l-gĦaxar sena il-malti (il-qari u l-kitba) il-Ħin: sa tejn · 2018-07-30 · il-malti – il-qari...

12
Il-Malti Il-Qari u l-Kitba L-Għaxar Sena Rotta 1 2018 Paġna 1 minn 12 ID-DIPARTIMENT GĦALL-KURRIKULU, RIĊERKA, INNOVAZZJONI U TAGĦLIM TUL IL-ĦAJJA Id-Direttorat għall-Programmi ta’ Tagħlim u Assessjar It-Taqsima tal-Assessjar Edukattiv L-Eżamijiet Annwali tal-Iskejjel Sekondarji 2018 L-GĦAXAR SENA IL-MALTI (Il-Qari u l-Kitba) IL-ĦIN: Satejn L-Isem: _____________________________________ Il-Klassi: _______________ Għall-istudent/a: 1. Wieġeb il-mistoqsijiet kollha kif mitlub/a. 2. L-ortografija, il-punteġġjatura, is-sintassi, l-ideat u l-preżentazzjoni tajbin jgħinuk tikseb riżultati aħjar. Għall-għalliema: Il-MARKI It-Taħdit 20 Is-Smigħ 20 Ix-Xogħol Tul is-Sena 10 Il-Qari u l-Kitba 50 IT-TOTAL 100 Taqsima 1A 1B 1D 2A 2B TOTAL Marka 8 8 5 14 8 7 50 Marka tal- Istudent/a Kummenti: ______________________________________________________________ ______________________________________________________________ ___________________________________________________________ Rotta 1

Upload: others

Post on 30-Jan-2020

5 views

Category:

Documents


0 download

TRANSCRIPT

Il-Malti – Il-Qari u l-Kitba – L-Għaxar Sena – Rotta 1 – 2018 Paġna 1 minn 12

ID-DIPARTIMENT GĦALL-KURRIKULU,

RIĊERKA, INNOVAZZJONI U TAGĦLIM TUL IL-ĦAJJA

Id-Direttorat għall-Programmi ta’ Tagħlim u Assessjar

It-Taqsima tal-Assessjar Edukattiv

L-Eżamijiet Annwali tal-Iskejjel Sekondarji 2018

L-GĦAXAR SENA IL-MALTI (Il-Qari u l-Kitba) IL-ĦIN: Sagħtejn

L-Isem: _____________________________________ Il-Klassi: _______________

Għall-istudent/a:

1. Wieġeb il-mistoqsijiet kollha kif mitlub/a. 2. L-ortografija, il-punteġġjatura, is-sintassi, l-ideat u l-preżentazzjoni tajbin jgħinuk

tikseb riżultati aħjar.

Għall-għalliema:

I

l-M

AR

KI

It-Taħdit 20

Is-Smigħ 20

Ix-Xogħol Tul is-Sena 10

Il-Qari u l-Kitba 50

IT-TOTAL 100

Taqsima 1A 1B 1Ċ 1D 2A 2B TOTAL

Marka 8 8 5 14 8 7 50

Marka tal-

Istudent/a

Kummenti:

______________________________________________________________

______________________________________________________________

___________________________________________________________

Rotta 1

Paġna 2 minn 12 Il-Malti – Il-Qari u l-Kitba – L-Għaxar Sena – Rotta 1 – 2018

L-EWWEL TAQSIMA: IL-LINGWA (35 MARKA)

Aqra s-silta li ġejja u wieġeb il-mistoqsijiet ta’ wara.

Il-Ħsara tat-tipjip

It-tipjip fost iż-żgħażagħ u l-adulti kulma jmur

qiegħed jinkwieta lil ħafna awtoritajiet tas-saħħa.

