mut youth [email protected] e-newsletter lulju...

2
ħarġa numru 2 MUT Youth [email protected] e-newsletter Lulju 2013 Daħla għall-Ħarġa mill-Editur Justin Schembri Wasalna għat-tieni ħarġa tan-newsletter, issa fil-bidu tas-sajf. Wara li l-ewwel ħarġa ntlaqgħet tajjeb speċjalment mal - istudenti universitarji li pparteċipaw fiż- żewġ laqgħat li l-MUT Youths kellna magħhom ftit ġimgħat ilu, nifhmu l - ħtieġa li ż-żgħażagħ jinżammu infurmati b’dak li jkun għaddej mid-dinja tal-MUT Youths. B’dan il-kuntatt tibda tinbena relazzjoni li ’l quddiem issarraf f’Unjin aktar b’saħħitha, f’Unjin li taġġorna ruħha skont il-polz tal-edukatur. Tant hu hekk, li waħda mill-istudenti li attendiet, qiegħda tikteb artiklu qasir dwar kemm hu importanti li jkollha l- appoġġ tal-Unjin kemm-il darba tidħol fid-dinja tax-xogħol. Stefanie Gauci, taspira li tkun għalliema mis-sena skolastika li jmiss, imma mill-ewwel uriet l-importanza li tkun parti mill-MUT. Nistieden għalliema oħra jikkuntattjawna u jiktbu f’din in-newsletter. Għalhekk, permezz ta’ din il-ħarġa, jiena bħala editur u f’isem il-bqija tal-kumitat, irrid inkompli nżomm rabta bejn il- Kumitat u l-alliema affiljati mal-MUT. Jekk sa Marzu, meta nidejna din l- inizjattiva ma kellniex ir-rispons mixtieq, illum, wara li anke pparteċipajna bħala Youths f’diskussjonijiet mal-eżekuttiv tal-Unjin, nistgħu ngħidu li qegħdin ingawdu ċertu rispett li jsaħħaħ ħidmitna. Nittama li din in-newsletter tagħlaq sena skolastika mill-aqwa, fil-waqt li nawgura minn qalbi sajf ta’ mistrieħ sabiex meta nerġgħu niltaqgħu, ikollna l-enerġija biex inkomplu nwettqu l-missjoni edukattiva tagħna lkoll. Il-Ħtieġa għall-Użu tal-Internet Facebook u s-Sezzjoni Żgħażagħ tal-MUT Adrienne Azzopardi, PRO Sezzjoni Żgħażagħ Fis-soċjetà dinamika tal-lum, il-midja soċjali u n-networking saru parti integrali mill-ħajja ta’ kuljum tal-maġġoranza, speċjalment għaż- żgħażagħ. Bosta drabi, it-teknoloġija, bħal ngħidu aħna facebook, iżżommna f’kuntatt mal-familjari, mal-qraba u mal-ħbieb, l-aktar dawk li jgħixu barra minn xtutna. Madankollu, dawn in-netwerks soċjali tant u tant popolari llum qed jiġu utilizzati bħala għodda meħtieġa sabiex jixxandru aħbarijiet kurrenti. Huwa għalhekk li, politiċi, kumpaniji u industriji kontinwament iżommu ruħhom marbuta mad-dinja soċjali permezz ta’ hekk. Is-Sezzjoni Żgħażagħ tal-MUT ħasset il-ħtieġa li tutilizza dan il-mezz ta’ komunikazzjoni tant effettiv u ekonomiku fl-istess waqt, għax minbarra li f’dan -żmien, wieħed irid iżomm ruħu aġġornat mal-użu tekonoloġiku u tan-netwerk u fl-istess ħin jibqa’ marbut ma’ dak li jkun qiegħed jiġri madwaru, hemm għanijiet u objettivi ġustifikati li wieħed għandu jimmira lejhom. Aħna bħala Sezzjoni li primarjament timmira għaż-żgħażagħ, nittamaw li mill-Facebook page tagħna nilħqu aktar lill-membri, fejn huma stess, kemm jekk għadhom jiggradwaw u kemm le, jistgħu jikkontribwixxu billi jaqsmu ma’ edukaturi oħra l-esperjenzi tagħhom, kemm dawk pożittivi u kemm dawk negattivi. Permezz ta’ hekk, il-ġenerazzjoni żagħżugħa tifhem l-importanza strateġika tal-Unjin fid-dawl tad- drittijiet tal-edukatur. Fl-istess waqt iżda, il-ġenerazzjoni żagħżugħa tinkoraġġixxi u tistimula aktar interess fil-qasam trejdjunjonistiku sabiex eventwalment, jitwieldu ideat ġodda li ’l quddiem jistgħu jikkontribwixxu lil dan is-settur. Min-naħa tiegħi u ta’ sħabi fis-Sezzjoni Żgħażagħ, inħeġġiġkom tagħmlu kuntatt magħna permezz tal-facebook. http://www.fxdd.com "Permezz ta’ hekk, il- ġenerazzjoni żagħżugħa tifhem l-importanza strateġika tal- Unjin fid-dawl tad-drittijiet tal- edukatur." https://twitter.com/MaltaMUT http://www.facebook.com/groups/mutgroup/

