l-epifanija tal-mulej

61

Click here to load reader

Upload: storm

Post on 10-Jan-2016

107 views

Category:

Documents


9 download

DESCRIPTION

L-Epifanija tal-Mulej. Ċ. Qari I Is-sebħ tal-Mulej jiddi fuqek . Qari mill-Ktieb tal-Profeta Isaija. 60 , 1-6. Ċ milied. Qum ! Ħa jiddi wiċċek ! Id-dawl tiegħek wasal! Jiddi fuqek sebħ il-Mulej !. Ċ milied. Ara d-dlamijiet jiksu l-art, u sħab iswed il-popli: - PowerPoint PPT Presentation

TRANSCRIPT

Page 1: L-Epifanija tal-Mulej

L-Epifanija tal-MulejĊ

Page 2: L-Epifanija tal-Mulej

Qari IIs-sebħ tal-Mulej jiddi fuqek.

Qari mill-Ktiebtal-Profeta Isaija.60, 1-6

Ċmilied

Page 3: L-Epifanija tal-Mulej

Qum! Ħa jiddi wiċċek!Id-dawl tiegħek wasal!Jiddi fuqek sebħ il-Mulej!

Ċmilied

Page 4: L-Epifanija tal-Mulej

Ara d-dlamijiet jiksu l-art, u sħab iswed il-popli:iżda fuqek jiddi l-Mulej, u s-sebħ tiegħu jfiġġ fuqek.

Ċmilied

Page 5: L-Epifanija tal-Mulej

Il-ġnus għad jimxu fid-dawl tiegħek,u s-slaten fid-dija tas-sebħ tiegħek.

Ċmilied

Page 6: L-Epifanija tal-Mulej

Għolli u dawwar għajnejk madwarek u ara:ilkoll miġbura ġejjin għandek.”

Ċmilied

Page 7: L-Epifanija tal-Mulej

Uliedek ġejjin mill-bogħod,u bnietek iġorruhom fuq id-dirgħajn.

Ċmilied

Page 8: L-Epifanija tal-Mulej

Imbagħad tħares u wiċċek jiddi,u tħabbat u timtela qalbek,

Ċmilied

Page 9: L-Epifanija tal-Mulej

għax fuqek taqa’ l-kotra tal-ġid tal-ibħra,u l-għana tal-ġnus jiġi għandek.

Ċmilied

Page 10: L-Epifanija tal-Mulej

Imrieħel ta’ iġmla għad jgħattuk,l-iġmla żgħar ta’ Midjan u Għefa;

Ċmilied

Page 11: L-Epifanija tal-Mulej

ilkoll minn Seba jiġu, mgħobbija bid-deheb u l-inċens,u jxandru t-tifħir tal-Mulej.

Ċmilied

Page 12: L-Epifanija tal-Mulej

Il-Kelma tal-Mulej.

℟.Irroddu ħajr lil Alla.

Ċmilied

Page 13: L-Epifanija tal-Mulej

Salm71 (72), 1-2.7-8.10-11,12-13

℟.Il-ġnus kollha tal-art jagħtuk qima, Mulej.

Ċmilied

Page 14: L-Epifanija tal-Mulej

Alla, agħti lis-sultan il-ħaqq tiegħek,il-ġustizzja tiegħek lil bin is-sultan,

ĊmiliedĊmilied

Page 15: L-Epifanija tal-Mulej

biex jiġġudika l-poplu tiegħek bil-ġustizzja,u bil-ħaqq l-imsejknin tiegħek.

ĊmiliedĊmilied

Page 16: L-Epifanija tal-Mulej

℟.Il-ġnus kollha tal-art jagħtuk qima, Mulej.

Ċmilied

Page 17: L-Epifanija tal-Mulej

Tħaddar f’jiemu l-ġustizzja,u sliem kotran sa ma jintemm il-qamar.

Ċmilied

Page 18: L-Epifanija tal-Mulej

Isaltan minn baħar sa baħar,u mix-xmara sa truf l-art.

Ċmilied

Page 19: L-Epifanija tal-Mulej

℟.Il-ġnus kollha tal-art jagħtuk qima, Mulej.

Ċmilied

Page 20: L-Epifanija tal-Mulej

Is-slaten ta’ Tarsis u tal-gżejjer jagħtuh ir-rigali,is-slaten ta’ Seba u ta’ Saba għotjiet iġibulu.

Ċmilied

Page 21: L-Epifanija tal-Mulej

Iqimuh is-slaten kollha,il-ġnus kollha lilu jaqdu.

Ċmilied

Page 22: L-Epifanija tal-Mulej

℟.Il-ġnus kollha tal-art jagħtuk qima, Mulej.

Ċmilied

Page 23: L-Epifanija tal-Mulej

Għax hu jeħles lill-fqir li jsejjaħlu,u lill-imsejken li m’għandux min jgħinu.

Ċmilied

Page 24: L-Epifanija tal-Mulej

Iħenn għad-dgħajjef u għall-fqajjar;il-ħajja tal-fqajrin isalva.

Ċmilied

Page 25: L-Epifanija tal-Mulej

℟.Il-ġnus kollha tal-art jagħtuk qima, Mulej.

Ċmilied

Page 26: L-Epifanija tal-Mulej

Qari IIIssa ġie rrivelat li l-pagani huma msejħa biex ikollhom sehem mill-istess wegħda.

Qari mill-Ittra ta’ San Pawl Appostlu lill-Efesin.3, 2-3a. 5-6

Ċmilied

Page 27: L-Epifanija tal-Mulej

Ħuti, intom smajtu bil-pjan tal-grazzja li Alla tani għall-ġid tagħkom,

Ċmilied

Page 28: L-Epifanija tal-Mulej

jiġifieri, li permezz ta’ rivelazzjoni għarrafni l-misteru.

