l-imħabba - radju marija · 2018-04-12 · 07.15pm bulettin ta' aħbarijiet reliġjużi...

12
April / Ġunju 2018 - 1 Pubblikazzjoni Assoċjazzjoni Radju Marija (Malta) Nru. 89 – April – Ġunju 2018 L-Imħabba

Upload: others

Post on 22-Jun-2020

2 views

Category:

Documents


0 download

TRANSCRIPT

Page 1: L-Imħabba - Radju Marija · 2018-04-12 · 07.15pm Bulettin ta' aħbarijiet reliġjużi 07.30pm Aħbarijiet minn Radio Vaticana 08.00pm Kont marid u ġejt iżżurni 09.00pm Għejjun

April / Ġunju 2018 - 1

Pubblikazzjoni Assoċjazzjoni Radju Marija (Malta)

Nru. 89 – April – Ġunju 2018

L-Imħabba

Page 2: L-Imħabba - Radju Marija · 2018-04-12 · 07.15pm Bulettin ta' aħbarijiet reliġjużi 07.30pm Aħbarijiet minn Radio Vaticana 08.00pm Kont marid u ġejt iżżurni 09.00pm Għejjun

2 - Radju Marija

Ngħixu

2 - Radju Marija

Għeżież ħbieb u ħutna fil-familja kbira ta’ Radju Marija li qed jiġi f’idejkom dan il-fuljett,

nixtiqilkom l-Għid it-tajjeb. Wara li flimkien imxejna l-mixja tar-Randan imqaddes fejn Radju Marija offrielkom ħafna programmi ta’ għajnuna, issa aħna msejħin sabiex ngħixu dan iż-żmien sabiħ tal-Għid il-Kbir.

Kemm huwa sabiħ li bħala Nsara, nitgħallmu ngħixu ż-żmien liturġiku li l-Knisja-Omm toffrilna matul is-sena għall-ġid spiritwali tagħna. Kull żmien huwa mument partikulari f’mixja waħda u kontinwa. Kull żmien joffrilna għajnuniet bil-għan li qatt ma nieqfu fil-mixja waħda u komuni lejn is-sema pajjiżna.

L-IMĦABBA

Page 3: L-Imħabba - Radju Marija · 2018-04-12 · 07.15pm Bulettin ta' aħbarijiet reliġjużi 07.30pm Aħbarijiet minn Radio Vaticana 08.00pm Kont marid u ġejt iżżurni 09.00pm Għejjun

April / Ġunju 2018 - 3April / Ġunju 2018 - 3

ŻMIEN L-GĦID IL-KBIR

Imma l-Misteru tal-Għid li tajna bidu għalih u li jibqa’ sejjer sa Pentekoste, għandu tifsira speċjali għalina lkoll: HUWA MISTERU TA’ MĦABBA. Dan ma jfissirx li fi żmien il-Milied u żmien ir-Randan u wkoll mhux inqas iż-żmien ta’ matul is-sena m’hemmx imħabba marbuta magħhom, imma żgur li din tispikka f’dan iż-żmien li qed niċċelebraw bħalissa.

NIĊĊELEBRAW L-IMĦABBA TA’ ALLA GĦALINA

L-imħabba ta’ Alla għalina tidher u tispikka fil-Misteru tal-Għid li jiġbor fih il-passjoni, il-mewt u l-qawmien ta’ Ġesù mill-imwiet. “M’hemmx imħabba akbar minn dik li wieħed jagħti ħajtu għall-ħbieb”.

Inkomplu niċċelebraw l-imħabba ta’ Alla għalina bil-festi li niċċelebraw f’dan iż-żmien qaddis tal-Għid: Jum il-Vokazzjonijiet - il-Festa ta’ Corpus Domini’ – il-Ġisem tal-Mulej - il-Festa tal-Qalb ta’ Ġesù - il-Festa ta’ Pentekoste: l-Għotja tal-Ispirtu s-Santu bħala l-akbar rigal tal-Missier u tal-Iben.

IMĦABBA BI MĦABBA TITPATTA

Ejjew ngħixu dawn ix-xhur fejn fihom niftakru fl-imħabba ta’ Alla għalina. Niċċelebrawhom kif inhu xieraq fil-knejjes tagħna. Imma l-akbar u l-isbaħ mod kif niċċelebraw dawn il-festi huwa billi nittrasfurmaw ħajjitna f’festa kontinwa   ta’ mħabba lejn Alla. Jekk Alla ħabbna daqshekk... għaliex aħna m’għandniex inħobbuh fuq kollox u qabel kollox.

