l-isports

15

Upload: mellieha-sports-club

Post on 20-Mar-2016

229 views

Category:

Documents


5 download

DESCRIPTION

A publication by the Mellieha Sports Club highlighting club events.

TRANSCRIPT

Page 1: L-iSports
Page 2: L-iSports

#

Ħarsa Lura Lejn Staġun Pożittiv

Wasalna għall tmiem ta‘ staġun ieħor, staġun li reġa

pprovdielna ħafna spazju fejn wieħed seta jieħu gost u

jiżvoga fl-ambjent u fl-isport favorit tiegħu.

Naturalment mhux kollox ikun żvolġa kif wieħed jkun

xtaq, jaħseb, jew jittama, imma fuq kollox trid tħares lejn

l-istaġun kollu inġenerali. Li tispiċċa l-istaġun mingħajr

suċċessi kbar ma jfissirx li kellek xi staġun negattiv, anzi l-

importanti hu li tkun ilħaqt xi ftit mill-aspettativi li kellek u

tkompli tibni fuqhom.

Veru li l-istennija kienet xi ftit kbira, imma wara staġun ta‘

ħafna kuntrasti fawk li huma riżultati, li tispiċċa trankwill

f‘nofs il-klassifika hija wkoll xi ħaġa pożittiva.

In-Nursery tal-futbol dan l-istaġun kellha wkoll

amministrazzjoni ġdida, u nista li għamlet xogħol siewi

ħafna u kompliet tibni fuq it-tajjeb ta‘ l-amministrazzjoni

preċedenti u organizzat b‘suċċess ħafna attivitajiet. Ta‘

min isemmi l-attivita tal Penalty Shoot-Out, li barra li

ngħatat dehra ġdida, għall-ewwel darba wkoll din saret

taħt id-dawl artifiċjali. Kienet qeda ssir ukoll fuq il-wiċċ tal

grawnd artifiċjali li kien għadu kemm ġie inawgurat ftit

ġimgħat qabel. F‘din l-okkażjoni ġew ukoll imżanżna

ħames settijiet ta‘ lasti ġodda li n-Nursery investiet fihom

biex jikkumplimentaw mall-wiċċ il-ġdid tal-grawnd.

Riżultati mħallta wkoll kellhom it-timijiet l-oħra li ħadu

sehem fil-kompetizzjonijiet organizzati mill- MFA u l-YFA.

It-tim ta‘ taħt id-19 il-sena spiċċaw lejn nofs il-klassifika bi

grupp ta‘ plejers li fosthom hemm xi wħud li jippromettu

bħal ma hemm ukool fit-tim ta‘ taħt is-17 il-sena, fejn

dawn fallew il-promozzjoni fl-aħħar logħba. It-tim ta‘ taħt

il-15 il-sena kellu staġun aktar diffiċcli u finalment ġew

relegati għall-sezzjoni nferjuri.

F‘dixxiplini oħra, fil-Baseball, il-Mellieha Northenders

reġgħu għal darb‘ oħra rebħu l-kampjonat maġġuri ta‘

Malta meta kkwalifikaw ghall- playoffs u rebħu 2-1 fil-

finali fuq tliet loghbiet, bl-aħħar logħba deċisiva

tintlagħab fuq il-grawnd sintetiku tal-Mellieħa u ntrebħet

mit-tim Mellieħi quddiem pubbliku numeruż.

Tajjeb wieħed jgħid li barra l-futbol u l-Baseball dan il

grawnd issa qed jintuża regolarment mit-tfal ta‘ l-iskola

li qed jagħmlu sezzjonijiet ta‘ taħrig skond ftehim li kien

sar bejn il-klabb u l-Ministeru ta‘ l-Edukazzjoni.

Staġun b-riżultati mħallta anke ghat-tim tan-Netball

fejn bhas-soltu it-triq kienet diffiċċli kontra timijiet li

huma ħafna aktar ikkwotati minnha, iżda xi riżultati

posittivi kienu biżżejjed biex jagħmlu l-istaġun wieħed

sodisfaċenti.

F‘dik li hija amministrazzjoni komplejna naħdmu biex

nkomplu nkabbru id-dehra tagħna u ta‘ sodisfazzjon

kien li rnexxielna nerġgħu niftħu is-sit elettroniku

tagħna www.melliehasportsclub.org wara żmien twil

ta‘ riorganizzazjoni. Prosit lil dawk kollha li taw dan in-

nifs ġdid u attrajenti lil dan is-sit. Naħa oħra posiitiva

kienet li din in-newsletter “l-iSports” bdiet tintbagħat

ukoll b‘mod elettroniku lill-membri li jagħmlu użu minn

din il-faċilita.

ikompli paġna 2

Page 3: L-iSports

F‘dawk li huma faċilitajiet sportivi diġa ktibt kemm il-

darba bil-fortuna li messitna, meta wara ż-żjara tal-Prim

Ministru fil-grawnd tagħna saret il-wegħda li dan il-

grawnd kellu jinkesa bil-ħaxix artifiċjali. Wara, iżda kellna

l-isfortuna li waqt kien qed isir dan ix-xogħol, il-kuntrattur

kien involut f‘inċident f‘post ieħor, li waqfilna ix-xogħol

għal diversi xhur u spiċċajna bla post fejn nagħmlu it-

taħriġ ta‘ qabel l-istaġun.

