kwestjonarju anti-dumping - importaturi mhux relatati mal … · 2019-04-29 · artikolu 18...

16
1 IL-KUMMISSJONI EWROPEA Id-Direttorat Ġenerali għall-Kummerċ Id-Direttorat H - Difiża tal-Kummerċ #Unità IMLA DIN IL-PARTI (immarka l-kaxxa kif jixraq u daħħal isem il-kumpanija) VERŻJONI RISTRETTA (*) VERŻJONI MIFTUĦA GĦALL-KONSULTAZZJONI ISEM IL-KUMPANIJA: KWESTJONARJU ANTI-DUMPING Maħsub għal: Importaturi mhux relatati mal-produtturi esportaturi tal-(prod. inkwistjoni) fl-Unjoni Ewropea Il-Pajjiż(i) (i)kkonċernat(i) (il-pajjiż(i) (i)kkonċernat(i)) Il-prodott investigat: (il-prod. inkwistjoni) Il-prodott ikkonċernat: (il-prod. inkwistjoni) li joriġina mill-(pajjiż(i) (i)kkonċernat(i)) Perjodu ta' investigazzjoni (PI): (data) sa (data) Referenza statutorja: L-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 176, 30.06.2016, p. 21) Referenza regolatorja: Notifika ta' bidu, il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea C xxx ta' data In-numru tar- reġistrazzjoni intern: AD xxx Skadenza biex jitwieġeb il- kwestjonarju: Data Indirizz: European Commission Directorate General for Trade - Directorate H CHAR 04/039 B-1049 Brussels, BELGIUM POSTA ELETTRONIKA: [Functional Mailbox]@ec.europa.eu INNOTA LI DAN IL-KWESTJONARJU JRID JIMTELA DARBTEJN, DARBA BĦALA VERŻJONI RISTRETTA U DARBA BĦALA VERŻJONI MIFTUĦA GĦALL-KONSULTAZZJONI MINN PARTIJIET TERZI ( * ) Innota li informazzjoni kunfidenzjali hija koperta mit-terminu "ristrett" skont ir-regoli interni tal-Kummissjoni Ewropea. Għalhekk, dokumenti mmarkati bħala "ristretti" biss jitqiesu kunfidenzjali skont l-Artikolu 19 tar-Regolament (KE) Nru 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 176, 30.06.2016, p. 21) u l-Artikolu 6 tal-Ftehim tad-WTO dwar l- Implimentazzjoni tal-Artikolu VI tal-GATT 1994 (il-Ftehim dwar l-Anti-dumping). Id-dokumenti, li ma fihomx din it-tikketta, jitqiesu li mhumiex dokumenti kunfidenzjali skont dawn id-dispożizzjonijiet. Għalhekk, kull tweġiba li jkun fiha informazzjoni kunfidenzjali trid tiġi mmarkata "Ristretta".

Upload: others

Post on 17-Jul-2020

0 views

Category:

Documents


0 download

TRANSCRIPT

Page 1: KWESTJONARJU ANTI-DUMPING - Importaturi mhux relatati mal … · 2019-04-29 · Artikolu 18 tar-Regolament (KE) Nru 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. 11) Jekk beħsiebu

1

IL-KUMMISSJONI EWROPEA Id-Direttorat Ġenerali għall-Kummerċ Id-Direttorat H - Difiża tal-Kummerċ

#Unità

IMLA DIN IL-PARTI

(immarka l-kaxxa kif jixraq u

daħħal isem il-kumpanija)

VERŻJONI RISTRETTA (*)

VERŻJONI MIFTUĦA GĦALL-KONSULTAZZJONI

ISEM IL-KUMPANIJA:

KWESTJONARJU ANTI-DUMPING

Maħsub għal: Importaturi mhux relatati mal-produtturi esportaturi tal-(prod.

inkwistjoni) fl-Unjoni Ewropea

Il-Pajjiż(i) (i)kkonċernat(i) (il-pajjiż(i) (i)kkonċernat(i))

Il-prodott investigat: (il-prod. inkwistjoni)

Il-prodott ikkonċernat: (il-prod. inkwistjoni) li joriġina mill-(pajjiż(i) (i)kkonċernat(i))

Perjodu ta' investigazzjoni

(PI):

(data) sa (data)

Referenza statutorja: L-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 2016/1036 tal-Parlament

Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 176, 30.06.2016, p. 21)

Referenza regolatorja: Notifika ta' bidu, il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C xxx ta' data

In-numru tar-

reġistrazzjoni intern:

AD xxx

Skadenza biex jitwieġeb il-

kwestjonarju:

Data

Indirizz:

European Commission

Directorate General for Trade - Directorate H

CHAR 04/039 B-1049 Brussels, BELGIUM

POSTA ELETTRONIKA: [Functional Mailbox]@ec.europa.eu

INNOTA LI DAN IL-KWESTJONARJU JRID JIMTELA DARBTEJN, DARBA BĦALA VERŻJONI

RISTRETTA U DARBA BĦALA VERŻJONI MIFTUĦA GĦALL-KONSULTAZZJONI MINN PARTIJIET

TERZI

(*) Innota li informazzjoni kunfidenzjali hija koperta mit-terminu "ristrett" skont ir-regoli interni tal-Kummissjoni Ewropea.