Ċmilied

Page 29: L-Epifanija tal-Mulej

Dan hu l-misteru li fil-ġenerazzjonijiet l-imgħoddija

Ċmilied

Page 30: L-Epifanija tal-Mulej

ma kienx mgħarraf lill-bnedmin

Ċmilied

Page 31: L-Epifanija tal-Mulej

bħalma issa ġie rrivelat lill-appostli Qaddisa tiegħu u lill-profeti fl-Ispirtu,

Ċmilied

Page 32: L-Epifanija tal-Mulej

jiġifieri, li l-pagani huma msejħabiex ikollhom sehem

Ċmilied

Page 33: L-Epifanija tal-Mulej

mill-istess wirt, ikunu membri tal-istess ġisem,

Ċmilied

Page 34: L-Epifanija tal-Mulej

ikollhom sehem mill-istess wegħda, fi Kristu Ġesù permezz tal-Evanġelju.

Ċmilied

Page 35: L-Epifanija tal-Mulej

Il-Kelma tal-Mulej.

℟.Irroddu ħajr lil Alla.

Bilwieqfa

Ċmilied

Page 36: L-Epifanija tal-Mulej

Akklamazzjoni qabel l-Evanġelju

Hallelujah.℟.Hallelujah.

Ċmilied

Page 37: L-Epifanija tal-Mulej

Mt 2, 2

Rajna l-kewkba tiegħu tielgħa,u ġejna nqimu l-Mulej.

Ċmilied

Page 38: L-Epifanija tal-Mulej

℟.Hallelujah.

Ċmilied

Page 39: L-Epifanija tal-Mulej

EvanġeljuĠejna mil-Lvant nagħtu qima lis-Sultan.

Qari mill-Evanġeljuskont San Mattew.2, 1-12

Ċmilied

Page 40: L-Epifanija tal-Mulej

Meta twieled Ġesù f’Betlehem tal-Lhudija, fi żmien is-sultan Erodi,

Ċmilied

Page 41: L-Epifanija tal-Mulej

xi maġi mil-Lvant ġew Ġerusalemm jistaqsu: «Fejn hu dak li twieled sultan tal-Lhud?

Ċmilied

Page 42: L-Epifanija tal-Mulej

«Għax rajna l-kewkba tiegħu tielgħa,u ġejna nqimuh.»

Ċmilied

Page 43: L-Epifanija tal-Mulej

Is-sultan Erodi sama’ bihom, u tħawwad hu u Ġerusalemm kollha miegħu.

Ċmilied

Page 44: L-Epifanija tal-Mulej

Ġabar flimkien il-qassisin il-kbar u l-kittieba kollha tal-poplu,

Ċmilied

Page 45: L-Epifanija tal-Mulej

u ried jaf mingħandhom fejn kellu jitwieled il-Messija.U huma qalulu:

Ċmilied

Page 46: L-Epifanija tal-Mulej

«F’Betlehem tal-Lhudija, għax hekk inkiteb mill-profeta:

Ċmilied

Page 47: L-Epifanija tal-Mulej

“U int, Betlehem, art ta’ Ġuda, le, m’intix l-iżgħar fost il-bliet il-kbar ta’ Ġuda,

Ċmilied

Page 48: L-Epifanija tal-Mulej

“għax minnek joħroġ mexxej li jirgħa l-poplu tiegħi Iżrael.”»

Ċmilied

Page 49: L-Epifanija tal-Mulej

Erodi mbagħad sejjaħ lill-maġi bil-moħbi,

Ċmilied

Page 50: L-Epifanija tal-Mulej

u tkixxef bir-reqqa kollhamingħandhom iż-żmien li fih dehritilhom il-kewkba;

Ċmilied

Page 51: L-Epifanija tal-Mulej

bagħathom Betlehem u qalilhom: «Morru, staqsu sewwa għat-tifel,

Ċmilied

Page 52: L-Epifanija tal-Mulej

«u meta ssibuh ejjew għiduli, ħalli jien ukoll niġi nqimu.»

Ċmilied

Page 53: L-Epifanija tal-Mulej

Dawk, wara li semgħu lis-sultan, telqu,

Ċmilied

Page 54: L-Epifanija tal-Mulej

u ara, il-kewkba li kienu raw tielgħa bdiet miexja quddiemhom

Ċmilied

Page 55: L-Epifanija tal-Mulej

sakemm waslet u waqfet fuq il-post fejn kien hemm it-tifel.

Ċmilied

Page 56: L-Epifanija tal-Mulej

Kif raw il-kewkba mtlew b’ferħ kbir tassew.

Ċmilied

Page 57: L-Epifanija tal-Mulej

Meta mbagħad daħlu d-dar u raw lit-tifel ma’ ommu Marija,

Ċmilied

Page 58: L-Epifanija tal-Mulej

inxteħtu fl-art iqimuh; fetħu t-teżori tagħhom u offrewlu rigali deheb, inċens u mirra.

Ċmilied

Page 59: L-Epifanija tal-Mulej

Imbagħad, billi kienu mwissijin f’ħolma biex ma jerġgħux imorru għand Erodi,

Ċmilied

Page 60: L-Epifanija tal-Mulej

telqu lura lejn arthom minn triq oħra.

Ċmilied

Page 61: L-Epifanija tal-Mulej

Il-Kelma tal-Mulej.

℟.Tifħir lilek Kristu.

Bilqiegħda

Ċmilied