Donnu li minkejja l-edukazzjoni kollha fl-iskejjel u

fuq il-mezzi ta’ komunikazzjoni, xorta l-ammont ta’

żgħażagħ u adulti li jpejpu, kull sena qiegħed

jiżdied. (par.1)

Il-Malti jgħid li min jittarraf jiġġarraf u ħafna nies jibdew bil-vizzju tat-tipjip minn età

żgħira ħafna. Studji juru li meta persuna tibda tpejjep kmieni din tispiċċa tpejjep b’mod

regolari. Minn studji li saru fl-Amerka ġie kkalkulat li madwar 6.4 miljuni ta’ tfal u

żgħażagħ li jpejpu llum se jmutu qabel ma jkunu għalqu s-sittin sena. Sfortunatament

minħabba li l-ħsara tat-tipjip ma jarawhiex mill-ewwel, ħafna żgħażagħ fl-aħjar

tagħhom ikomplu jpejpu. (par.2)

Id-duħħan tat-tabakk fih taħlita ta’ kimiċi velenużi li jistgħu jikkawżaw mard serju bħal

kanċer, mard respiratorju, mard tal-qalb u diversi forom ta’ mard serju ieħor. Nisa tqal

li jkomplu jpejpu regolarment matul it-tqala tagħhom ikunu wkoll qegħdin jagħmlu

ħsara kbira lit-tarbija tagħhom. Fid-dinja jmutu madwar sitt miljun persuna fis-sena

kawża tat-tipjip, li bejn wieħed u ieħor tfisser mewt ta’ persuna kull sitt sekondi. Nafu li

l-mard relatat mat-tabakk għandu effett fuq il-but mhux biss ta’ min ipejjep imma wkoll

tal-membri tal-familja u fuq is-sistema tas-saħħa tal-pajjiż. (par.3)

Għalhekk, importanti li wieħed ifittex l-għajnuna biex jaqta’ dan il-vizzju jekk ma jkunx

jista’ jagħmel dan waħdu. Li tieqaf tpejjep hi l-aktar ħaġa tajba li tista’ tagħmel biex

tgħix ħajja aktar b’saħħitha u fuq kollox tgħix ħajja itwal. Aħna għandna responsabilità

li nieħdu ħsieb saħħitna u saħħet ħaddieħor u nipproteġuha minn kull ħsara li jġib

miegħu t-tipjip.(par.4)

(Addattata minn Għin ruħek u eħles mit-tabakk, mir-rivista Mużajk, Jannar, 2015)

Il-Malti – Il-Qari u l-Kitba – L-Għaxar Sena – Rotta 1 – 2018 Paġna 3 minn 12

1A. Fehim it-Test

Wieġeb il-mistoqsijiet fuq li għadek kemm qrajt.

1. X’inhu jinkwieta lil ħafna awtoritajiet tas-saħħa? (par.1)

_____________________________________________________________________

_____________________________________________________________(marka)

2. Semmi żewġ affarijiet li qegħdin isiru biex in-nies ma tibdiex tpejjep.(par.1)

____________________________________________________________________

_____________________________________________________________(2 marki)

3. X’jiġrilhom dawk li jibdew ipejpu meta jkunu għadhom żgħar? (par.2)

_____________________________________________________________________

_____________________________________________________________(marka)

4. Skont is-silta “...ħafna żgħażagħ fl-aħjar tagħhom ikomplu jpejpu.” Għid

għaliex jibqgħu jpejpu. (par.2)

_____________________________________________________________________

____________________________________________________________ (marka)

5. Minn dak li qrajt fis-silta, minn xiex inhu kkawżat il-mard serju li jġib it-tipjip? (par. 3)

_____________________________________________________________ (marka)

6. “Nafu li l-mard relatat mat-tabakk għandu effett fuq il-but”. (par.3) Għaliex?

_____________________________________________________________________

____________________________________________________________ (marka)

7. Semmi vantaġġ wieħed li jkollok jekk tieqaf tpejjep jew aħjar jekk qatt ma tpejjep.

(par.4)

_____________________________________________________________________

____________________________________________________________ (marka)

___ 8 marki

Paġna 4 minn 12 Il-Malti – Il-Qari u l-Kitba – L-Għaxar Sena – Rotta 1 – 2018

1B. Il-Grammatika

Aqra din is-silta.

