l-imqabba - yr 4.1

12
L- IMQABBA Year 4.1 Kulleġġ San Benedittu Primarja Mqabba

Upload: wendy-galea

Post on 15-Apr-2017

429 views

Category:

Education


1 download

TRANSCRIPT

L- IMQABBAYear 4.1

Kulleġġ San Benedittu Primarja Mqabba

Fejn jinsab l-Imqabba?

Din hija l-mappa ta’ Malta. Fejn hemm immarkat bl-aħmar huwa l-Imqabba. L-Imqabba tinsab fin-naħa t’ isfel ta’ Malta. L-irħula li jmissu mal-Imqabba huma ż-Żurrieq, il-Qrendi, is-Siġġiewi, Ħal-Kirkop u Ħal-Luqa.

L-arma tal-Imqabba

Din hija l-arma tal-Imqabba li għandha strixxa bajda fuq sfond aħmar.

Il-knisja

Il-knisja tal-Imqabba hija ddedikata lil Santa Marija.

Il-Festi fl-ImqabbaFl-Imqabba niċċelebraw żewġ festi. F’Ġunju niċċelebraw il-festa tal-Madonna tal-Ġilju. F’Awwissu niċċelebraw il-festa ta’ Santa Marija.

Il-kappella ta` San Bażilju

Din hi l-kappella ta` San Bażilju. Maġenb il-kappella hemm kappella oħra li hija ddedikata lil San Mikiel.

Il-Kappella tad-DuluriDin hija l-kappella tad-Duluri.

Qrib il-kappella tad-Duluri hemm l-għassa tal-pulizija.

Din il-kappella għadha tintuża sal-lum.

San Mikiel Hawn hekk qed naraw niċċa ta‘ San Mikiel jirbaħ lix-xitan. Din in- niċċa tinsab fil-parti l-qadima tal-Imqabba.

Il-katakombi

Fl-Imqabba għandna katakombi li jinsabu fl-inħawi tal-Mentna. Ġewwa l-katakombi nsibu l-agape, li hija mejda kbira fejn l-insara kienu jiċċelebraw l-Ewkaristija.

Dan il-bini kien jintuża għan-nies morda bil-pesta. Dan inbena fi żmien il-kavallieri.

It-Torri VinċentiIt-Torri Vinċenti ilu mibni ħafna snin, sa minn żmien il-Kavallieri.Illum dan it-torri huwa propjeta’ privata.

Il-BarrieriFl-Imqabba nsibu ħafna barrieri. Dawn il-barrieri nużawhom biex nieħdu minnhom il-ġebla tal-franka li biha nibnu d-djar tagħna.