Dan huwa l-awgurju tiegħi: ngħixu l-Għid tal-Mulej billi hekk kif hu tana kollox, aħna nagħtuh lilna nfusna.

L-IMĦABBA

Page 4: L-Imħabba - Radju Marija · 2018-04-12 · 07.15pm Bulettin ta' aħbarijiet reliġjużi 07.30pm Aħbarijiet minn Radio Vaticana 08.00pm Kont marid u ġejt iżżurni 09.00pm Għejjun

4 - Radju Marija

li ser jixxandru fl-iskeda tar-rebbiegħa mit-Tnejn 2 ta’ April sal-Ħadd 1 ta’ Lulju 2018

PROGRAMMI ĠODDA TA’

RADJU MARIJA

LEJN FEJQAN MIS-7 VIZZJI: BATTALJA SPIRITWALI

Preżentazzjoni ta’ Fr David Borg OFM Conv.

Jixxandar live nhar ta’ Erbgħa fl-4.00pm u jkollu ripetizzjoni l-Ħamis fl-10.00pm

X’inhuma s-7 vizzji u minn fejn ġejjin? Nistgħu negħlbuhom? Kif infiqu minnhom, b’metodu Nisrani? Dan kollu se jiġi ttrattat f’serje ta’ programmi ta’ siegħa ’l wieħed. Aħna u niddiskutu kull wieħed mill-vizzji, l-ewwel se niddeskrivuh b’mod ġenerali, biex nifhmu aħjar x’inhu u x’mhuwiex, kif jista’ jolqotna, u fejn jidħol id-dnub. Imbagħad se nidħlu fil-KAWŻI kumplessi, dawk li jidhru u dawk moħbija; u se naraw ukoll l-EFFETTI ta’ ħsara li jistgħu jinqalgħu. Wara, nesponu l-mezzi li bihom wieħed jista’ JFIQ, u b’hekk jasal għal ħelsien sħiħ u l-paċi tal-qalb. Ikun hemm ukoll ħin għad-domandi tagħkom.

SEJJAĦTILKOM ĦBIEB

Preżentazzjoni ta’ Sr Theresa Camilleri, Agostinjana

Jixxandar live nhar ta’ Ħamis fil-11.00am u jkollu ripetizzjoni nhar ta’ Sibt fil-5.30am

Frażi li ħarġet b’enfasi qawwija minn fomm l-Imgħallem tagħna Ġesù. Nippruvaw tul din l-iskeda nħallu din il-frażi tidħol b’ċerta qawwa fil-qalb tagħna b’tali mod li tħajjarna niggranfaw iżjed ma’ dan Ġesù u ġġegħilna nindunaw kemm hu sabiħ li tagħmel esperjenza totali, profonda miegħu. Il-programm hu stedina għalik biex jipperswadik kemm dan l-Imgħallem hu sabiħ, ma jħallik nieqes minn xejn. Jgħidlek il-ħin kollu li jħobbok. Jieħu paċenzja bin-nuqqasijiet tiegħek. Ejjew niskopru li huwa personaġġ infinitament mimli ħniena.

KONT MARID U ĠEJTU ŻŻURUNI

Preżentazzjoni ta’ Fr Mario Attard OFM Cap.

Jixxandar nhar ta’ Tlieta fit-8.00pm u jkollu ripetizzjoni l-Ħadd fl-4.30am

Kond marid u ġejtu żżuruni huwa programm li ser ilaqqagħna ma’ Ġesù. Ma' Ġesù fil-persuna marida u ser jgħinna nikbru fl-imħabba tagħna lejh.

Page 5: L-Imħabba - Radju Marija · 2018-04-12 · 07.15pm Bulettin ta' aħbarijiet reliġjużi 07.30pm Aħbarijiet minn Radio Vaticana 08.00pm Kont marid u ġejt iżżurni 09.00pm Għejjun

April / Ġunju 2018 - 5

Skeda tal-programmigħal żmien ir-rebbiegħa li tibdat-Tnejn 2 ta’ April u tintemm il-Ħadd 1 ta' Lulju 2018

09.00pm Inbid ġdid10.00pm Inti f'salib it-toroq? 11.00pm Il-Vanġelu tal-ġurnata (rpt)11.30pm Bulettin ta' aħbarijiet reliġjużi (rpt)11.50pm Kompjeta

