l-ewkaristija: skola ta' liberta - university of malta...l-ewkaristija: skola ta' liberta...

14
Teresa 2/3 (2005): 185-198 L-Ewkaristija: Skola ta' Liberta l Fr Hector Scerri ta s-Seminarju Kap ta d-Dipartiment t ad-Dommatika fl-Universita ta ' Ma lta, u ta ' ta ' Malta l-Ewkaristija timpenjak biex tkun bennej ta' relazzjonijiet familjari, ekonomika u politika. Timpenjak biex, mhux tant bi kliemek, imma aktar u aktar tkun xhud tal-liberta li Kristu, u li jrid jarana llum. Il-pern tal-fidi huwa l-Misteru ta' tal-Mulej . Kristu qam, s-sagramenti. Kristu qam, l-Knisja. Kull sagrament li huwa ta n-Nisrani ma' Kristu Rxoxt. Jekk nanalizzaw tajjeb u bir-reqqa t-talbiet li hemm tas-sagramenti, dejjem se nsibu l-aspett trinitarju. Dan huwa fondamentali nisranija. nibdew l Dan l-istudju huwa ta' li l-awtur kien mistieden dwar l- Ewkaristija: lis-Sorijiet ta' Sant'Ursola, il-Belt (3 ta' April 2005), u lill-Kleru, s-Se minar ju, ir-Rabat (12 ta' April 2005).

Upload: others

Post on 24-Mar-2021

3 views

Category:

Documents


0 download

TRANSCRIPT

Page 1: L-Ewkaristija: Skola ta' Liberta - University of Malta...L-Ewkaristija: Skola ta' Liberta 187 San Ġwann ipoġġi l-mewt ta' Ġesu fuq is-salib fl-istess ħin (fil-Jum tat Tħejjija)

Teresa 2/3 (2005): 185-198

L-Ewkaristija: Skola ta' Libertal

Fr Hector Scerri Viċi-Retrur tas-Seminarju Maġġuri, Kap tad-Dipartiment tad-Dommatika fl-Universita ta ' Malta, u Ċensur Teoloġiku ta ' l-Arċidjoċesi ta ' Malta

l-Ewkaristija timpenjak biex tkun bennej ta' relazzjonijiet ġusti fil-ħajja familjari, fil-ħajja soċjali, ekonomika u politika.

Timpenjak biex, mhux tant bi kliemek, imma aktar u aktar b'ħajtek tkun xhud tal-liberta li ġabilna Kristu,

u li jrid jarana ngħixuha llum.

Il-pern tal-fidi tagħna huwa l-Misteru ta' l-Għid tal-Mulej . Għax Kristu qam, għandna s-sagramenti. Għax Kristu qam, għandna l-Knisja. Kull sagrament li aħna niċċelebraw huwa laqgħa speċjali ta n-Nisrani ma' Kristu Rxoxt. Jekk nanalizzaw tajjeb u bir-reqqa t-talbiet li hemm fiċ­ċelebrazzjonijiet liturġiċi tas-sagramenti, dejjem se nsibu l-aspett trinitarju. Dan huwa fondamentali għar-reliġjon nisranija. Aħna nibdew il-ħajja

l Dan l-istudju huwa r-riżultat ta' żewġ taħditiet li l-awtur kien mistieden jagħti dwar l­Ewkaristija: waħda lis-Sorijiet ta' Sant'Ursola, il-Belt (3 ta' April 2005), u oħra lill-Kleru, ġewwa s-Seminarju, ir-Rabat (12 ta' April 2005).

Page 2: L-Ewkaristija: Skola ta' Liberta - University of Malta...L-Ewkaristija: Skola ta' Liberta 187 San Ġwann ipoġġi l-mewt ta' Ġesu fuq is-salib fl-istess ħin (fil-Jum tat Tħejjija)

186 Fr Hector Scerri

nisranija tagħna f'isem it-Trinita qaddisa. Fil-magħmudija aħna sirna tempju tat-Trinita. Kemm kellu raġun Leonide, nisrani tas-seklu lI, li meta ġew is-suldati biex jarrestawh minħabba l-fidi li kien iħaddan, qalilhom biex jistennewh ftit. Daħlu warajh fid-dar u telgħu fuq, u hemm sabuh għarkubbtejh quddiem tarbija ta' ftit xhur. Qalulu: ITqiegħed tagħmel?",

u Leonide wieġeb: l/Qiegħed nadura t-Trinita qaddisa li tgħammar fit-tarbija tiegħi" ... Dik it-tarbija kienet Oriġene. Il-mixja tagħna lejn is-sema hija skandita, jew aħjar, għandha bħala sfond it-Trinita qaddisa. L-istess Knisja li tagħha aħna membri ssib l-għajn (u l-għan aħħari) tagħha u d­destinazzjoni tagħha fit-tliet Persuni tat-Trinita. Sewwa kien jistqarr il­Kardinal John Henry Newman (1801-1890): IIThe Church is the Trinity in exile. The Trinity is the Church at home".

Konna qegħdin ngħidu li l-aspett trinitarju jinsab f'kull ċelebrazzjoni tal sagrament. Fil-fatt, meta niċċelebraw sagrament, aħna dejjem nitolbu lil Alla l-Missier biex jibgħat fuq il-persuna u fuq il-komunita li temmen l­Ispirtu s-Santu, biex aħna nsiru nixbħu lil Ġesu. Tqalleb kemm tqalleb fit­testi liturġiċi tas-sagramenti, dejjem se ssib dan l-aspett trinitarju.

Il-Misteru to' l-Għid

Aktar li! fuq għidna li kull sagrament huwa laqgħa ma' Kristu Rxoxt. Issa dan il-kuntatt ma' Kristu Rxoxt jilħaq il-quċċata tiegħu meta niċċelebraw l-Ewkaristija, meta nirċievu l-Ġisem u d-Demm ta' Ġesu, u meta nadurawh. L-Ewkaristija hija s-sagrament per eccellenza għaliex quddiemna jew f'idejna jkollna lil Ġesu stess. Nistgħu naraw sagramentalment il-ġ isem glorifikat tiegħu, immissuh b'idejna u nikluh.

L-iskop ta' dan l-artiklu huwa li nifhmu aħjar ir-rabta li hemm bejn l­Ewkaristija u l-ħelsien ta' l-Għid . Qabel kollox, irridu ngħidu li:

• Ġesu waqqaf l-Ewkaristija fil-kuntest ta' l-ikla Lhudija tal-Għid, dik l-ikla li kienet tfakkar il-ħelsien tal-Poplu l-magħżul mill-jasar ta' l-Eġittu;

• Ġesu, speċjalment kif jippreżentahulna l-evanġelista San Mattew, huwa Mose l-ġdid. Biżżejjed taqra Mt 5 biex tara kif dan l-evanġelista jurina kif bħal Mose li wassal il-Liġi ta' Alla minn fuq il-Muntanja Sinaj lill-poplu, hekk ukoll Ġesu jwassal il-Liġi l-Ġdida (u l-Beatitudnijiet) minn fuq il-għolja.

