l-ispiritwalitÀ · 2017-04-18 · għal żmien ir-rebbiegħa li tibda t-tnejn 27 ta’ marzu u...
TRANSCRIPT
April / Ġunju 2017 - 1
Pubblikazzjoni Assoċjazzjoni Radju Marija (Malta)
Nru. 85 – April – Ġunju 2017
Fil-ħarġa ta’ dan il-fuljett xtaqna npoġġu quddiemkom kelmtejn dwar l-ispiritwalità tal-miżżewġin u l-familja hekk kif huma
mwassla lilna mill-Papa Franġisku fl-Eżortazzjoni Appostolika ‘Amoris Leatitia’ tad-19 ta’ Marzu 2016, festa ta’ San Ġużepp. Nittama li diġà qrajtu t-tagħlim sabiħ u utli li l-Papa qed jagħtina f’dan id-dokument indirizzat b’mod speċjali lill-miżżewġin ta’ rieda tajba.
SPIRITWALITÀ TAL-KOMUNJONI SOPRANATURALI Kif ilkoll tgħallimna, “Alla jgħammar fil-qalb tal-persuna li tgħix fil-grazzja tiegħu. Illum nistgħu ngħidu wkoll li t-Trinità hi preżenti fit-tempju tal-komunjoni taż-żwieġ.” Kemm huwa ħsieb sabiħ u ta’ min jaħseb dwaru. Iż-żwieġ u l-familji tagħna jsiru tempju fejn jiġu joqogħdu t-Tliet Persuni tat-Trinità Qaddisa. “Il-preżenza tal-Mulej tgħammar fil-familja vera u konkreta, bit-tbatija, it-taqbid, il-ferħ u t-tamiet kollha tal-ħajja tagħha, ta’ kuljum. Meta familja tgħix tajjeb il-komunjoni tagħha din hi tassew mixja ta’ qdusija fil-ħajja ta’ kuljum u ta’ formazzjoni mistika, mezz li jwassal għall-għaqda intima ma’ Alla.”
IMXERKIN FIT-TALB“It-talb fil-familja hu mezz ipprivileġġjat biex hi tesprimi u ssaħħaħ il-fidi tagħha. Nistgħu nsibu ftit minuti kuljum biex ninġabru quddiem il-Mulej ħaj,
ngħidulu x’inhu jħassibna, nitolbu għall-ħtiġijiet fil-familja, nitolbu għal xi ħadd li għaddej minn żmien ta’ qtugħ il-qalb, nitolbuh l-għajnuna biex inkunu kapaċi nħobbu, inroddulu ħajr għall-ħajja li tana u għall-ħwejjeġ sbieħ, nitolbu lill-Verġni Mbierka tkenninna taħt il-mant tagħha ta’ omm. Fi kliem sempliċi, dan il-mument ta’ talb lill-familja jista’ jagħmlilha tant ġid.”
SPIRITWALITÀ TAL-IMĦABBA ESKLUSSIVA U ĦIELSAIl-Papa jkompli jgħallem li bejn il-miżżewġin ma jistax ikun hemm spiritwalità tassew Nisranija jekk bejniethom ma jkunx hemm imħabba esklussiva, ħielsa u dejjiema. “Fiż-żwieġ ngħixu wkoll is-sens ta’ appartenenza sħiħa għal persuna waħda. L-għarajjes jidħlu għall-isfida u x-xenqa li jixjieħu u jitwaħħdu flimkien sal-aħħar u hekk jirriflettu l-fedeltà ta’ Alla. Għax “min ma jiddeċidix li jħobb għal dejjem, qajla jista’ jħobb b’sinċerità mqar għal ġurnata waħda”. Ejjew nimxu, għeżież familji, nibqgħu mexjin! Il-wegħda tagħna dejjem hi ikbar milli qatt stħajjilnieha. Ejjew ma nitilfux it-tama li għandna minħabba fil-limiti tagħna, imma lanqas nibqgħu lura milli nfittxu l-milja tal-imħabba u tal-komunjoni li ġiet imwiegħda lilna.
Il-Mulej jagħtikom is-sliem,Fr Philip Cutajar OFM Cap.
TAL-MIŻŻEWĠIN U TAL-FAMILJA
L-ISPIRITWALITÀ
2 - Radju Marija
Għeżież semmiegħa ta’ Radju Marija,
erġajna wasalna fiż-żmien sabiħ tar-rebbiegħa... iż-żmien li fih kollox jerġa’ jieħu l-ħajja. B’dan il-ftit tagħrif ser inżommukom aġġornati b’dak kollu li Radju Marija għamel f’dawn l-aħħar 3 xhur u li għandu preparat għalikom.