Hawnhekk kellna l-benefiċċju tal-5-a-side pitch li sewa

ħafna biex ħariġna minn ħafna diffikultajiet f’dawk iż-

żminijiet diffiċli. Hawn ukoll kellna l-isfortuna li dan il-

pitch ġralu l-ħsara waqt maltempata, u kellna għal xi

żmien indawwru l-attenzjoni kollha tagħna biex insewwu

l-ħsara mill-iktar fis possibli biex jerġa jkollna dan il-post

jiffunzjona regolarment.

Barra li kif diġa semmejt nxtraw lasti żgħar għan-Nursery,

inbidel wkoll parti mill-fence li jdawwar il-grawnd u saru

wkoll bankijiet ġodda fejn joqgħodu l-kowċis u l-plejers

riservi, biex issa nistennew li staġun ieħor jibda jsir aktar

logħob kompetittiv ta’ l-MFA u l-Youth FA. Dan biex

minbarra li l-grawnd jitgawda iżjed, jibda jkun ukoll sors

ta’ benefiċċju finanzjarju għal Club un-Nursery tagħna.

Il-proġett tal-bini l-ġdid kien ukoll parti mportanti mill-

aġenda ta’ din is-sena fejn fl-aħħar tnax - il xahar sar

progress konsiderevoli. Wara li s-sena l-oħra tlesta l-5-a-

side pitch, tkompla x-xogħol tad-dawl u l-ilma, kisi u

xogħol u tqegħid ta’ madum ġo parti kbira minn din il-

binja.

Tlestew id-dressing rooms biex jintużaw mill- pleyers

flimkien ma’ l- uffiċjali, nbniet kamra għal billiard u mina li

toħroġ għal grawnd, barra li ħloqna terazzini li l-quddiem

jistgħu jintużaw għal okkażjonijiet varji. Bħalissa qed

inlestu l-parti tal-bar, sala zgħira għal attivitajiet u xi

kmamar li se jintużaw mill-amministrazzjoni kemm tal-

club kif ukoll tan-Nursery tal-futbol.

Xogħol kbir u li qisu ma jispiċċa qatt, imma bid-

determinazzjoni ta’ kulħadd, nawguraw li nkunu nistgħu

nibdew noperaw minn dan il post il-ġdid sa mill-bidu ta’

staġun ieħor.

Alfred Vella Borg President

Xogħol fuq il bar il-ġdid

Tqegħid ta’ madum

Bankijiet tar-riservi ġodda

Id-Dressing Rooms ġodda

Page 4: L-iSports

Date Team

Scorers

27th.Sep. NAXXAR LIONS 2 - 0 Gotthard Conti, David Fenech (pen.).

11th.Oct. MGARR UTD 3 - 0 Gotthard Conti 3.

19th.Oct. BIRZEBBUGA 1 - 1 David Fenech.

7th. Nov. MARSA 1 - 0 William Borg.

16th.Nov. MELITA 1 - 4 Wayne Borg St.John.

29th.Nov ST. VENERA 0 - 0

7th.Dec. ZEBBUG RANGERS 1 - 2 David Fenech.

14th.Dec. BALZAN YOUTHS 0 - 1

21st.Dec. LIJA ATHLETICS 1 - 2 Wayne Borg St.John.

4th. Jan. GOZO F.C. 0 - 1

17th.Jan. ST. ANDREW'S 1 - 2 David Fenech.

31st.Jan. NAXXAR LIONS 3 - 1 David Fenech, Wayne Borg St.John 2.

10th.Feb. MGARR UTD 3 - 0 Philip Camilleri, David Cauchi, Kayne Said.

21st.Feb BIRZEBBUGA 0 - 1

1st. Mar. MARSA 3 - 0 Wayne Borg St.John 2 (1pen.), Kayne Said.

14th.Mar. MELITA 2 - 1 Wayne Borg St.John, David Fenech.

24th.Mar. ST. VENERA 0 - 1

27th.Mar. ZEBBUG RANGERS 1 - 1 Kayne Said.

4th. Apr. BALZAN YOUTHS 1 - 2 David Fenech (pen.)

17th.Apr LIJA ATHLETICS 0 - 3

25th.Apr. GOZO F.C. 3 - 0 Wayne Borg St.John 2, Kayne Said.

3rd. May ST. ANDREW'S 2 - 1 Wayne Borg St.John 2.

P. W. D. L. F. A. Pts.

1 BALZAN Y. 22 18 3 1 48 9 57

2 MELITA 22 15 5 2 49 11 50

3 LIJA A. 22 15 3 4 35 17 48

4 ST. VENERA 22 10 4 8 24 24 34

5 BIRZEBBUGA 22 9 4 9 27 28 31

6 MELLIEHA 22 9 3 10 29 24 30 7 GOZO F.C. 22 7 6 9 28 38 27

8 ST. ANDREW'S 22 4 13 5 24 23 25

9 ZEBBUG 22 5 9 8 24 28 19

10 NAXXAR L. 22 4 5 13 25 49 17

11 MGARR U. 22 3 6 13 18 41 15

12 MARSA 22 1 3 18 10 49 6

Balzan Champions and promoted.

Melita promoted.

Marsa and Mgarr relegated. Naxxar relegation play-offs.