• Imbagħad, fir-Raba' Evanġelju, Ġesu huwa raffigurat bħala l-Ħaruf ta' Alla. Tidwi f'widnejna l-istqarrija ta' San Ġwann l-Għammiedi: 11 Araw i!-Ħaruf ta' Alla" (Ġw 1,29). Saħansitra l-kronoloġija ta' l-aħħar sigħat ta' Ġesu għandha skop teoloġiku fir-Raba ' Evanġelju . Tant hu hekk li skond dan, Ġesu jmut erbgħa u għoxrin siegħa qabel Ġesu tas-Sinottiċi. Dan għaliex

Page 3: L-Ewkaristija: Skola ta' Liberta - University of Malta...L-Ewkaristija: Skola ta' Liberta 187 San Ġwann ipoġġi l-mewt ta' Ġesu fuq is-salib fl-istess ħin (fil-Jum tat Tħejjija)

L-Ewkaristija: Skola ta' Liberta 187

San Ġwann ipoġġi l-mewt ta' Ġesu fuq is-salib fl-istess ħin (fil-Jum tat­Tħejjija) meta kienu joqtlu l-ħrief li kienu jintużaw għall-Ikla Lhudija ta' l­Għid_

• Dak li Ġesu ssiġilla b'demmu fuq is-salib, huwa l-Patt il-ġdid: il-patt li jagħti l-ħelsien veru_

• Dak li Ġesu wettaq għalina bil-passjoni, il-mewt u l-qawmien tiegħu huwa l-ħelsien tassew mill-ħakma tad-dnub u l-mewt. Huwa importanti li l-misteru ta' l-Għid ma nispezzettawhx. Huwa misteru wieħed! Tant hu hekk li l-liturġija stess tat-Tridu Qaddis ta' l-Għid tgħallimna dan. F'Ħamis ix­Xirka, filgħaxija, il-funzjoni tagħlaq bit-trasport tas-Sagrament lejn l-altar ta' l-adorazzjoni. Ma rroddux salib fi tmiem dik iċ-ċelebrazzjoni. L-istess jgħodd għall-azzjoni liturġika tal-Ġimgħa l-Kbira wara nofsinhar. La fil­bidu u lanqas fit-tmiem tagħha ma rroddu s-salib. Imbagħad, il-Vġili ta' l­Għid, li jibda bit-tberik tan-nar il-ġdid, ma jinkludix radd tas-salib fil-bidu taċ-ċelebrazzjoni. Is-salib jintradd biss fi tmiem il-V ġili meta ċ-ċelebrant prinċipali jagħti l-barka. Tista' tħares lejn dawn it-tliet funzjonijiet tat-Tridu Paskwali bħala ċelebrazzjoni waħda li bdiet il-Ħamis filgħaxija u ntemmet is-Sibt bil-lejl.

L-Ewkaristija u l-Misteru ta' l-Għid

Fl-Ewkaristija nġeddu sagramentalment, jiġifieri nerġgħu nagħmlu preżenti, dak li seħħ fuq il-Kalvarju u dak li seħħ fil-Qawmien ta' Ġesu mill­imwiet. Huwa misteru wieħed - il-misteru ta' l-Għid. Ġesu stabilixxa darba għal dejjem (kif tgħid l-Ittra IiI-Lhud, ephapax) bi-offerta perfetta tiegħu dak li bi-Ingliż jissejjaħ a paschal ethic. Bil-Malti nissuġġerixxi li ngħidu l/etika paskali". X'qegħdin nifhmu b'din l-espressjoni? Fi ftit kliem, din l-etika paskali hija stil ta' ħajja u mġieba li għandha l-misteru ta' l-Għid bħala l­pedament tagħha.

F'waħda mill-Omeliji ta' l-Għid il-Kbir, Santu Wistin (354-430) jitkellem dwar l-armonija li għandu jkun hemm fil-ħajja tan-Nisrani bejn dak li hemm f'qalbu u dak li hemm fuq xofftejh meta jkanta HaIIelujah waqt il-liturġija. L-Isqof ta' Ippona jinsisti li għandu jkun hemm qbil bejn il-kuxjenza ta' l­imgħammed u l-kliem li jistqarr. Il-Papa San Ljun il-Kbir (400-461) jagħmel emfasi dwar l-irruzzjoni (jiġifieri d-dħul bil-qawwa) tal-misteru paskali fil­ħajja ta' dawk li jemmnu, u d-dover li ħajjithom tkun taqbel ma' dak li tfisser din il-festa li tinsab fiċ-ċentru tal-fidi Nisranija. 2

2 Ara A.-G. HAMMAN, ed., The Paschal Mystery. Ancient Liturgies and Patristic Texts, Alba Patristic Library 3, Staten [sland (New York) 1969, p. 21.

Page 4: L-Ewkaristija: Skola ta' Liberta - University of Malta...L-Ewkaristija: Skola ta' Liberta 187 San Ġwann ipoġġi l-mewt ta' Ġesu fuq is-salib fl-istess ħin (fil-Jum tat Tħejjija)

188 Fr Hector Scerri

Il-Helsien fi Kristu

Huwa l-aspett tal-ħelsien li tant huwa qawwi fil-misteru ta' l-Għid li qegħdin nisħqu dwaru f'dan l-artiklu. Li qed nipprova nfiehem hu r-rabta qawwija li teżisti bejn is-sa gra ment ta' l-Ewkaristija u l-ħelsien tan-nisrani, dak il-ħelsien li jitkellem minnu San Pawl meta jsemmi l-ħelsien li għalih huma mxennqin ulied Alla (ara Rum 8, 21). In-nisrani li jiċċelebra u jieħu sehem sħiħ u attiv fl-Ewkaristija jagħmel esperjenza ta' dan il-ħelsien veru li ġabilna Kristu, u li jkun ukoll ħabbar ta' dan il-ħelsien b'ħajtu u bi kliemu. Hekk ikun hu wkoll strument biex il-ħelsien li ġabilna Kristu bil-passjoni, il­mewt u l-qawmien tiegħu jasal għand ħafna bnedmin oħra.

