l-ispiritwalita’ ta’ charles de foucauld · •alla hu missierna u s-salvatur tagħna lkoll...

15
L-Ispiritwalita’ ta’ Charles de Foucauld Aspetti Għodod

Upload: others

Post on 05-Aug-2020

0 views

Category:

Documents


0 download

TRANSCRIPT

Page 1: L-Ispiritwalita’ ta’ Charles de Foucauld · •Alla hu Missierna u s-Salvatur tagħna lkoll •Il-qalba tar-religjon tiegħi tobligani nħobb lil għajri bħali nnifsi u nsir

L-Ispiritwalita’ ta’

Charles de Foucauld

Aspetti Għodod

Page 2: L-Ispiritwalita’ ta’ Charles de Foucauld · •Alla hu Missierna u s-Salvatur tagħna lkoll •Il-qalba tar-religjon tiegħi tobligani nħobb lil għajri bħali nnifsi u nsir

Għodod Aspetti

Spiritwalita’ tal-Beatu

Charles de Foucauld

Vanġelu

Ewkaristija

Deżert

Abbandun

Nazzaret

Sempliċita’

Fqar

Ħbiberija

Aħwa Universali

Reviżjoni tal-Ħajja

Page 3: L-Ispiritwalita’ ta’ Charles de Foucauld · •Alla hu Missierna u s-Salvatur tagħna lkoll •Il-qalba tar-religjon tiegħi tobligani nħobb lil għajri bħali nnifsi u nsir

Għodod

• Vanġelu

• Ewkaristija u

Silenzju

• Revizjoni tal-Ħajja

• Deżert

• Abbandun

Aqra u Emmen il-Vanġelu biex isir il-mod kif int taħseb u tgħix Għix u Xandar il-Vanġelu b’Ħajtek

Alla hu miegħi sal-aħħar taż-zmien Inżomm kommunikazjoni diretta miegħU perezz

tal-Adorazzjoni Ewkaristika, l-Ewkaristija u Talb fis-Skiet regolari

Nara u Nirrevedi ħajti fid-Dawl tal-Vanġelu Nirrevedu l-Pożittiv u n-Negattiv f’ħajjitna flimkien fid-Dawl tal-

Vanġelu

Li nkun waħdi m’Alla waħdu u nagħraf il-Verita’ Ħin ta’ Paċi, Kwiet u Nikkalma

Alla jmexxi lil kull min għandu kunfidenza fiH Ngħix Ħajti billi nagħmel ir-Rieda ta’ Missieri

Page 4: L-Ispiritwalita’ ta’ Charles de Foucauld · •Alla hu Missierna u s-Salvatur tagħna lkoll •Il-qalba tar-religjon tiegħi tobligani nħobb lil għajri bħali nnifsi u nsir

Aspetti

•Nazzaret

•Sempliċita’

• Fqar

•Ħbiberija

•Aħwa Universali

Nimita il-Ħajja Moħbija ta’ Ġesu’ f’Nazzaret Immur għand l-oħrajn b’imħabba, umilta’ u ġentilezza

Ngħix is-Sempliċita’ tal-Faqar fuq l-Eżempju ta’ Ġesu’ Inkun Fqir f’Qalbi u fl-Ispirtu tiegħi

Preferenza Evanġelika tal-Fqar Fqar li huma neqsin mill-essenzjali tal-ġisem, moħħ jew spirtu (ruħ)

Insiru Appostli ta’Ġesu’ għall-Ħbiberija ma’ ħutna l-bnedmin Il-Ħbieb iridu jaraw fija t-Tjubija u l-Ħniena ta’ Ġesu’

Kull peruna hija oħti/ħija, iben/bint Abraham Din l-imħabba fraterna universali hi l-marka tal-Ispiritwalita’ li tagħti d-

dawl t’Alla lid-dinja tagħna.

Page 5: L-Ispiritwalita’ ta’ Charles de Foucauld · •Alla hu Missierna u s-Salvatur tagħna lkoll •Il-qalba tar-religjon tiegħi tobligani nħobb lil għajri bħali nnifsi u nsir

1. Vanġelu

• Il-Kelma hi Spirtu u Ħajja – bħal xabla taqta’ miż-zewġ naħat

• Il-Vanġelu jgħinna nibnu t-Tajjeb u niżbru l-Ħażin biex nimmaturaw u naslu għall-Qdusija eterna

• Irridu nemmnu fil-Vanġelu biex ikun id-dawl ta’ ħajjitna

• Aħna l-imgħammdin għandna d-dmir li nxandru l-Kelma

• Inxandru l-Vanġelu b’Ħajjitna u nkunu xhieda tal-Ispirtu s-Santu

• Inxandru l-Vanġelu bl-Eżempju permezz tas-Silenzju u l-imħabba

• Naqraw il-Kelma biex inżommu f’moħħna l-imġieba, i-kliem u l-ħsibijiet ta’ Ġesu’ u nimxu fuq l-eżempju tiegħU