Għalhekk, dokumenti mmarkati bħala "ristretti" biss jitqiesu kunfidenzjali skont l-Artikolu 19 tar-Regolament (KE) Nru

2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 176, 30.06.2016, p. 21) u l-Artikolu 6 tal-Ftehim tad-WTO dwar l-

Implimentazzjoni tal-Artikolu VI tal-GATT 1994 (il-Ftehim dwar l-Anti-dumping). Id-dokumenti, li ma fihomx din it-tikketta,

jitqiesu li mhumiex dokumenti kunfidenzjali skont dawn id-dispożizzjonijiet. Għalhekk, kull tweġiba li jkun fiha

informazzjoni kunfidenzjali trid tiġi mmarkata "Ristretta".

Page 2: KWESTJONARJU ANTI-DUMPING - Importaturi mhux relatati mal … · 2019-04-29 · Artikolu 18 tar-Regolament (KE) Nru 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. 11) Jekk beħsiebu

2

INDIĊI

INTRODUZZJONI.............................................................................................................. 3

TAQSIMA A - INFORMAZZJONI ĠENERALI ............................................................... 5

TAQSIMA B - IL-PRODOTT IKKONĊERNAT .............................................................. 6

TAQSIMA C - INFORMAZZJONI DWAR IX-XIRJIET ................................................. 7

TAQSIMA D - BEJGĦ TOTALI TAL-PRODOTT INVESTIGAT .................................. 8

TAQSIMA E - NETWERK TA’ DISTRIBUZZJONI U PREZZIJIET TAL-

BEJGĦ ......................................................................................................................... 8

TAQSIMA F - L-IMPJIEGI ................................................................................................ 9

TAQSIMA G - SITWAZZJONI TAL-PROFITT / TELF .................................................. 9

TAQSIMA H - KAWŻALITÀ ............................................................................................ 9

TAQSIMA I - KWISTJONIJIET OĦRAJN ....................................................................... 9

ĊERTIFIKAZZJONI ......................................................................................................... 10

GLOSSARJU .................................................................................................................... 11

ANNESS I - VERŻJONI MIFTUĦA GĦALL-KONSULTAZZJONI............................. 15

ANNESS II – DIKJARAZZJONI TAD-DRITTIJIET TAL-AWTUR ............................. 16

Page 3: KWESTJONARJU ANTI-DUMPING - Importaturi mhux relatati mal … · 2019-04-29 · Artikolu 18 tar-Regolament (KE) Nru 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. 11) Jekk beħsiebu

3

INTRODUZZJONI

Qabel ma jimtela l-kwestjonarju għandek taqra n-noti ta' informazzjoni li ġejjin:

1) Il-korrispondenza kollha trid tirreferi għan-numru tar-Reġistrazzjoni tal-

Kummissjoni intern tal-proċedimenti kif muri fil-paġna ta' quddiem.

2) Wieġeb il-mistoqsijiet fl-ordni ppreżentat fil-kwestjonarju. Mehmużin hemm CD-R

bil-kwestjonarju vojt f'Word u fajl excel vojt biex taħdem fuqu / Mehmużin mal-ittra

elettronika ta’ akkumpanjament hemm kwestjonarju vojt f'Word u fajl excel vojt biex

taħdem fuqu. Il-fajl excel jinkludi folji li jikkorrispondu għat-taqsimiet fil-

kwestjonarju. Tista' tirrapporta ċifri fuq il-bażi ta' rati tal-kambju differenti minn

dawk proposti fil-fajl excel, jekk ikun iġġustifikat.

3) Inti mistenni tibgħat it-tweġiba tiegħek bil-fajls elettroniċi kollha fl-indirizz

elettroniku funzjonali: [agħti l-indirizz tal-posta elettronika preċiż] jew, jekk il-fajls

ikunu kbar wisq, ipprovdi verżjoni elettronika tal-kwestjonarju inklużi l-annessi

tiegħu u d-data kollha fuq CD-R/DVD billi tibgħatha bil-posta jew personalment. Iċ-

"Ċertifikazzjoni" għandha tiġi pprovduta elettronikament ukoll

4) Iż-żoni griżi li se ssib fil-folji tal-excel fihom formuli u ma għandhomx jinbidlu. Il-

fajls tad-data ma għandu jkun fihom l-ebda separatur, ħolqa, spazju, eċċ., bejn il-

valuri individwali.

5) Dejjem identifika l-unitajiet kollha tal-kejl u l-muniti użati fit-tabelli, fil-listi u fil-

kalkoli.

6) L-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea huma elenkati fil-glossarju. Tweġibiet għal

mistoqsijiet li jirreferu għal "Unjoni Totali" jew "l-Unjoni Ewropea" għandhom

jinkluduhom kollha.

7) Tħalli l-ebda mistoqsija jew taqsima vojta. Jekk it-tweġiba tkun "le" jew "mhux

applikabbli", għandek tgħid hekk. Huwa fl-interess tiegħek li twieġeb kemm jista'

jkun preċiż u komplet u li tehmeż id-dokumenti ta' prova kollha kif mitlub.

8) Il-folji u d-dokumenti kollha użati biex twieġeb dan il-kwestjonarju, b'mod

partikolari dawk li jorbtu l-informazzjoni fornuta mar-reġistri tal-kontabilità u

tal-ġestjoni, għandhom jinżammu għal finijiet ta' verifiki fuq il-post mill-

Kummissjoni Ewropea.

9) Jekk ikollok kwalunkwe problema biex timla l-kwestjonarju, ikkuntattja lill-uffiċjali

tal-Kummissjoni inkarigati mill-proċediment minnufih — dawn jgħinuk.

Informazzjoni ġenerali dwar il-proċessi ta’ difiża tal-kummerċ (ħarsa ġenerali, passi,

eċċ) tinsab fis-sit http://ec.europa.eu/trade/tackling-unfair-trade/trade-defence/

10) Jekk il-Kummissjoni ma tirċivix l-informazzjoni mitluba fil-ħin speċifikat, jistgħu

jittieħdu deċiżjonijiet preliminari jew finali fuq il-bażi tal-fatti disponibbli skont l-

Artikolu 18 tar-Regolament (KE) Nru 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-

Kunsill.