24 ta’ Diċembru, 2016
Wara li f’nhar il-Milied kellna l-opportunità li mmorru fil-
Faċilità Korrettiva ta’ Kordin biex naqsmu l-Ewkaristija ma’ ħutna r-residenti f’quddiesa li Radju Marija xandar, issa erġajna morna biex tlabna r-Rużarju mar-residenti tal-istess Faċilità. Bi pjaċir ngħidulkom li dawn ir-Rużarji ser inkunu qegħdin inxandruhom regolari fuq ir-Radju. Il-ħsieb tad-direzzjoni hija li minn żmien għal żmien, aħna ser inkunu qegħdin nagħmlu żjajjar regolari fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin biex inkunu qegħdin inwasslu l-Bxara t-Tajba lil dawn ħutna permezz tat-talb flimkien.
Quddiesa għall-voluntiera kollha ta’ Radju Marijaċċelebrata mill-Eċċellenza tiegħu l-Arċisqof Charles J. Scicluna
Fit-13 ta’ Jannar, 2017 Radju Marija
organizza quddiesa speċjali għall-voluntiera kollha ta’ Radju Marija li jagħmlu ħafna xogħol fis-skiet matul is-sena kollha. Għal din il-quddiesa, kellna l-unur nilqgħu magħna lill-Eċċellenza tiegħu l-Arċisqof Charles J. Scicluna li qasam magħna l-Ewkaristija.
Kien mument sabiħ fejn ħafna mill-voluntiera u wkoll producers jiltaqgħu u jitkellmu flimkien... ħaġa li ma tistax issir matul is-sena minħabba d-diversi impenji u programmi li jkollu Radju Marija.
April / Ġunju 2017 - 3
Quddiesa għall-voluntiera kollha ta’ Radju Marija
li ser jixxandru fl-iskeda tar-rebbiegħa mit-Tnejn 27 ta’ Marzu sal-Ħadd 25 ta’ Ġunju 2017
PROgRAMMI ĠODDA TA’
Radju MaRija
Anġli u Arkanġli
Preżentazzjoni ta’ Patri Marcello Ghirlando OFM
Jixxandar live l-Ġimgħa fit-3.30pm u jkun imtenni l-Ħadd fil-5.00am u t-Tlieta fis-1.00am
Matul dan il-programm sejrin inġibu quddiem għajnejna dawk is-siltiet bibliċi li jitkellmu fuq l-anġli u r-rwol tagħhom fl-istorja tas-salvazzjoni. B’hekk nippruvaw nifhmu kif il-Kotba Mqaddsa jitkellmu ċar fuq l-eżistenza u l-ħidma tagħhom, kemm fl-Antik Testment kif ukoll fil-Ġdid Testment, u naslu nilqgħu l-kelma tal-awtur sagru tal-Ittra lil-Lhud li jsejħilhom ‘spirti qaddejja, mibgħutin biex jaqdu lil dawk li għandhom jiksbu s-salvazzjoni’. Ma jonqosx li niflu ftit dak li tgħid il-Knisja fuq l-Anġli u l-Arkanġli, b’mod specjali fil-Katekiżmu tal-Knisja Kattolika u fil-Katekeżi fuq l-Anġli li kien għamel San Ġwanni Pawlu II.
Fuq ġwejnaħ l-ajkla
Produzzjoni u preżentazzjoni ta’ Patri Elija Vella OFM Conv.
Jixxandar it-Tnejn fit-3.30pm u jkun imtenni l-Erbgħa fis-6.30pm u l-Ħadd fil-11.00pm
Qatt rajt ajkla marbuta b’katina jew imsakkra ġo gaġġa... ma tistax ittir? Hu dak li ħafna drabi jiġri lili u jiġri lilek. Min ser iħollni mill-irbit tal-biża’, tar-rabja u minn tant inkwiet u tensjonijiet? Hemm xi ħadd li lest li jgħinek u jfejqek. Hu Ġesù, l-Imgħallem tal-Galilea. Flimkien miegħi, Patri Elija Vella, ejja ħalli nintefgħu f’dirgħajh. Ma jiddispjaċikx!!!
Aqdef ’il barra fil-fond
Produzzjoni u preżentazzjoni ta’ Sr Tereża Camilleri, Soru Agostinjana
Jixxandar l-ewwel darba nhar ta’ Ħamis fit-8.00pm u jkun imtenni nhar ta’ Tnejn fil-5.30am
Aqdef ’il barra fil-fond ....frażi li hemm bżonn inħalluha tvenven f’widnejna tul din l-iskeda kollha u tistedinna biex ngħixu l-preżent bl-entużjażmu u nħarsu ’l quddiem lejn il-ġejjieni bil-fiduċja: Ġesù Kristu huwa l-istess ilbieraħ, illum u għal dejjem. Hu preċiżament dan il-pass ’il quddiem fl-għarfien tiegħu l-aktar fil-fond, li hu qed jistenna mingħand dawk li huma qrib tiegħu tassew. Il-programm hu stedina għalik biex ilaqqgħek ma’ dan Ġesù Kristu ħaj, bit-tama li tinġarr minn din ix-xmara tal-imħabba tiegħu. Ġesù Kristu għadu preżenti fostna llum, b’saħħtu biżżejjed biex jaqlagħna mill-qabar tad-dwejjaq u ta’ dnub tagħna u jdaħħalna fil-qawmien tiegħu ta’ libertà.
għext il-Passjoni!
