaliha jibdew kemmxejn iktar tard minn dawk ta' esperjenzi oħrajn ta' ĊAMYouths. Fil-fatt il-preparazzjonijet irrankaw mill-Pasta Night u min hemm ma waqafniex! Il-preparazzjonijiet minn Malta kienu bosta: crafts, lessons tal-Ingliż u general knowledge, il-famuż żfin li ngħallmu lit-tfal, live in u fund raising activities - fosthom il-Muffin Sale. Bi pjaċir ngħidu li din is-sena l-muffin sale reġa’ kien suċċess kbir! Grazzi kbira tmur lil grupp nisa li minn qalbhom offrew li jaħmulna mat-300 muffin u jagħtuhomna b'xejn biex aħna inbigħuhom, u lil Lisa Camilleri li għenitna ħafna biex inġibu l-kuntatti

KU

RR

ENTI

p

age

16

Tul il-preparazzjonijiet għal din l-esperjenza skoprejna ħafna x'jiġifieri l-providenza t’ Alla. Kien hemm bosta drabi li spiċċajna daharna mal-ħajt u wara ftit jiem jitfaċċa xi proxxmu li jsolvilna l-problema billi jagħtina dak li għandna bżonn. Għalkemm din kienet it-tielet darba li tlajt it-Tuneżija, din is-sena kienet differenti mis-snin ta’ qabel peress li l-format tal-gruppi tat-tfal kien kemxejn differenti minn tas-soltu u peress li kellna jumejn fejn ma ġewx tfal (konna hemmhekk fil-jiem tal-Għid tal-Għarab li ħabtu f’nofs il-gimgħa) u li fihom għamilna xi xogħol manwali għas-sorijiet. L-ewwel ħaġa li tolqotni kif nasal La Goulette hi l-kalma ġenerali tan-nies u l-ħajja iktar bil-mod tal-post li ttik ċans tapprezza iktar il-mumenti li tkun qed fihom. It-tfal…meta niftakar fihom frażi waħda tiġi f’moħħi: Kif tista’ ma tħobbhomx?

Mill-ewwel darba li jarawk jiġu jiġru jilqgħuk u jbusuk, uħud minnhom mingħajr lanqas biss ma jkunu rawk qabel. Filgħaxija meta konna noħorġu kien ikun hemm uħud minnhom jilagħbu fit-toroq, u kif jarawk tarahom kollha ġejjin jiġru lejk biex jgħidulek hello u jgħannquk u jimxu ftit miegħek. Mument mill-isbaħ kien meta tara xi tfal li kienu qed jiġu s-summer camp u oħrajn kbar li kienu jiġu fis-snin ta’ qabel jiġu ħerqanin, mingħajr ħadd ma talabhom, biex jgħinuna niżbgħu l-ħajt taz-zuntier tal-knisja – proġett ta’ xogħol manwali għas-sorijiet li għamilna. Is-sorijiet...nies tal-ġenn li jgħixu l-ħajja b’tant sempliċità u dejjem b’daħka lesta għalik li ħafna drabi nibda nsaqsi lili nnifsi kif jirnexxielna nikkumplikaw il-ħajja daqshekk. >>

Page 17: Kurrenti - Ħarġa Numru 29 (04/2013)

L-esperjenza bl-ebda mod ma kienet tkun l-istess mingħajr il-grupp tal-ġenn li konna! Kellna ċertu dinamika bejnietna li għenitna naħdmu tajjeb ħafna flimkien biex nadattaw ruħna għal dak li ġġib magħha l-esperjenza, kif ukoll kellna ċ-ċans nitfgħu barmil jew tnejn ilma fuq xulxin…mhux fuq is-sorijiet imma e! Grazzi lilkom kollha! PAKISTAN 2013 'Il-Pakistan?' Ir-risposta tiegħi tkun dejjem, 'differenti hux, dinja oħra'. U nwieġeb hekk propju għax diffiċli mmens nispjega xi jfisser il-Pakistan u xi tfisser l-esperjenza għalija. Nammetti li esperjenzajt ħafna affarijiet ġodda fil-Pakistan.