Upload: others

Post on 07-Oct-2020

6 views

Category:

Documents


0 download

TRANSCRIPT

Page 1: MUT Youth mutyouth@gmail.com e-newsletter Lulju 2013mut.org.mt/wp-content/uploads/2015/08/MUT-Youth-e... · Trid taħseb ukoll fil-futur, waqt li tgawdi wkoll il-preżent, għaliex

ħarġa numru 2

MUT Youth [email protected]

e-newsletter Lulju 2013

Daħla għall-Ħarġa mill-Editur Justin Schembri

Wasalna għat-tieni ħarġa tan-newsletter,

issa fil-bidu tas-sajf. Wara li l-ewwel

ħarġa ntlaqgħet tajjeb speċjalment mal-

istudenti universitarji li pparteċipaw fiż-

żewġ laqgħat li l-MUT Youths kellna

magħhom ftit ġimgħat ilu, nifhmu l-

ħtieġa li ż-żgħażagħ jinżammu infurmati

b’dak li jkun għaddej mid-dinja tal-MUT

Youths. B’dan il-kuntatt tibda tinbena

relazzjoni li ’l quddiem issarraf f’Unjin

aktar b’saħħitha, f’Unjin li taġġorna

ruħha skont il-polz tal-edukatur.

Tant hu hekk, li waħda mill-istudenti li

attendiet, qiegħda tikteb artiklu qasir

dwar kemm hu importanti li jkollha l-

appoġġ tal-Unjin kemm-il darba tidħol

fid-dinja tax-xogħol. Stefanie Gauci,

taspira li tkun għalliema mis-sena

skolastika li jmiss, imma mill-ewwel uriet

l-importanza li tkun parti mill-MUT.

Nistieden għalliema oħra jikkuntattjawna

u jiktbu f’din in-newsletter.

Għalhekk, permezz ta’ din il-ħarġa, jiena

bħala editur u f’isem il-bqija tal-kumitat,

irrid inkompli nżomm rabta bejn il-

Kumitat u l-għalliema affiljati mal-MUT.

Jekk sa Marzu, meta nidejna din l-

inizjattiva ma kellniex ir-rispons mixtieq,

illum, wara li anke pparteċipajna bħala

Youths f’diskussjonijiet mal-eżekuttiv

tal-Unjin, nistgħu ngħidu li qegħdin

ingawdu ċertu rispett li jsaħħaħ ħidmitna.

Nittama li din in-newsletter tagħlaq sena

skolastika mill-aqwa, fil-waqt li nawgura

minn qalbi sajf ta’ mistrieħ sabiex meta

nerġgħu niltaqgħu, ikollna l-enerġija biex

inkomplu nwettqu l-missjoni edukattiva

tagħna lkoll.

