l istaġuni

8
L-istaġuni Casey Portelli yr-4 Ms.C.Aguis

Upload: casey-portelli

Post on 12-Feb-2017

330 views

Category:

Education


7 download

TRANSCRIPT

Page 1: L istaġuni

L-istaġuniCasey Portelli yr-4 Ms.C.Aguis

Page 2: L istaġuni
Page 3: L istaġuni

Ix-xitwa Tibda fil-21ta`Diċembru u tispiċċa fl-20 ta`Marzu. Fix-xitwa tagħmel ħafna xita ragħad u sajjetti. U xi kultant meta jagħmel kollox f`daqqa tiġi tromba imma

f`Malta rari li jkollna! Anki r-riħ meta jagħmel ħafna jista jagħmel ħsara lil ħafna

affarijiet. Festi tax-xitwa huma: 25 ta`Diċembru-Il-Milied, 26 ta`Diċembru-San Stiefnu l-ewwel

martri, 27 ta`Diċembru San Ġwann Appostlu, 28 ta`Diċembru Festa ta`l-Innoċenti, Festa tas-Sagra Familja-il-familja ta`Ġesu`, 1 ta`Jannar-festa ta`Marija Omm Alla u 6/7 ta`Jannar-L-Epifanija.

L-annimali tipiċi ta` dan l-istaġun huma l-qanfud u l-fekruna.

Page 4: L istaġuni

Ir-rebbiegħa

Tibda fil-21 ta`Marzu u tispiċċa fl-20 ta`Ġunju. Fir-rebbiegħa jikbru ħafna fjuri u siġar. Tagħmel ftit xita imma f`dan lis-staġun jikber ukoll frott u ħaxix. Ir-rebbiegħa kważi hu l-isbaħ staġun. Nibdew immoru il-kampanja u nagħmlu `picnic`. Il-ġurnata tibda titwal. F`dan l-istaġun tiġi il-festa ta`l-Għid il-Kbir meta Ġesu`qam mill-

mewt u din hija l-akbar festa tal-knisja.

Page 5: L istaġuni

Is-sajf

Jibda fil-21 ta’ Ġunju u jispiċċa fl-20 ta’ Settembru. Fis-sajf inħossu ħafna sħana. Allura mmoru l-baħar. jaqraw xi ktieb jew gazzetta. Aħna noqgħodu nilgħabu fir-ramel filwaqt li l-ġenituri jaqraw xi ktieb jew gazzetta. Tispiċċa l-iskola imma nistudjaw ftit għal eżami li jkun immis. Nieħdu pjaċir u noħorġu barra spiss u nieklu xi ikel frisk mal-familja tiegħek u meta

inlestu nieħdu naqra ta ġelat frisk frisk u tajjeb Festi tas-sajf:29 ta`Ġunju-L-Imnarija u fil-15 ta`Awwissu-Santa Marija(Marija

Assunta)

Page 6: L istaġuni

Il-ħarifa

Tibda fil-21 ta’ Settembru u tispiċċa fl-20 ta’Diċembru. Fil-ħarifa l-weraq tas-siġar jibdew jaqgħu . Jibda r-rummien u jibda wkoll il-frott taċ-ċitru,fosthom larinġ u l-mandolina. F`Novembru niftakru fil-qaddisin kollha u fil-mejtin tagħna .Tiġi wkoll il-festa

ta` San Martin. L-arja tibda tifriska xi ftit. Il-jum jibda jiqsar għax fil-ħarifa jibda jidlam aktar kmieni u jibda jdum ma

jisbaħ. Festi oħra f`dan l-istaġun huma 21 ta` Settembru-l-Indipendenza, 8

ta`Diċembru-il-Kunċizzjoni u 13 ta` Diċembru-Jum ir-Repubblika

Page 7: L istaġuni

Nota importanti

•Mela issa nafu x`inhuma l-istaġuni.

a) Fis-sena hemm erba` staġuni. b) Dawn idumu tliet xhur kull

wieħed.