L-etika paskali li dwarha qegħdin nitkellmu twettqet minn Ġesu meta huwa ta lilu nnifsu b'mod sħiħ fil-misteru ta' l-Għid. L-offerta ħielsa tiegħu lill-Missier hija waħda ta' servizz totali. Din id-debħa hija l-quċċata ta' l­atteġġjament djakonali ta' Ġesu fil-qadi tal-missjoni tiegħu: "Jiena qiegħed fostkom nagħmilha ta' qaddej" (Lq 22, 27). B'liberta sħiħa u f'ubbidjenza totali u ħielsa għar-rieda ta' Missieru, Ġesu kiseb ħelsien sħiħ għall-umanita. Dan il-ħelsien mid-dnub u l-mewt Ġesu kisbu għalina fil-misteru ta' l-Għid. 3

Awturi Kontemporanji dwar l-Etika Paskali

Il-patrologu Franċiż Adalbert Hamman O.F.M. (1910-2000) ifisser tajjeb l-implikazzjonijiet ta' l-etika paskali għan-Nisrani. Jistqarr li ''l-bniedem riġenerat jidħol ġewwa fażi ġdida, eżistenza ġdida li fil-fidi u bit-tama twasslu sabiex jieħu sehem fil-kundizzjoni ta' Kristu Rxoxt ... Titnissel stil ta' ħajja (ethic) mill-misteru paskali li dwaru is-Santi Padri tkellmu fit-tullill-merħliet tagħhom . Dan it-tagħlim morali mhuwiex għajr l-applikazzjoni tal-fidi għall-eżistenza tal-bniedem". 4

Tajjeb li ngħidu li t-terminu li introduċejna, etika paskali, insibuh ukoll fil-letteratura teoloġika Taljana. Insibu l-frażi mfissra b'manjiera sabiħa, kważi poetika, minn għadd ta' teoloġi magħrufa fostna. Jidhirli li biex ma nitilfu xejn mill-ġmiel ta' l-oriġinal, ikun aħjar li nisiltu xi wħud mill-isbaħ siltiet u nħalluhom bi-ilsien Taljan. Bruno Forte (1949), illum l-arċisqof ta' Chieti-Vasto, u li kien Malta diversi drabi, jgħid li "I'ethos generato

3 Ara A.-G. HAMMAN, "Liturgie et action sociale", in La Maison-Dieu 36 (1953) 169; ID., Le mystere du salut, Paris 1954, p. 258.

4 A.G. H AMMAN, The Pascha/ Mystery, p. 20.

Page 5: L-Ewkaristija: Skola ta' Liberta - University of Malta...L-Ewkaristija: Skola ta' Liberta 187 San Ġwann ipoġġi l-mewt ta' Ġesu fuq is-salib fl-istess ħin (fil-Jum tat Tħejjija)

L-Ewkaristija: Skola ta' Liberta 189

dall'eucaristia in quanto memoriale delia morte e risurrezione dei Signore e un ethos delia sequela di lui, un ethos pasquale". 5

Carlo Rocchetta (1943), saċerdot u teologu mid-djoċesi ta' Prato, ifisser tant tajjeb ir-rabta bejn il-misteru ta' l-Għid u l-ħajja ta' kuljum. Isaqsi hekk: "Come poter dire di celebrare la pasqua delia liberazione, senza sentirsi impegnati a realizzarla neil a citta degli uomini?"6 Il-mibki Mariano Magrassi (1930-2004), Benedittin u arċisqof ta' Bari-Bitonto, kien stqarr li l-etika paskali ta' Ġesu hija l-pedament ta' l-eżistenza nisranija kollha u tagħniha bit-tonalita prevalenti tagħha. 7

Il-Konferenza Episkopali Taljana, f'dokument ta' Ġunju 1973, kienet saħqet fuq din it-tema li qegħdin niżvolġu . L-isqfijiet Taljani għallmu li l­qawwa tas-sagramenti ġejja kollha mill-misteru ta' l-Għid. Hekk għidna fil­bidunett ta' dan l-artiklu. L-isqfijiet Taljani stqarrew li mill-misteru ta' l­Għid "infatti scaturiscono, derivandone la loro forza salvifica ". Comunicando la vita nuova dei Risorto, (i sacramenti) assumono e santificano il dinamismo dell' esistenza umana". 8

Żewġ awturi mill-ambjent Spanjol tat-teoloġija jispjegaw fi kliem ieħor dak li qegħdin naqsmu flimkien. Luis Maldonando u Pedro Fernandez jgħidu li l-misteru ta' l-Għid jinsab fil-qalba tal-liberazzjoni umana. Huma jistqarru li wieħed malajr jifhem għaliex il-Ilturġija, għaliex hija ċelebrazzjoni sagramentali u ekkleżjali tal-misteru paskali ta' Ġesu Kristu, hija l-għajn tal-ħelsien storiku u sħiħ tal-bniedem permezz tal-grazzja li tifdi, u li hija rivelata fl-adozzjoni u l-ħelsien nisrani msawbin mill-Ispirtu preżenti fil­qlub tagħna.9

5 B. FORIT, L'etemita nel tempo. Saggio di antropologia ed etica saCTamentale, Simbolica Ecclesiale 6, Cinisello Balsamo 1993, pp. 216 . 227-228. Ara wkoll ID., "Il corpo di Gesu' dato e il sangue di Gesu versato, principio dell'esistenza cristiana: approccio teologico", in Universa nostra caritas est eucharistia: Per una teologia dell'eucaristia come teo[ogia delia comunione e dei servizio, ed. C. Rocchetta, Bologna 1993, p. 110.

6 C. ROCCHEnA, SaCTamentaria fondamenta[e, Corso di teologia sistematica 8, Bologna 1990, p. 531. Ara wkoll ibid. , p. 541.

7 Ara M. MAGRASSI, Vivere [a liturgia, Noci 1978, p. 215. Nirreferi għal dawn l-awturi u oħrajn fil-ktieb tiegħi , Koinonia, Diakonia and Martyria. Interre/ated Themes in Patristie Sacramental Theology, Malta 1999, pp. 337-341.

8 CONFERENZA EPISCOPALE !TALJANA, "Evangelizzazione e sacramenti. Documento pastorale dell 'Episcopato italiano" (16 June 1973), paragrafi 52-53. Ara Evangelizzazione, saCTamenti, promozione umana. Le scelte pastorali delia Chiesa in Italia, Roma 1979, pp. 3-46.

9 Ara L. MALDONADO - P. FERNANDEZ, "La celebrazione liturgica: Fenomenologia e teologia della celebrazione", in La ce[ebrazione nella Chiesa, I: Liturgia e saCTamentaria fondamentale , ed. D. Borobio, Leumann (Torino) 1992, pp. 364-365.