It-Tlieta

12.00am Rużarju12.30am Wiċċek infittex (rpt)01.00am Kristu u Marija fl-istorja tas-salvazzjoni (rpt)01.30am Biex il-ferħ tagħkom ikun sħiħ (rpt)02.00am Ir-Rieda tal-Imħabba (rpt)03.00am Kurunella tal-Ħniena Divina03.20am Rużarju ta' San Mikiel bl-Ingliż03.40am Rużarju tal-Erwieħ04.00am Rużarju04.30am O Alla trinità li nadura (rpt)05.30am Vuċi missjunarja (rpt)06.30am Rużarju ta' San Mikiel bil-Malti07.00am Rużarju07.30am Quddiesa08.00am Anġelus u Kuntatt sal-11am jinkludi l-Vanġelu fid-9.00am11.00am Kunu x-xhieda tiegħi 12.00pm Anġelus u Rużarju12.30pm Rużarju tal-Erwieħ01.00pm Tiżwiqa mużikali02.00pm Jiena Hu l-Ħobz tal-Ħajja03.00pm Kurunella tal-Ħniena Divina03.30pm X'jolqotni fil-Vanġelu?04.00pm Tifkiriet ta' Nostalġija05.00pm Vjaġġ mużikali06.00pm Anġelus u Rużarju06.30pm Quddiesa

li ser jixxandru fl-iskeda tar-rebbiegħa mit-Tnejn 2 ta’ April sal-Ħadd 1 ta’ Lulju 2018

It-Tnejn

12.00am Rużarju12.30am Għajn ta' ġid (rpt)01.30am Familja kun dak li int (rpt)02.00am Għalik li temmen (rpt)03.00am Kurunella tal-Ħniena Divina03.20am Rużarju ta' San Mikiel bl-Ingliż03.40am Rużarju tal-Erwieħ04.00am Rużarju04.30am Għannu lil ismu (rpt)05.30am Labirint, it-tiftixxa ta' Alla (rpt)06.00am Qari mill-Iskrittura Mqaddsa (rpt)06.30am Rużarju ta' San Mikiel bil-Malti07.00am Rużarju07.30am Quddiesa08.00am Anġelus u Kuntatt sal-11am jinkludi l-Vanġelu fid-9.00am11.00am Ara Ommok12.00pm Anġelus u Rużarju12.30pm Rużarju tal-Erwieħ12.45pm Biex il-ferħ tagħkom ikun sħiħ01.00pm Qari tar-rumanz01.30pm Nistrieħ f'idejk03.00pm Kurunella tal-Ħniena Divina03.30pm Irwiefen u fjammi04.00pm Fl-iskola ta' San Piju ta' Pietralċina05.00pm Vjaġġ mużikali 06.00pm Anġelus u Rużarju06.30pm Quddiesa07.00pm Għasar07.15pm Bulettin ta' aħbarijiet reliġjużi 07.30pm Aħbarijiet minn Radio Vaticana08.00pm Mur sewwi l-Knisja tiegħi 08.30pm Qari tar-rumanz (rpt)

Page 6: L-Imħabba - Radju Marija · 2018-04-12 · 07.15pm Bulettin ta' aħbarijiet reliġjużi 07.30pm Aħbarijiet minn Radio Vaticana 08.00pm Kont marid u ġejt iżżurni 09.00pm Għejjun

6 - Radju Marija

06.00pm Anġelus u Rużarju06.30pm Quddiesa07.00pm Għasar07.15pm Bulettin ta' aħbarijiet reliġjużi 07.30pm Aħbarijiet minn Radio Vaticana08.00pm Familja kun dak li int08.30pm Solidarjetà ma ħutna ppersegwitati09.00pm Għajn ta' ġid10.00pm Sejjaħli u jien inwieġbek11.00pm Il-Vanġelu tal-ġurnata (rpt)11.30pm Bulettin ta' aħbarijiet reliġjużi (rpt)11.50pm Kompjeta