Preżentazzjoni ta’ Dun Brian Gialanze
Jixxandar live kull nhar ta’ Sibt matul April bejn il-11am u nofsinhar
F’dan il-programm ser ikollu bħala mistednin li waqt li jitkellmu fuq l-esperjenzi ta’ ħajjithom, jitfgħu dawl fuq xi tema partikolari li toħroġ mill-Evanġelju tal-Ħadd. Esperjenzi ta’ persuni li għaddew minn ħafna sagrifiċċji f’ħajjithom, imma llum qed inisslu ħafna tama u kuraġġ fil-ħajjiet ta’ persuni oħra.
April / Ġunju 2017 - 3
4 - Radju Marija
Is-Salmi f’ħajjitna
Produzzjoni u preżentazzjoni ta’ Paul Xuereb
Jixxandar ‘live’ kull nhar ta’ Erbgħa fit-3.30pm b’repetizzjoni nhar ta’ Ġimgħa fis-2:30am.
Fil-Ktieb tas-Salmi hemm miktuba l-ġrajjiet kollha li jseħħu matul ħajjitna kollha. Se niftħu dan il-Ktieb sabiex jagħtina dawl fuq dak kollu li jgħaddi mingħalina.
Labirint, it-tiftixa t’Alla
Produzzjoni u preżentazzjoni ta’ Fr Dominic Sultana, djoċesan
Jixxandar l-ewwel darba nhar ta’ Ħamis fis-2.00pm u jkun imtenni nhar ta’ Ġimgħa fl-10.00pm u l-Ħadd fil-5.30am
Ħafna drabi nisimgħu ħafna affarijiet sbieħ fuq il-ħajja Nisranija u ftit nisimgħu affarijiet konkreti fuq kif nistgħu nikbru fir-relazzjoni tagħna ma’ Alla. Il-programm Labirint ser jipprova jagħti tweġibiet prattiċi għal
mistoqsijiet tas-semmiegħa f’dak li għandu x’jaqsam mar-relazzjoni ma’ Alla. It-temi diskussi ser jagħtuhom is-semmiegħa stess, billi jibagħtu ittri jew emails bil-mistoqsijiet tagħhom fuq ċerti diffikultajiet li jiltaqgħu magħhom fil-ħajja ta’ kuljum f’dak li għandu x’jaqsam ma’ Alla.
Tweġiba
Produzzjoni u preżentazzjoni ta’ Dr Andrew Baldacchino MD
Jixxandar l-ewwel darba nhar ta’ Tlieta fit-8.30pm u jkun imtenni t-Tnejn fin-12.30am
Victor Frankl, psikjatra li rnexxielu joħrog ħaj mill-kamp tal-konċentrament ta’ Auchwitz, waqt l-olokawst, kiteb: ‘Hemm bżonn li nieqfu nsaqsu għalfejn u għaliex il-ħajja hi kif inhi. Minflok, ejjew inħallu l-ħajja tistaqsi hi. Għax fl-aħħar mill-aħħar dak li jgħodd hu li nfittxu u nsibu tweġiba għal dawk il-ħafna mistoqsijiet li ta’ spiss il-ħajja tpoġġi quddiemi. L-għan tal-programm Tweġiba hu li nippruvaw insibu risposta u niksbu ħiliet ħalli nwieġbu għall-ħajja u b’hekk nibqu mexjin ’il quddiem.
F’ġieħ il-Qaddisin
Produzzjoni u preżentazzjoni ta’ Brian Bonnici.Jixxandar is-Sibt bejn l-10.00am u nofsinhar mill-ewwel Sibt ta’ Mejju u jibqa’ sejjer tul l-iskeda tas-sajf sal-aħħar Sibt ta’ Settembru. Matul l-iskeda tar-rebbiegħa ma jkollux ripetizzjoni.
Dan il-programm tant popolari mas-semmiegħa jinkludi informazzjoni fuq il-festi li se jkunu ċċelebrati fi tmiem il-Ġimgħa kif ukoll marċi, intervisti, features u dak kollu li jsawwar il-festi f’pajjiżna
Lourdes
Produzzjoni u preżentazzjoni ta’ Charles SammutJixxandar live nhar ta’ Tlieta fit-3.30pm u jkun imtenni l-Ħamis fl-4.30am u l-Ġimgħa fl-10.30pm (ħlief fl-ewwel Ġimgħa ta’ kull xahar minħabba l-adorazzjoni)
Il-programm hu wieħed informattiv u jiffoka fuq it-18-il dehra tal-Madonna f’Lourdes kif ukoll informazzjoni oħra aġġornata ma’ dak li jkun qed iseħħ fis-Santwarju minn Ġimgħa għal oħra.