KU

RR

ENTI

p

age

17

Kultura Islamika, kultura eastern, lingwa li bl-ebda mod ma nista’ nirrelata magħha, użanzi li anqas qatt ma ħlomt bihom, faqar, ngħix ma’ Fr Gerard u Fr Bernard, nies li ħabbewna mingħajr ma jafuna, realtà sabiħa fejn djar ta' xjuħ kważi ineżistenti u ħafna realtajiet kulturali li nasal nifrustra ruħi jekk ma nkunx miftuħl għal--bidla - jew inkun iktar kawt u nagħraf x'sabiħ jista’ joħroġ minnhom (ukoll). Ejja ma nemmnux li l-Pakistan hu pajjiż tant ikrah u tant negattiv, minkejja l-ħafna negattiv li nisimgħu fuqu. Imma ejja ma nitqarqux lanqas u naħsbu li għax aħna li ġejna minn hemm u tant qed nesprimu mħabba lejn il-post, naħsbu li dan hu xi ġenna tal-art. Jekk għandi nitkellem fuq xi affarijiet importanti, li esperjenzajt fil-Pakistan, dawn huma;

(1) Kif aħna l-westerns, speċjalment il-media tagħna, tpoġġi dawn il-pajjiżi f'sitwazzjoni agħar milli hi; (2) Kemm hu diffiċli għal dawn in-nies joħorġu minn din ir-realtà li qed jgħixu fiha; (3) Kemm hi sabiħa u serena l-ħajja sempliċi (konfuża) li jgħixu u l-imħabba li jafu juru lil min iżurhom. Peró qiegħed ninduna li minkejja li din tinħass introduzzjoni għalija, fil-verità diġà semmejt ħafna affarijiet u kollha jieħdu fit-tul biex tispjegahom. Kull punt fih filosofija għalih. Ibda minn Fr Gerard! :). Nistħajjel li għal fini ta' Kurrenti l-ispazju hu limitat, għalhekk nagħlaq ngħid li l-aħjar għalina wkoll l-aħwa, meta b'xi mod ikollna IMPRESSJONI fuq NIES, KULTURI jew PAJJIŻI oħra, ejja nieqfu ftit u nifhmu li f'kull kultura hemm is-sabiħ. >>

ROBERT FACCIOL CROSSROADS

Page 18: Kurrenti - Ħarġa Numru 29 (04/2013)

Il-musulman li dawwar il-fann fuqi biex ma nħossx sħana ma ninsieh qatt - għaliex anke jien kelli impressjonijiet (u probabli għad għandi ħafna minnhom) li kienu ħafna ħżiena.

RENZO KERR CUMBO JOVENES

KU

RR

ENTI

p

age

18

IS-SENA D-DIEĦLA, Honeymoon fil-Pakistan għalija u għal Sarah. PERÓ id-dinja mimlija pajjiżi bħal Pakistan, u aħna f'ĊAMYouths ċert li għandna l-abiltà nkomplu nduru l-irkejjen tad-dinja. Mhux biex nibdluhom, u anqas biex ngħinuhom għax m'għandomx bżonna - mingħajrna għixu eluf ta' snin! - imma biex nikbru aħna.

Page 19: Kurrenti - Ħarġa Numru 29 (04/2013)

KU

RR

ENTI

p

age

19

ATTIVITAJIET | ĊAMKamp 2013

ĊAMKAMP 2013 kien avveniment kbir li qatt ma

mmaġinajna ser jsir realta'! Il-preparamenti għall-ĊAMKAMP ta' din is-sena bdew f'Lulju, forsi kemmxejn iktar tard mis-soltu. Bdejna billi flimkien mal-LC u l-guides għażilna t-tema tal-Ġustizzja Soċjali, taħt l-isem ta' 'JUST RIGHT'. Ta’ spiss din il-frażi tintuża b’mod ħażin u hija pjuttost deskrizzjoni ambigwa. Għall-bidu, sibniha daqsxejn diffiċli sabiex niddeċifraw eżattament il-punti li xtaqna noħorġu minn din it-tema. Pero’, wara ħafna diskussjonijet u riċerka kkonkludejna li tema bħal din setgħet tkun ta' benefiċċju għalina lkoll ghaliex permezz tagħha stajna niġu iktar konxji ta’ nġustizzji li qegħdin iseħħu madwarna fuq bażi regolari. Matul it-tlett ijiem rajna eżatt il-frażi ‘Ġustizzja Soċjali’ xi tfisser għalina minn lentijiet u perspettivi diversi u