Zebbug started - 5 points

Page 5: L-iSports

Meta nagħtu ħarsa lejn l-istatistika ta’ dan l-istaġun, insibu li pparteċipajna fit-Tieni Divizjoni wara li konna

relegati l-istaġun ta’ qabel. Kien staġun fejn f’dawk li huma rizultati, kellna aktar diżappunti milli sodisfazzjonijiet.

• Lagħabna 25 loghba uffiċjali, 22 fil-league, u 3 fin-Knock-out. Rbaħna 10, draw 5, u tlifna 10. Goals favur 31, kontra 24. Spiccajna fis-6 post fil-league minn 12-il tim.

• Il-pozizzjoni fil-klassifika kienet l-agħar wahda (daqs l-istagun 2001/02), kemm ilna nipparteċipaw fit-Tieni divizjoni bi 12 -il tim. L-istaguni l-ohra spiċċajna hekk :- 01/02 – is-6, 02/03 – ir-4, 03/04 – ir-4, 04/05 – ir-4, 05/06 – it-3, 06/07 – it-2 [promossi].

• Fin–Knock-out tat-Tieni u it-Tielet divizjoni minn 3 logħbiet rbaħna 1 u draw 2, u ma qlajniex goal, iżda spiċċajna eliminati. Kien ilna ma ninqalgħu ma’ l-ewwel round mill-istagun 2001/02.

• Fil-League tlifna 10 loghbiet, daqs l-istagun 2004/05. Dak l-istaġun konna ksibna l-istess punti (30), iżda spiċċajna fir-raba’ post.

• Fil-league rbaħna 9 loghbiet, tliet ‘doubles’ fuq, Naxxar, Mġarr u Marsa, u rbaħna lill-Melita, St. Andrew’s u Gozo F.C.

• Fil-league, logħba waħda biss spiccat 0-0, kontra St. Venera. Iż-żewg draws l-oħra kienu ta’ 1-1, kontra Birzebbuġa u l-istess St.Venera.

• Il-kowċ Ronald Vella għamel użu minn 28 player, li minnhom kien hemm 9 debuttanti:- Kevin Cassar, Luke Caruana, Luke Attard, Alan Delceppo, Philip Camilleri, Kayne Said, Glenn Vella, Matthew Borg (ii), u John Vella.

• L-iżghar wiehed kien Glenn Vella li twieled fl-1990 – 18 il-sena, u l-aktar anzjan kien Gotthard Conti li twieled fl-1973 – 35 sena.

• Player wieħed biss lagħab il-25 loghba:- Luke Cauchi. • Kevin Gauci kompla saħħah il-pożizzjoni tiegħu fit-tieni post fil-klassifika

ta’ l-aktar player li lagħab mal-Mellieħa meta qabeż it-300 logħba, u spiċċa bi 309. Players oħra li għadhom jilagħbu u qabżu il-100 logħba huma dawn:- Wayne Borg St.John [198], Mario Debono [155], Hubert Vella [154], William Borg [150], Reuben Vella [134], Gotthard Conti [120], u Jeffrey Gauci [101].

• 9 players skorjaw il-31 goal:- Wayne Borg St.John -11, David Fenech -7, Kayne Said, Gotthard Conti - 4, William Borg , Reuben Vella , Paul Vella , David Cauchi , Philip Camilleri - 1.

• Wayne Borg St.John reġa’ spiċċa t-top-scorer tal-klabb, u tella’ t-total tiegħu għal 105. Dan huwa s-sitt stagun li Wayne spiċċa bħala top-scorer. Fil-klassifika tat-top-scorers tat-Tieni Divizjoni spicca fir-raba’ post.

• Kellna 4 penalties favur tagħna, skorjajna 3, u 4 kontrina li minnhom gew skurjati 3 ukoll.

• Karti ħomor kellna 3, {William Borg 2, u Reuben Vella 1}. Kellna numru kbir ta’ karti sofor – 53.

Luke Cauchi

Gotthard Conti

Wayne B.St.John

Page 6: L-iSports

Centenary Stadium Is-Sibt 4 ta’April 2009

MELLIEHA…..1 BALZAN Y….2 (h.t. 1-1)

Sko: David Fenech (pen.) Formazzjoni: S.Gauci, M.Debono(80min.L.Attard), P.Camilleri, W.Borg (capt.), L.Cauchi, D. Cauchi, Ph.Camilleri, D.Fenech,R.Vella (46min. K.Gauci), K.Said, W.BorgSt.John. Azzjonijiet : 22 min. Simon Gauci jsalva f’korner, xutt minn free-kick minn barra l-kaxxa l-kbira. 30 min. Save iehor tajjeb ta’ Simon Gauci fuq xutt fil-baxx. 31 min. David Fenech jixxuttja b’sahhtu mill-boghod, bil-goaler isalva f’korner. 33 min. Goal – Niksbu l-vantagg permezz ta’ penalty, skurjat minn David Fenech, wara li difensur imiss il-ballun b’idu fil-kaxxa l-kbira. 37 min. Goal – Azzjoni tajba ta’ Balzan tispicca b’Alistair Camilleri jiskorja l-goal tad-draw, b’xutt ghar-rokna tax-xibka. 65 min. Kayne Said imur ferm qrib li jiskorja, meta x-xutt bid-dawra tieghu jispicca kemm kemm gholi. 66 min. Goal – Ir-referee jsaffar penalty iehor, ghal ‘hands-ball’ gudikat volontarju ta’ Mario Debono, skurjat minn Ivan Zammit. 82 min. David Cauchi jghaddi tajjeb minn fuq il-lemin, jikkrossja fil-baxxa, izda Wayne Borg St.John jixxuttja gholi minn qaghda tajba. Karti Sofor : Reuben Vella, Mario Debono. Statistika : Kontra Balzan Youths lghabna 23 darba. Rbahna 7, draw 5 u tlifna 11. Goals favur 27, kontra 27. Dan l-istagun Balzan ghamlu id-‘double’ fuqna, u kienet il-hames rebha konsekuttiva fuqna. Kienet is-60 loghba ta’ David Cauchi bil-flokk Melliehi. Irritorna ghal-loghob Kevin Gauci, li kien wegga’ fi spalltu fl-ewwel round, propju kontra Balzan.