Page 6: L-Ewkaristija: Skola ta' Liberta - University of Malta...L-Ewkaristija: Skola ta' Liberta 187 San Ġwann ipoġġi l-mewt ta' Ġesu fuq is-salib fl-istess ħin (fil-Jum tat Tħejjija)

190 Fr Hector Scerri

Lex vivendi

Il-misteru ta' l-Għid tal-Mulej huwa l-quċċata ta' l-eżistenza nisranija. Fid-dawl ta' dan il-misteru, aħna msejħin nikkonfrontaw il-ħajja tagħna, jiġifieri nagħmlu eżami tal-kuxjenza ta' kif qegħdin ngħixu s-sejħa nisranija tagħna. Għaliex? Għax f'dan il-misteru, niltaqgħu wiċċ imb'wiċċ mal­proklamazzjoni dejjiema tal-liberta li tnissel fina l-imħabba ta' Alla għall­umanita, liema mħabba narawha b'mod hekk konkret fit-tixjin ta' Ġesu (kenosis) fl-ubbidjenza perfetta tiegħu għar-rieda tal-Missier. Huwa għalhekk li nistgħu ngħidu li l-misteru paskali inawgura darba għal dejjem sitwazzjoni ġdida għall-umanita: din hi t-tisħib tagħna fil-ħajja rebbieħa ta' Kristu Rxoxt. lO Ma ninsewx ir-rabta li fissirna aktar 'il fuq bejn is-sagramenti u l­Irxoxt. Is-sagramenti huma għalina għejjun ta' grazzja li tfisser liberta u responsabbilta.

Mhux ta' b'xejn li Missirijiet il-Knisja tkellmu kemm-il darba dwar dan l-aspett. L-etika paskali tfisser applikazzjoni ġenwina tal-fidi fil-ħajja normali ta' kuljum. Fil-fatt, ir-rit taċ-ċelebrazzjoni ta' kull sagrament qatt ma jagħlaq kiesaħ u biered b'konklużjoni mejta. Anzi, dejjem insibu stedina biex dak li rċevejna nkomplu ngħixuh fil-bqija ta' ħajjitna, u kulfejn inkunu. Mela, dak li nemmnu fih (lex credendi) u li ċċelebrajna flimkien (lex orandi), issa għandna ngħixuh (lex vivendi).

Il-mibki Achille M. Triacca (1935-2002), liturġista sależjan, jisħaq fuq dan meta jgħid li "sia la lex credendi che la lex orandi passano poi dal filtro delia lex vivendi-agendi che, a sua volta, per muoversi in una ortoprassi non deve tradire le altre due" .11 Carlo Rocchetta jfisser bi kliem ieħor meta jgħid li hemm rabta bejn dak li niċċelebraw fis-sagramenti u l-ħajja tagħna. Għandna naħdmu, jgħid, biex ma jkunx hemm firda bejn dawn l-aspetti meta jsemmi "l'unita profonda che si pone tra i sacramenti e la vita, evitando ogni dissociazione innaturale tra il creduto, il celebrato e il vissuto" Y

U-Tradizzjoni ekkleżjali dwar il-Helsien ta' l-Esodu

Il-ġrajja ta' l-Esodu u t-tifkira tagħha fil -Għid tal-Lhud għandha post speċjali fil-liturġija nisranija, speċjalment fil-Magħmudija u ċ-ċelebrazzjoni

10 Ara R.}oHANNv, "L'eucharistie, sacrement de liberation", in Spiritus l3 (1972) 23; A.·G. HAMMAN, L'homme, image de Dieu, Paris 1987, p. 98.

li ACHILLE M. TRIACCA, "La celebrazione deI mistero cristiano. Linee guida per approfondire CCC 1066-1209", in La catechesi a1 traguardo, Biblioteca di scienze religiose 127, ed. Id. - A. Amato· E. dal Covolo, Roma 1997, p. 319.

12 CARlO RocCHETTA, Sacramentaria fondamenta1e, 385. Ara wkoll ibid., pp. 537. 549.

Page 7: L-Ewkaristija: Skola ta' Liberta - University of Malta...L-Ewkaristija: Skola ta' Liberta 187 San Ġwann ipoġġi l-mewt ta' Ġesu fuq is-salib fl-istess ħin (fil-Jum tat Tħejjija)

L-Ewkaristija: Skola ta ' Liberta 191

tal-Vġili ta' l-Għid il-Kbir. I1-ħelsien tal-poplu Lhudi kien ġrajja mnaqqxa fil-ħajja, fil-ħsieb u f'dak kollu li kien il-poplu l-magħżul. I1-Lhud kienu dejjem konxji li huma nazzjon meħlus_ 1 3 I1-ġrajja ta' l-esodu nistgħu nħarsu lejha minn bosta angolL Hemm i1-ġrajja storika li tirreferi għal migrazzjonijiet li seħħew f'waqt storiku partikulari. Hemm l-aspett soċjo­politiku ta' poplu li kiseb i1-ħelsien mill-jasar. Imbagħad hemm aspett profond, dak reliġjuż, li fih naraw l-intervent divin u spiritwali.

Kif diġa għidna, ir-relazzjoni bejn il-misteru paskali u l-ħelsien spiritwali huwa ċar ħafna u jidher bi prominenza liema bħalha fil-letteratura patristika_ Bosta minn Missirijiet il-Knisja jibnu fuq it-test tal-ktieb ta' l­Esodu jew fuq dak li kiteb San Pawl fl-Ewwel Ittra lill-Korintin (10, 1-5) biex ifissru u jgħallmu li l-ġrajja li għadda minnu l-poplu Lhudi meta qasam il-

. Baħar tal-Qasab hija xbieha tal-Magħmudija_ U bħalma dik i1-ġrajja kienet ħelsien personali għal kull Lhudi meta flimkien ma' ħutu qasam fl-inxief u skansa l-mewt jew jasar mill-ġdid, hekk ukoll in-neofita (in-nisrani ġdid: il­kelma letteralment tfisser l/xitla ġdida") jagħmel esperjenza personali ta' ħelsien u ta' ħajja ġdida meta rċieva l-magħmudija. Huwa interessanti dak li nsibu fis-Sagramentarju Ġelasjan, test Iiturġiku antik (li jirrifletti l-Iiturġija ġewwa Ruma fis-seklu VII). Dan jgħid li, fiI-Vġili ta' l-Għid, wara l­magħmudija u d-dilka post-batteżimali u l-ewwel darba li jieħdu sehem fl­Ewkaristija, Iin-neofiti - wara ċ-ċelebrazzjoni - kienu jagħtuhom xarba li kienet taħlita ta' ħalib u għaseL L-allużjoni għall-esodu u għad-daħla fl-Art Imwiegħda Cart tnixxi ħalib u għasel") hija ċara. Barra minn hekk, l-istess Sagramentarju jsemmi l-vera libertas u l-perfecta libertas li issa bdew jgħixu dawn l-insara ġodda.

Jekk insemmu wieħed mill-Padri, San Girgorta' Nissa (c.335-395), naraw li dan jitkellem dwar i1-ħelsien mill-jasar ta' l-Eġittu bħala xbieha tal-mewt tagħna għad-dnub u t-twelid ġdid tagħna għall-ħajja fl-Ispirtu. 14 Mhuwiex il-każ li nelabora wisq aktar dwar i1-Magħmudija biex ma noħroġx barra mis-suġġett. Qegħdin nitkellmu dwar l-Ewkaristija u l-ħelsien fiI-Mulej. Għalhekk se nsemmi xi siltiet li jitfgħu dawl fuq it-tema ta' l-Q.rtiklu.