f'liema oqsma tas-soċjeta' tinħass l-iktar. Iktar importanti minn hekk, rajna x’nistgħu nagħmlu aħna bħala ĊAMYouths sabiex intaffu ftit minn dawn l-inġustizzji li qegħdin iseħħu. Grazzi għall-kelliema rappreżentanti ta' komunitajiet barra minn ĊAMYouths, kellna wkoll l-opportunita’ li nitkellmu ma’ nies minn sferi differenti tas-soċjeta’ maltija, li jaffaċċjaw din it-tip ta' nġustizzja ta’ kuljum. Apparti l-laqgħat kellna wkoll ħin fejn permezz ta’ logħob u attivitajiet varji kellna ċ-ċans nsiru nafu aħjar nies minn komunitajiet differenti, kif ukoll dawk li attendew ĊAMKAMP għall-ewwel darba din is-sena. Kienet tassew esperjenza sabiħa

fejn tara l-ħidma ta’ diversi nies titwettaq u l-membri tal-gruppi jagħmlu ħilithom u jieħdu sehem b‘ħafna enerġija u entużjamu waqt l-attivitajiet li ġew ippreparati. Ovjament m'hemmx ghalfejn ngħidu li dan kollu m'għamilnihx waħedna bħala co-ordinators ta' ĊAMKamp 2013. Xejn minn dan ma kien ikun possibli mingħajr l-għajnuna ta' dawk il-ftit nies li aċċettaw jippreparaw laqgħat u attivitajiet ta' filgħaxija kif ukoll lil dawk kollha li aċċettaw ikunu f'xi equipe partikolari. L-għajnuna, il-ħidma u d-dedikazzjoni tagħhom kienu kruċjali sabiex jittella avveniment annwali bħal dan, f'ħin rekord! >>

Page 20: Kurrenti - Ħarġa Numru 29 (04/2013)

KU

RR

ENTI

p

age

20

L-aħħar u mhux l-inqas nixtiequ nirringrazzjaw lil-LC preċedenti tal-fiduċja li urew fina u lil-LC t'issa ta’ l-għajnuna u l-kliem ta' kuraġġ tagħhom. Nixtiequ nirringrazzjw ukoll lil kull min b’xi mod jew iehor ta daqqa t’id sabiex dan iċ-ĊAMKamp ikun ta' suċċess. Nisperaw mill-qalb li kull min attenda, issa għandu ideja iktar ċara

KATIA CORTIS, ROWENA CARUANA,

DENYSE CALLEJA TAKARA’

ta’ xi tfisser il-ġustizzja soċjali u kif nistgħu nevitaw li iktar nies jibqgħu jew isiru vittmi tagħha. Mela ejja naħdmu id f'id bħala ĊAMYouths sabiex inħallu impronta anki f'dan ir-rigward għaliex leħinna jista' jagħmel differenza!

Page 21: Kurrenti - Ħarġa Numru 29 (04/2013)

KU

RR

ENTI

p

age

21

ESPERJENZI | Missjunarju... kurżita’, tfitxija u skoperta’ Esperjenza li kienet tidher u tinħass tant il-

bogħod issa ilha għaddejja għal xahrejn. Li qiegħed nagħmel esperjenza fil-Perù xorta għadha tinħass bħala ħolma u kull filgħodu meta niftaħ għajnejja irrid infakkar lili nnifsi li m’għadniex Malta fejn kollox kien familjari, in-nies, il-lingwa, ir-ritmi u ħafna dettalji żgħar oħra. Din l-esperjenza fil-Perù, bħal ma kienu l-esperjenzi f’Napli u t-Tuneżija li kelli magħkom ĊAMYouths, hija parti mill-mixja formattiva fl-MSSP u sservi biex niskopru iżjed l-identità tagħna bħala missjunarji.

Ħafna minn dawn in-nies huma persuni li telqu minn postijiet oħra fil-Perù biex ifittxu possibbiltajiet ta’ ħajja u xogħol aħjar għalihom imma iktar u iktar għal uliedhom. Din it-tip ta’ ħidma, jew forsi aktar preżenza, qed ittini l-possibbiltà li niltaqa’ ma’ ħafna nies fl-iktar mumenti ta’ fraġilità umana li tista timmaġina. L-istejjer li nisimgħu u naraw iseħħu quddiem għajnejna mhumiex dejjem sbieħ imma huma qawwija ħafna, tant li jibdew iħottu ħafna kastelli li jkollok f’moħħok meta tibda isserraħ saqajk mal-art fir-realtà konkreta ta’ ħafna minn dawn il-persuni.

