l imdina (power point)

40
L-IMDINA

Upload: philip-axiaq

Post on 13-Jul-2015

528 views

Category:

Documents


6 download

TRANSCRIPT

Page 1: L imdina  (power point)

L-IMDINA

Page 2: L imdina  (power point)

L-Imdina tinsab fuq għolja fin-nofs ta’ Malta. Minħabba f’hekk hi tidher minn kullimkien. Hi belt imdawra b’ħitan għoljin li nsejħulhom swar.

Page 4: L imdina  (power point)

Meta kienu jinżlu l-ħallelin tal-baħar, in-nies mill-irħula tal-qrib kienu jaħarbu lejn l-Imdina biex jistkennu fiha. Il-ħallelin kienu jsibu l-irħula u l-irziezet vojta.

Meta mbagħad kienu jmorru jattakkaw lill-Imdina u jsibuha magħluqa u mgħassa sewwa bis-suldati, kienu jaqtgħu qalbhom u jmorru lura fuq ix-xwieni tagħhom.

Page 5: L imdina  (power point)

Minħabba f’dawn l-attakki l-Imdina saret l-aktar post importanti ta’ Malta.

L-Imdina kienet ukoll il-belt kapitali ta’ Malta. Fl-antik l-aktar nies importanti tal-Gvern u l-Isqof bnew il-palazzi tagħhom hemm.

Page 6: L imdina  (power point)

Fi żmien ir-Rumani l-Imdina kienet ikbar milli hi llum.

Min ċekken din il-belt u dawwarha bis-swar u ħaffer foss madwarha?

Ma nafux eżatt: jew l-Għarab jew il-Biżantini. Dan għamluh biex ikunu jistgħu jiddefenduha aħjar.

Kienu l-Għarab li semmewha Mdina u għadha jisimha hekk sal-lum.

Page 7: L imdina  (power point)

Il-Perit Franċiż Francois Mondion

fetaħ il-Bieb Prinċipali tal-

Imdina.

Il-Bieb Prinċipali tal-Imdina

Page 8: L imdina  (power point)

In-naħa ta’ ġewwa tal-Bieb Prinċipali tal-Imdina jidhru t-tliet qaddisin protetturi ta’ Malta: San Publiju, San Pawl u Sant’Agata.

Page 9: L imdina  (power point)

Il-Palazz Vilhena Dan hu palazz fejn illum hemm il-Mużew tal-Istorja Naturali li jżuruh ħafna tfal tal-iskola u turisti. Isejħulu Palazz Vilhena għax inbena mill-ġdid mill-Gran Mastru Vilhena biex imur joqgħod fih fis-sajf. Darba dan il-palazz kien ukoll sptar.

Mal-Granmastru Vilhena huwa marbut ukoll ir-restawr (tindif u rranġar ta’ bini) tal-Imdina

Page 10: L imdina  (power point)

De Vilhena u l-palazz tiegħu

Dan il-bini huwa fuq stil barokk, jiġifieri li l-bini u l-faċċati tiegħu jkunu b’disinji kkumplikati.

Page 11: L imdina  (power point)
Page 12: L imdina  (power point)

It-Torri tal-Istandard Fl-antik dan kien torri tal-għassa.

Meta kienu jiġu l-ħallelin tal-baħar jew l-għedewwa jattakkaw lil Malta, minn fuq dan it-torri kienu jqabbdu ħuġġieġa.

Meta l-Maltin kienu jaraw il-ħuġġieġa, kienu jindunaw li waslu l-għedewwa u jmorru jfittxu l-kenn fl-Imdina.

Illum iservi ta’ uffiċju ta’ informazzjoni għat-turisti.

Page 13: L imdina  (power point)

Il-Katidral hu ddedikat lil San Pawl.

Fl-1693, sar terremot li għamel ħsara lill-Katidral.

Għalhekk waqqgħuh u reġgħu bnewh mill-ġdid.

Il-perit tal-Katidral kien il-

bravu Lorenzo Gafa’.

Page 14: L imdina  (power point)

Il-Katidral minn ġewwa.