Saħħtek f’idejna
Imtella’ minn żewġ dipartimenti ewlenin ġewwa l-Isptar Mater Dei – id-Dipartiment tal-Patoloġija u dak tar-Radjoloġija
Jixxandar live nhar ta’ Tnejn fil-11.00am u jkun imtenni l-Ħamis fl-10.00pm
Sensiela ta’ programmi edukattivi mtellgħa mid-Dipartiment tal-Patoloġija u dak tar-Radjoloġija. Flimkien mal-mistiedna tagħhom, il-preżentaturi se jkunu qed jiddiskutu diversi temi dwar is-saħħa u s-servizzi li joffru dawn iż-żewġ dipartimenti għall-kura tal-pazjent. X’inhuma s-sintomi ta’ ċerti kundizzjonijiet u mard? X’testijiet mediċi jista’ jordna t-tabib biex jiskopri d-dijanjożi tal-pazjent u biex dawn jgħinuh jasal għall-aħjar deċiżjoni dwar il-kura meħtieġa? X’inhuma dawk il-fatturi li jistgħu jaffettwaw ir-riżultat? Dan huwa kollu tagħrif siewi għalik jekk tassew għandek saħħtek għal qalbek. Is-semmiegħa jistgħu jipparteċipaw permezz tat-telefonati jew SMS’s kif ukoll billi jibagħtu l-mistoqsijiiet tagħhom permezz ta’ ittra elettronika.
April / Ġunju 2017 - 5
Skeda tal-programmigħal żmien ir-rebbiegħa li tibdat-Tnejn 27 ta’ Marzu u tintemm il-Ħadd 25 ta’ Ġunju 2017
It-Tnejn
12.00am Rużarju12.30am Tweġiba01.00am Il-ħames Vanġelu01.30am Bħal ħobż maqsum02.00am Mitt sena minn Fatima02.30am Qari mill-Iskrittura Mqaddsa03.00am Qari reliġjuż03.30am Tagħrif fuq il-programmi03.45am Rużarju tal-Erwieħ04.00am Rużarju04.30am Għannu lill-ismu 05.30am Aqdef ’il barra fil-fond06.00am Aħsad dak li tiżra’07.00am Rużarju07.30am Quddiesa08.00am Anġelus u Kuntatt (jinkludi
l-Vanġelu tal-Ġurnata fid-9.00am)
11.00am Saħħtek f’idejna12.00pm Anġelus u Rużarju12.30pm Rużarju tal-Erwieħ12.45pm Biex il-ferħ tagħkom ikun sħiħ01.00pm Qari tar-rumanz01.30pm Shalom ( ........sat-3.00pm )03.00pm Kurunella tal-Ħniena Divina03.30pm Fuq ġwejnaħ l-ajkla04.00pm Fl-iskola ta’ San Piju ta’
Pietralċina05.00pm Bulettin tal-Aħbarijiet05.15pm Vjaġġ mużikali 06.15pm Għasar06.30pm Quddiesa07.00pm Rużarju07.30pm Aħbarijiet minn Radio Vaticana08.00pm Mur sewwi l-Knisja tiegħi 08.30pm Qari ta’ rumanz (rpt.)
09.00pm Nixtarru kitbet San Ġorġ Preca
10.00pm Inti f’salib it-toroq?11.00pm Il-Vanġelu tal-ġurnata (rpt)11.30pm Bulettin tal-Aħbarijiet (rpt)11.50pm Kompjeta
It-Tlieta
12.00am Rużarju12.30am Ħdejn Fatima dehret01.00am Anġli u Arkanġli01.30am Vexillum02.00am Solidarjetà ma’ ħutna
ppersegwitati02.30am Shalom (l-ewwel siegħa)03.30am Tagħrif fuq il-programmi03.45am Rużarju tal-Erwieħ04.00am Rużarju04.30am Naturali05.00am O Alla Trinità li nadura06.00am Vuċi missjunarja07.00am Rużarju07.30am Quddiesa08.00am Anġelus u Kuntatt ( jinkludi
l-Vanġelu tal-ġurnata fid-9.00am )
11.00am Ara Ommok12.00pm Anġelus u Rużarju12.30pm Rużarju tal-Erwieħ12.45pm Mitt sena minn Fatima01.00pm Tiżwiqa mużikali02.00pm Jiena hu l-Ħobż tal-Ħajja03.00pm Kurunella tal-Ħniena Divina03.30pm Lourdes04.00pm Għonja bi lsienna05.00pm Bulettin tal-Aħbarijiet05.15pm Vjaġġ mużikali
6 - Radju Marija
06.15pm Għasar06.30pm Quddiesa07.00pm Rużarju07.30pm Aħbarijiet minn Radio
Vaticana08.00pm Qari reliġjuż08.30pm Tweġiba09.00pm Anima Mea10.00pm Kunu xhieda tiegħi (rpt)11.00pm Il-Vanġelu tal-ġurnata (rpt)11.30pm Bulettin tal-Aħbarijiet (rpt)11.50pm Kompjeta