Centenary Stadium Il-Gimgha 17 ta’April 2009

MELLIEHA…..0 LIJA ATH...….3 (h.t. 0-0) Formazzjoni: J. Abela, K. Cassar, P. Camilleri (81 min. G. Conti), W. Borg (capt.), L. Cauchi, D. Cauchi (61 min. M. Abela), Ph. Camilleri, D.Fenech, R. Vella (14 min. L. Attard), K. Said, W. Borg St.John. Azzjonijiet : 3 min. L-ewwel cans ta’ skor, jigi ghand attakkant ta’ Lija, izda wahdu quddiem James Abela jitfa’ barra mill-qrib. 34 min. Xutt perikoluz ta’ Lija, jghaddi barra bi ftit centimetri. 42 min. Cans iehor ghal-Lija li jifthu l-iskor, izda l-attakkant taghhom jerga’ jixxuttja barra minn qaghda tajba. 65 min. L-ewwel cans ghat-tim Melliehi, jigi f’saqajn Kayne Said, izda difensur imblokkalu x-xutt tieghu destinat ghal-lasta. 75 min. Wayne Borg St.John jiskarta tajjeb difensur fil-kaxxa l-kbira, izda x-xutt tieghu ikun impreciz, u jmur gholi. 77 min.Goal – Lija jifthu l-iskor permezz ta’ xutt mill-qrib ta’ Daniel Scerri, b’J. Abela jsalva parzjalment, bil-ballun jahbat mal-lasta u jispicca gewwa. 87 min.Goal – Christofer Pace jirdoppja ghal-Lija, meta sab ruhu zmarkat kwazi fuq il-penalty spot, u skorja facilment. 90+2 min.Goal - Lija jaghmluhom tlieta, b’xutt b’sahhtu ghar-rokna tax-xibka ta’ Daniel Cremona. Karta Safra : Philip Camilleri. Statistika : Kienet is-17-il loghba kontra Lija Athletics. Rbahna 4, draw 4 u tlifna 9. Goals favur 18, kontra 26. Lija Athletics, bhal Balzan Youths ghamlu d-‘double’ fuqna dan l-istagun. Luke Cauchi laghab is-70 loghba tieghu mal-Mellieha.

Page 7: L-iSports

Centenary Stadium Is-Sibt 25 ta-’April 2009

MELLIEHA…..3 GOZO F.C.……0 (h.t. 0-0)

Sko: Wayne Borg St.John 2, Kayne Said. Formazzjoni: J. Abela, P. Camilleri , D. Cauchi, L. Cauchi (82 min. M. Abela), K. Cassar, Ph. Camilleri, W. Borg, K. Gauci (capt.), D. Fenech, (82 min. M. Borg (ii) ) W. Borg St.John, G. Conti (46 min. K.Said.). Azzjonijiet : 6 min. L-Ghawdxin ikunu perikoluzi b’xutt fil-baxx salvat minn James Abela. 13 min. Xutt ta’ Philip Camilleri salvat mill-goalkeeper. 15 min. Gozo F.C. jersqu vicin li jifthu l-iskor meta James Abela jkun meghlub, izda l-ballun jispicca mal-wieqfa. 27 min. Kevin Gauci b’xutt mill-boghod gieghel lill-goaler avversarju jsalva b’diffikulta. 51 min. Xutt tajjeb ta’ Wayne Borg St.John newtralizzat mill-goalkeeper avversarju. 52 min. Kross ta’ Patrick Camilleri jispicca f’saqajn Wayne Borg St.John, li izda jixhet barra. 54 min. Goal – Wayne Borg St.John jixhet lil Mellieha fil-vantagg, wara azzjoni tajba ta’ Kevin Gauci. 63 min. William Borg ifalli okkazjoni facli li jirdoppja. 68 min. Goal – Kayne Said jirdoppja b’mod opportunist, b’xutt mill-vicin, u jkabbar l-iskor ghall-Mellieha. 75 min. Azzjoni ohra perikoluza ta’ Wayne Borg St.John, li setghet issarfet fit-tielet goal. 80 min. Goal – Pass preciz ta’ Philip Camilleri lil Wayne Borg St.John, li mill-vicin sab ix-xibka, ghal dopjetta personali. Statistika : Kontra Gozo F.C. lghabna 10 loghbiet. Rbahna 4, draw 1, u tlifna 5. Goals favur 16, kontra 17. Mit-tmien rebhiet li ghamilna s’issa fil-league dan l-istagun, nofshom kienu bl-iskor ta’ 3 – 0. Iddebutta mal-Mellieha Matthew Borg (ii), li ghandu 20 sena. Kien is-27 player li gie uzat dan l-istagun. Gozo F.C. zgur uzaw hafna aktar minna, ghaliex fiz-zewg loghbiet bejnietna laghbu 24 player differenti ! F’din il-loghba ma’ uzaw l-ebda player li laghab fl-ewwel round kontrina. Ghal Gotthard Conti kient il-120 presenza mal-Mellieha, filwaqt li David Fenech ghaqqad is-70 wahda.