11) Jekk beħsiebu jkollok parti oħra taġixxi f'ismek, eż. ditta legali, ditta tal-kontabilità jew ditta

tal-konsulenza, kun ċert li l-Kummissjoni tirċievi kopja skenjata tal-prokura oriġinali u imla

t-tabella tar-rappreżentant legali.

12) L-informazzjoni mibgħuta lill-Kummissjoni għall-fini tal-investigazzjonijiet għad-difiża tal-

kummerċ għandha tkun ħielsa mid-drittijiet tal-awtur. Il-partijiet interessati, qabel ma

Page 4: KWESTJONARJU ANTI-DUMPING - Importaturi mhux relatati mal … · 2019-04-29 · Artikolu 18 tar-Regolament (KE) Nru 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. 11) Jekk beħsiebu

4

jippreżentaw lill-Kummissjoni informazzjoni u/jew data soġġetti għad-drittijiet tal-awtur ta'

terzi persuni, iridu jitolbu permess speċifiku lid-detentur tad-drittijiet li jippermetti

b'mod espliċitu a) li l-Kummissjoni tuża l-informazzjoni u d-data għall-iskop ta' dan

il-proċediment tad-difiża tal-kummerċ u b) li tipprovdi l-informazzjoni u/jew id-data

lill-partijiet interessati f'din l-investigazzjoni f'għamla li tippermettilhom li jeżerċitaw

id-dritt tad-difiża tagħhom. Il-partijiet interessati huma mistiedna jimlew il-formola

annessa (l-Anness II) li tikkonferma li l-informazzjoni mibgħuta mhix soġġetta għad-

drittijiet tal-awtur jew li kisbu l-permess imsemmi fuq qabel ma bagħtuha. Il-partijiet

interessati għandhom jikkuntattjaw lill-Kummissjoni għal kull dubju dwar l-ittrattar ta'

informazzjoni koperta mid-drittijiet tal-awtur.

Page 5: KWESTJONARJU ANTI-DUMPING - Importaturi mhux relatati mal … · 2019-04-29 · Artikolu 18 tar-Regolament (KE) Nru 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. 11) Jekk beħsiebu

5

TAQSIMA A - INFORMAZZJONI ĠENERALI

A - 1. Identità u Komunikazzjoni

Agħti d-dettalji mitluba fil-fajl excel. F'każ li tkun qabbadt rappreżentant legali jassistik fil-proċediment,

ipprovdi d-dettalji mitluba fil-fajl excel u ibgħat kopja skenjata tal-prokura oriġinali.

A – 2. Informazzjoni dwar l-azzjonisti u informazzjoni korporattiva addizzjonali

Elenka l-ismijiet tal-azzjonisti prinċipali (li kellhom iktar minn 5% tal-ishma waqt il-perjodu ta'

investigazzjoni) tal-kumpanija tiegħek u indika l-perċentwal u l-attivitajiet ta' dawn l-azzjonisti.

Fir-rigward tal-prodott investigat:

1. Agħti dijagramma li turi l-istruttura ġerarkika u organizzattiva interna tal-kumpanija tiegħek. Id-

dijagramma għandha turi l-unitajiet kollha involuti fil-bejgħ u d-distribuzzjoni tal-prodott

investigat fl-UE u s-swieq tal-esportazzjoni. Indika b'mod ċar ir-rwol tal-kumpanija tiegħek.

2. Uri l-istruttura korporattiva u l-affiljazzjonijiet tal-kumpanija tiegħek, inklużi l-kumpaniji omm,

is-sussidjarji jew kumpani relatati oħrajn involuti mal-prodott investigat fl-UE u s-swieq tal-

esportazzjoni. Għal din il-fini tista' tagħti grafika.

3. Indika kif tista' tiġi ddefinita l-kumpanija tiegħek: Importatur - negozjant - sensar - aġent - oħrajn

(speċifika).

4. Indika jekk hix il-kumpanija tiegħek stess li twaħħal it-tikketti u/jew tippakkja l-prodotti mixtrija,

jekk tużax kumpanija speċjalizzata għall-ittikkettjar u/jew l-ippakkjar bħala sottokuntrattur jew

jekk il-prodott jinbiegħx kif inhu.

5. Jekk, fir-rigward tal-prodott investigat, il-kumpanija tiegħek ikollha rabtiet kuntrattwali ma'

kumpaniji, jew persuni fiżiċi jew ġuridiċi oħrajn, li jinsabu fl-UE jew f'pajjiżi terzi, rigward il-

produzzjoni, l-importazzjonijiet u l-bejgħ, irrapporta l-eżistenza ta' dawn ir-rabtiet u żomm kopji

lesti għall-possibbiltà ta' spezzjoni.

A - 3. Firxa tal-prodotti

1. Ipprovdi lista tal-kategoriji ewlenin kollha ta' prodotti ffabbrikati u/jew kummerċjalizzati

mill-kumpanija tiegħek. Jekk il-prodotti ġejjin minn gruppi ta’ prodotti distinti, indika dawn il-

gruppi kif ukoll il-prodotti ewlenin li jappartjenu għal dawk il-gruppi.

2. F'każ li tuża l-prodott investigat fi prodotti manifatturati u/jew kummerċjalizzati mill-kumpanija

tiegħek, ipprovdi lista ta' kull tip ta' dawn il-prodotti. Indika r-rilevanza tal-prodott investigat fil-

prodott finali (valur relattiv fil-prodott finali).