Il-Ħamis

12.00am Rużarju12.30am Ara Ommok (rpt)01.30am Nova et vetera (rpt)02.00am Għejjun ta' ilma frisk u dejjem ħaj (rpt)02.30am Ritratti mill-album Evanġeliku (rpt)03.00am Kurunella tal-Ħniena Divina03.20am Rużarju ta' San Mikiel bl-Ingliż03.40am Rużarju tal-Erwieħ04.00am Rużarju04.30am Il-ħames Vanġelu (rpt)05.00am Inbid ġdid (rpt)06.00am Irwiefen u fjammi (rpt)06.30am Rużarju ta' San Mikiel bil-Malti07.00am Rużarju07.30am Quddiesa08.00am Anġelus u Kuntatt sal-11am jinkludi l-Vanġelu fid-9.00am11.00am Sejjaħtilkom ħbieb12.00pm Anġelus u Rużarju12.30pm Rużarju tal-Erwieħ01.00pm Mużika country b'ispirazzjoni02.00pm Għalik li temmen 03.00pm Kurunella tal-Ħniena Divina03.30pm Hekk tħabbat il-qalb Maltija 04.00pm Mid-djarju tal-Papa

07.00pm Għasar07.15pm Bulettin ta' aħbarijiet reliġjużi 07.30pm Aħbarijiet minn Radio Vaticana08.00pm Kont marid u ġejt iżżurni09.00pm Għejjun ta' ilma frisk u dejjem ħaj09.30pm Wiċċek infittex (rpt)10.00pm Kunu x-xhieda tiegħi (rpt)11.00pm Il-Vanġelu tal-ġurnata (rpt)11.30pm Bulettin ta' aħbarijiet reliġjużi (rpt)11.50pm Kompjeta

L-Erbgħa

12.00am Rużarju12.30am Nixtarru kitbet San Ġorġ Preca (rpt)01.30am Klassiċi u sagri (rpt)02.30am Is-Serv ta' Alla; Frank Duff03.00am Kurunella tal-Ħniena Divina03.20am Rużarju ta' San Mikiel bl-Ingliż03.40am Rużarju ta' San Ġużepp 04.00am Rużarju04.30am Irwiefen u fjammi (rpt)05.00am Fl-iskola ta' San Piju ta' Pietralċina (rpt)06.00am Mur sewwi l-Knisja tiegħi (rpt)06.30am Rużarju ta' San Mikiel bil-Malti07.00am Rużarju07.30am Quddiesa08.00am Anġelus u Kuntatt sal-11am jinkludi l-Vanġelu fid-9.00am11.00am Mother's Prayers12.00pm Anġelus u Rużarju 12.30pm Rużarju ta' San Ġużepp12.45pm Għanjiet il-qalb01.00pm Qari mill-Iskrittura Mqaddsa 01.30pm Tan-nanna ħelu manna03.00pm Kurunella tal-Ħniena Divina03.30pm Labirint it-tiftixa ta' Alla04.00pm Lejn fejqan mis-7 vizzji: battalja spiritwali05.00pm Vjaġġ mużikali

Page 7: L-Imħabba - Radju Marija · 2018-04-12 · 07.15pm Bulettin ta' aħbarijiet reliġjużi 07.30pm Aħbarijiet minn Radio Vaticana 08.00pm Kont marid u ġejt iżżurni 09.00pm Għejjun

April / Ġunju 2018 - 7

07.00pm Għasar07.15pm Bulettin ta' aħbarijiet reliġjużi 07.30pm Aħbarijiet minn Radio Vaticana08.00pm Biex il-ferħ tagħkom ikun sħiħ (rpt)08.30pm Qari tar-rumanz (rpt)09.00pm Vuċi missjunarja10.00pm Qari mill-Iskrittura Mqaddsa (rpt)10.30pm Għejjun ta' ilma frisk u dejjem ħaj (rpt)11.00pm Il-Vanġelu tal-ġurnata (rpt)11.30pm Bulettin ta' aħbarijiet reliġjużi (rpt)11.50pm Kompjeta

Is-Sibt

12.00am Rużarju12.30am Mużika country b'ispirazzjoni (rpt)01.30am Inti f'salib it-toroq? (rpt)02.30am Mur sewwi l-Knisja tiegħi (rpt)03.00am Kurunella tal-Ħniena Divina03.20am Rużarju ta' San Mikiel bl-Ingliż03.40am Rużarju tal-Erwieħ04.00am Rużarju04.30am Mid-djarju tal-Papa (rpt)05.30am Sejjaħtilkom ħbieb (rpt)06.30am Rużarju ta' San Mikiel bil-Malti07.00am Rużarju07.30am Quddiesa08.00am Anġelus u Kuntatt (sa l-10.00am) 10.00am L-Arka ta' Noe11.00am Nixtarru kitbet San Ġorġ Preca12.00pm Anġelus u Rużarju12.30pm Rużarju tal-Erwieħ01.00pm Magazine03.00pm Kurunella tal-Ħniena Divina03.30pm Kristu u Marija fl-istorja tas-salvazzjzoni04.00pm Kireh u bileh!05.00pm Vuċi missjunarja (rpt)06.00pm Anġelus u Rużarju