L-Erbgħa
12.00am Rużarju12.30am Mid-djarju tal-Papa01.30am Nixtarru kitbet San Ġorġ
Preca02.30am Għanjietna03.00am Rużarju ta’ San Ġużepp 03.30am Tagħrif fuq il-programmi03.45am Rużarju tal-Erwieħ04.00am Rużarju04.30am Il-ħames Vanġelu05.00am Fl-iskola ta’ San Piju ta’
Pietrelcina06.00am Mur sewwi l-Knisja tiegħi06.30am Fuq ġwejnaħ l-ajkla07.00am Rużarju07.30am Quddiesa08.00am Anġelus u Kuntatt ( jinkludi
l-Vanġelu tal-ġurnata fid-9.00am )
11.00am Tifkiriet ta’ nostalġija12.00pm Anġelus u Rużarju 12.30pm Rużarju ta’ San Ġużepp 01.00pm Qari mill-Iskrittura
Mqaddsa 01.30pm Shalom (sat-3.00pm)03.00pm Kurunella tal-Ħniena Divina03.30pm Is-Salmi f’ħajjitna04.00pm Minn kull aspett05.00pm Bulettin ta’ Aħbarijiet
05.15pm Vjaġġ mużikali06.15pm Għasar06.30pm Quddiesa07.00pm Rużarju07.30pm Aħbarijiet minn Radio
Vaticana08.00pm Vexillum08.30pm Solidarjetà ma ħutna
ppersegwitati09.00pm Għajn ta’ ġid10.00pm Sejjaħli u jien inwieġbek11.00pm Il-Vanġelu tal-ġurnata (rpt)11.30pm Bulettin tal-Aħbarijiet (rpt)11.50pm Kompjeta
Il-Ħamis
12.00am Rużarju12.30am Is-sbuħija tal-familja
Nisranija01.30am Klassiċi u sagri02.30am Shalom ( l-ewwel siegħa )03.30am Tagħrif fuq il-programmi03.45am Rużarju tal-Erwieħ04.00am Rużarju04.30am Lourdes05.00am Magazine07.00am Rużarju07.30am Quddiesa08.00am Anġelus u Kuntatt ( li jinkludi
l-Vanġelu tal-ġurnata fid-9.00am)
11.00am Kunu xhieda tiegħi 12.00pm Anġelus u Rużarju12.30pm Rużarju tal-Erwieħ01.00pm Muzika country b’ispirazzjoni02.00pm Labirint. It-tiftixa t’Alla02.30pm Il-ħames Vanġelu03.00pm Kurunella tal-Ħniena Divina03.30pm Hekk tħabbat il-qalb Maltija04.00pm Mid-djarju tal-Papa05.00pm Bulettin tal-Aħbarijiet05.15pm Vjaġġ mużikali06.15pm Għasar
April / Ġunju 2017 - 7
06.30pm Quddiesa07.00pm Rużarju07.30pm Aħbarijiet minn Radio Vaticana08.00pm Aqdef ’il barra fil-fond 08.30pm Ħdejn Fatima dehret09.00pm O Alla Trinità li nadura10.00pm Saħħtek f’idejna ( rpt. )11.00pm Il-Vanġelu tal-ġurnata (rpt)11.30pm Bulettin tal-Aħbarijiet (rpt)11.50pm Kompjeta
Il-Ġimgħa
12.00am Rużarju12.30am Tifkiriet ta’ nostalgija01.30am Jien hu l-Ħobż tal-Ħajja02.30am Is-Salmi f’ħajjitna03.00am Kurunella tal-Ħniena Divina03.30am Tagħrif fuq il-programmi03.45am Rużarju tal-Erwieħ04.00am Rużarju04.30am Qari reliġjuż05.00am Ara Ommok 06.00am Minn kull aspett07.00am Rużarju07.30am Quddiesa08.00am Anġelus u Kuntatt ( li
jinkludi l-Vanġelu tal-ġurnata fid-9.00am)
11.00am Vanġelu ħaj 12.00pm Anġelus u Rużarju12.30pm Rużarju tad-Duluri01.00pm Qari tar-rumanz01.30pm Shalom ( sat-3.00pm )03.00pm Kurunella tal-Ħniena
Divina03.30pm Anġli u Arkanġli04.00pm Aħsad dak li tiżra’05.00pm Bulettin tal-Aħbarijiet05.15pm Vjaġġ mużikali06.15pm Għasar06.30pm Quddiesa07.00pm Rużarju07.30pm Aħbarijiet minn Radio
Vaticana08.00pm Biex il-ferħ tagħkom ikun sħiħ 08.15pm Mitt sena minn Fatima (rpt)08.30pm Qari tar-rumanz (rpt) 09.00pm Vuċi missjunarja10.00pm Labirint, it-tiftixa t’Alla (rpt)10.30pm Lourdes11.00pm Il-Vanġelu tal-ġurnata (rpt)11.30pm Bulettin tal-Aħbarijiet (rpt)11.50pm Kompjeta
Is-Sibt