A - 4. Fatturat

Imla t-tabella fil-fajl excel, li tikkorrispondi mal-munita tar-rapport finanzjarju tiegħek u f'dik il-

munita.

Page 6: KWESTJONARJU ANTI-DUMPING - Importaturi mhux relatati mal … · 2019-04-29 · Artikolu 18 tar-Regolament (KE) Nru 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. 11) Jekk beħsiebu

6

TAQSIMA B - IL-PRODOTT IKKONĊERNAT

B.1 Il-Kamp ta' Applikazzjoni tal-Investigazzjoni

Il-prodott kopert minn dan il-proċediment huwa [IKTEB DESKRIZZJONI] ("il-prodott

investigat"), ….. Il-prodott deskritt li hu kopert minn dan il-proċediment bħalissa huwa kopert

mill-kodiċijiet NM [IKTEB IL-KODIĊIJIET].

Dawn il-kodiċijiet NM qed jingħataw għal skopijiet ta' informazzjoni biss u ma għandhom l-ebda

effett vinkolanti fuq il-klassifikazzjoni tal-prodott.

Kull referenza għall-prodott investigat f'dan il-kwestjonarju tirreferi għad-deskrizzjoni tal-prodott

ta' hawn fuq. Dan il-proċediment ma jikkonċernax prodotti li ma jaqblux mad-deskrizzjoni ta'

hawn fuq.

B.2 Il-komparabilità tal-prodott

Ikkummenta dwar il-komparabilità tal-prodott investigat importat mill-pajjiż ikkonċernat ma' dak

prodott fl-UE, u identifika kull differenza (eż. karatteristiċi tekniċi jew fiżiċi, prezzijiet, użi,

eċċ…). Meta jkun possibbli, dan it-tqabbil għandu jkun ipprovdut fil-forma tat-tabella pprovduta

fil-fajl excel.

Sa kemm ikun possibbli, ipprovdi din id-data wkoll fir-rigward tal-prodott investigat importat

minn pajjiżi terzi oħrajn mhux koperti mill-proċediment attwali.

Page 7: KWESTJONARJU ANTI-DUMPING - Importaturi mhux relatati mal … · 2019-04-29 · Artikolu 18 tar-Regolament (KE) Nru 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. 11) Jekk beħsiebu

7

TAQSIMA C - INFORMAZZJONI DWAR IX-XIRJIET

C.1 Lista tranżazzjoni tranżazzjoni (T-by-T)

Ta' min jinnota li l-Kummissjoni tista' titlob jekk ikun hemm bżonn matul l-investigazzjoni, fajl

tal-kompjuter bix-xirjiet kollha tal-prodott ikkonċernat maħsuba għall-konsum fl-UE rrappurtati.

F'dak il-każ, tirċievi kwestjonarju supplimentari bil-fajl tal-kompjuter u l-linji gwida rilevanti.

C. 2 Taqsiriet

Jekk ix-xirjiet isiru permezz ta’ sussidjarja jew intermedjarju, ipprovdi d-dettalji.

1. Xirjiet tal-prodott investigat – volum

Indika t-total tax-xirjiet kollha tal-prodott investigat li għamlet il-kumpanija tiegħek kif mitlub

fil-fajl excel

2. Xirjiet tal-prodott investigat – valur

Indika l-valur CIF nett fil-fruntiera tal-UE (jew il-valur tal-fabbrika jekk ta' oriġini mill-UE) wara

t-tnaqqis tal-iskonti u r-ribassi kollha. Jekk il-prezz fatturat huwa qabel il-livell ta' CIF fil-

fruntiera tal-UE, indika l-ispejjeż imġarrba minnek għat-trasport u/jew in-nol u l-assigurazzjoni

lill-fruntiera tal-UE.

3. Żvilupp tal-prezzijiet tax-xiri

Imla t-tabella korrispondenti tal-fajl excel mehmuż.

C.3 Tranżazzjonijiet sinifikanti

Għall-ikbar għaxar tranżazzjonijiet li jikkonċernaw il-prodott ikkonċernat mixtri mill-pajjiż(i)

(i)kkonċernat(i) u mibjugħ fl-Unjoni Ewropea, imla t-tabella li ġejja u pprovdi kopji tal-fatturi

rilevanti, u tad-dokumenti doganali rilevanti.

Page 8: KWESTJONARJU ANTI-DUMPING - Importaturi mhux relatati mal … · 2019-04-29 · Artikolu 18 tar-Regolament (KE) Nru 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. 11) Jekk beħsiebu

8

TAQSIMA D - BEJGĦ TOTALI TAL-PRODOTT INVESTIGAT

D.1. Bejgħ tal-prodott investigat lil klijenti mhux relatati

Indika l-kwantità u l-valur totali tal-bejgħ kollu1 mill-kumpanija tiegħek tal-prodott investigat

lil klijenti mhux relatati fil-format mitlub (ara l-fajl excel). Il-folji kollha użati għall-mili tat-

tabelli ta' hawn taħt għandhom jinżammu lesti għal spezzjoni sabiex tiġi ffaċilitata r-

rikonċiljazzjoni ta' dawn iċ-ċifri mal-kontijiet finanzjarji u tal-ġestjoni tiegħek.

D.2. Bejgħ ta' prodotti lesti bl-użu jew bl-inkorporazzjoni tal-prodott investigat (JEKK

APPLIKABBLI)

Indika l-kwantità u l-valur totali ta' dan il-bejgħ2 fil-format mitlub (ara l-fajl excel).