L-għasel ta’ Malta huwa prodott mill-aktar bnin li jgħin lill-ġisem jiġġieled il-mard li

jitfaċċa matul is-sena. In-naħla ddum kważi xahrejn titħabat biex bil-bżulija tagħha

tagħmel l-għasel. Ix-xehda hija l-maħżen ta’ dan il-prodott naturali tagħha. Wara li jiġi

pproċessat, l-għasel jimtela f’vażetti trasparenti kemm ta’ daqs żgħir u kemm ta’ daqs

kbir sabiex jinbiegħ fil-ħwienet. Il-ġmiel naturali ta’ dan il-prodott huwa biżżejjed u ma

jinħtieġ l-ebda tiżjin fuq il-vażett. Meta tarah fuq l-ixkaffa lanqas tkun tista’ temmen kif

kreaturi żgħar bħan-naħal jagħtuna dak il-ġmiel ta’ prodott naturali.

Wieġeb il-mistoqsijiet li ġejjin.

1. Agħti l-plural ta’ “prodott”.

2. Agħti s-singular ta’ “vażetti”.

3. Sib mis-silta nom proprju.

4. Mis-silta sib nom mimmat ta’ ħażen.

5. Liema minn dawn in-nomi hu fil-kollettiv?

naħal – ħwienet

6. “Il-ġmiel naturali ta’ dan il-prodott huwa biżżejjed u ma jinħtieġ l-ebda

tiżjin fuq il-vażett”.

Sib nom verbali.

7. L-aġġettiv superlattiv ta’ “żgħir ”

huwa “l-iżgħar ”.

Agħti l-grad superlattiv ta’ “kbir”.

8. Immarka l-għadd imtenni:

“In-naħla ddum kważi xahrejn

titħabat biex bil-bżulija tagħha tagħmel l-għasel.”

___ 8 marki

Il-Malti – Il-Qari u l-Kitba – L-Għaxar Sena – Rotta 1 – 2018 Paġna 5 minn 12

1 Ċ. Il-Kitba Komunikattiva

Ikteb MESSAĠĠ bil-mowbajl ta’ madwar 50-70 kelma lill-ħbieb tiegħek sabiex

tiftiehmu biex tmorru ġurnata baħar f’dawn il-vaganzi tas-sajf li ġejjin.

Tinsiex tikteb id-dettalji kollha meħtieġa bħal: id-data, il-ħin u l-post li se

tiltaqgħu fih, fejn se tmorru, x’se ġġibu magħkom u sa x’ħin se ddumu.

Importanti li tikteb b’Malti tajjeb.

___ 5 marki

Paġna 6 minn 12 Il-Malti – Il-Qari u l-Kitba – L-Għaxar Sena – Rotta 1 – 2018

1D. Il-Komponiment

Ikteb bejn 180 u 200 kelma fuq WIEĦED minn dawn is-suġġetti f’paġni 8 u 9.

(12-il marka)

1. Meta ssakkart fuq il-bejt!

Ikteb storja dwar kif issakkart u x’għamilt. Dawn il-mistoqsijiet li ġejjin jistgħu

jgħinuk:

Xi tlajt tagħmel fuq il-bejt?

Ma’ min kont u fi x’ħin?

Kif indunajt li ssakkart?

X’kienet l-ewwel ħaġa li għamilt?

Xi bdejt tagħmel biex tgħaddi l-ħin?

Kif ħassejtek?

Xi kemm domt imsakkar?

Min ġie jiftaħlek?

2. Ix-xogħol li nixtieq li jkolli.

F’dan il-komponiment trid tiddeskrivi x-xogħol li tixtieq. Dawn il-mistoqsijiet li

ġejjin jistgħu jgħinuk:

Liema hu dak ix-xogħol li tixtieq tagħmel?

Għaliex tixtieq tagħmlu?