05.00pm Vjaġġ mużikali06.00pm Anġelus u Rużarju06.30pm Quddiesa07.00pm Għasar07.15pm Bulettin ta' aħbarijiet reliġjużi 07.30pm Aħbarijiet minn Radio Vaticana08.00pm Ritratti mill-album Evanġeliku08.30pm Wiċċek infittex09.00pm O Alla Trinita' li nadura10.00pm Lejn fejqan mis-7 vizzji: battalja spiritwali (rpt)11.00pm Il-Vanġelu tal-ġurnata (rpt)11.30pm Bulettin ta' aħbarijiet reliġjużi (rpt)11.50pm Kompjeta

Il-Ġimgħa

12.00am Rużarju12.30am Tifkiriet ta' nostalġija (rpt)01.30am Jien hu l-ħobż tal-ħajja (rpt)02.30am X'jolqotni fil-Vanġelu? (rpt)03.00am Kurunella tal-Ħniena Divina03.20am Rużarju ta' San Mikiel bl-Ingliż03.40am Rużarju tad-Duluri04.00am Rużarju04.30am Magazine (rpt)06.30am Rużarju ta' San Mikiel bil-Malti07.00am Rużarju07.30am Quddiesa08.00am Anġelus u Kuntatt sal-11am jinkludi l-Vanġelu fid-9.00am11.00am Vanġelu ħaj 12.00pm Anġelus u Rużarju12.30pm Rużarju tad-Duluri12.45pm Għanjiet il-qalb01.00pm Qari tar-rumanz01.30pm Is-Serv ta' Alla; Frank Duff02.00pm Ir-Rieda tal-Imħabba03.00pm Kurunella tal-Ħniena Divina03.30pm Fil-Qalba taċ-Ċenaklu04.30pm Il-ħames Vanġelu05.00pm Vjaġġ mużikali06.00pm Anġelus u Rużarju06.30pm Quddiesa

Page 8: L-Imħabba - Radju Marija · 2018-04-12 · 07.15pm Bulettin ta' aħbarijiet reliġjużi 07.30pm Aħbarijiet minn Radio Vaticana 08.00pm Kont marid u ġejt iżżurni 09.00pm Għejjun

8 - Radju Marija

Appuntamenti fissi fuq Radju Marija għall-iskeda tar-rebbiegħa 2018

Quddiesa:Mit-Tnejn sal-Ġimgħa: fis-7.30am u fis-6.30pmNhar ta’ Sibt : fis-7.30am u fis-6.30pmNhar ta’ Ħadd: fis-7.00am u fl-10.00am

Ir-Rużarji:Ir-Rużarju Mqaddes: f’12:00am, fl-4.00am,

fis-7.00am, f’12.00pm, fis-6.00pm Ir-Rużarju tad-Duluri: Kull nhar ta’ Ġimgħa

fl-3.40am u fin-12.30pmIr-Rużarju ta’ San Ġużepp nhar ta’ Erbgħa

fl-3.40am u fin-12.30pmIr-Rużarju tal-Erwieħ: kuljum fl-3.40am u

fin-12.30pm (minbarra nhar ta’ Erbgħa u nhar ta’ Ġimgħa)

Ir-Rużarju ta’ San Mikiel kuljum, bl-Ingliż fit-3.20am u bil-Malti fis-6.30am

L-Anġelus:Kuljum fit-8.00am, f’12.00pm u fis-6.00pm qabel ir-Rużarju Kurunella tal-Ħniena Divina Kuljum fit-3.00am u fit-3.00pm

Liturġija tas-sigħat: kuljum:Tifħir tas-sbieħ il-jum: fit-8.15amGħasar: fis-7.00pm mit-Tnejn sal-Ġimgħa u fis-7.15pm is-Sibt u fis-6.30 il-ĦaddKompjeta għall-miżżewġin: fil-11.15pm mit-Tnejn sal-ĠimgħaTalb ta’ għeluq il-jum: f’11.50pmBulettin tal-Aħbarijiet mid-dinja Kattolika: Mit-Tnejn sal-Ġimgħa fil-7.15pm

b’ripetizzjoni fil-11.30pmL-aħħar Aħbarijiet minn Radju Vatikan bl-Ingliż: Mit-Tnejn sal-Ġimgħa fis-7.30pm