U forsi huwa dan il-proċess intern li tant qiegħed jagħmel din l-esperjenza tiegħi fil-Perù sinjura u profonda qalb il-faqar u t-tbatija li niltaqgħu magħhom kuljum. Għalkemm vjaġġajt il-bogħod ħafna minn dak li jien dejjem ħassejtu bħala ‘dari’, din l-esperjenza qed tkun fl-aħħar mill-aħħar vjaġġ tal-qalb li jwasslek biex tagħraf iktar min inti meta tħalli l-ħajja ta’ dawn il-persuni tnaqqax fil-qalb tiegħek.

Din id-darba però qiegħed ngħix esperjenza iktar fit-tul li qed ittini l-possibbiltà li ngħix iktar mill-qrib il-ħajja tan-nies, il-kultura tagħhom, imma fuq kollox lili nnifsi jien u ngħix din l-esperjenza. F’dawn it-tmien xhur li għandi fil-Perù qiegħed nakkumpanja lil Fr Alex, li hu ukoll MSSP li ilu jgħix hawnhekk fil-Perù għal dawn l-aħħar tmintax-il sena. Il-ħidma speċifika ta’ Fr Alex, u li qiegħed ikolli l-possibbiltà li ngħix jien ukoll, tikkonsisti fi preżenza u ħidma ma’ nies li jgħixu fil-periferija tal-belt ta’ Arequipa.

ALEX ZAMMIT MSSP BROTHER

Page 22: Kurrenti - Ħarġa Numru 29 (04/2013)

KU

RR

ENTI

p

age

22

|Inżuru l-AMERKA REEL TIME

F’Marzu 2011, wara xhur

kbar naħsbu nibbukkjawx jew le, fl-aħħar kienet waslet ‘l ġurnata li fiha nsiefru lejn l- Amerka. Jien flimkien ma’ tliet sħabi oħra, erħejnilha lejn Londra filgħodu kmieni, biex minn hemm qbadna ajruplan għal New York għal vjaġġ ta’ seba’ sigħat. New York, naħseb huwa l-iktar post li dejjem xtaqt mmur f’ħajti għax magħrufa bħala l-belt tal-ħolm u mal-ewwel impatt magħha kienet straordinarja ta’ vera.

Ħajja mgħaġġla mmens u dejjem għaddejja, lejl u nhar. Kull ħaġa jagħmluha bi kbir; sempliċiment espresso li jiġi servit f’tazzina żgħira tani tazza sħiħa mimlija…bqajt nħares lejn il-wejter! Żorna l-iktar postijiet famużi ġo New York, bħal Empire State Building, Rockeffeler Centre, Central Park etċ. Wara 6 t’ ijiem fil-kesħa, qbadna vjaġġ lejn Orlando, Florida.

Minn kesħa spiċċajna fi sħana tiżreġ, u mill-ewwel qbadna l-karozza u tlaqna gas down lejn stabilliment biex naraw is-show ‘La Nouba’ ta’ Cirque du Soleil. Niftakar wasalna ħames minuti qabel bl-eżatt għax il-GPS bgħatna kullimkien, barra fejn kellna immorru. Imbagħad ghaddejna ħamest t’ijiem induru il-parks ta’ Orlando: Disneyland, Universal Studios u Sea World fejn għalkemm qabel tmur tiddubita intiex ħa tieħu gost minnħabba li taħsibhom tat-tfal, l-esperjenza kienet waħda indimentikabbli. Wara seba’ t’ijiem Orlando qbadna l-karozza u inżilna Miami.

Wara sewqan ta’ madwar ħames sigħat morna fil- lukanda tagħna u qalulna li kellna double booking u għalhekk bagħtuna l-Intercontinental u ħallsulna kollox huma, ma stajniex nibdew l-esperjenza ġo Miami aħjar minn hekk. Ġo Miami qattajna erba’ t’ijiem tal-ġenn, fejn rajna wkoll logħba basketball li għal min jifhem kienet top game ta’ dak s-season bejn Miami Heats u Dallas Mavericks. Għal persuna bħali li ma tantx jifhem fil-basketball kienet esperjenza sabiħa ukoll fejn rajna uħud mill- aħjar plejers amerikani. Għal min qatt ma tħajjar jagħmel btala bħal din personalment nissuġġeriha hafna bhala safra. Ħajja differenti, imma l-esperjenza tibqa’ ġġorrha ħajtek kollha ! MARK SPITERI

CROSSROADS

Page 23: Kurrenti - Ħarġa Numru 29 (04/2013)

KU

RR

ENTI

p

age

23

|Opportunitajiet UE

ISEM PAJJIZ DESKRIZZJONI TAGHLAQ

Making the Difference: a North-South Partnership Building Activity

Portugal Make a difference for your youth group - find a partner from the other side of Europe!