Minn fejn sirt taf b’dan ix-xogħol?

X’taf fuqu?

Xi kwalifiki trid għal dan ix-xogħol?

Trid tattendi xi skola partikolari wara s-sekondarja biex titħarreġ f’dan

ix-xogħol?

X’qiegħed tagħmel biex tkun ċert li fil-futur jirnexxilek takkwista dan

ix-xogħol?

3. F’Malta hawn wisq karozzi. Taqbel?

F’dan il-komponiment trid tiddiskuti dwar il-problema ta’ ħafna karozzi f’Malta.

Dawn il-mistoqsijiet li ġejjin jistgħu jgħinuk:

Taħseb li kulħadd għandu karozza hawn Malta?

Għaliex ħafna nies iridu jużaw il-karozza tagħhom?

___ 14-il marka

Il-Malti – Il-Qari u l-Kitba – L-Għaxar Sena – Rotta 1 – 2018 Paġna 7 minn 12

Hemm relazzjoni bejn in-nuqqas t’eżerċizzju, il-ħxuna żejda u l-użu

tal-karozza?

It-trasport pubbliku qiegħed jintuża biżżejjed?

Xi rridu nagħmlu biex inħajru n-nies tuża aktar it-trasport pubbliku?

Kif qiegħed jiġi affettwat l-ambjent b’dawn il-karozzi kollha?

X’suġġerimenti għandek sabiex din il-problema tittaffa xi ftit?

Uża dan l-ispazju biex tagħmel il-pjan tal-kitba tiegħek. (2 marki)

Paġna 8 minn 12 Il-Malti – Il-Qari u l-Kitba – L-Għaxar Sena – Rotta 1 – 2018

In-numru tal-komponiment magħżul: _______

Il-Malti – Il-Qari u l-Kitba – L-Għaxar Sena – Rotta 1 – 2018 Paġna 9 minn 12

Paġna 10 minn 12 Il-Malti – Il-Qari u l-Kitba – L-Għaxar Sena – Rotta 1 – 2018

IT-TIENI TAQSIMA: IL-LETTERATURA (15-IL MARKA)

2A. Ir-Referenza għall-Kuntest: Il-Poeżija (Bejn Ħaltejn)

Aqra sewwa din il-poeżija Passaġġi ta’ Ġorġ Borg u wara wieġeb

il-mistoqsijiet fuqha.

Hemm passaġġi li tibdiehom mit-twelid;

hemm oħrajn li tiskoprihom bit-taħbit.

Hemm passaġġi li taqbadhom 5 bla taf kif;

hemm oħrajn li toħroġ minnhom kollok grif.

Hemm passaġġi li tilħaqhom fiduċjuż; 10

hemm oħrajn li jħalluk dejjem diżilluż.

Hemm passaġġi ssibhom jagħlqu wara ftit;

Hemm oħrajn li jwassluk temmen 15 fl-infinit.

Wieġeb dawn il-mistoqsijiet fuq il-poeżija. 1. Agħżel it-tajba billi taqta’ linja taħtha.

i. Il-poeta qed jirreferi għall-esperjenzi tagħna fil-ħajja bħala

a) passaġġi. b) dawl.

ii. Il-poeta jsemmi passaġġi li nibdewhom malli nitwieldu. Liema versi jfissru dan?

a) Hemm passaġġi li tilħaqhom

fiduċjuż.

b) Hemm passaġġi li tibdiehom mit-twelid. (2 marki)

___ 8 marki

Il-Malti – Il-Qari u l-Kitba – L-Għaxar Sena – Rotta 1 – 2018 Paġna 11 minn 12

2. Imla l-vojt b’kelma mill-poeżija.

i) Il-kelma li tirrima ma’ twelid fl-ewwel strofa hija ____________________

ii) Il-kelma li tirrima ma’ kif fit-tieni strofa hija ____________________

iii) Il-kelma li tirrima ma’ ftit fl-aħħar strofa hija ____________________

(3 marki)

3. X’differenza jrid juri l-poeta bejn il-passaġġi li tilħaqhom fiduċjuż u l-passaġġi li

jħalluk dejjem diżilluż?