• Ninbnew billi Naqraw u Nimmeditaw il-Vanġelu regolari

Page 6: L-Ispiritwalita’ ta’ Charles de Foucauld · •Alla hu Missierna u s-Salvatur tagħna lkoll •Il-qalba tar-religjon tiegħi tobligani nħobb lil għajri bħali nnifsi u nsir

2. Ewkaristija u Silenzju

• “X’ħin kien fuq il-mejda magħhom, qabad il-Ħobż, bierku, qasmu u tahom. Imbagħad infetħu għajnejhom u għarfuh.” Lq 24, 30-31

• L-Ewkaristija hi l-Ġisem u d-Demm ta’ Ġesu’ Kristu

• L-Ewkaristija, Adorazzjoni u Ikel, u Silenzju jgħinuna ngħarfuH u niftħu għajnejna għas-sinċerita’ u l-verita’ t’Alla kif ukoll għar-rieda tiegħU

• L-Ewkaristija tibgħatna għand ħutna billi tagħmilna ħelwin, ġentili u sensittivi għall-bżonnijiet tagħhom

• L-Ewkaristija tagħtina l-Qawwa meħtieġa biex nirċievu li għandna bżonn biex nagħmlu r-rieda tiegħU

• L-Adorazzjoni Ewkaristika fis-Silenzju u/jew is-Silenzju huma karatterestika ta’ din l-Ispiritwalita’

Page 7: L-Ispiritwalita’ ta’ Charles de Foucauld · •Alla hu Missierna u s-Salvatur tagħna lkoll •Il-qalba tar-religjon tiegħi tobligani nħobb lil għajri bħali nnifsi u nsir

3. Reviżjoni tal-Ħajja

• Ir-Reviżjoni tal-Ħajja tgħinna nirrevedu ħajjitna jew is-sitwazzjonijiet li aħna/oħrajn ngħixu fihom fid-Dawl tal-Vanġelu

• Aħna nirrevedu xi sitwazzjoni, pożittiva jew negattiva, biex naraw x’irid Alla minna f’dik is-sitwazzjoni

• Neżaminaw il-ħajja personali u pubblika tagħna skond il-bżonnijiet tal-Vanġelu

• Li jkollna l-konverżjoni tal-qalb kuljum

• Il-Grupp jew Individwu irid jinbena fil-mod kif trid issir ir-Reviżjoni

• Fir-Reviżjoni ma nistgħux nagħtu pariri lil xulxin imma nippuntaw lejn xi silta jew vers mill-Vanġelu u/jew mill-Ħsibijiet ta’ Charles de Foucauld, biex id-deċiżjonijiet ikunu ta’ min hi s-sitwazzjoni

• Jekk ikun il-bżonn nieħdu azzjoni bħala grupp

Page 8: L-Ispiritwalita’ ta’ Charles de Foucauld · •Alla hu Missierna u s-Salvatur tagħna lkoll •Il-qalba tar-religjon tiegħi tobligani nħobb lil għajri bħali nnifsi u nsir

4. Id-Deżert

• Fid-Deżert inkun waħdi ma’ Alla waħdu

• Id-Deżert hu żmien ta’ ħajja intima m’Alla, fil-fidi, tama u imħabba

• Nieħu l-ħin biex niġi wiċċ imb’wiċċ m’Alla fil-verita’ tiegħi innifsi

• Inkun nista’ nara ċar, nieħu deċiżjoni, inkun nista’ nirċeviH

• Id-Deżert hu ħin ta’ Paċi, Kwiet u jgħinni nikkalma, nikkwieta biex nara r-realta’ li nkun qed ngħix u jwassalni nara xi jrid minni

• Id-Deżert jgħinni nerġa nintela’ bl-imħabba, umli u ħanin

• Id-Deżert hu l-post fejn nintelaq f’idejn Alla

Page 9: L-Ispiritwalita’ ta’ Charles de Foucauld · •Alla hu Missierna u s-Salvatur tagħna lkoll •Il-qalba tar-religjon tiegħi tobligani nħobb lil għajri bħali nnifsi u nsir

5. Abbandun

• Ħajti hi li nagħmel ir-rieda ta’Missieri

• Alla hu s-Sid tal-Impossibbli, dak li hu impossibbli għalija hu possibbli għaliH

• Jien nagħmel biċċa żgħira mill-pjan kbir tiegħU

• Dak li Alla jrid għalija hu iżjed tajjeb milli jien irrid għalija nnifsi

• Alla jaf sew x’inhu jagħmel iżda jien nista’ niżbalja, ma nifhimx daqsU

• L-importanti hu li jien nobdiH u nagħmel ir-rieda tiegħU

• Alla jmexxi lil kull min għandu kunfidenza fiH

• Alla jieħu ħsieb lil min jabbanduna ruħu fiH u jmexxih f’avventuri li ma jistennix

Page 10: L-Ispiritwalita’ ta’ Charles de Foucauld · •Alla hu Missierna u s-Salvatur tagħna lkoll •Il-qalba tar-religjon tiegħi tobligani nħobb lil għajri bħali nnifsi u nsir