Il-Katidral hu magħruf

l-aktar għall-koppla maestuża tiegħu.

Page 15: L imdina  (power point)

L-art tal-Katidral hija

miksija b'oqbra ta' nies magħrufa, nobbli u

monsinjuri tal-Katidral li kienu jgħixu f'dak iż-żmien.

Page 16: L imdina  (power point)

Il-Katidral huwa l-knisja prinċipali tad-Djoċesi Maltija.

Jgħidu li fejn hemm il-Katidral, ħafna snin ilu kien hemm il-Palazz ta’ Publiju, il-gvernatur Ruman ta’ Malta li kien laqa’ lil San Pawl għandu.

Jgħidu wkoll li xi snin wara kien hemm knisja ċkejkna.

Maż-żmien il-Maltin kellhom ikabbru din il-knisja iktar minn darba, għax bdew jaraw li ma kinitx kbira biżżejjed għalihom.

Illum għandna l-Katidral.

Page 17: L imdina  (power point)

San Publiju u San Pawl

Page 18: L imdina  (power point)

L-Arċisqof ta’ Malta minn dejjem kellu l-palazz tiegħu fl-Imdina.

Dan jinsab imiss eżatt mal-Katidral.

Page 19: L imdina  (power point)

Il-Mużew tal-Katidral Fil-Katidral minn dejjem kienu jużaw affarijiet prezzjużi. Ħafna minn dawn m’għadhomx jużawhom illum (per eżempju: ħwejjeġ liturġiċi bħal dawk li jintlibsu għall-quddies, kalċijiet, statwi, pitturi, reġistri, missali u kotba oħra) Dari dan il-bini kien jintuża bħala seminarju.

Page 20: L imdina  (power point)
Page 21: L imdina  (power point)

 

Il-Kappella tal-Karmnu (stil Barokk) inbniet fl- 1659. Hawnhekk bdiet ir-rewwixta tal-Maltin kontra l-Franċiżi fl-1798.

Dan ġara meta l-Maltin raw lill-Franċiżi se jisirqu d-damask biex ibiegħuh. 

Ġewwa t-triq Villegaignon

Page 22: L imdina  (power point)

Id-Dar Normanna Din hi dar kbira u antika ħafna. In-nies jafuha

bħala d-Dar Normanna għax mibnija kif kienu jibnu n-Normanni li kienu jikkmandaw lil Malta ħafna snin ilu. Imma l-isem propja ta’ din id-dar huwa Palazzo Falson. Din tinsab ftit ‘il fuq mill-knisja tal-Karmnu.

Page 23: L imdina  (power point)

Meta ħafna snin ilu l-Kavallieri ġew Malta, il-Gran Mastru L’Isle Adam qagħad f’dan il-palazz għal tmint ijiem. Dan il-palazz huwa t-tieni l-eqdem bini li nistgħu nsibu llum ġol-Imdina. Illum id-dar hi miftuħa għal min irid jarha.

Page 24: L imdina  (power point)

Faċċata tal-kappella ta’ Sant’Agata hemm Casa Inguanez –palazz tas-seklu 14.

Dan ukoll jinsab fit-triq prinċipali tal-Imdina, imsejħa Villegaignon.

Din hija l-usa’ triq ġewwa l-Imdina.

Page 25: L imdina  (power point)

Illum l-Imdina hija attrazzjoni għat-

turisti. Dawn jieħdu gost imorru fit-toroq

dojoq u mgħawwġin tagħha u jaraw il-bini sabiħ li fiha.

Toroq ġewwa l-Imdina

Page 26: L imdina  (power point)

It-toroq ġewwa l-Imdina kienu dojoq u mserpa biex il-Maltin u

l-Kavallieri setgħu jaħarbu u jistaħbew

faċilment mill-għadu.

Page 27: L imdina  (power point)

Apparti minnhekk, f’każ ta’ xi attakk il-passaġġ tan-nies ikun limitat u l-

vleġeġ ma jwasslux fit-tul. Fl-istess ħin id-djar kienu

jkunu protetti mix-xemx.