06/10/2013

Making the Difference: a North-South Partnership Building Activity

Portugal Make a difference for your youth group - find a partner from the other side of Europe! This Partner Building Activity (=PBA) aims at creating concrete partnerships – by preference between North and South of Europe, so that they can develop youth exchange projects and apply in 2014 under the new Programme Erasmus+. It is organized inside a small village where during the PBA, the involvement of and contact with the local community serves as a concrete and practical example on how this can be done during youth exchanges, hereby multiplying the outcomes and impacts of your projects.

06/10/2013

‘Learn for your lifetime... through youth work’ (Quality Youth Work)

Malta Summary: The purpose of this seminar is to help youth workers to articulate, examine and discuss their youth work practices. The seminar aims to help youth workers to assess and enhance the quality of service and support they provide to the young people with whom they work. The seminar will also provide youth workers with the opportunity of considering how the organisations in which they operate can assure and improve quality youth services. In particular, the seminar will focus on: • support and development tools for youth workers, projects and organisations • quality standards for the provision and practice of youth work • effective use of resources in ensuring quality youth work • assessment and evaluation of youth work practice

07/10/2013

Page 24: Kurrenti - Ħarġa Numru 29 (04/2013)

Use of New Technologies in Improving the Quality of Youth Work and Safer Internet UNETECH-SINT 2013

Turkey The proposed training course aims to provide ideas and skills for using new technologies, mainly in communication and infor-matics, to improve the quality of the work carried out by their organizations and, increasing the awareness of the safer internet for the youth workers. Before the application process, it should be clearly understood by the applicant that UNETECH is not designed for corporate environment personnel: specifically explained, it is not for technology specialists, such as help desk experts, or any other type of IT professionals who heavily use technology/database systems/information systems in the corporate environment. This TC is actually for individuals in non-profit areas: it is for Youth workers, Youth leaders, Coaches (in non-profit Youth), Project Coordinators/Project Managers, Junior trainers, and non-profit Mentors who are working/volunteering in small to mid-size youth organizations or working/volunteering in youth organizations that are active in rural areas of their country. In order to reach the aims of TC, the focus will be laid on three possible issues that new technologies can be utilized most efficiently in a youth organization; networking, recruiting and inclusion of young people, and promoting the using safer internet for children and youngsters.

12/10/2013

Zviluppa fik il-kapacita tat-tmexxija | Leadership Skills -Training Course

Malta Summary: The aim of this training course is to help you develop your leadership skills. The training course will help become more aware of the different styles of leadership and how to overcome obstacles you will encounter while acting as a youth leader. It will also help you recognise situations where you need to take positive risks and to develop creative solutions when facing difficult situations. Activity date: 25-27 October 2013 (Based on a live-in weekend)

16/10/2013

KU

RR

ENTI

p

age

24

Page 25: Kurrenti - Ħarġa Numru 29 (04/2013)

KU

RR

ENTI

p

age

25

Is-Sahha u s-Sigurta – Health and Safety

Malta Summary: This training course aims to provide awareness about preventive measure that need to be observed in order to safeguard the health and safety of young people. It will also provide basic first aid skills. This course is aimed for youth worker and leaders that organise activities for young people and need to know how to act in situations of emergency. Activity date: 22-24 November 2013 (Based on a live-in weekend)

25/10/2013

Training Course on healthy behaviour and physical activity

Bulgaria The training will focus on healthy behaviour and physical activity from three different perspectives - the relevance of physical activity for physical health as well as mental and social well-being, Human Rights perspective, and Preventive perspective.