12.00am Rużarju12.30am Għajn ta’ ġid01.30am O Alla Trinità li nadura02.30am Shalom ( l-ewwel siegħa )03.30am Tagħrif fuq il-programmi03.45am Rużarju tal-Erwieħ04.00am Rużarju04.30am Qari mill-Iskrittura Mqaddsa05.00am Għonja bi lsienna06.00am Anima Mea07.00am Rużarju07.30am Quddiesa08.00am Anġelus u Kuntatt (sal-10.00am) 10.00am Is-sbuħija tal-familja
Nisranija / F’ġieħ il-Qaddisin (minn Mejju)
11.00am għext il-Passjoni / F’ġieħ il-Qaddisin (minn Mejju)
12.00pm Anġelus u Rużarju12.30pm Rużarju tal-Erwieħ01.00pm Magazine03.00pm Kurunella tal-Ħniena Divina03.30pm Bħal ħobż maqsum04.00pm L-Arka ta’ Noe05.00pm Kuntatt (...... sat-8.00pm )05.30pm Bulettin tal-Aħbarijiet05.50pm Għasar06.00pm Anġelus u Rużarju06.30pm Quddiesa 08.00pm Vanġelu ħaj (rpt )09.00pm Għannu lill-ismu
8 - Radju Marija
10.00pm Hekk tħabbat il-qalb Maltija (rpt)
10.30pm Għanjietna (rpt)11.00pm Mur sewwi l-Knisja tiegħi (rpt)11.30pm Bulettin tal-Aħbarijiet (rpt)11.50pm Kompjeta
Il-Ħadd
12.00am Rużarju12.30am Mużika country b’ispirazzjoni01.30am Tiżwiqa mużikali02.30am Inti f’salib it-toroq?03.30am Biex il-ferħ tagħkom ikun sħiħ03.45am Rużarju tal-Erwieħ04.00am Rużarju04.30am Solidarjetà ma’ ħutna
ppersegwitati05.00am Anġli u Arkanġli05.30am Labirint, it-tiftixa t’Alla06.00am Vanġelu ħaj 07.00am Quddiesa08.00am Anġelus u Kuntatt
( ....sa nofsinhar )10.00am Quddiesa 12.00pm Anġelus u Rużarju12.30pm Rużarju tal-Erwieħ01.00pm Naturali01.30pm Għanjietna (rpt)02.00pm Il-Ħadd kumpanija
(....sal-5.00pm )03.00pm Kurunella tal-Ħniena Divina03.30pm Il-Ħadd kumpanija ( ikompli )05.00pm Kuntatt ( ....sat-8.00pm )05.30pm Bulettin tal-Aħbarijiet 05.50pm Għasar06.00pm Anġelus u Rużarju06.30pm ... ( ikompli Kuntatt )08.00pm Klassiċi u sagri09.00pm Magazine (rpt )11.00pm Fuq ġwejnaħ l-ajkla11.30pm Bulettin Aħbarijiet reliġjużi
(rpt)11.50pm Kompjeta
Appuntamenti fissi fuq Radju Marija għall-iskeda tar-rebbiegħa 2017
Quddiesa:
Mit-Tnejn sas-Sibt: fis-7.30am u fis-6.30pm
Nhar ta’ Ħadd: fis-7.00am u fl-10.00am
Ir-Rużarji:
Ir-Rużarju Mqaddes: f’12:00am, fl-4.00am, fis-
7.00am, f’12.00pm, fis-6.00pm (is-Sibt u
l-Ħadd) u fis-7.00 (mit-Tnejn sal-Ġimgħa)
Ir-Rużarju tad-Duluri: Kull nhar ta’ Ġimgħa fin-
12.30pm
Ir-Rużarju tal-Erwieħ: kuljum fl-3.45am u fin-
12.30pm (minbarra nhar ta’ Erbgħa u nhar
ta’ Ġimgħa)
L-Anġelus:
Kuljum fit-8.00am, f’12.30pm u fis-6.00pm (qabel
ir-Rużarju s-Sibt u l-Ħadd) u fis-7.00pm (qabel
ir-rużarju mit-Tnejn sal-Ġimgħa)
Kurunella tal-Ħniena Divina
Kuljum fit-3.00pm u nhar ta’ Ġimgħa
fit-3.00am
Liturġija tas-sigħat: kuljum:
Tifħir tas-sbieħ il-jum: fit-8.15am
Għasar: fis-6.15pm mit-Tnejn sal-Ġimgħa u
fis-5.50pm nhar ta’ Sibt u Ħadd
Kompjeta għall-miżżewġin: f’11.20pm
Talb ta’ għeluq il-jum: f’11.50pm
Bulettin tal-Aħbarijiet mid-dinja Kattolika:
Mit-Tnejn sal-Ġimgħa fil-5.00pm
b’ripe tizzjoni fil-11.30pm
Is-Sibt u l-Ħadd fil-5.30pm b’ripetizzjoni
fil-11.30pm
L-aħħar Aħbarijiet minn Radju Vatikan
bl-Ingliż:
Mit-Tnejn sal-Ġimgħa fis-7.30pm
Notamenti:1. Il-programmi bejn nofsillejl u 7.00am huma kollha ripetizzjonijiet.2. Dawk il-programmi b’kulur aœmar huma æodda jew inbidlilhom il-œin mill-aœœar skeda.3. Rpt. Tfisser ripetizzjoni.