Centenary Stadium Il-Hadd 3 ta’ Mejju 2009

MELLIEHA…..2 ST. ANDREW’S…1 (h.t. 1-0)

Sko: Wayne Borg St.John 2. Formazzjoni: J. Abela, P. Camilleri (70min. M. Borg), M. Abela (70 min. J. Vella), L. Cauchi, K. Cassar, Ph. Camilleri, W. Borg, K. Gauci (capt.), K. Said (54min. L. Attard), W. Borg St.John, D. Fenech. Azzjonijiet : 15 min. St. Andrew’s jersqu vicin li jifthu l-iskor, meta xutt devjat minn James Abela, jahbat mal-lasta, bil-ballun jispicca ghand attakkant ta’ St. Andrew’s, li izda bir-ras rega’ laqat il-lasta. 17 min. Marvin Abela jolqot il-minduda permezz ta’ cross-shot minn fuq il-lemin. 20 min. Goal – Wayne Borg St.John jiftah l-iskor, b’xutt ghar-rokna, wara pass tajjeb ta’ Philip Camilleri. 38 min. Il-goalkeeper ta’ St. Andrew’s jilqa’ tajjeb xut sabih ta’ David Fenech. 66 min. Goal – Michael Grima jikseb d-draw ghal St. Andrew’s, wara azzjoni personali, u b’xutt angolat jeghleb lil James Abela. 68 min. Goal – Wayne Borg St.John japprofitta ruhu minn zball tal-goalkeeper, u jerga’ jitfa’ lil Mellieha fil-vantagg. 80 min. James Abela jaghmel save stupend u jcahhad id-draw lil St. Andrew’s. 82 min. Difensur ta’ St.Andrew’s isalva fuq il-linja, xutt destinat ghal gewwa ta’ Wayne Borg St.John. 89 min. Wayne Borg St.John jerga joqrob li jikseb hat-trick, izda x-xutt tieghu jahbat mal-minduda. Statistika: Kontra St. Andrew’s lghabna 19 il-darba. Rbahna 8, draw 3, u tlifna 8 darbiet. Skorjajna 26, kontra 33. Pattejnilhom bl-istess skor, it-telfa li konna sofrejna fl-ewwel round. Kienet il-150 loghba ta’ William Borg mal-Mellieha, filwaqt li Wayne Borg St.John skorja r-raba’ doppjetta dan l-istagun. Iddebutta mal-Mellieha John Vella fl-eta’ ta’ 20 sena. It-28 player li laghab mal-Mellieha dan l-istagun.

Page 8: L-iSports

Hidmet in- Nursery…..

Mill-ahhar kontribuzzjoni tieghi ghal din in-newsletter, il-hidma u l-attivita’ fin-nursery baqghet ghaddejja. Il-gruppi kollha tista’ tghid li kellhom zewg sessjonijiet ta’ tahrig fil-gimgha, u anke hadu sehem f’diversi festivals sportivi. Bhala nursery organizzajna ghal darb’ohra l-Jonathan Abela Tournament ghat-tfal ta’ taht it-tnax-il sena, din id-darba mirbuh mit-tim tal-Melita, li fil-finali ghelbu lit-tim tal-Mellieha. It-timijiet ta’ taht il-hdax-il sena u tlettax-il sena kellhom diversi loghbiet fil-festival tal-Gatorade, organizzat mill-Youth Football Association. It-tim ta’ taht it-tlettax-il sena rebah ukoll il-festival organizzat min-nursery ta’ l-Imgarr. Fl-ahhar gimgha ta’ Mejju dan il-grupp se jiehu sehem fil-David Vella Trading Co. Tournament organizzat min-nursery taghna fil-grawnd tal-Mellieha.

It-timijiet ta’ taht il-hmistax-il sena u ta’ taht is-sbatax-il sena komplew l-impenn taghhom fil-kompetizzjoni tal-Y.F.A. It-tim ta’ taht il-hmistax-il sena tilef postu f’sezzjoni ‘B’, ghalkemm fl-ahhar loghbiet il-wirjiet taghhom tjiebu b’mod konsiderevoli. It-tim ta’ taht is-sbatax-il sena tilfu l-promozzjoni ghal sezzjoni ‘A’ meta fl-ahhar loghba gew draw kontra l-Hamrun, li kienu diga rebhu s-sezzjoni. It-tim ta’ taht id-dsatax-il sena spiccaw f’nofs il-klassifika, waqt li kellhom rizultati pozittivi fin-Knock Out, u sakemm qieghed nikteb dan l-artiklu waslu sa l-ahhar sittax, bil-loghba li jmisshom tkun kontra l-Mosta. Minkejja d-diffikultajiet li kellna fl-ewwel parti ta’ l-istagun, nistghu nghidu li kellna stagun pozittiv u sodisfacenti.