TAQSIMA E - NETWERK TA’ DISTRIBUZZJONI U PREZZIJIET TAL-BEJGĦ

E.1 Sistema ta’ distribuzzjoni u kanali tal-bejgħ tal-prodott investigat

Spjega n-netwerk ta’ distribuzzjoni tal-kumpanija fl-Unjoni Ewropea u ddeskrivi l-kanal tal-

bejgħ differenti sal-ewwel klijent indipendenti.

Iddeskrivi d-differenza f'dawn il-kanali tal-bejgħ fit-tabella fil-fajl excel (innota li l-informazzjoni

tikkonċerna biss bejgħ lill-ewwel parti mhux relatata). Indika kif il-bejgħ permezz ta' kanali tal-

bejgħ differenti jaffettwa l-prezz tal-bejgħ tal-kumpanija tiegħek.

Irreferi għall-Istat(i) Membru/i fejn jinsabu dawn il-klijenti, l-importanza tagħhom f'termini ta'

fatturat u t-termini standard tal-bejgħ għal kull kategorija ta’ klijenti (bħall-kundizzjonijiet tal-

bejgħ u tal-konsenja, l-ispejjeż tat-trasport, l-ispejjeż tal-imballaġġ, l-iskonti diretti u dawk

differiti, il-kummissjonijiet imħallsa, eċċ.).

E.2. Il-prezzijiet tal-prodott investigat mibjugħ mill-kumpanija tiegħek fl-UE

Ipprovdi l-iktar listi tal-prezzijiet rilevanti użati għall-PI u l-aħħar sena kalendarja jew sena

finanzjarja qabel il-PI. Spjega kif jintużaw fin-negozjar ta' kuntratti tal-bejgħ individwali.

Fil-każ li ma jintużawx listi tal-prezzijiet, spjega fuq liema bażi jiġu ffissati l-prezzijiet bażi. Jekk

dan jimplika l-użu ta' dokumenti standard, ipprovdilna kopja ta' dawn id-dokumenti.

Jekk il-prezzijiet ikunu bbażati fuq kuntratti, spjega l-proċess tan-negozjar tal-kuntratti u pprovdi

d-dokumentazzjoni kollha għall-iktar klijenti importanti, li flimkien jirrappreżentaw tal-inqas

30% tal-bejgħ tal-kumpanija tiegħek fis-suq tal-Unjoni.

Ipprovdi dokumentazzjoni sħiħa (mill-kuntratt tal-bejgħ sal-pagament finali) dwar tliet

tranżazzjonijiet ta’ bejgħ, magħżula b’mod aleatorju, lil klijenti indipendenti f'kanali ta'

distribuzzjoni differenti fl-UE. Ehmeż il-formoli tal-ordnijiet, id-dokumenti tat-trasport, il-

kuntratti tal-kreditu, ir-rendikonti bankarji, eċċ.

1 Nett, liberu mit-taxxi kollha, wara l-iskonti kollha. Indika l-munita. 2 Nett, liberu mit-taxxi kollha, wara l-iskonti kollha. Indika l-munita.

Page 9: KWESTJONARJU ANTI-DUMPING - Importaturi mhux relatati mal … · 2019-04-29 · Artikolu 18 tar-Regolament (KE) Nru 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. 11) Jekk beħsiebu

9

Indika n-natura u l-ammont tal-pagamenti li saru lil kull parti terza relatati mal-bejgħ (eż.

royalties, kummissjonijiet, spejjeż ta' distribuzzjoni u tar-reklamar, eċċ.). Semmi kif jiġu

kkunsidrati fil-prezzijiet tal-bejgħ.

E.3. Spejjeż addizzjonali

Ikkummenta dwar l-ispejjeż li ġġarrab il-kumpanija tiegħek bejn l-importazzjoni (fruntiera tal-

Unjoni) tal-prodott investigat u l-wasla fil-maħżen tiegħek u kkalkula l-inċidenza ta' dawk l-

ispejjeż jew bħala perċentwal tal-prezz tax-xiri jew bħala ammont fiss skont l-"unità tal-kejl" tal-

prodott ikkonċernat. Imla t-tabella excel kif xieraq.

TAQSIMA F - L-IMPJIEGI

Ipprovdi tabella li turi l-għadd medju ta' nies impjegati mill-kumpanija tiegħek fl-Unjoni

Ewropea (ara l-fajl excel).

TAQSIMA G - SITWAZZJONI TAL-PROFITT / TELF

Din it-taqsima tirreferi għall-profittabbiltà tal-bejgħ tiegħek tal-prodott investigat u l-prodott

ikkonċernat fl-Unjoni Ewropea.

Imla t-tabella korrispondenti fil-fajl excel kif mitlub. Imbagħad spjega fil-qosor kif inġabret id-

data li ntużat biex timtela kull kaxxa, jiġifieri l-ammont assolut ta' profitt/telf.

TAQSIMA H - KAWŻALITÀ

Semmi u elabora kull kawża ħlief għall-importazzjonijiet tal-prodott inkwistjoni mill-pajjiż

ikkonċernat li seta' kkontribwixxa għad-dannu li allegatament sofriet l-Industrija tal-Unjoni.

TAQSIMA I - KWISTJONIJIET OĦRAJN

I. Indika jekk il-kumpanija tiegħek tkunx favur jew kontra l-impożizzjoni ta' miżuri anti-

dumping.

Page 10: KWESTJONARJU ANTI-DUMPING - Importaturi mhux relatati mal … · 2019-04-29 · Artikolu 18 tar-Regolament (KE) Nru 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. 11) Jekk beħsiebu

10

II. Klijenti - Semmi l-ħames klijenti ewlenin tiegħek għall-prodott investigat (fl-UE jew barra) u

imla t-tabella fil-fajl excel.