Kellna l-opportunità li ntellgħu b’suċċess attività oħra ta’ fundraising, serata ta’ wine
and pizza b’mużika country. Ngħidu b’suċċess għaliex għal darba oħra fi ftit jiem il-biljetti nxtraw kollha. Grazzi lil dawk kollha li ġew u ħadu gost magħna imma grazzi kbira tmur għal dawk il-voluntiera kollha li b’xi mod taw l-għajnuna u l-ħin tagħhom biex intom stajtu tieħdu gost. Nirringrazzjaw ukoll lil Ray Williams u lil Marlene li kienu magħna biex iferrħuna b’mużika u kant. Nixtiequ nirringrazzjaw mill-qalb lill-komunità Madonna taċ-Ċintura li rregalawlna ċena fil-fidda mill-isbaħ biex tittella’ waqt din is-serata, kif ukoll ramaw is-sistema tad-dawl. Ta’ min jgħid illi f’attivitajiet bħal dawn, għalkemm il-qligħ huwa wieħed minimu, xorta dan ikun ta’ għajnuna kbira biex inkopru xi ftit mill-ispejjeż għall-bżonnijiet tar-Radju. Dawn l-attivitajiet mhux biss iservu biex niltaqgħu flimkien bħala familja waħda ta’ Radju Marija imma wkoll bħala attivitajiet ta’ fundraising b’risq il-proġett il-ġdid ta’ Radju Marija.
ine
Pizza &Serata ta’ fundraising
Ray u Marlene li ferrħuna bil-mużika tagħhom
W
April / Ġunju 2017 - 9
Kellna l-opportunità li ntellgħu b’suċċess attività oħra ta’ fundraising, serata ta’ wine
and pizza b’mużika country. Ngħidu b’suċċess għaliex għal darba oħra fi ftit jiem il-biljetti nxtraw kollha. Grazzi lil dawk kollha li ġew u ħadu gost magħna imma grazzi kbira tmur għal dawk il-voluntiera kollha li b’xi mod taw l-għajnuna u l-ħin tagħhom biex intom stajtu tieħdu gost. Nirringrazzjaw ukoll lil Ray Williams u lil Marlene li kienu magħna biex iferrħuna b’mużika u kant. Nixtiequ nirringrazzjaw mill-qalb lill-komunità Madonna taċ-Ċintura li rregalawlna ċena fil-fidda mill-isbaħ biex tittella’ waqt din is-serata, kif ukoll ramaw is-sistema tad-dawl. Ta’ min jgħid illi f’attivitajiet bħal dawn, għalkemm il-qligħ huwa wieħed minimu, xorta dan ikun ta’ għajnuna kbira biex inkopru xi ftit mill-ispejjeż għall-bżonnijiet tar-Radju. Dawn l-attivitajiet mhux biss iservu biex niltaqgħu flimkien bħala familja waħda ta’ Radju Marija imma wkoll bħala attivitajiet ta’ fundraising b’risq il-proġett il-ġdid ta’ Radju Marija.
ine
Pizza &Serata ta’ fundraising
Ray u Marlene li ferrħuna bil-mużika tagħhom
W
10 - Radju Marija
Bejn l-20 ta’ u t-23 Frar, it-
tekniku responsabbli minn
Radju Marija Malta, Luke Mallia
flimkien ma’ Michael Amato
l-koordinatur għamlu żjara ta’
taħriġ intensiv fis-sede tal-WFRM
wara inizzjattiva tal-President tal-
Familja Dinija, Vittorio Viccardi.
Tlett ijiem impenjati li ċertament
ser iħallu l-frott meħtieġ b’mod
partikolari bi tħejjija għal tagħmir
tekniku u programmazzjoni li
Radju Marija ser ikollu fid-dar il-
ġdida fiż-żmien li ġej.
Sejħa għall-għajnuna
saret bejn il-Ġimgħa 3 u
l-Ħadd 5 ta’ Marzu 2017, b’risq
il-proġett ta’ Radju Marija.
Mhux biss inġabret is-somma
sabiħa ta’ ’l fuq min €37,000
iżda saru tlett ijiem ta’ talb
quddiem Ġesù sagramentat,
fejn poġġejna t-talbiet
tagħkom is-semmiegħa u
benefatturi fi ħdan Ġesù. Il-
quddies, ir-reċita tar-Rużarju
kif ukoll l-kurunella tal-
Ħniena Divina ġew mitluba
live waqt il-Maratona mill-
voluntiera stess. Matul it-tlett
ijiem id-dar reġgħet kienet
miftuħa għal benefiċċju ta’
dawk kollha li ma kellhomx iċ-
ċans li jarawha fl-openweek
f’Novembru 2016. Kienu tlett
ijiem fejn għal darba oħra
Radju Marija ngħaqad bħala
familja waħda għal għan
wieħed. Grazzi lil kull min ta’
s-sehem tiegħu.
b’risq il-proġett ta’ Radju MarijaMaratona 2017,
Żjara ta’ taħriġ fil-Kumpless tal-World Family of Radio Maria, ġewwa Erba, l-Italja.