It-tim ta l-U17

Page 9: L-iSports

Penalty Shootout. : Attivita’ ohra li issa saret parti mill-kalendarju t’attvitajiet tan-nursery, hija l-Penalty Shootout, li saret nhar is-Sibt 18 ta’ April 2009 fil-ghaxija fid-dawl artificjali, bil-kollaborazzjoni tal-Kunsill Lokali tal-Mellieha. Din is-sena ghal din l-attivta’ kellna attrazzjoni specjali, meta gibna minn barra minn Malta lil Jeon Kwon, freestyle footballer internazzjonali, li tana wirjiet eccellenti tal-kontroll tal-ballun. Dan l-avveniment kien apprezzat minn hafna genituri u tfal tan-nursery. Bhala premjijiet lir-rebbieha ta’ kull kategorija, din is-sena tajnihom kotba bl-ingliz, minflok trofej. Ghamilna dan biex inwasslu messagg l-itfal dwar l-importanza tal-qari fil-hajja taghna. Veru kienet attivita’ ghall-familja kollha. Irrid hawnhekk nghid grazzi lil dawk kollha li taw l-ghajnuna taghhom biex setghet issir din l-attivta’, fosthom is-Sindku u l-Kunsill Lokali Mellieha u lis-sinjuri Aldo Vella u Stephen Xuereb li kienu responsabbli mill-kordinament ta’ l-attivita’. Prosit kbira haqqhom it-tfal tan-nursery ghal effort li ghamlu sabiex setghu jigbru somma sabiha li biha nistghu nirkupraw parti mill-ispejjez li ghamilna biex xtrajna hames settijiet ta’ lasti ta’ l-aluminju armati bix-xibka, li zzanznu f’din l-istess attivita’.

Tmiem l-istagun: Ghall-grazzja t’Alla nhar il-Gimgha 12 ta’ Gunju, 2009 , intemmu b’success stagun iehor, fejn aktar minn 200 tifel u tifla inghataw tahrig estensiv, sforz ta’ l-impenn u l-qalb kbira tal-kowcis u l-assistenti taghhom. Dan ghamluh b’hegga, professjonalita’ u dedikazzjoni kbira, gimgha wara gimgha, bnazzi jew maltemp. F’isem il-Kumitat Amministrattiv, genituri u l-plejers nghid grazzi kbira u minn qalbna lill-kowcis u l-assistenti taghhom li hadmu bla heda sabiex ikomplu jghollu l-livell tekniku u edukattiv tat-tfal. Biex niccelebraw it-tmiem ta’ dan l-istagun se norganizzaw BAR-B-Q nhar il-Gimgha 12 ta’ Gunju 2009, fis-7.00pm fil-grawnd tal-Mellieha. F’din l-attivita’ l-kowcis se jiehdu hsieb jorganizzaw diversi loghbiet ta’ divertiment ghat-tfal. Wara it-tfal kollha li jattendu n-nursery se jigu pprezentati b’tifkira ta’ l-okkazzjoni. Naghmlu appell lill-genituri biex jattendu ghal din l-okkazzjoni specjali. Il-prezenza taghkom zgur li tferrah lit-tfal taghkom, kif ukoll tkun l-ahjar mod li bih nghidu grazzi lill-kowcis u l-assistenti taghhom.

Preparamenti ghall-Stagun 2009|10: Kif nafu lkoll il-hin ma jistenna lil hadd u ahna lkoll flimkien irridu nibdew bil-preparamenti taghna ghall-istagun li jmiss. Ghaldaqstant il-kumitat tan-nursery qieghed jilqa’ applikazzjonijiet minghand dawk kollha interessati li jkunu parti mill-kowcing staff ghall-istagun 2009\2010. Kull min hu interessat huwa gentilment mitlub li jkellem lis-segretarju tan-nursery, is-sur Chris Borg, jew icempel fuq in-numru 79208472, sa mhux aktar tard mill-15 ta’ Gunju 2009. Nappella biex dawk kollha li jistghu jaghtu l-kontribut taghhom f’dan il-qasam, sabiex joffru s-servizz taghhom. Dawk il-persuni li jixtiequ jaghtu l-ghajnuna taghhom u m’ghandhomx il-kwalifici mehtiega, n-nursery lesta li tghinhom biex jattendu l-korsijiet ghall-kowcis prospettivi, li jigu organizzati mis-settur tekniku tal-Malta Football Association.

John Buttigieg - Chairman

tkompli

Page 10: L-iSports
Page 11: L-iSports

Under 19

MELLIEHA - ATTARD 3 - 4 Mark Trapani, Darren Borg 2.

MELLIEHA - ZURRIEQ 4 - 1 Mark Trapani 2, Connor Muchmore, Philip Taylor.

Knock-out MELLIEHA - LUQA 6 - 0 Connor Muchmore 2, Darren Borg 2, Mark Vella, Mark Trapani.

MELLIEHA - ST.GEORGE'S 1 - 0 Connor Muchmore.

MELLIEHA - MOSTA 0 - 1

Under 17 MELLIEHA - ZEBBUG 4 - 1 Albert Aquilina 2, Benjamin Bartolo. Wayne Chetcuti.

MELLIEHA - MOSTA 3 - 0 Mauro Calleja, Robyn Buhagiar, Daniel Vella

MELLIEHA - BALZAN Y. 2 - 2 Joseph Borg, Albert Aquilina.