Il-Ħtieġa għall-Użu tal-Internet Facebook u s-Sezzjoni Żgħażagħ tal-MUT Adrienne Azzopardi, PRO Sezzjoni Żgħażagħ

Fis-soċjetà dinamika tal-lum, il-midja soċjali u n-networking saru parti integrali mill-ħajja ta’ kuljum tal-maġġoranza, speċjalment għaż-żgħażagħ. Bosta drabi, it-teknoloġija, bħal ngħidu aħna facebook, iżżommna f’kuntatt mal-familjari, mal-qraba u mal-ħbieb, l-aktar dawk li jgħixu barra minn xtutna. Madankollu, dawn in-netwerks soċjali tant u tant popolari llum qed jiġu utilizzati bħala għodda meħtieġa sabiex jixxandru aħbarijiet kurrenti. Huwa għalhekk li, politiċi, kumpaniji u industriji kontinwament iżommu ruħhom marbuta mad-dinja soċjali permezz ta’ hekk.

Is-Sezzjoni Żgħażagħ tal-MUT ħasset il-ħtieġa li tutilizza dan il-mezz ta’ komunikazzjoni tant effettiv u ekonomiku fl-istess waqt, għax minbarra li f’dan iż-żmien, wieħed irid iżomm ruħu aġġornat mal-użu tekonoloġiku u tan-netwerk u fl-istess ħin jibqa’ marbut ma’ dak li jkun qiegħed jiġri madwaru, hemm għanijiet u objettivi ġustifikati li wieħed għandu jimmira lejhom.

Aħna bħala Sezzjoni li primarjament timmira għaż-żgħażagħ, nittamaw li mill-Facebook page tagħna nilħqu aktar lill-membri, fejn huma stess, kemm jekk għadhom jiggradwaw u kemm le, jistgħu jikkontribwixxu billi jaqsmu ma’ edukaturi oħra l-esperjenzi tagħhom, kemm dawk pożittivi u kemm dawk negattivi. Permezz ta’ hekk, il-ġenerazzjoni żagħżugħa tifhem l-importanza strateġika tal-Unjin fid-dawl tad-drittijiet tal-edukatur. Fl-istess waqt iżda, il-ġenerazzjoni żagħżugħa tinkoraġġixxi u tistimula aktar interess fil-qasam trejdjunjonistiku sabiex eventwalment, jitwieldu ideat ġodda li ’l quddiem jistgħu jikkontribwixxu lil dan is-settur.

Min-naħa tiegħi u ta’ sħabi fis-Sezzjoni Żgħażagħ, inħeġġiġkom tagħmlu kuntatt magħna permezz tal-facebook.

http://www.fxdd.com

"Permezz ta’ hekk, il-

ġenerazzjoni żagħżugħa tifhem

l-importanza strateġika tal-

Unjin fid-dawl tad-drittijiet tal-

edukatur."

https://twitter.com/MaltaMUT

http://www.facebook.com/groups/mutgroup/

Page 2: MUT Youth mutyouth@gmail.com e-newsletter Lulju 2013mut.org.mt/wp-content/uploads/2015/08/MUT-Youth-e... · Trid taħseb ukoll fil-futur, waqt li tgawdi wkoll il-preżent, għaliex

Messaġġ miċ-Ċerpersin tal-MUT Youths CHRIS VELLA

Reġgħet għaddiet sena skolastika oħra! Iktar ma’ tkun ilek fil-professjoni, iktar tibda tirrealizza li s-snin jibdew igerbu, u tinduna li qed tikber, speċjalment meta l-istudenti li darba għallimthom Form 1, tarahom qegħdin is-Sixth Form jew l-Università! Tgħiduli biex ġej illum? Din mhux newsletter taż-Żgħażagħ tal-MUT? Allura kif titkellem fuq kif iż-żmien igerbeb? Sempliċi, għax ħadd ma jista’ jinsa li ż-żmien huwa għaddej, u li fil-fatt kulħadd jikber, jimmatura u jixjieħ. Dik hi l-ħajja. Ma tistax bħala żagħżugħ jew żagħżugħa taħseb biss fil-preżent. Trid taħseb ukoll fil-futur, waqt li tgawdi wkoll il-preżent, għaliex fil-fatt huwa rigal li aħna ġejna mogħtija b’xejn minn Fuq.