April / Ġunju 2017 - 11
Volontarjat:
Jekk tixtieq tagħti sehmek bħala voluntier f’Radju Marija tista’ tibgħat email fuq [email protected]
Kif tista’ tgħin lil
Radju Marija finanzjarjament:
• Billi tagħti donazzjoni fir-reception
ta’ Radju Marija, Kunvent Patrijiet
Dumnikani, ir-Rabat Malta jew fl-
uffiċċju ta’ Radju Marija, 9, Triq il-Karità,
ir-Rabat, Għawdex
• Billi tagħti donazzjoni l-Catholic
Bookshop fil-Pjazza ta’ Raħal Ġdid,
l-Istitut Kattoliku l-Furjana, Simiana
Stationery tas-Sliema kif ukoll fil-
Librerija Preca, Blata l-Bajda.
• Billi tibgħat ċekk jew money order bil-
posta, pagabbli lil Radju Marija, PO
Box 19, ir-Rabat, RBT 1230
• Permezz ta’ SMS tista’ tagħti
donazzjoni ta’ €4.66 billi tibgħat SMS
fuq in-numru 50618063 jew inkella
tibgħat SMS fuq 50619278 għal
donazzjoni ta’ €11.65.
Assoċjazzjoni Radju Marija
APS IBAN:
MT31 APSB 7705 7006 0638 2000 0834 148
A/C ACCOUNT NO: 20000834 14-8
HSBC IBAN:
MT05MMEB44587000000058030875050
A/C ACCOUNT NO: 058-030875-050
BOV IBAN:
MTO9VALL2201 30000000 14609142012
A/C ACCOUNT NO: 14609142012
Dejjem ara li tingħata rċevuta mill-Bank
għal kull donazzjoni.
• Tista’ tiddepożita d-donazzjoni tiegħek
f’wieħed mill-kontijiet li Radju Marija
għandu fil-banek APS, HSBC u BOV:
12 - Radju Marija
Avviżi komunitarji mxandra kuljum
waqt il-programm Kuntatt
Radju Marija jistieden lil dawk il-
parroċċi u l-għaqdiet li jixtiequ
jxandru l-attivitajiet tagħhom li jkunu
se jorganizzaw fuq Radju Marija biex
jibagħtuhom sa mhux aktar tard minn
ġimgħa qabel ma tkun ser isseħħ
l-attività. Dawn għandhom jintbagħtu
idealment b’email fuq info.mal@
radiomaria.org.
L-attivitajiet avżati għandhom ikunu
ta’ natura reliġjuża jew ta’ formazzjoni
Nisranija u ma jistgħux jinkludu
attivitajiet ta’ fundraising fosthom
bazaars. Hija fid-diskrezzjoni tad-
direzzjoni ta’ Radju Marija kemm-
il darba jixxandar l-avviż. L-Avviżi
Komunitarji jixxandru kuljum waqt
il-programm Kuntatt bejn id-9.30am
u l-10.00am ħlief nhar ta’ Ħadd
meta jixxandru fil-11.15am. L-Avviżi
Komunitarji jsiru mingħajr ħlas.
Avviżi ta’ mwiet u tifkiriet ta’
anniversarji fuq Radju Marija
Dawn jixxandru mit-Tnejn sal-Ġimgħa
fit-8.00am u fil-11.50am, nhar ta’ Sibt
fit-8.00am biss u l-Ħadd fit-8.00am u
fil-11.50am. Għal aktar informazzjoni
wieħed għandu jċempel fil-ħinijiet tal-
uffiċċju fuq 21453105 u jistaqsi għal
Michael Amato jew għal Moira Bugeja.
Importanti li l-avviżi jkunu ttajpjati u
jiġu preżentati fir-reception ta’ Radju
Marija bejn: it-Tnejn u l-Ħadd mid-
9.00am sat-8.00pm. Min jippreżenta
l-avviż irid ukoll il-karta tal-identità
tiegħu. Ma jistgħux jiġu aċċettati avviżi
permezz tat-telefon jew b’sms.
Servizzi offruti minn Radju Marija
Agħmel kuntatt ma’ Radju Marija
Indirizz postali: Radju Marija, PO Box 19, ir-Rabat RBT1230
Telefon uffiċċju: 21453105 - Telefon studio: 21453106
SMS studio: 79791023
Telefon promozzjonali (fuljetti): 21453375
Indirizz elettroniku promozzjonali: [email protected]
Indirizz uffiċċju Għawdex: 9, Triq il- Karità, Victoria
Telefon uffiċċju Għawdex: 21560694
Indirizz elettroniku: [email protected]
Websajt: www.radjumarija.org jew sibna fuq F: Radju Marija Malta