III. Fornituri - Semmi l-ħames fornituri ewlenin tiegħek tal-prodott investigat (fl-UE jew barra) u

imla t-tabella fil-fajl excel.

IV. X'jiġrilhom n-negozju tiegħek u s-suq b'mod ġenerali jekk ikunu imposti miżuri fuq

l-importazzjonijiet tal-prodott inkwistjoni minn XXX?

V. X'jiġrilhom n-negozju tiegħek u s-suq b'mod ġenerali jekk ma jkunux imposti miżuri

fuq l-importazzjonijiet tal-prodott inkwistjoni minn XXX?

VI. Xi jkunu, fil-fehma tiegħek, l-effetti tal-miżuri anti-dumping fuq:

L-industriji upstream (fornituri ta' materja prima u produtturi tal-makkinarju)

Importaturi, operaturi tas-suq, bejjiegħa bl-imnut u kull parti intermedjarja

L-industriji downstream u l-utenti

L-utenti finali u l-konsumaturi

ĊERTIFIKAZZJONI

Is-sottoskritt jiċċertifika li l-informazzjoni kollha hawnhekk, fornuta bi tweġiba għall-

kwestjonarju hija kompluta u korretta skont l-aħjar għarfien u twemmin tiegħu u jifhem li l-

informazzjoni ppreżentata tista' tkun soġġetta għal awditjar u verifika mill-Kummissjoni

Ewropea.

Numru tar-reġistrazzjoni intern (ara l-paġna 1):

Isem il-kumpanija:

VERŻJONI RISTRETTA (*) VERŻJONI MIFTUĦA GĦALL-

KONSULTAZZJONI

_____________________ _______________________

Data Firma tal-uffiċjal awtorizzat

_____________________ _______________________

Timbru tal-kumpanija

_______________________

Isem u titlu tal-uffiċjal awtorizzat

Page 11: KWESTJONARJU ANTI-DUMPING - Importaturi mhux relatati mal … · 2019-04-29 · Artikolu 18 tar-Regolament (KE) Nru 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. 11) Jekk beħsiebu

GLOSSARJU

Unità ta' xogħol annwali/UXA

Fid-dawl tar-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2003/361/KE rigward id-definizzjoni

ta' SME, l-ammont tal-persunal għandu jiġi espress f'unitajiet ta' xogħol annwali

(UXA). Kull min ħadem full-time f’intrapriża, jew f'isimha, matul is-sena bażi kollha

jgħodd bħala unità waħda. Staff part-time, ħaddiema staġjonali u min ma ħadimx is-

sena kollha għandhom jiġu ttrattati bħala frazzjonijiet ta' unità waħda.

Pajjiż tal-oriġini

Il-pajjiż tal-oriġini normalment ikun jew il-pajjiż fejn ikun inħoloq kompletament il-prodott

jew, meta jkun ikkonċernat iktar minn pajjiż wieħed fil-produzzjoni tiegħu, il-pajjiż fejn saret

l-aħħar trasformazzjoni sostanzjali.

Dumping

Prodott jitqies li jkun oġġett ta’ dumping jekk il-prezz tal-esportazzjoni tiegħu lejn l-Unjoni

Ewropea jkun inqas minn prezz komparabbli għal prodott simili, fl-andament normali tal-

kummerċ, kif stabbilit għall-pajjiż esportatur jew għal pajjiż terz b'ekonomija orjentata lejn is-

suq.

European Commission

Il-Kummissjoni Ewropea hija l-organu eżekuttiv tal-Unjoni Ewropea. Fil-proċedimenti

anti-dumping hija għandha r-responsabbiltà li tirċievi l-ilmenti u għat-twettiq tal-

investigazzjoni anti-dumping. Il-Kummissjoni Ewropea hija l-uniku korp deċiżjonali li

jfisser li tiddeċiedi fost affarijiet oħra jekk timponix dazji proviżorji jew definittivi,

ittemmx il-proċedimenti u taċċettax l-impenji.

Pajjiż esportatur

Il-pajjiż esportatur normalment ikun il-pajjiż tal-oriġini. Madanakollu, jista' jkun pajjiż

intermedjarju, ħlief fejn, pereżempju, il-prodotti jkunu sempliċiment trasbordati minn dak il-

pajjiż, jew il-prodotti kkonċernati ma jkunux saru f'dak il-pajjiż, jew ma jkunx hemm prezz

komparabbli għalihom f'dak il-pajjiż.

Prezz tal-esportazzjoni

Il-prezz tal-esportazzjoni huwa l-prezz effettivament imħallas jew li għandu jitħallas għall-

prodott ikkonċernat meta jinbiegħ għall-esportazzjoni lejn l-Unjoni Ewropea, jew lejn pajjiżi

oħrajn.

Klijenti indipendenti

Klijent jitqies indipendenti jekk ma jkunx jista' jiġi ddefinit bħala kumpanija relatata; ara taħt

kumpanija relatata.

Perjodu ta' investigazzjoni (PI)

Page 12: KWESTJONARJU ANTI-DUMPING - Importaturi mhux relatati mal … · 2019-04-29 · Artikolu 18 tar-Regolament (KE) Nru 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. 11) Jekk beħsiebu

12

Għall-fini ta' konklużjonijiet rappreżentattivi, għandu jintgħażel perjodu ta' investigazzjoni li,

fil-każ ta' dumping ikopri normalment perjodu ta' mhux inqas min sitt xhur immedjatament

qabel il-bidu tal-proċedimenti. Il-perjodu ta' investigazzjoni huwa indikat fil-kwestjonarju.