Bħala Żgħażagħ tal-MUT, inħarsu lejn il-preżent tagħna b’ottimiżmu. Naraw ħafna għalliema Żgħażagħ attivi, ħabrieka u ddedikati fil-professjoni tagħhom u aħna ninkuraġġuhom biex ikompli jagħmlu hekk. Tkellimna u ħeġġiġna lil ħafna studenti żgħażagħ li matul is-sena d-dieħla ser jibdew il-karriera tagħhom wara li jispiċċaw b’suċċess il-kors tal-B.Ed jew PGCE. Int, membru żagħżugħ nistiednek: aħseb fil-preżent: dan hu li qed ngħixu llum. Iddiskuti, bħalma għamilna aħna meta morna fuq it-Televiżjoni u ddiskutejna ma’ għalliema oħra l-qasam tal-edukazzjoni u l-proġetti attwali tal-Ko-Ed u l-Middle School.

Imma tajjeb li naħsbu wkoll għall-futur, meta wara karriera twila, inkunu nixtiequ ngawdu x-xjuħija tagħna fil-kwiet mingħajr preokupazzjonijiet finanzjarji. Qed nitkellem rigward il-fatt li aħna l-għalliema żgħażagħ bil-probabilta’ kollha m’aħniex ser nilħqu l-iskemi tal-pensjoni li hawn bħalissa u allura importanti li dak li jkun, ikun għaqli minn issa u jibda jippjana għal dawk is-snin, billi anke jara x’tip ta’ investimenti jew fondi tal-Pensjoni jista’ jagħmel għall-futur. Dan kien il-ġist tad-diskors tiegħi bħala Ċermen waqt seminar li ġie organizzat mill-Unjin tagħna fuq il-Pensjonijiet. Kienet ħasra li l-preżenza taż-żgħażagħ kienet minima f’dik il-laqgħa. Dan ifisser li l-membri żgħażagħ mhux qed jaħsbu għall-futur?

Nagħlaq dawn il-kelmtejn billi f’isem il-Kumitat nixtieq lilkom ilkoll sajf ta’ mistrieħ li żgur wara sena bla nifs, ilkoll ikollna bżonn.

L-Investiment tiegħi fil-Unjin għal Futur Aħjar

Stefanie Gauci

Meta, bħala studenti Universitarji, konna msejħin

għal-laqgħa mal-membri tal-MUT Youths nistqarr li

kont għandni ma ħsibtx wisq fuq kif ħajti se tinbidel

issa li minn studenta kont se nsib ruħi possibbilment

fid-dinja tax-xogħol.

Waqt din il-laqgħa, ħsibijieti bdew jinfirxu fuq diversi

aspetti li bdew jiġu diskussi. Fil-laqgħa ssemmew

numru ta’ sitwazzjonijiet u kundizzjonijiet li l-

għalliema jistgħu jiltaqgħu magħhom, li personalment

nista’ ngħid kont għadni qatt ma kkunsidrajt. Min-

naħa l-oħra, meta jikkonsidraw li għandhom

warajhom waħda mill-akbar Unjins li għandna

f’pajjiżna, bla dubju, tagħmel differenza kbira.

L-MUT tista’ tipprovdi għajnuna f’aspetti differenti.

Dawn jinkludu kemm dak li għandu x’jaqsam ma’

kundizzjonijiet fuq il-post tax-xogħol, paga, load tal-

lezzjonijiet, kif ukoll assigurazzjoni li tkun mogħtija

trattament ġust u xieraq, speċjalment fil-bidu tal-

karriera tiegħek bħala għalliema, meta ma jkollokx l-

esperjenza meħtieġa f’dal-qasam.

Nemmen, li ħafna mill-għalliema ġodda jiġu bejn

ħaltejn jekk jissieħbux mal-Unjin fl-ewwel sena tal-

karriera tagħhom minħabba l-fatt li l-warrant tiġi

mogħtija iktar tard fis-snin ta’ wara. Nemmen ukoll,

iżda, li jekk l-għalliema jaħdmu u jipproduċu dak li

huwa mistenni minnhom bħala NQTs, bis-sapport

amministrattiv flimkien ma’ dak tal-Unjin, jistgħu

jserrħu rashom li se jkunu protetti mill-inġustizzji li

jistgħu jiltaqgħu magħhom.