01/11/2013

MARIE CLAIRE TESTA NRG

Page 26: Kurrenti - Ħarġa Numru 29 (04/2013)

KU

RR

ENTI

p

age

26

|Review tal-karozza… PEUGEOT 206 cc REEL TIME

KUMDITA` Ikolli nammetti, ftit huma l-karozzi li rkibt fihom li huma daqshekk komdi. L-iskossi li huma komuni fit-toroq Maltin, ma jinħassu xejn f’din il-karozza. Il-problema hi li xorta tinduna li għaddejt minn xi skoss minħabba ċ-ċekċik fil-karozza. Veru li l-karozza issa għandha disa’ snin, pero ma tantx wieħed jistenna dawn il-ħsejjes fil-karozza. Il-karozza suppost takkomoda erba’ persuni, biss dawk li jirkbu wara, ħa jkunu ftit limitati bħala spazju. Barra minn hekk is-seats fuq wara m’humiex komdi. Fuq quddiem, għalkemm sibta ftit diffiċli nsib posizzjoni tajba fis-sewqan, l-ispazju huwa tajjeb ħafna. Bl-istess mod, il-boot huwa tajjeb ħafna għad-daqs tal-karozza. Dan ladarba ma tniżżilx is-saqaf, għax bis-saqaf imniżżel il-boot tat-206 cc jigi kważi mingħajr użu.

PERFORMANCE Kont sorpriż bil-ġibda li toffri din il-karozza. Il-mudell li soqt armat b’magna 1.6 petrol, li joffri prestazzjonijiet tajba ħafna. Fis-sewqan il-karozza tagħtik pjaċir, u fiċ-ċirkustanza li taqbeż karozza, dan tagħmlu mingħajr ebda problema. Pero wieħed irid joqgħod ftit attent għax b’velocita kemmxejn għolja u bis-saqaf imniżżel, il-karozza ma tinħassx daqshekk soda, biss bis-saqaf imtella din il-problema ma teżistix. STIL Ovvjament, karozza coupe jew convertible, wieħed ma jistax igerger mill-istil tal-karozza. Bis-saqaf magħluq il-karozza tagħti dehra ta’ waħda akbar u ta’ valur ogħla. Personalment, jien daqsxejn xettiku fuq karozzi żgħar convertible, għar-raġuni li jkollhom windscreen għoli ħafna u

Karozza ftit differenti din id-darba, coupe u

convertible. Il-Peugeot 206, Malta naraha komuni fil-mudell hatchback, pero jeżistu wkoll mudelli saloon u station wagon, li ma ġewx Malta. Naħseb parti mir-raġuni hi li dawn iż-żewġ mudelli huma tnejn mill-aktar mudelli koroh fid-dinja tal-karozzi. Għall-kuntrarju, it-206 coupe convertible, karozza żgħira, b’dehra sabiħa, li toffri l-viżibilità ta’ sema blu, speċjalment fis-sajf. boot kbir iżżejjed. Biss, il-

Peugeot għandha wara li mhux kbir ħafna u li jagħmilha kemmxejn isbaħ mill-mudelli tal-istess stil. Il-windscreen xorta huwa ftit kbir, kważi jasal sa nofs is-saqaf. Fuq ġewwa għandha ftit buttuni, li jagħmluha faċli biex tużaha, u display ieħor żgħir fin-nofs li juri l-ekonomija tal-karozza, l-istazzjon tar-radju, l-ħin u t-temperatura. Laqatni ħafna l-fatt li l-glovebox hija miksija bl-istess drapp tas-seats. Fuq barra laqatni ħafna l-istil, fejn għandek speċi ta’ żewg handles fuq il-boot u fog light waħda fin-nofs, fuq wara. KWALITA` Nammetti li dejjaqni daqsxejn il-fatt li fl-iskossi tisma’ xi ċekċik. Ovvjament, wieħed jifhem li karozza mingħajr saqaf se tkun ftit inqas robusta >>

Page 27: Kurrenti - Ħarġa Numru 29 (04/2013)