06.30pm Quddiesa07.00pm Għasar07.30pm Nova et Vetera08.00pm Vanġelu ħaj (rpt)09.00pm Għannu lill-ismu10.00pm Hekk tħabbat il-qalb Maltija (rpt)10.30pm Għanjietna 11.00pm Mother's Prayers (rpt)11.50pm Kompjeta

Il-Ħadd

12.00am Rużarju12.30am Fil-Qalba taċ-Ċenaklu01.30am Tiżwiqa mużikali (rpt)02.30am Solidarjetà ma' ħutna ppersegwitati (rpt)03.00am Kurunella tal-Ħniena Divina03.20am Rużarju ta' San Mikiel bl-Ingliż03.40am Rużarju tal-Erwieħ04.00am Rużarju04.30am Kont marid u ġejt iżżurni05.30am Vanġelu ħaj (rpt)06.30am Rużarju ta' San Mikiel bil-Malti07.00am Quddiesa08.00am Anġelus u Kuntatt ( sa nofsinhar )12.00pm Anġelus u Rużarju12.30pm Rużarju tal-Erwieħ01.00pm Għanjietna (rpt)01.30pm Ritratti mill-album Evanġeliku (rpt)02.00pm Il-Ħadd kumpanija03.00pm Kurunella tal-Ħniena Divina ikompli l-Ħadd kumpanija05.00pm Issa jmiss lilna! (sat-8.00pm) jinkludi l-Anġelus, ir-Rużarju u l-Għasar08.00pm Klassiċi u sagri09.00pm Magazine (rpt 2)11.00pm Kireh u bileh! (rpt)11.50pm Kompjeta

Page 9: L-Imħabba - Radju Marija · 2018-04-12 · 07.15pm Bulettin ta' aħbarijiet reliġjużi 07.30pm Aħbarijiet minn Radio Vaticana 08.00pm Kont marid u ġejt iżżurni 09.00pm Għejjun

April / Ġunju 2018 - 9

li ser jixxandru fl-iskeda tar-rebbiegħa

mit-Tnejn 2 ta’ April

sal-Ħadd 1 ta’ Lulju 2018

PROGRAMMI ĠODDA TA’

RADJU MARIJA

FIL-QALBA TAĊ-ĊENAKLU

Preżentazzjoni ta’ Fr George Schembri u Joan Vella

Jixxandar kull nhar ta’ Ġimgħa fit-3.30pm u jkollu ripetizzjoni nhar ta’ Ħadd fin-12.30am

Meta persuna tħossha li wasal iż-żmien biex tħalli din id-dinja, taħseb biex tagħmel testment. Ġesù wkoll iħalli t-testment  tiegħu. Fl-Evanġelju skont San Ġwann insibu diskors twil, eżattament ta’ ħames kapitli sħaħ, fejn Ġesù jagħtina x-xewqat tiegħu. B’differenza minn testment ta’ xi ħadd mejjet, Kristu Rxoxt iħalli kelma ħajja lid-dixxipli tiegħu. Għaldaqstant dan id-diskors mhuwiex testment mejjet, kelma li spiċċat, imma programm ħaj ta’ ħajja Nisranija. Fil-programm  Mill-Qalba taċ-Ċenaklu  se napprofondixxu dan id-diskors ta’ Ġesù. X’hemm warajh dan id-diskors? X’inhuma x-xewqat ta’ Ġesù? X’messaġġi hemm fis-simboli użati fid-diskors u kif id-dixxiplu jrid jgħix fid-dinja indifferenti għall-messaġġ ta’ Kristu?    Mill-Qalba taċ-Ċenaklu  jistiednek tiskopri t-testment ħaj ta’ Ġesù Rxoxt.

MOTHER’S PRAYERS

Preżentazzjoni ta’ Romina Mifsud u Stephanie Zammit Borg

Jixxandar live nhar ta’ Erbgħa fil-11.00am u jkollu ripetizzjoni nhar ta’ Sibt fil-11.00pm

Mother’s Prayers huwa grupp li nbeda ġewwa l-Ingliterra f’Novembru tal-1995 u malajr infirex kważi f’iktar minn 100 pajjiż. Żewġ nanniet, Veronica u Sandra ħassew lil Mulej imexxihom biex jibdew dan il-grupp u biex jitolbu b’mod speċjali għal uliedhom. Għalhekk bdew jiltaqgħu kull ġimgħa u jinġabru madwar mejda u jitolbu. Dan il-program ser isir fuq Radju Marija bil-għan u għal beneficcju ta’ dawk l-ommijiet li forsi jinsabu fl-isptarijiet ma’ wliedhom jew anke huma stess qed jieħdu xi kura, jew ukoll dawk li għal xi raġuni jew oħra ma jistgħux joħorġu biex imorru f’xi waħda minn dawn il-laqgħat.