Iż-Żgħażagħ; il-Unjin ta’ Għada Justin Schembri, Viċi Ċerpersin MUT Youths

Mhux dejjem tiltaqa’ ma’ nies li jafu jitkellmu dwar il-ħtieġa li jkunu affiljati ma’ Unjin sempliċiment għax ma jkunux jafu wisq dwarha jew

dwar ix-xogħol ta’ wara l-kwinti. Fost l-għalliema, għalkemm il-maġġoranza jkunu affiljati mal-MUT, ftit huma dawk li verament jafu b’dak

kollu li tkun qed tagħmel. Mhux għax l-MUT ma tinfurmax, imma għax ftit għalliema juru interess fl-interessi tagħhom stess.

Madankollu, jidher li dan l-argument mhuwiex l-istess qalb iż-żgħażagħ. Fiż-żewġ laqgħat li kellna l-MUT Youths mal-istudenti universitarji

li issa kollha lestew l-istudji tagħhom u qegħdin jiġu intervistati għax-xogħol, kien hemm interess li ssorprenda lil bosta. L-ewwel nett, aħna

bħala MUT Youths kellna quddiem għajnejna viżjoni waħda, li nkunu ta’ għajnuna għal dawk li jeħtiġuna. Għalhekk, id-diskorsi tagħna, taċ-

Ċerpersin Chris Vella, tiegħi Justin Schembri bħala Viċi Ċerpersin, ta’ Jonathan Borg s-Segretarju u Adrienne Azzopardi kollha kellhom l-

istess għan, dak li jinfurmaw lill-kollegi tagħna mill-aħjar li jistgħu. Li ssib quddiemek aktar minn 100 ruħ f’kull laqgħa, l-ewwel mal-

istudenti tal-PGCE u mbagħad ma’ tal-B.Ed kollha jridu jsiru jafu x’inhuma s-sisien tal-Unjin li sa dakinhar kienu semgħu biha imma ma

tantx fehmu x’inhi, huwa bla dubju ta’ kuraġġ kbir. Fl-ewwel laqgħa, li għaliha attenda wkoll is-Senior Vice-President tal-MUT Marco

Bonnici, aħna ppreżentajna fil-qosor l-istorja tal-Unjin u kif illum waslet fejn waslet. Fissirna l-importanza li l-għalliema żgħażagħ ikunu

protagonsiti fit-tifsil tal-MUT, għax aħna ż-żgħażagħ irridu mmexxu l-Unjin ta’ għada ’l quddiem. Morna quddiem l-istudenti biex fuq kollox

nisimgħu. Ma tistax titkellem mingħajr ma tisma’. Għalhekk, smajna d-diffikultajiet tal-għalliema tal-futur, spjegajnielhom u fissirnielhom

id-drittijiet tagħhom bħala għalliema. Urejniehom fuq kollox l-importanza tal-Unjin li qiegħda hemm sabiex tissalvagwardja d-drittijiet tal-

għalliema u l-edukaturi affiljati. Madankollu, sħaqna fuq il-bżonn li kull għalliem, irid jitkellem mal-Unjin jekk kemm-il darba jsib ruħu f’xi

diffikultà sabiex jingħata l-protezzjoni u l-għajnuna meħtieġa. Imma fuq kollox għedna l-importanza li kull għalliem isegwi dmirijietu u

kemm hu meħtieġ li l-edukaturi jifhmu d-delikatezza tal-irwoli tagħhom fis-sensittività tal-imjieg.

Dawn il-laqgħat tawna l-opportunità niltaqgħu mal-kollegi li ’l quddiem irridu naħdmu magħhom, u hu ta’ sodisfazzjon għalina bħala MUT

Youths li ħafna minn dawk preżenti llum qed isegwu l-ħidma tal-MUT minn fuq il-facebook u t-twitter. Dan jawgura tajjeb għall-futur għax

juri biċ-ċar li hemm ir-rieda li l-għalliema jikkomunikaw mal-Unjin u bil-kontra. Ħafna minn dawk preżenti fil-laqgħat, issieħbu mal-Union.

Rappreżentanti

tal-MUT Youths

jindirizzaw lill-

istudenti PGCE

fl-Università ta'

Malta.