minn karozza normali, biss mill-bqija ftit hemm xi tmaqdrilha. Dashboard sempliċi u buttuni li jidhru tajbin u jinħassu l-istess. Forsi wiehed ikollu xi ftit tad-diffikultà jagħżel karozza bis-saqaf jinżel, minħabba ħsarat li karozza bħal din tista’ ġġib magħha. Biss, nista’ ngħid li s-saqaf jinżel malajr u mingħajr ħoss. U dan fuq karozza tal-2004. Dejjaqni ftit il-fatt li fuq karozza Franċiża ma sibtx il-kwalità normali Ewropea bħal soft touch plastics u ġilda, għajr l-isteering u l-gear lever. Biss dawn huma gosti personali. PRATTIĊITA` Naħseb hija ħaġa ovvja li jekk wieħed irid karozza għal familja b’ xi boot kbir, mhux sejjer jagħżel it-206 cc. Biss din hija karozza żgħira, li faċli tipparkjaha u bi spazju sostanzjali fil-boot meta l-karozza tkun mgħottija. Mill-bqija, tnejn min-nies jistgħu joqogħdu komdi u jammiraw l-akbar veduta li tista’ toffri karozza. Apparti żewg postijiet fil-bibien fejn terfa l-affarijiet, il-karozza fiha biss cup holder waħda quddiem u ftit spazju fin-nofs għall-affarijiet li normalment wieħed ikollu fil-karozza. Għalkemm din il-Peugeot għandha magna potenti, xorta hija ekonomika mhux ħażin. SIGURTA` Il-karozza fiha żewġ airbags quddiem, bil-faċilità li dak tan-naħa tal-passiġġier jista’ jintefa’ jekk wieħed ipoġġi car seat għat-trabi. Il-karozza ġabet erba’ stilel fil-Euro Ncap rating, li huwa tajjeb ukoll.

Ovvjament karozza mingħajr saqaf ma tistax tkun l-iktar karozza sigura jekk il-vettura tinqaleb, pero it-206 għandha pilastru b’saħħtu fuq il-windscreen. Barra minn hekk, fuq wara, il-karozza għandha speċi ta’ żewg head restraints tal-ħadid li jitilgħu ‘l fuq biex jipproteġu l-passiġieri f’każ li l-karozza tinqaleb. Jekk wieħed iqis iż-żmien tal-karozza, ċerti difetti bħal ċekċik u n-nuqqas ta’ spazju fuq wara u fil-boot, il-karozza hija rakkomandata ħafna. Apparti minn hekk, wieħed irid biss iżomm f’moħħu s-saqaf li jinżel u l-veduta mill-isbah mill-karozza u ċertament jinsa’ d-difetti kollha tal-karozza, għax wara kollox, huwa s-saqaf li jagħmel din il-karozza speċjali fuq oħrajn.

MARK SPITERI LYNKS

Page 28: Kurrenti - Ħarġa Numru 29 (04/2013)

2013 Il-kelb mitiku ta’ Fr.Silvio ‘Springy’ li fiċ-ĊAMKamp ta’ din is-sena kien protagonist kbir.

Page 29: Kurrenti - Ħarġa Numru 29 (04/2013)

http://www.facebook.com/groups/camyouths/

Page 30: Kurrenti - Ħarġa Numru 29 (04/2013)

A NEW BEGINNING

Photographic Exhibition

05/09/2013 - 20/10/2013

CAVALIERI HOTEL – Malta

IMPRESSIONS

An Art Exhibition by Godwin

Cassar

06/09/2013 - 31/10/2013

HILTON MALTA – Malta

THE INDIAN FILM

FESTIVAL

Part of Days of India

01/10/2013 - 06/10/2013

St. James Cavalier Centre for

Creativity – Malta

60 HOUR DIVE

CHALLENGE & SCUBA

DEMO

Diving event in aid of charity

03/10/2013 - 05/10/2013

Starfish Diving – Malta

SPECTACULESQUE

Malta's ultimate evening out

04/10/2013

Chateau Buskett – Malta

NOTTE BIANCA

A mix of history, culture and

entertainment

05/10/2013

Valletta – Malta

L-IMQABBA - BISS BIL-

HILA

06/10/2013

Imqabba - Malta

MDINA GRAND PRIX 2013

The annual event of

competitive motorsport

10/10/2013 - 13/10/2013

Mdina – Malta

BIRGUFEST

The city of Vittoriosa relives

its past

11/10/2013 - 13/10/2013

Vittoriosa (Birgu) – Malta

MALTA VS CZECH

REPUBLIC

International football match

11/10/2013

Ta' Qali National Stadium –

Malta

STRUMMIN' THE

ELEMENTS

Annual live music concert

11/10/2013

Sir Temi Zammit Hall –

Malta

ILJIELI SKALIN

Re-enactments, exhibitions,

music and food

19/10/2013 - 20/10/2013

Marsaskala - Malta

MALTA INTERNATIONAL

CHOIR FESTIVAL

An outstanding event for

local and international choirs

31/10/2013 - 03/11/2013

Valletta - Malta

ĊAMYOUTHS SATURDAY MASS 8:00PM DAR ĊAMYOUTHS

Page 31: Kurrenti - Ħarġa Numru 29 (04/2013)