MELLIEHA - PEMBROKE 2 - 1 Stephen Bartolo, Kyle Simiana.

MELLIEHA - HAMRUN S. 0 - 0

Under 15 MELLIEHA - PEMBROKE 0 - 4

MELLIEHA - MARSA 3 - 8 Damian Vella 2, Derek Bonanno. MELLIEHA - GOZO 1 - 2 Mark Farrugia 2. MELLIEHA - KIRKOP 0 - 5

MELLIEHA - BALZAN 1 - 0 MELLIEHA - QORMI 0 - 0 MELLIEHA - SIRENS 0 - 0

U19 SECTION B TABLE

U17 SECTION B TABLE U15 SECTION B TABLE

Page 12: L-iSports

Netball

Rizultati - L-ewwel Round 14/12/08 Paola Wolves vs Mellieha 28-12 04/01/09 Kergyma Strikers Too vs Mellieha 39-25 10/02/09 All Ages Vs Mellieha 18-28 15/02/09 Ta Xbiex ASC vs Mellieha 41-20 Rizultati - T-tieni Round 22/02/09 Mellieha vs Paola Wolves 27-34 01/03/09 Mellieha vs All Ages 22-27 31/03/09 Mellieha vs Kerygma Strikers Too 29-27 26/04/09 Mellieha vs Ta Xbiex ASC 23-46

Players f’dan l-istagun Borg Ruth Bugeja Tania (Player Coach)

Buttigieg Josianne Buttigieg Maria Buttigieg Simona Cilia Judith (Captain) Cutajar Josianne Debono Karen Fenech Alexia Spiteri Mariella Trapani Kim Trapani Michelle Vella Dean Joyce Zammit Anna

It-tim tan-netball reġa pparteċipa għal darb’ ohra fil-league nazzjonali. Ingħaqdu mat-tim Joyce Vella Dean u Ruth Borg li wrew dedikazzjoni u taw kontribut siewi fil-logħob. Antoinette Corby, player ta’ kalibru, kienet nieqsa f’dan l-istagun u minn hawnhekk nawgurawlha li saret omm. Nifirħu wkoll lil Josianne Cutajar li żżewġet matul dan l-istaġun. Ħajr ukoll imur lejn dawk kollha li xi darba jew ohra taw sehemhom fit-tim u ninkoraġixxu iktar żgħażagħ li jieħdu sehem biex nżommu l-loghba tan-netball ħajja fil-Mellieħa.

Page 13: L-iSports

Mellieha National Baseball League Champions

Anyone interested in playing baseball or softball

should contact

Ray Bartolo or Keith Bartolo on

Tel. 99095560

The 3rd of May saw the Mellieha Northenders win the third game of the best of three championship series. The game was held at

the Mellieha Football ground in the presence of over 100 supporters. Mayor Robert Cutajar was given the honour of throwing

the first pitch of the game.

Although the final game was won 11-1 by the Northenders, who displayed exceptionally good form, the first two were no easy

task. In fact after winning all 12 regular season games, the Northenders started the championship series on the wrong footing by

losing Game 1 to the Mustangs. The Northenders then went on to win the second game in Mellieha by a mere 1 run.

This is the ninth time the Northenders have won the National Championship in its 16 year history. The Second division Mellieha

Rookies have also won the title of second Division Champions ending the season with 6 wins and 1 loss. The U/18 Juniors team

Grand Slammers have finished the season in second place winning 4 games and losing 4, whilst the U/14 team Melleiha Cubs still

in second place with 4 more games to play in the season.

Softball is set to start at the Mellieha Football ground in the coming weeks. A Co-Ed (mixed male and female) team setup by the

Northenders has been participating in the Open Slowpitch Softball Weekends being Organised by the Malta Baseball & Softball

Association and is currently hoping to bring on a new coach that will also help them develop a fast pitch team.

Second Maltese Player for Italian

Baseball League

On the 9th May a second Maltese player will be joining his new team in the Italian Serie B baseball league. Clint Grima was chosen by Lodi, a team just south of Milan playing in the Serie B division. Grima is the second Maltese baseball player chosen this season to play for an Italian team. Grima first travelled to Italy in April so that the club could evalute him during training sessions, and whilst in Italy also travelled with the Lodi Baseball team for their league matches in Turin. Grima’s achievements include being chosen for all 5 of Malta’s U21 European Championship matches during 2006 held in Italy, and again for all 4 matches played by the Senior National Team in the European Qualifiers in Antwerp last year. During the Antwerp Qualifiers, Grima was also awarded 1st place in the tournamnament for most bases stolen. Local Baseball supporters will be looking forward to the 13th June when Lodi BC and CIEMME-MALLER OLTRETORRENTE, the team where the other Mellieha player is playing, will face each other. It would be the first time Michael Bartolo who plays for Oltretorrente, and Clint Grima will be in the opposing teams in their playing careers.