13 Ara M. MAGRASSI, Vivere la liturgia, pp. 111.112.158.301; ).H . McKENNA, "Liturgy: Toward Liberation or Oppression?", in Worship 56 (1982) p. 301; C. ROCCHETTA, I sacramenti delia fede , Bologna 1987, p. 111; F.). NOCKE, "Dottrina generale dei sacramenti", in Nuovo corso di dogmatiea, 11, ed. T. Schneider - G. Canobbio - A. Maffeis, Brescia 1995, pp. 224-225.

14 A.-G. HAMMAN, ed., Baptism. Ancient Liturgies and Patristie Texts, Alba Patristic Library 2, Staten Island (New York) 1967, pp. 24. 25.

Page 8: L-Ewkaristija: Skola ta' Liberta - University of Malta...L-Ewkaristija: Skola ta' Liberta 187 San Ġwann ipoġġi l-mewt ta' Ġesu fuq is-salib fl-istess ħin (fil-Jum tat Tħejjija)

192 Fr Hector Scerri

F'innu ta' l-Għid tat-tielet u r-raba' seklu (misjub fuq papiru tas-seklu VI, insibu dawn il-kelmiet:

Araw: il-Verġni welldet lil Għimmanu-El. Huwa niżel mis-sema, Salva mill-Eġittu poplu li kien mitluf. Ejjew infaħħruh billi ngħajtu: Glorja 'l-Mulej! Dawl minn dawl, Kristu s-sultan tagħna qam għalina. Huwa ħelisna mill-art ta' l-Eġittu; Flimkien ejjew ngħannu: glorja 'l-MulejY

Id-djaknu Sant'Efrem tas-Sirja (c.306-373), magħruf bħala "ċ-ċetra ta' l-Ispirtu s-Santu", jgħanni hekk:

Imbierek int, 0 lejl, li temmejt il-lejl ta' l-esodu mill-Eġittu; Waqt li niċċelebraw din il-mogħdija żgħira, il-Mulej innifsu għamel il-mogħdija l-kbira; mogħdija inserita f'oħra, festa ġo festa ... 16

Kittieb ieħor li nsibu bosta innijiet tiegħu fil-Brevjar huwa Venanzju Fortunatus (540-600). F'din is-silta toħroġ ċara t-tema tal-ħelsien li ġabilna Kristu. Ix-xbieha tal-ktajjen miksura hija evokattiva ħafna:

Sliem, jum ta' ferħ, ċelebrazzjoni għall-popli, Il-jum meta Alla, ġab telfa lill-infern, rebaħ il-ġenna! ... Inti l-Mulej, li meta rajt il-bniedem mitluf fl-abbiss, biex issa Iva l-bniedem sirt bniedem. Hekk il-ktajjen tqal tal-liġi tal-mewt ġew miksura.17

L-aħħar silta li se nirreferi għaliha hija dik minn innu ta' l-Għid ta' Rabanus Maurus (784-856), awtur medjevali ta' ċerta importanza, anki minħabba l-kontribut tiegħu għat-teoloġija tas-sagrament tal­konfermazzjoni. Dwar it-tema tagħna jgħid hekk:

Darba, tassew, il-Ħaruf, bit-tixrid ta' demmu, mexxa lil missirijietna mill-Eġittu; u issa Kristu nnifsu, b'demmu, fdiena mid-dlam ta' l-infern. Kif Mose wassal fiż-żgur dak il-poplu kbir fil-Baħar l-Aħmar, waqt li l-għadu nġieb fix-xejn, hekk ħelisna Kristu ... 18

15 Traduzzjoni tiegħi ta' C. BERSElLl, ed., To Him Se Praise. Hymns to Christ in the First MilIennium of the Church, Slough 1982, p. 53.

16 Ara ibid., p. 66. 11 Ara ibid. , p. 109. 18 Ara ibid., p. 132.

Page 9: L-Ewkaristija: Skola ta' Liberta - University of Malta...L-Ewkaristija: Skola ta' Liberta 187 San Ġwann ipoġġi l-mewt ta' Ġesu fuq is-salib fl-istess ħin (fil-Jum tat Tħejjija)

L-Ewkaristija: Skola ta ' Liberta 193

L-Ewkaristija: Esodu ġdid

Mela filwaqt li diversi awturi jitkellmu dwar ''l-Esodu veru"19 li wettaq Kristu bil-passjoni, il-mewt u l-qawmien tiegħu, u meta għadna kemm rajna r-rabta bejn il-Magħmudija u dik il-mogħdija meraviljuża, huwa interessanti niskopru li xi kittieba oħra jirriflettu dwar /lEsodu ġdid".20 Hamman jagħtina frażi oħra li tixbaħ lil din u li tirreferi għall-Ewkaristija: /ll-Għid il-ġdid li jgħaqqad dak li kien imxerred".21 !t-teologu Arġentin Enrique Dussel (1934) jesprimi ħsibijiet relatati. Jistqarr hekk: "Bil-magħmudija, in-nisrani huwa kkonsagrat għall-qadi li jeħles id-dinja ... L-Ewkaristija hija ... l-festa tal­ħelsien mid-dnub (tal-jasar ta' l-Eġittu)" .22

Mela, meta n-nisrani jiċċelebra kif jixraq l-Ewkaristija u jieħu sehem sħiħ fiha b'mod li l-grazzja tal-Mulej tibdillu ħajtu, ikun qiegħed jissieħeb fil-ħelsien li ġab ilna Ġesu Kristu. Ikun qed jimita l-fedelta tal-Mulej u jkun qed iħaddan atteġġjament awtentiku ta' sagrifiċċju u ta' karita. !t-teologu Kanadiz, il-Ġiżwita Fran~ois Bourassa kien jgħid li dan l-istil ta' ħajja msejjes fuq il-misteru paskali jwassal lill-bniedem biex jagħmel dan il-passaġġ: /Ia passage and a liberati on from the narrowness of selfishness to an opening into 'the infinite spaces oflove'".23 Dan il-ħelsien li ġab Kristu bit-tbatija, il­mewt u l-qawmien tiegħu iħabbeb mill-ġdid lill-bnedmin ma' Alla u ma' ħuthom. It-teologu Luteran Tedesk Jiirgen Moltmann (1926) jistqarr li dan il-ħelsien jinsab bejn il-jasarta'l-imgħoddi u l-ħajja li qed titnissel fil-liberta. 24

Imma l-ikbar kontribut reċenti dwar il-konnessjoni bejn l-Ewkaristija u l-ħelsien veru nsibuh fil-Kungress Ewkaristiku Internazzjonali li sar fl-1997 ġewwa l-belt ta' Wroclaw fil-Polonja. Id-diskorsi tal-Papa Ġwanni Pawlu 11 li mar għall-għeluq tal-Kungress huma ta' importanza kbira għat-tema li qed niżvolġu.