Stati Membri: Irreferi għall-kodiċijiet tal-pajjiż / munita

Pajjiż Kodiċi Munita

L-Awstrija AT EUR

Il-Belġju BE EUR

Il-Bulgarija BG BGN

Il-Kroazja HR HRK

Ċipru CY EUR

Ir-Repubblika

Ċeka

CZ CZK

Id-Danimarka DK DKK

L-Estonja EE EUR Il-Finlandja FI EUR Franza FR EUR

Il-Ġermanja DE EUR

Il-Greċja GR EUR

L-Ungerija HU HUF

L-Irlanda IE EUR

L-Italja IT EUR

Il-Latvja LV EUR Il-Litwanja LT EUR Il-Lussemburgu LU EUR Malta MT EUR

In-Netherlands NL EUR

Il-Polonja PL PLN

Il-Portugall PT EUR

Ir-Rumanija RO RON

Is-Slovakkja SK EUR

Is-Slovenja SL EUR

Spanja ES EUR

L-Iżvezja SE SEK

Ir-Renju Unit UK GBP

Page 13: KWESTJONARJU ANTI-DUMPING - Importaturi mhux relatati mal … · 2019-04-29 · Artikolu 18 tar-Regolament (KE) Nru 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. 11) Jekk beħsiebu

13

Spejjeż ta' wara l-importazzjoni: L-ispejjeż tat-trasport mill-punt tal-importazzjoni

sal-istabbiliment tal-kumpanija tiegħek. Spejjeż addizzjonali tal-imballaġġ. Spejjeż

finanzjarji oħra u spejjeż li jkopru l-aġent doganali/is-sensar.

Kumpaniji relatati: Għall-finijiet tal-mili tal-kwestjonarju, persuni fiżiċi jew ġuridiċi

(jiġifieri kumpaniji) għandhom jitqiesu li jkunu relatati biss jekk:

ikunu uffiċjali jew diretturi tan-negozju ta’ xulxin

ikunu soċji fin-negozju rikonoxxuti legalment

ikunu impjegatur u l-impjegat tiegħu

kull persuna li direttament jew indirettament għandha s-sjieda, il-kontroll jew il-

pussess ta' 5 % jew aktar tal-istokk jew tal-ishma maħruġa bi dritt tal-vot tat-tnejn li

huma, jew

wieħed minnhom, direttament jew indirettament jikkontrolla lill-ieħor, jew

it-tnejn li huma jinsabu direttament jew indirettament kontrollati minn terzi, jew

flimkien, direttament jew indirettament, jikkontrollaw terzi.

ikunu membri tal-istess familja

Spejjeż tal-bejgħ, ġenerali u amministrattivi (SBĠA) kumpanija ta' produzzjoni

Is-SBĠA huma parti mill-ispejjeż totali:

+ l-ispejjeż tal-materjali

+ l-ispejjeż tax-xogħol dirett

+ l-ispejjeż ġenerali tal-manifattura

= l-ispejjeż tal-produzzjoni

+ l-ispejjeż tas-SBĠA

= l-ispejjeż totali

Is-SBĠA jinkludu l-ispejjeż tal-bejgħ, ġenerali u amministrattivi inkluż l-ispejjeż finanzjarji.

Intrapriża żgħira jew ta’ daqs medju (SME): L-intrapriżi jikkwalifikaw bħala

mikrointrapriżi, intrapriżi żgħar u ta' daqs medju (SMEs) jekk jissodisfaw il-kriterji

stabbiliti fir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2003/361/KE rigward id-definizzjoni

ta’ SME. Dawn il-kriterji huma miġburin fil-qosor fit-tabella ta’ hawn taħt. Minbarra l-

ammont massimu ta' persunal, intrapriża tikkwalifika bħala SME jekk tissodisfa l-limitu

tal-fatturat jew il-limitu tal-karta tal-bilanċi, imma mhux neċessarjament it-tnejn li

huma.

Kategorija ta'

intrapriżi

Ammont tal-

Persunal Fatturat jew

Total tal-karta tal-

bilanċi

ta' daqs medju < 250 ≤ € 50

miljun ≤ € 43 miljun

Żgħar < 50 ≤ € 10

miljun ≤ € 10 miljun

Mikrointrapriżi < 10 ≤ €2 miljun ≤ €2 miljun

Page 14: KWESTJONARJU ANTI-DUMPING - Importaturi mhux relatati mal … · 2019-04-29 · Artikolu 18 tar-Regolament (KE) Nru 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. 11) Jekk beħsiebu

14

Ħażniet: Inventarji ta' prodotti lesti għandhom jiġu rrappurtati.

Page 15: KWESTJONARJU ANTI-DUMPING - Importaturi mhux relatati mal … · 2019-04-29 · Artikolu 18 tar-Regolament (KE) Nru 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. 11) Jekk beħsiebu

15

ANNESS I - VERŻJONI MIFTUĦA GĦALL-KONSULTAZZJONI

Meta timla l-verżjoni tal-kwestjonarju miftuħa għall-konsultazzjoni minn partijiet interessati

trid iżżomm f’moħħok li l-esportaturi, l-importaturi u l-prodotturi l-oħra tal-Unjoni kollha

jkollhom aċċess għaliha. It-tweġiba miftuħa għall-konsultazzjoni għandha tkun f'dettall

biżżejjed biex tippermetti fehim raġonevoli tas-sustanza tal-informazzjoni ppreżentata b'mod

kunfidenzjali.