Page 14: L-iSports

Il-kompetizjoni ntrebhet mit-tim ta’ l-iSports Club Charlie / Natalino. Fil-final ghelbu lil Joe (Fenech)/ Joe (Cutajar) mill-iSports Club ukoll, f’loghba akkanita u ncerta, li spiccat 6 - 5. Charlie / Natalino huma koppja fissa, u rari fallew kompetizzjoni tal-Bixkla, izda kien ilhom aktar minn sentejn ma jirbhuha. Din id-darba hadu sehem tnax-il tim. Kien hemm ta’ l-inqas hames timijiet regolari nieqsa, minhabba li jew kienu xoghol jew kellhom impenji ohra. Ghal darb’ohra, t-tim Eddie/Grezzju naqas li jghaddi mill-ewwel round, filwaqt li Ray / Ray irnexxielhom jaslu ghall-ewwel darba sas-semi-finali. Qabel intlaghbu is-semi-finali, gie servut l-ikel mhejji minn Alfred Vella, il-kok tal-klabb, u kulhadd kellu kliem ta’ tifhir ghal bonta’ tieghu. Ikla fenek kompluta, bnina u bi prezz tassew baxx, issibha biss mill-iSports Club. Staqsu lil min kiel maghna. Ir-rizultati kienu dawn:

Round Preliminari :

Joe / Joe - Raymond/ Peter 6 - 1 Ray / Ray - Chris/ Fredu 6 - 5 Joe / Ninu – Eddie / Grezzju 6 - 4 Angelo / Reno - Joe / Luke 2 - 6, * Mike / Charlie, Sunny / Charlie , Elio / Mario, Natalino / Charlie (Bye – ghaddew ghall-kwarti-finali)

Kwarti-finali:

Joe / Joe - Joe / Luke 6 - 5 Natalino / Charlie - Sunny / Charlie 6 - 3 Elio / Mario – Mike / Charlie 6 - 3 Ray / Ray - Joe / Ninu) 6 - 3

Semi-finali: Natalino / Charlie – Elio / Mario 6 - 3 Joe / Joe - Ray / Ray 6 - 5

FINALI: Natalino / Charlie - Joe / Joe 6 – 5

Nhar il-Gimgha, 24 ta’April kellna serata ohra tal-Bixkla fil-kazin tal-Mellieha Sports Club.

45 Main Str. Mellieha Tel: 2150404

Mob: 79485817

STAR CENTRE

FITNESS ASSESSMENT: SPORTS THERAPY: AEROBICS

THERAPEUTIC MASSAGE: REHABILITATION: KICK BOXING

10, Gorg Borg Olivier Str Mellieha Tel; 21521636

Page 15: L-iSports

TBERIK TAL-KAZIN It-tberik ta’ l-Ghid tal-kazin sar nhar il-Hamis 7 ta’ Mejju, fid-21:00, mill-Kappillan Dun Karm Mercieca, li kien akkumpanjat mis-sagristan C. Bartolo. Jilqghu lill-Kappillan kien hemm il-President Alfred Vella Borg, flimkien mal-membri tal-Kumitat. Prezenti wkoll kien hemm rapprezentanti tan-nursery, u membri tal-klabb li nzertaw fil-kazin. Bhal ma sar dan l-ahhar snin, it-tberik sar f’forma privata, minghajr mistednin kif kien isir dari. It-tberik ta’ l-Ghaqdiet Mellehin isir f’kazin wiehed, nhar it-tieni Sibt fuq l-Ghid, u din is-sena sar fl-Imperial Band Club.

Snooker Il-kompetizzjoni ta’ l-iSnooker organizzata mill-Kunsill Lokali tal-Mellieha giet fi tmiemha nhar il-Hamis 15 ta’April, meta ntlaghbet il-finali gewwa l-iSports Club, bejn Robert Falzon (Centru Laburista) u Edward Deguara (Sports Club), li ntrebhet minn ta’ l-ewwel bl-iskor ta’ 5–4. Fit-tielet post spicca Charlie Fenech (Sports Club), li gheleb lil Sunny Abela (Sports Club) 3–2. Fi tmiem il-loghob sar riceviment ghal mistednin prezenti, filwaqt li s-Sindku Robert Cutajar ipprezenta t-trofej lir-rebbieha. Ta minn jinnota li l-players li jirrapprezentaw lill-klabb marru ferm tajjeb dan l-istagun, fejn spiccaw tlieta fis-semi-finali, ghalkemm ir-rebbieh kien Robert Falzon, li rega’ ikkonferma ruhu bhala c-Champion Melliehi.

END OF SEASON 2008/09 LUNCH

Din is-sena l-ikla ta’ l-ahhar ta’ l-istagun ser issir nhar il-Hadd 31 ta’ Mejju, fir-restaurant tas-Seabank Hotel, l-Ghadira. L-ikla ser tkun ‘Lunch Buffet’, li l-management tas-Seabank Hotel, gentilment offrielna bi prezz imrahhas ta’ €15. Dawk interessati li jattendu, jistghu jikkuntattjaw lil xi membru tal-kumitat, ghal ‘booking’. Membri tal-kumitati, flimkien mal-players tal-Football, Netball u Baseball, u l-mistednin, huma mitluba li jkunu f’posthom fis-13:00.

Mellieħa Sports Club 4,Triq il-Madonna ta’ Fatima,

Mellieħa

Tel: 21523583

email : [email protected]

www.melliehasportsclub.org

Min jixtieq jikteb f’din in-

Newsletter għandu jibgħat il-kontribuzzjoni tiegħu fl-indirizzi

pprovduti hawn fuq. :

Board Editorjali

Sunny Abela Charles Fenech

Anton Vella Proof reading– Alfred Bartolo

Verżjoni elettronika

Aldo Vella