1. Nazzaret

• Inħobb lil Alla u nimitaH fil-ħajja moħbija ta’ Ġesu’ fis-silenzju

• Nimita lil Ġesu’ billi ngħix is-sempliċita’ u l-faqar

• Immur għand l-oħrajn bl-Imħabba, Umilta’ u Ġentilezza

• Inkun viċin u familjari mal-oħrajn – nagħti t-tjubija ta’ Ġesu’ Kristu lill-oħrajn

• Inkun twajjeb mal-oħrajn fis-silenzju u bla priedki

• Inkun ta’ eżempju tajjeb, fi dmiri lejn Alla, twajjeb ma’ kulħadd, sensittiv għall-bżonnijiet tal-proxxmu u ħanin ma’ kulħadd

• Nista’ ngħix in-Nazzaret tiegħi kullimkien

Page 11: L-Ispiritwalita’ ta’ Charles de Foucauld · •Alla hu Missierna u s-Salvatur tagħna lkoll •Il-qalba tar-religjon tiegħi tobligani nħobb lil għajri bħali nnifsi u nsir

• Ġesu għażel li jitwieled fil-faqar u s-sempliċita’ – Valur kbir għaliH

• Li niżvojta minni nnifsi, ninqata’ minn kull rabta

• Inkun Fqir f’Qalbi u fl-Ispirtu tiegħi

• Il- faqar hu libsa li nilbisha

• Jekk għandi l-ġid naqsmu mal-oħrajn

• Inkun liberu minn kull rabta ta’ egoiżmu u minn rikkezzi materjali

• Iktar ma nitbattal iktar jimlini bil-grazzja tiegħU

• Il-faqar tiegħi iwittili t-triq għal Alla

2. Ħajja Sempliċi

Page 12: L-Ispiritwalita’ ta’ Charles de Foucauld · •Alla hu Missierna u s-Salvatur tagħna lkoll •Il-qalba tar-religjon tiegħi tobligani nħobb lil għajri bħali nnifsi u nsir

3. Għażla Evanġelika tal-Fqar

• Ġesu’ għażel li jitwieled fil-faqar

• Bil-ġid tiegħi jien għandi ngħin lill-fqir

• Minħabba li ngħix il-faqar inkun nista’ nifhem lill-fqir

• Ngħix il-faqar biex nimita lil Ġesu’ u nkun ħaġa waħda mal-foqra

• Inkun ta’ għajnuna għall-fqir u l-emarġinat

• Naqbeż għal min hu fil-bżonn, individwali jew bħala grupp

• Naqsam mal-foqra id-dwejjaq, it-tamiet u l-koflitti fit-tfittxija għal-liberta’ vera

Page 13: L-Ispiritwalita’ ta’ Charles de Foucauld · •Alla hu Missierna u s-Salvatur tagħna lkoll •Il-qalba tar-religjon tiegħi tobligani nħobb lil għajri bħali nnifsi u nsir

4. Appostolat tal-Ħbiberija

• Kull Nisrani għandi jkun appostlu għall-proxxmu tiegħu

• In-nies jaraw it-tjubija ta’ Ġesu’ fina u jagħrfu li l-Imgħallem hu iżjed tajjeb

• Nipprova nifhem u ngħin lill-oħrajn waqt li nkun ta’ għajnuna

• Ngħix b’attitudni li l-oħrajn iħossuhom milqugħin, mifhuma u rrispettati

• Nagħtihom servizzi żgħar u nżommhom bħala ħbieb

• Ma nippruvax nikkonverti lill-oħrajn

• Inkun xhud tal-imħabba t’Alla, nitlob għalihom u nistenna

Page 14: L-Ispiritwalita’ ta’ Charles de Foucauld · •Alla hu Missierna u s-Salvatur tagħna lkoll •Il-qalba tar-religjon tiegħi tobligani nħobb lil għajri bħali nnifsi u nsir

5. Inkunu Aħwa Universali

• “Wieħed hu l-Imgħallem tagħkom, u intom ilkoll aħwa.” Mt 23, 8

• Kull persuna hi ħija/oħti u iben/bint Abraham, mhux ir-reliġjon jew in-nazzjonalita’

• Alla hu Missierna u s-Salvatur tagħna lkoll

• Il-qalba tar-religjon tiegħi tobligani nħobb lil għajri bħali nnifsi u nsir appostlu tal-imħabba

• Jien irrid inħobb lil ħija u lil oħti u nurihom ħniena fraterna u universali

• Nitkellmu dwar Alla sa fejn l-oħrajn jistgħu jifhmu

• Inħaddmu l-virtujiet fundamentali: imħabba, umilta’ u ġentilezza biex inwasslu lill-oħrajn għand Ġesu’

Page 15: L-Ispiritwalita’ ta’ Charles de Foucauld · •Alla hu Missierna u s-Salvatur tagħna lkoll •Il-qalba tar-religjon tiegħi tobligani nħobb lil għajri bħali nnifsi u nsir