L-Ewkaristija u l-Helsien

Is-46 Kungress Ewkaristiku Internazzjonali kien iċċelebrat bejn il-25 ta' Mejju u l-l ta' Ġunju 1997 fi Wroclaw. !t-tema kienet: L-Ewkaristija u l-Ħelsien. Kristu ħelisna biex ngħixu ta' nies ħielsa (Gal 5, 1). Huwa immensament interessanti li nduqu ftit mill-benna ta' l-omeliji u d-diskorsi li kien għamel

19 Qed nirreferu għal awturi kemm miż-żminijiet bikrija tal-Knisja, kif ukoll kontemporanji. 20 !l-frażi bil-Franċiż hija "un nouvel Exode" . Ara A.-G. H AMMAN, "Mystere eucharistique", in

Dictionnaire de Spiritualite, IV/2, Paris 1961, p. 1563; AA.Vv., Lire la Bible al'ecole des Peres, Collection Les Peres dans la foi 66, Paris 1997, pp. 24 (nota 43). 257.

21 ll-frażi oriġinali hija din: "Elle est Ia piique nouvelle, qui mene la dispersion a l'unite". Ara A.-G. HAMMAN, Vie liturgique et vie sociale, Paris 1968, p. 307.

22 Ara E. DUSSEL, "Dominati on - Liberation: A New Approach", in Concilium 96 (1974) p. 46.

Page 10: L-Ewkaristija: Skola ta' Liberta - University of Malta...L-Ewkaristija: Skola ta' Liberta 187 San Ġwann ipoġġi l-mewt ta' Ġesu fuq is-salib fl-istess ħin (fil-Jum tat Tħejjija)

194 Fr Hector Scerri

il-Qaddej ta' Alla Ġwanni Pawlu II (1920-2005) f'dawk il-jiem. Pero, ma rridux ninsew li kienu bosta l-okkażjonijiet tul il-pontifikat twil tiegħu li fihom qabad din it-tema, jew tal-ħelsien tal-bniedem, jew dan f'konnessjoni ma' l-Ewkaristija.

Diġa fl-Enċiklika Sollicitudo ReiSocialis ta' 1-1988, il-Papa Ġwanni Pawlu II kien saħaq fuq żewġ għejjun għonja li jiltaqgħu u jkomplu jarrikkixxu 'I xulxin. Dawn l-għejun huma t-tagħlim soċjali tal-Knisja u d-duttrina dwar l-Ewkaristija. F'din l-enċiklika huwa faħħar ix-xenqa għall-ħelsien mill-jasar: "ix-xewqa qawwija għall-ħelsien mill-forom kollha tal-jasar li jolqtu l­individwu u s-soċjeta hija ħaġa nobbli u leġittima".25 Ma ninsewx li hawnhekk qed jikteb qabel ma seħħu l-avvenimenti storiċi ta' 1-1989, meta waqa' l-Ħajt ta' Berlin, u bdew il-bidliet kbar fl-Ungerija, fiċ-Ċekoslovakkja u l-Polonja u fil-pajjiżi li kienu jiffurmaw il-Patt ta' Varsavja. Dan il-ħelsien jinkiseb billi n-nisrani jfassal ħajtu fuq dik ta' Kristu li kien il-qaddej u l­ilsir. Matul il-missjoni tiegħu, huwa dejjem wera li ''l-liberta sseħħ bl­imħabba, jiġifieri bI-għoti tiegħek innifsek", u li fil-prattika l-ħelsien ifisser ''l-għoti sħiħ tiegħek innifsek għall-qadi ta' Alla u ta' l-aħwa".26

Id-Dokument Preparatorju tal-Kungress ifisser l-għażla tat-tema. Jgħid li kien jixraq li r-rabta bejn l-Ewkaristija u l-ħelsien tiġi studjata ftit snin wara l-bidliet kbar li bdew fl-Ewropa Ċentrali u tal-Lvant fl-1989 u fl-ewwel nofs tad-Disgħinijiet. Mhux biss. Imma l-Kungress kien qed jiġi organizzat fil-belt Polakka ta' Wroclaw, li għal ċertu żmien kienet tagħmel parti mill­Ġermanja (bI-isem ta' Breslau). Il-Kumitat Pontifiċju għall-Kungressi Ewkaristiċi xtaq li l-laqgħat ta' talb, u ta' tagħlim, iservu biex jgħaddu messaġġ ta' kuraġġ u tama lil dawk il-popli li għadhom ibatu xi forma jew oħra ta' jasar. Kienet ix-xewqa ta' l-organizzaturi tal-Kungress li l-Insara madwar id-dinja kollha jirriflettu kif il-grazzja ewkaristika hija għajn ta' ħelsien personali u soċjaliY

Wieħed mill-paragrafi l-aktar sinifikattivi fid-dokument ta' tħejjija għall­Kungress huwa dak li jitkellem dwar l-Ewkaristija bħala ''l-Ħobż tal-Ħelsien" u ''l-Vjatku għall-martirju". Ix-xhieda tan-nisrani llum tingħata importanza f'dan id-dokument. Ix-xhieda fl-aktar sens wiesa' (martyria) sseħħ meta n­nisrani, "mwettaq bil-Kelma ta' l-Evanġelju u mill-Ħobż Ewkaristiku, jidħol f'komunjoni ma' Kristu, jadura l-Missier fl-ispirtu u l-verita, u juri mħabbtu

23 F. BOURA55A, "Sacrifice", in Vatican Il: Assessment and Perspectives, Twenty- five years after (1 962-1987), li, ed. R. Latourelle, Mahwah (New Jersey) 1989, p. 147.

24 Ara J. MOLTMANN, "The Liberating Feast", in Concilium 92 (19 74), p. 80. 25 ĠWANNI PAWLU lI, Enċiklika Sollicitudo Rei Socialis, 46. 26 ĠWANNI PAWLU li, Enċiklika Veritatis Splendor, 87.