Page 28: L imdina  (power point)

Fl-1530 Malta giet f’idejn il-Kavallieri ta’ San Ġwann, iżda billi l-istill tal-ġlied kien tbiddel, dawn stabbilixxew ruħhom fil-Birgu. Pero’, minħabba l-attakki spissi tal-furbani Torok, huma komplew isaħħu s-swar.

L-Imdina żammewha bħala s-simbolu ta’ awtorita’ fejn kienu jitilgħu l-Gran Mastri biex jieħdu l-ġurament tal-ħatra tagħhom.

Page 29: L imdina  (power point)

Illum l-Imdina m’għadhiex belt importanti bħal qabel. Malli l-Kavallieri ta’ San Ġwann bnew il-Belt Valletta, in-nies importanti tal-Gvern, tal-Knisja u l-kbarat li qabel kienu joqogħdu l-Imdina, bnew il-palazzi tagħhom fil-belt il-ġdida. Minħabba f’hekk l-Imdina tilfet l-importanza tagħha u saret il-belt siekta.Il-Belt Valletta

Page 30: L imdina  (power point)

Entratura oħra għall-Imdina. Bieb il-Griegi, il-bieb l-antik li kien jintuża fis-seklu 15.

Page 31: L imdina  (power point)

Minn fuq is-swar tal-Imdina, in-nies tista’ tara veduta sabiħa tal-postijiet ta’ madwar. Tista’ tara nofs Malta mill-Imdina.

Page 32: L imdina  (power point)

L-Imdina kellha l-isem ta’ Citta Notabile wkoll. Ingħatalha dan l-isem għax ir-Re Alfonsu ħamsa ta’ Spanja kien għolla d-dinjita’ tagħha meta sejħilha ġawrha prezzjuża tal-kuruna tiegħu.

Page 33: L imdina  (power point)

Issa aħsbu sew min huma dawn:Ninsab fuq għolja fin-

nofs ta’ Malta.

Tajna l-isem lil din il-belt u baqa’ hekk sal-

lum.

Għandi l-palazz tiegħi ħdejn il-Katidral.

L-Imdina

L-Għarab

L-Arċisqof Pawlu Cremona

Page 34: L imdina  (power point)

Issa aħsbu sew min huma dawn:Imsemmi għal Gran

Mastru Vilhena u llum jiena l-Mużew tal-Istorja Naturali.

Ġejna mibnija biex niddefendu l-Imdina.

Il-Katidral hu ddedikat lili.

Il-Palazz Vilhena

Swar

San Pawl

Page 35: L imdina  (power point)

Issa aħsbu sew min huma dawn:

Aħna t-tliet protetturi ta’ Malta.

Ftaħt il-bieb prinċipali tal-Imdina.

Dari kont torri tal-għassa, illum inservi ta’ uffiċju ta’ informazzjoni

għat-turisti.

San Publiju, San Pawl u Sant’ Agata

Il-Perit Francois Mondion.

It-Torri tal-Istandard

Page 36: L imdina  (power point)

Ħarsu lejn dawn ir-ritratti ta’ bini importanti ġewwa l-Imdina

u għidu liema huwa. Għidu xi ħaġa dwarhom ukoll.

Page 37: L imdina  (power point)

Ħarsu lejn dawn ir-ritratti ta’ bini importanti ġewwa l-Imdina

u għidu liema huwa. Għidu xi ħaġa dwarhom ukoll.

Page 38: L imdina  (power point)

Ħarsu lejn dawn ir-ritratti ta’ bini importanti ġewwa l-Imdina

u għidu liema huwa. Għidu xi ħaġa dwarhom ukoll.

Page 39: L imdina  (power point)

Attivita’ f’pari

F’pari, agħmlu lista ta’ dawk l-affarijiet

li tgħallimtu llum dwar l-Imdina. Wara aqsmuhom mal-kumplament ta’

sħabkom u araw x’lista toħolqu lkoll flimkien.

Page 40: L imdina  (power point)

TmiemMinn Ms. Elaine Muscat

u l-Istudenti tal-Ħames sena.Kulleġġ San Benedittu

Skola Primarja Mqabba.