____________________________________________________________________

____________________________________________________________________

_____________________________________________________________(2 marki)

4. Xi jrid ifisser il-poeta meta jgħid “Hemm oħrajn li jwassluk temmen fl-infinit”? (vv. 15-16)

______________________________________________________________(marka)

2B. Ir-Rumanzett (Il-Ħarsa ta’ Rużann)

Aqra sewwa din is-silta meħuda mir-rumanzett Il-Ħarsa ta’ Rużann ta’ Francis

Ebejer u wieġeb il-mistoqsijiet fuqha.

FID-DLAM SFIQ ta’ lejla waħda minn tal-1874, il-ħallelin tax-Xuxana ħarġu bħal ilpup barrija biex jagħmlu ħerba minn razzett. Farrku u ħarbtu kulma ġie għal idejhom.

Lit-tfal werwruhom. Lil mart Karmenu ċarrtulha ħwejjiġha minn fuqha, rifsu fuqha u xeħtuha bis-saħħa mal-mejjilla fejn għal ftit rasha ma nqasmitx fi tnejn. Żewġha

ssielet magħhom b’kemm kellu saħħa, iżda huma kienu wisq fil-għadd. Bid-daqqiet li qala’ ntilef minn sensih u nstabat mal-art, wiċċu fil-qiegħ u d-dmija

tiegħu stess. Kien hemm xi bdiewa minn tal-qrib li malli semgħu l-ħsejjes resqu biex jaraw x’kien ġara. Hekk kif sabu li kien ħbit mit-tajfa tax-Xuxana, mill-ewwel lebbtu

lejn l-irziezet tagħhom fejn tefgħu l-istangi mal-bibien u t-twieqi. Mat-tbexbix, Karmenu stejqer xi ftit. Xorob mill-bomblu u ħassu aħjar. Martu, Lurenz,

aktar damet ma ġiet f’tagħha. Uliedhom, ħlief għall-qatgħa li kienu ħadu, ma ġralhom xejn. Missierhom sqiehom it-togħlija tal-fidloqqom għax lilu biss kellu dak il-ħin.

Karmenu, wild l-imħabba ta’ bejn il-bidwija Dinglija Rużann u Mark Antonin tad-dar de los Ingallos tal-Imdina, b’dik ir-ras tiegħu geġwiġija nokkli mħabblin f’xulxin, b’dawk

l-għajnejn jagħtu xi ftit fl-ikħal, dewwa kif seta’ l-ġrieħi li kienet ġarrbet martu...

___ 7 marki

Paġna 12 minn 12 Il-Malti – Il-Qari u l-Kitba – L-Għaxar Sena – Rotta 1 – 2018

Wieġeb dawn il-mistoqsijiet fuq din is-silta.

1. F’din is-silta, niltaqgħu ma’ Karmenu u martu Lurenz. Karmenu kien bin

__________________ u ________________________. (2 marki)

2. Agħżel it-tajba billi taqta’ linja taħtha.

Min mar għamel ħerba fir-razzett ta’ Karmenu u ta’ Lurenz?

(i) It-tfal.

(ii) Il-ħallelin tax-Xuxana.

(iii) Il-bdiewa l-oħra.

(marka)

3. Xi ġralha eżattament Lurenz? Xi ġralu eżattament Karmenu? Importanti li ssaħħaħ

l-argumenti tiegħek u tista’ tikkwota wkoll mis-silta mogħtija.

_____________________________________________________________________

_____________________________________________________________________

___________________________________________________________(2 marki)

4. Il-bdiewa tal-qrib għenuhom lil Karmenu u lil Lurenz? Għaliex?

_____________________________________________________________________

_____________________________________________________________________

__________________________________________________________(2 marki)

TMIEM IL-KARTA