l-imqabba yr 4.2

11
L-Imqabba Yr 4.2 Kulleġġ San Benedittu Primarja Imqabba

Upload: wendy-galea

Post on 15-Apr-2017

328 views

Category:

Education


0 download

TRANSCRIPT

Page 1: L-Imqabba Yr 4.2

L-ImqabbaYr 4.2

Kulleġġ San Benedittu Primarja Imqabba

Page 2: L-Imqabba Yr 4.2

L-Arma tal-Imqabba

Din hija l-arma tal-Imqabba.Il-kuluri tal-arma huma aħmar b’faxx lewn il-fidda fuqu.Il-faxx ta' fuq l-arma huwa djagonali.

Page 3: L-Imqabba Yr 4.2

L-Imqabba huwa villaġġ żgħir li jinsab fin-nofsinnhar ta` Malta. L-irħula li jmissu mal-Imqabba huma il-Qrendi, iż-Żurrieq , Ħal Luqa, Ħal Kirkop u s-Siġġiewi.

Page 4: L-Imqabba Yr 4.2

Din hija l-iskola primarja tal-Imqabba. L-iskola tal-Imqabba hija kbira u sabiħa. L-iskola hija mibnija fuq żewg sulari. L-iskola tinsab qrib il-pjazza.

Page 5: L-Imqabba Yr 4.2

Il-knisja

Din hija il-knisja tal-Imqabba. Il-knisja tal-Imqabba hija ddedikata lil Santa Marija.

Page 6: L-Imqabba Yr 4.2

Il-festi fl-ImqabbaFl-Imqabba niċċelebraw żewġ festi. Il-festa titulari tar-raħal hi dik ta’ Santa Marija, li tiġi ċċelebrata fil-15 ta’ Awwissu. F’Ġunju tiġi ċċelebrata l-festa tal-Madonna tal-Ġilju.

Page 7: L-Imqabba Yr 4.2

San Bażilju

Din hija l-kappella ta’ San Bażilju.

Maġenba hemm il-kapella ta’ San Mikiel.

Page 8: L-Imqabba Yr 4.2

Il-Kappella ta’ Santa Katarina

Il-Kappella ta` Santa Katarina tinsab fil-pjazza tar-raħal. Din il-kappella m’għadhiex tintuża.

Page 9: L-Imqabba Yr 4.2

It-Torri Vincenti

It-torri tal-għassa magħruf bħala t-torri Vinċenti jinsab fl-inħawi magħrufa bħala tal-Isqof. Fil-gwerra t-torri ntlaqat minn bomba tal-għadu u ġarrab ħsara kbira, l-aktar fis-sular t`isfel.

Page 10: L-Imqabba Yr 4.2

Il-Barrieri

Fl-Imqabba hawn ħafna barrieri.Dawn il-barrieri jintużaw biex minnhom nieħdu l-ġebla tal-franka li biha nibnu d-djar tagħna.

Page 11: L-Imqabba Yr 4.2

Il-KatakombiIl-Katakombi tal-Imqabba nsibuhom bħala l-Katakombi tal-Mentna.Fil-Katakombi tal-Mentna hemm 3 kmamar taħt l-art.Fil-Katakombi tal-Mentna hemm dik li tissejjaħ AGAPE. Din hija ġebla kbira li fuqha kienet issir il-quddiesa.Il-Katakombi tal-Mentna huma simili ħafna ta’ dawk ta’ San Pawl li jinsabu fir-Rabat.