IR-RIEDA TAL-IMĦABBA

Preżentazzjoni ta’ Nikol u Mary Baldacchino

Jixxandar kull nhar ta’ Ġimgħa fis-2.00pm u jkollu ripetizzjoni nhar ta’ Tlieta fis-2.00am

Bħala miżżewġin aħna wegħidna li se nħobbu lil xulxin għal dejjem. Imma kemm qed nipprattikaw l-imħabba fil-ħajja tagħna ta’ kuljum? Kemm il-ħolm u t-tamiet tagħna nbidlu f’diżappunti jekk mhux weġgħat jew qtigħ il-qalb. Imma dan jista’ ma jkunx hekk! IR-RIEDA TAL-IMĦABBA se jgħin lill-miżżewġin jifhmu u jipprattikaw imħabba sabiħa u mingħajr kundizzjonijiet. Sew jekk iż-żwieġ tagħkom jinsab fit-tarf tal-irdum, jew għaddej tajjeb, IR-RIEDA TAL-IMĦABBA se jgħinkom tgħixu żwieġ aktar dinamiku.

Page 10: L-Imħabba - Radju Marija · 2018-04-12 · 07.15pm Bulettin ta' aħbarijiet reliġjużi 07.30pm Aħbarijiet minn Radio Vaticana 08.00pm Kont marid u ġejt iżżurni 09.00pm Għejjun

10 - Radju Marija

Patri Elias Vella OFM Conv. se jkompli jkun magħna kull nhar ta’ Tnejn fit-3.30pm bil-programm li jġib l-isem: Irwiefen u fjammi. Ikollu ripetizzjoni l-Erbgħa fl-4.30am kif ukoll il-Ħamis fis-6.00am.

Paul Xuereb se jkompli jkun magħna nhar ta’ Tlieta fit-3.30pm bil-programm li jġib l-isem: X’jolqotni fil-Vanġelu? Ikollu ripetizzjoni l-Ġimgħa fis-2.30am.

Il-program imtella’ minn Fr Philip Cutajar OFM Cap. Kunu xhieda tiegħi se jibdel il-ġurnata għal nhar ta’ Tlieta fl-istess ħin; dak tal-11.00am, b’ripetizzjoni t-Tlieta fl-10.00pm.

Fuq Radju Marija tkompli s-sensiela ta’ programmi: Għejjun ta’ ilma frisk u dejjem ħaj

Preżentazzjoni ta’ Rev. Prof. Hector Scerri u l-mistiedna tiegħu

Jixxandar kull nhar ta’ Tlieta fid-9.00pm u jkollu ripetizzjoni nhar ta’ Ħamis fis-2.00am kif ukoll il-Ġimgħa fl-10.30pm

Se nibdew sensiela ġdida tal-programm: GĦEJJUN TA’ ILMA FISK U DEJJEM ĦAJ. Se nkomplu niltaqgħu mal-Missirijiet tal-Knisja; persunaġġi kbar, ħafna minnhom nies tal-Knisja u awturi ta’ għerf kbir; li għallmu u għadhom jgħallmuna sal-lum dwar il-ġmiel tal-fidi tagħna.

Matul din is-sensiela se nkunu qed nimxu pass pass magħhom f’dak li għandhom x’jgħidulna dwar l-Għid il-Kbir, it-Tlugħ fis-sema ta’ Ġesù, Pentekoste, it-Trinità u l-Ewkaristija. Għalhekk, matul dan iż-żmien liturġiku bejn April u Ġunju, li l-biċċa l-kbira tiegħu huwa Żmien il-Għid, se nkunu qed nisimgħu dak li l-Missirijiet tal-Knisja għandhom x’jgħidulna dwar dan il-perjodu għażiż u sabiħ.