Biex nassistuk timla l-verżjoni tal-kwestjonarju miftuħ għall-konsultazzjoni minn partijiet

interessati, nagħtuk il-parir li tipproċedi kif ġej:

1. Uża t-tweġiba għall-kwestjonarju "ristrett" mimli bħala bażi. Identifika l-informazzjoni

kollha fit-tweġiba ristretta li tqis li mhix ristretta u kkupjaha fil-verżjoni miftuħa għall-

konsultazzjoni.

2. Wara dan, erġa' ara li l-informazzjoni li ma kkupjajtx fil-fajl għall-konsultazzjoni hija

verament ristretta. Jekk tqisha kunfidenzjali, trid tagħti r-raġunijiet għal kull waħda u tiġbor

l-informazzjoni ristretta fil-qosor f'forma li tkun adatta għall-konsultazzjoni mill-partijiet

interessati. Jekk, f'ċirkostanzi ta' eċċezzjoni, lanqas ma jkun possibbli li l-informazzjoni

ristretta tinġabar fil-qosor, agħti r-raġunijiet għala dan mhux possibbli.

3. Irreferi għar-regoli ġenerali dwar informazzjoni kunfidenzjali vs mhux kunfidenzjali.

Eżempji dwar kif l-informazzjoni "ristretta" tinġabar fil-qosor

Meta l-informazzjoni tikkonċerna numri għal diversi snin tista' tuża l-indiċijiet.

Eżempju ta' informazzjoni ristretta:

2006 2007 2008

20 000 EUR 30 000 EUR 40 000 EUR

It-taqsira miftuħa għall-konsultazzjoni mill-partijiet interessati tista' tkun kif ġej:

2006 2007 2008

100 150 200

Meta l-informazzjoni tikkonċerna numru wieħed tista' tapplika bidla f'% għalih.

Eżempju ta' ċifra ristretta:

"L-ispiża tal-produzzjoni hija EUR 300 t-tunnellata"

It-taqsira miftuħa għall-konsultazzjoni tista' tkun kif ġej:

"L-ispiża tal-produzzjoni hija EUR 330 t-tunnellata" (+ nota f'qiegħ il-paġna li tgħid: "in-

numri reali ġew emendati b'marġni ta' massimu + 10% biex titħares il-kunfidenzjalità").

Meta l-informazzjoni ristretta tikkonċerna test, tista' jew tiġbru fil-qosor jew tneħħi l-ismijiet

tal-partijiet billi tindika l-funzjoni tagħhom.

Eżempju: TRADING COMPANY Ltd qaltli li l-prezzijiet tal-importazzjoni kienu 20%

anqas.

Taqsira għall-konsultazzjoni mill-partijiet interessati: [wieħed mill-klijenti tiegħi] qalli li l-

prezzijiet tal-importazzjoni kienu 20% anqas.

Page 16: KWESTJONARJU ANTI-DUMPING - Importaturi mhux relatati mal … · 2019-04-29 · Artikolu 18 tar-Regolament (KE) Nru 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. 11) Jekk beħsiebu

16

ANNESS II – DIKJARAZZJONI TAD-DRITTIJIET TAL-AWTUR

Agħżel waħda mill-alternattivi speċifikati hawn taħt u imla l-forma rispettiva kif indikat fil-punt

12 tal-Introduzzjoni għal dan il-Kwestjonarju.

Alternattiva 1 – it-tweġiba għall-kwestjonarju ma fiha l-ebda informazzjoni suġġetta

għad-drittijiet tal-awtur:

"Jiena, is-Sur/Sa ..., niddikjara li l-ebda biċċa mill-informazzjoni u/jew data mibgħuta f'din it-

tweġiba għall-kwestjonarju ma hi suġġetta għad-drittijiet tal-awtur ta' terzi"

Alternattiva 2 – it-tweġiba għall-kwestjonarju fiha informazzjoni suġġetta għad-drittijiet

tal-awtur

a) Permess miksub:

"Jiena, is-Sur/Sa ..., niddikjara li qed nibgħat informazzjoni u/jew data lill-Kummissjoni fit-

tabelli/annessi eċċ. li hi suġġetta għad-drittijiet tal-awtur ta’ terzi li tlabt u ksibt permess

għalihom mingħand id-detentur(i) tad-drittijiet tal-awtur (isem/ijiet il-kumpanija/i) li

espliċitament jippermetti [ehmeż id-dokument li jikkonferma l-permess jekk possibbli]:

- il-Kummissjoni tuża l-informazzjoni u d-data għall-fini ta' dan il-proċediment ta' difiża tal-

kummerċ u

- tipprovdi l-informazzjoni u/jew id-data lill-partijiet interessati ta' din l-investigazzjoni

Niddikjara wkoll li l-informazzjoni u d-data kollha ppreżentata għall-fini ta' din l-

investigazzjoni huma liberi mid-drittijiet tal-awtur."

b) Permess mhux miksub:

"Jiena, is-Sur/Sa ..., niddikjara li qed nibgħat informazzjoni u/jew data lill-Kummissjoni fit-

tabelli/annessi eċċ. li hi suġġetta għad-drittijiet tal-awtur ta’ terzi li tlabt imma ma ksibtx

permess għalihom mingħand id-detentur(i) tad-drittijiet tal-awtur (isem/ijiet il-kumpanija/i)

biex nipprovdi l-informazzjoni u/jew id-data lill-partijiet interessati f'din l-investigazzjoni (Qed

nipprovdi taqsira tal-informazzjoni suġġetta għad-drittijiet tal-awtur).

Niddikjara wkoll li l-informazzjoni u d-data kollha ppreżentata għall-fini ta' din l-

investigazzjoni huma liberi mid-drittijiet tal-awtur."