Page 11: L-Ewkaristija: Skola ta' Liberta - University of Malta...L-Ewkaristija: Skola ta' Liberta 187 San Ġwann ipoġġi l-mewt ta' Ġesu fuq is-salib fl-istess ħin (fil-Jum tat Tħejjija)

L-Ewkaristija: Skola ta ' Liberta 195

għal ħutu, ' anki sal-punt li jagħti ħajtu għalihom, Irridu niftakru li f'dan is­seklu (is-seklu 20), bħal fl-ewwel żminijiet tal-Knisja, l-Ewkaristija hi l-Ħobż tal-Ħelsien, il-Vjatku għall-qlubija u l-martirju". 28 Iċ-ċelebrazzjoni ta' l­Ewkaristija fil-I/katakombi" ta' żminijietna saħħet ir-rieda ta' l-insara fil­fidi, it-tama u l-imħabba tagħhom sabiex ikunu jistgħu jagħtu xhieda għall­ħelsien ta' wlied Alla (ara Rum 8, 21), u b'hekk jitwaħħdu mal-misteru ta' l­Għid ta' Kristu. Id-dokument jisħaq ukoll fuq li l-Ewkaristija tesprimi l/il­misteru tal-ħelsien ta' Kristu, id-don tal-liberta; tfisser imħabba sa l-aħħar, għaliex l-imħabba biss tista' teħles". 29

Għalliema ħelsien twassalna l-grazzja tas-sagrament ta' l-Ewkaristija? Dan id-don infinit tal-Mulej li nipproklamaw, niċċelebraw, nikkomunikaw u naduraw f'dan is-sagrament jgħinna sabiex negħlbu l-oppressjoni, il­mibegħda u l-egoiżmu. L-Ewkaristija ssaħħaħ lill-insara biex jimpenjaw ruħhom soċjalment, tant li l-commitment li jagħtu jista' anki jwassalhom biex jagħtu ħajjithom għall-aħwa. B'dan il-mod, id-dixxipli ta' Kristu, kulma jmur, isiru żerriegħa ta' soċjeta ġdida fejn issaltan s-solidarjeta u fejn il­ħelsien veru jwassal għall-ferħ fi Kristu u għas-sliem fis-soċjeta. 3o

Frak tad-Deheb minn Fomm il-Papa Ġwanni Pawlu 11

Fl-Omelija waqt il-Quddiesa ta' l-għeluq tal-Kungress Ewkaristiku Nazzjonali ta' Wroclaw, il-Papa Ġwanni Pawlu II rabat flimkien l-Ewkaristija, l-isfida tal-ġuħ fid-dinja u s-sejħa għall-ħelsien veru fi Kristu. Ta' min inħalli lil dan il-Papa kbir, li l-Mulej sejjaħlu għall-premju etern f'nofs is-Sena ta' l­Ewkaristija u fl-Ottava ta' l-Għid, ikellimna hu stess dwar it-tema li qed nistudjaw. Inħallu l-kliem inċiżiv tiegħu jidwi fi qlubna u f'ħajjitna:

Il-Kungress iħeġġiġna biex inħarsu lejn il-liberta umana minn perspettiva Ewkaristika. Fl-innu tal-Kungress, aħna nkantaw: 'Int ħallejtilna ir-rigal ta' l-Ewkaristija biex tfassal ordni ġdid ta' liberta interjuri'. Din hi stqarrija mill-aktar essenzjali. Qegħdin nitkellmu hawn dwar 'ordni ta' liberta'. Iva, il-liberta vera titlob ordni. Imma x'tip ta' ordni qegħdin nitkellmu dwaru hawnhekk? Qegħdin nitkellmu, qabel kollox, dwar l­ordni morali, ordni fil-qasam tal-valuri, l-ordni tal-verita u tat-tjubija ... Il-Knisja ma tieqafx tkun dik li tħabbar l-

27 Ara PONTIFlCAL COMM ITTEE FOR INTERNATIONAL EUCHARISTlC CONGRESSES, Eucharist and Freedom, p, 1. 2B Ibid" 9, R, IOHANNY jistqarr li l-Ewkaristija "avec sa puissance creatrice et transfigurante (est)

comme une interrogation constante pour l'homme, une provocation totale a l'amour" (L'eucaristie, sacrement de liberation", p, 12),

29 Eucharist and Freedom, p, 12, 30 Ara ibid" p,31; I,H, McKENNA, "Liturgy: Toward Liberation or Oppression?", p, 299,

Page 12: L-Ewkaristija: Skola ta' Liberta - University of Malta...L-Ewkaristija: Skola ta' Liberta 187 San Ġwann ipoġġi l-mewt ta' Ġesu fuq is-salib fl-istess ħin (fil-Jum tat Tħejjija)

196 Fr Hector Scerri

Evanġelju tal-liberta lid-dinja! Din hi l-missjoni tagħha. 'Kristu ħelisna biex ngħixu ta' nies ħielsa' (Ga l 5, l)Y

Il-Papa Polakk, bi kliem tad-deheb, jasal biex jiddeskrivi l-Ewkaristija bħala skola ta' liberta, skola li tħarreġ lill-insara fit-tfassil ta' ħelsien veru kulfejn ikunu. Meta nieklu u nixorbu l-Ġisem u d-Demm tal-Mulej, aħna progressivament ninbidlu fih. Bħalu nsiru bnedmin għall-oħrajn u ma' l­oħrajn. Liberament noffru lilna nfusna lill-aħwa tagħna, kemm dawk li tagħhom aħna qrib, kif ukoll dawk 'il bogħod, saħansitra dawk li ma tantx juruna mħabba. Ġwanni Pawlu Il jgħallem:

BI-Ewkaristija bħala mudell, fiex jikkonsisti dan l-ordni ta' ħelsien? Fl-Ewkaristija, Ġesu huwa preżenti bħala dak li jagħti lilu nnifsu lill-bniedem, dak li jaqdi lill-bniedem: l/hu, li kien ħabb lil tiegħu .. . ħabbhom għall-aħħar" (Ġw B, 1). Il-ħelsien veru jitkejjel minn kemm aħna lesti naqdu u noffru lilna nfusna. Huwa biss meta l-ħelsien ikun mifhum b'dan il-mod li dan il-ħelsien ikollu l-qawwa li joħloq. Hekk biss ikun jista' jibni l-umanita u jsawwar r-rabtiet bejn il-bnedmin.32

Din l-Omelija ġewwa Wroclaw tibqa' waħda mill-aqwa li qatt għamel Ġwanni Pawlu lI. Ngħid għalija bqajt inżomm il-kumment editorjali li deher l-għada fil-gazzetta L'Osservatore Romano. Biex ma nitilfu xejn mill-ġmiel tal-kumment ta' l-editur, se nġibha kif dehret: I/Di validita universale e stata I'omelia di Giovanni Paolo lI: una delle piu alte dei suo Pontificato, dalla robustezza di una enciclica e dall'intelligenza dell'oggi delia storia ... Eucaristia, fame, liberta: una trilogia che ha scosso tutti e che riguarda tutti. Una trilogia che impone un esame di coscienza. Una trilogia che propone indicazioni concrete. Dall'eucaristia sgorgano I'ordine delia liberta e la solidarieta interumana" .33

Ġwanni Pawlu II għamel referenza għall-bidliet soċjali u politiċi li seħħu fl-1989 u wara, u saħaq fuq ir-rabta bejn l-Ewkaristija u l-ħelsien. Dan għamlu meta, f'mument ieħor tal-ġurnata, indirizza lid-delegazzjonijiet preżenti għall-Kungress. Qalilhom hekk:

Kristu preżenti fl-Ewkaristija jgħallimna x'inhu l-ħelsien veru, u kif nużawh ... L-Ewkaristija biss tista' turi lill-bniedem il-milja ta' l-imħabba infinita ta' Alla, u għaldaqstant tagħti tweġiba għall-għatx (tal-bniedem) biex iħobb. L-Ewkaristija biss tista' tirregola l-għatx tiegħu għal-liberta. Għax meta niskopru li

31 ĠWANNI PAWLU li, Omelija ġewwa Wroclaw, Polonja, 1 ta' Ġunju 1997, n. S. 32 Ibid.