XI TIBDILIET LI SARU LIL XI PROGRAMMI

FL-ISKEDA TAR-REBBIEGĦA

2018

Page 11: L-Imħabba - Radju Marija · 2018-04-12 · 07.15pm Bulettin ta' aħbarijiet reliġjużi 07.30pm Aħbarijiet minn Radio Vaticana 08.00pm Kont marid u ġejt iżżurni 09.00pm Għejjun

April / Ġunju 2018 - 11

Volontarjat:

Jekk tixtieq tagħti sehmek bħala voluntier f’Radju Marija tista’ tibgħat email fuq [email protected] jew ċemplu 2145 3105

Kif tista’ tgħin lil

Radju Marija finanzjarjament:

• Billi tagħti donazzjoni fir-reception

ta’ Radju Marija, Kunvent Patrijiet

Dumnikani, ir-Rabat Malta

• Billi tagħti donazzjoni l-Catholic

Bookshop fil-Pjazza ta’ Raħal Ġdid,

Simiana Stationery tas-Sliema

kif ukoll fil-Librerija Preca, Blata

l-Bajda.

• Billi tibgħat ċekk jew money order

bil-posta, pagabbli lil Radju Marija,

PO Box 19, ir-Rabat, RBT 1230

• Permezz ta’ SMS tista’ tagħti

donazzjoni ta’ €4.66 billi tibgħat

SMS fuq in-numru 50618063 jew

inkella tibgħat SMS fuq 50619278

għal donazzjoni ta’ €11.65.

Assoċjazzjoni Radju Marija

APS IBAN:

MT31 APSB 7705 7006 0638 2000 0834 148

A/C ACCOUNT NO: 20000834 14-8

HSBC IBAN:

MT05MMEB44587000000058030875050

A/C ACCOUNT NO: 058-030875-050

BOV IBAN:

MTO9VALL2201 30000000 14609142012

A/C ACCOUNT NO: 14609142012

Dejjem ara li tingħata rċevuta mill-Bank

għal kull donazzjoni.

• Tista’ tiddepożita d-donazzjoni tiegħek

f’wieħed mill-kontijiet li Radju Marija

għandu fil-banek APS, HSBC u BOV:

Page 12: L-Imħabba - Radju Marija · 2018-04-12 · 07.15pm Bulettin ta' aħbarijiet reliġjużi 07.30pm Aħbarijiet minn Radio Vaticana 08.00pm Kont marid u ġejt iżżurni 09.00pm Għejjun

12 - Radju Marija

Avviżi komunitarji mxandra kuljum

Radju Marija jistieden lil dawk il-

parroċċi u l-għaqdiet li jixtiequ

jxandru l-attivitajiet tagħhom li jkunu

se jorganizzaw, fuq Radju Marija biex

jibagħtuhom sa mhux aktar tard minn

ġimgħa qabel ma tkun ser isseħħ

l-attività. Dawn għandhom jintbagħtu

idealment b’email fuq info.mal@

radiomaria.org.

L-attivitajiet avżati għandhom ikunu

ta’ natura reliġjuża jew ta’ formazzjoni

Nisranija u ma jistgħux jinkludu

attivitajiet ta’ fundraising fosthom

bazaars. Hija fid-diskrezzjoni tad-

direzzjoni ta’ Radju Marija kemm-il

darba jixxandar l-avviż.

Avviżi ta’ mwiet u tifkiriet ta’

anniversarji fuq Radju Marija

Dawn jixxandru mit-Tnejn sal-Ġimgħa

fit-8.00am, fil-11.55am u fl-3.55pm,

nhar ta' Sibt u festi pubbliċi fit-8.00am

biss u l-Ħadd fit-8.00am u fil-11.55am.

Għal aktar informazzjoni wieħed

għandu jċempel fil-ħinijiet tal-uffiċċju

fuq 21453105 u jistaqsi għal Michael

Amato jew Moira Bugeja. Importanti li

l-avviżi jkunu ttajpjati u jiġu ppreżentati

fir-reception ta’ Radju Marija bejn: it-

Tnejn u l-Ħadd fil-ħinijiet rispettivi

tal-ftuħ. Min jippreżenta l-avviż irid

ukoll il-karta tal-identità tiegħu. Ma

jistgħux jiġu aċċettati avviżi permezz

tat-telefon jew b’sms.

Servizzi offruti minn Radju Marija

Agħmel kuntatt ma’ Radju Marija

Indirizz postali: Radju Marija, PO Box 19, ir-Rabat RBT1230

Telefon uffiċċju: 21453105 - Telefon studio: 21453106

SMS studio: 79791023

Telefon promozzjonali (fuljetti): 21453375

Indirizz elettroniku promozzjonali: [email protected]

Indirizz elettroniku: [email protected]

Websajt: www.radjumarija.org

jew sibna fuq Radju Marija Malta