malta fil preistorja Żmien it-tempji

1
IT-TEMPJI TA’ ĦAL TARXIEN Fl-1913, Temi Zammit, id-direttur tal-Mużew tal-Belt Valletta, ġie nfurmat li l-bidwi li kien jaħdem l-għelieqi fl-akkwati ‘Tal-Erwieħ’ (fil-limiti ta’ Ħal Tarxien), kien qed jiltaqa’ ma’ ġebel kbir kull darba li jipprova jagħżaq fil-fond. Trinek investigattivi li saru fil-post urew il-potenzjal arkeoloġiku tas-sit u fl-1915 bdew skavi intensivi. Sal-1919, inkixef grupp ta’ erba’ tempji. 1 - L-EWWEL TEMPJU FUQ IN-NAĦA TA’ LVANT Dan hu l-eqdem u l-iżgħar tempju minn dan il-grupp, u jmur lura għall-fażi tal-Ġgantija (3600-3200 QK). Il-fdalijiet tiegħu juruna li dan kellu 5 apsidi, tnejn fuq kull naħa ta’ kuritur ċentrali u oħra fit-tarf ta’ ġewwa. Din tal-aħħar inbidlet f’niċċa maż-żmien. 2 - IT-TIENI TEMPJU FUQ IN-NAĦA TA’ LVANT Dan jinsab maġenbu iżda ma jmissx miegħu. Il-pjanta tiegħu tikkonsisti wkoll f’żewġ apsidi fuq kull naħa ta’ kuritur ċentrali u niċċa fit-tarf ta’ ġewwa. Karatteristiċi interessanti huma l-preċiżjoni li nħadem biha l-ġebel tal-bini, u l-preżenza ta’ sferi tal-ġebel li fuqhom jistrieħu wħud minn dawn il-ġebliet kbar. Jista’ jkun li dawn il-blalen tal-ġebel servew għat-trasport u għat-tqegħid tal-istess ġebel. 3 - IT-TEMPJU TAN-NOFS Dan hu l-aktar tempju kumpless minn dan il-grupp. Jikkonsisti fi tliet apsidi fuq kull naħa ta’ kuritur ċentrali u niċċa fit-tarf ta’ ġewwa. Bosta artifatti nstabu f’dan it-tempju waqt l-iskavi arkeoloġiċi. Fost l-elementi l-aktar interessanti nsibu l-megaliti b’dekorazzjonijiet sbieħ mal-ġnub tal-kuritur u t-turġien bejn kull par apsidi. Insibu wkoll żewġ fuklari, ħawt kbir tal-ġebel u armarju fil-ħajt. L-ewwel apsidi fuq in-naħa tal-lemin tagħti għal spazju ċkejken li ġie mżejjen b’riljievi ta’ żewġ barrin u ħanżira tredda’ l-frieħ. ĊIMITERJU TA’ ŻMIEN IL-BRONŻ It-Tempji tan-Nofs u tan-Nofsinhar intużaw bħala ċimiterju għall-kremazzjoni matul l-ewwel parti ta’ Żmien il-Bronż (2500-1500 QK). Dan wassal sabiex din il-fażi tisssemma ‘Iċ-Ċimiterju ta’ Tarxien’. © 2021 Publishing 4 - IT-TEMPJU TAN-NOFSINHAR Il-kuritur tat-Tempju Tan-Nofs jinfed mat-tieni apsidi tal-lemin tat-Tempju tan-Nofsinhar. Il-pjanta tiegħu tixbaħ lil dik tat-tieni tempju fuq in-naħa ta’ Lvant. Għandu bosta karatteristiċi li jidhru maħsuba għal għanijiet ritwalistiċi. Fost dawn insibu artal mill-isbaħ li ġie mżejjen b’żewġ ringieli ta’ spirali u l-fdalijiet ta’ statwa ġganteska, li t-tnejn jinsabu fl-ewwel apsidi tal-lemin. MALTA FIL - PREISTORJA ŻMIEN IT-TEMPJI Fl-1992, it-Tempji ta’ Tarxien ġew iddikjarati bħala Wirt Kulturali Dinji mill-UNESCO. 1 2 3 4

Upload: others

Post on 14-Apr-2022

17 views

Category:

Documents


0 download

TRANSCRIPT

Page 1: MALTA FIL PREISTORJA ŻMIEN IT-TEMPJI

© 2021 Publishing

IT-TEMPJI TA’ ĦAL TARXIENFl-1913, Temi Zammit, id-direttur tal-Mużew tal-Belt Valletta, ġie nfurmat li l-bidwi li kien jaħdem l-għelieqi fl-akkwati ‘Tal-Erwieħ’ (fil-limiti ta’ Ħal Tarxien), kien qed jiltaqa’ ma’ ġebel kbir kull darba li jipprova jagħżaq fil-fond. Trinek investigattivi li

saru fil-post urew il-potenzjal arkeoloġiku tas-sit u fl-1915 bdew skavi intensivi. Sal-1919, inkixef grupp ta’ erba’ tempji.

1 - L-EWWEL TEMPJU FUQ IN-NAĦA TA’ LVANTDan hu l-eqdem u l-iżgħar tempju minn dan il-grupp, u jmur lura għall-fażi tal-Ġgantija (3600-3200 QK). Il-fdalijiet tiegħu juruna

li dan kellu 5 apsidi, tnejn fuq kull naħa ta’ kuritur ċentrali u oħra fit-tarf ta’ ġewwa. Din tal-aħħar inbidlet f’niċċa maż-żmien.

2 - IT-TIENI TEMPJU FUQ IN-NAĦA TA’ LVANTDan jinsab maġenbu iżda ma jmissx miegħu. Il-pjanta tiegħu

tikkonsisti wkoll f’żewġ apsidi fuq kull naħa ta’ kuritur ċentrali u niċċa fit-tarf ta’ ġewwa. Karatteristiċi interessanti huma

l-preċiżjoni li nħadem biha l-ġebel tal-bini, u l-preżenza ta’ sferi tal-ġebel li fuqhom jistrieħu wħud minn dawn il-ġebliet kbar. Jista’

jkun li dawn il-blalen tal-ġebel servew għat-trasport u għat-tqegħid tal-istess ġebel.

3 - IT-TEMPJU TAN-NOFSDan hu l-aktar tempju kumpless minn dan il-grupp. Jikkonsisti fi tliet apsidi fuq kull naħa ta’ kuritur ċentrali u niċċa fit-tarf ta’ ġewwa. Bosta artifatti nstabu f’dan it-tempju waqt l-iskavi arkeoloġiċi. Fost l-elementi l-aktar

interessanti nsibu l-megaliti b’dekorazzjonijiet sbieħ mal-ġnub tal-kuritur u t-turġien bejn kull par apsidi. Insibu wkoll żewġ fuklari, ħawt kbir tal-ġebel u armarju fil-ħajt. L-ewwel apsidi fuq in-naħa tal-lemin tagħti

għal spazju ċkejken li ġie mżejjen b’riljievi ta’ żewġ barrin u ħanżira tredda’ l-frieħ.

ĊIMITERJU TA’ ŻMIEN IL-BRONŻIt-Tempji tan-Nofs u tan-Nofsinhar intużaw bħala ċimiterju

għall-kremazzjoni matul l-ewwel parti ta’ Żmien il-Bronż (2500-1500 QK). Dan wassal sabiex din il-fażi tisssemma ‘Iċ-Ċimiterju ta’ Tarxien’.

© 2021 Publishing

4 - IT-TEMPJU TAN-NOFSINHARIl-kuritur tat-Tempju Tan-Nofs jinfed mat-tieni apsidi

tal-lemin tat-Tempju tan-Nofsinhar. Il-pjanta tiegħu tixbaħ lil dik tat-tieni tempju fuq in-naħa ta’ Lvant. Għandu bosta karatteristiċi li jidhru maħsuba għal għanijiet ritwalistiċi.

Fost dawn insibu artal mill-isbaħ li ġie mżejjen b’żewġ ringieli ta’ spirali u l-fdalijiet ta’ statwa ġganteska, li t-tnejn

jinsabu fl-ewwel apsidi tal-lemin.

MALTA FIL-PREISTORJAŻMIEN IT-TEMPJI

Fl-1992, it-Tempji ta’ Tarxien ġew iddikjarati bħala Wirt Kulturali

Dinji mill-UNESCO.

1

23

4