I I I

I I \

I I \

Page 13: L-Ewkaristija: Skola ta' Liberta - University of Malta...L-Ewkaristija: Skola ta' Liberta 187 San Ġwann ipoġġi l-mewt ta' Ġesu fuq is-salib fl-istess ħin (fil-Jum tat Tħejjija)

L-Ewkaristija: Skola ta' Liberta

ġejna msejħin li nkunu don ħieles lil Alla u lill-proxxmu, il­ħelsien tagħna ikun mimli bid-dija tal-verita li tixgħel l­imħabba tagħna. 34

197

Dan huwa eku espliċitu ta' dak li l-Papa Ġwanni Pawlu kien kiteb disa' snin qabel fl-Enċiklika Sollicitudo Rei Socialis. Hemm kien rabat flimkien l­Ewkaristija u l-promozzjoni tal-ġustizzja u l-koperazzjoni. Mela l-ħelsien li tkellimna dwaru jwassalna biex nikkommettu ruħna bis-sħiħ għall-missjoni fid-dinja. Jgħid li huwa mill-Ewkaristija li nirċievu s-saħħa biex nikkommettu ruħna b'aktar ġenerożita, fuq l-eżempju ta' Kristu li ta ħajtu għal ħbiebu.35

Konklużjoni

F'din ir-riflessjoni, fittixt li ngħarbel ir-rabta qawwija li hemm bejn il­grazzja sagramentali ta' l-Ewkaristija u l-ħelsien veru li aħna lkoll msejħin għalih . Rajna kif il-pern ta' dan kollu huwa l-Misteru Paskali ta' Sidna Ġesu Kristu. Għax Ġesu bata, miet u qam minn bejn l-imwiet, aħna ksibna '' l­ħelsien tal-glorja ta' wlied Alla" (Rum 8, 21). Dan il-ħelsien mhuwiex xi ħaġa astratta, 'il bogħod minna, jew oġġett ta' spekulazzjoni. Il-ħelsien ngħixuh aħna , bnedmin tad-demm u l-laħam. Aħna bnedmin li nħossu elf sentiment. M'aħniex statwi ta' l-irħam. Le, aħna msejħin inħobbu, imsejħin naqdu, imsejħin biex nagħtu xhieda. Ikun hemm drabi meta nonqsu minn dmirijietna. Ikun hemm drabi meta nweġġgħu lil ħaddieħor, meta nkunu egoisti, meta nidinbu ... u ntappnu l-qdusija tal-Knisja ta' Kristu. Aħna midinbin .. . imma mifdijin! Importanti li naraw il-ħajja tagħna fil-perspettiva ta' Kristu, ħuna l-kbir, li sar bniedem bħalna. Alla ħa qalb ta' bniedem biex il-bnedmin, int u jien, nitgħallmu nħobbu kif irid Alla.

L-Ewkaristija, bħal kull sagrament ieħor, tissarraf f'impenn responsabbli. F'dan l-istudju rajna kif dan huwa l-impenn li ngħixu l-liberta vera: kemm personalment, kemm bħala Knisja, kif ukoll soċjalment bħala ċittadini ta' pajjiż. L-Ewkaristija timpenjak biex tagħti ħajtek, kif għamel Kristu. Timpenjak biex tgħożż il-ħelsien u ma tkunx i!sir tad-dnub. Timpenjak biex tkun bennej ta' relazzjonijiet ġusti fil-ħajja familjari , fil-ħajja soċjali ,

ekonomika u politika. Timpenjak biex, mhux tant bi kliemek, imma aktar u aktar b 'ħajtek tkun xhud tal-liberta li ġabi!na Kristu, u li jrid jarana ngħixuha llum. Kemm hu sabiħ, imma kemm ikun isbaħ kemm-i! darba

33 M. AGNES, "Editoriale", L'Osservatore Romano, 2-3 giugno 1997, p. l. 3' ĠWANNI PAWLU 11, Diskors Jid-Delegazzjonijiet tal-Kungress, Wroc!aw, Polonja, 1 ta' Ġunju

1997, n. 4. 35 Ara ĠWANNI PAWLU lI, Enċiklika Sollicitudo Rei Socia lis, n. 48.

Page 14: L-Ewkaristija: Skola ta' Liberta - University of Malta...L-Ewkaristija: Skola ta' Liberta 187 San Ġwann ipoġġi l-mewt ta' Ġesu fuq is-salib fl-istess ħin (fil-Jum tat Tħejjija)

198 Fr Hector Scerri

npoġġu fil-prattika l-kliem li nitolbu fl-interċessjoni ta' wara l-konsagrazzjoni fil-Ħames Talba Ewkaristika (meta nużaw ir-raba' prefazju)! Is-saċerdot, f'isem l-assemblea liturġika, jitlob:

"Iftħilna għajnejna biex nintebħu bil-ħtiġijiet ta' ħutna;

nebbaħna kliem u għemil li jkunu ta' faraġ għall-imtaqqlin u l-imġarrbin; agħtina li naqduhom minn qalbna, kif uriena u jridna nagħmlu Kristu. Ħa tkun il-Knisja tiegħek xhieda ħajja tal-verita u tal-liberta, tal-paċi u tal-ġustizzja, biex il-bnedmin kollha jqumu għal tamiet ġodda".

Bibliografija

HAMMAN, A.-G., ed., The Paschal Mystery. Ancient Liturgies and Patristic Texts, Alba Patristic Library 3, Staten Island (New York) 1969.

JOHN PAUL lI, Homilies and Addresses at the International Eucharistic Congress, Wroclaw, Poland, in L'Osservatore Romano (English ed.) (4 June; 11 June 1997).

McKENNA, J.H., "Liturgy: Toward Liberation or Oppression?", in Worship 56 (1982) pp. 291-308.

PONTIFICIAL COMMITTEE FOR INTERNA TlONAL EUCHARISTIC CONGRESS, "Eucaristia e liberta" (16 May 1995), in La Nuova Alleanza 101 (1996) pp. 7-26; English trans. "The Eucharist and Freedom", in Notitiae 32 (1996) pp. 722-755.

ROCCHETTA, C. (a eura di), Universa nostra caritas est eucharistia: Per una teologia dell'eucaristia come teologia delia comunione e dei servizio, Bologna 1993.