newsheet tal-għaqdiet kattoliċi dicembru 2017.pdffilgħaxija: vġili tal-milied. solennità....

2
Newsheet tal-Għaqdiet Kattoliċi Nru. 492 Diċembru 2017 Il-Quddiesa hi talba Biex nifhmu l-ġmiel taċ-ċelebrazzjoni Ewkaristika, nixtieq nibda b’aspett sempliċi ħafna: il-Quddiesa hi talba, anzi, hi t-talba per eċċellenza, l-ogħla waħda, l-aktar sublimi, u fl-istess waqt l-iżjed “konkreta”. Fil-fatt, hija l-laqgħa ta’ mħabba ma’ Alla permezz tal-Kelma tiegħu u tal-Ġisem u d- Demm ta’ Ġesù. Hi laqgħa mal-Mulej. Imma l-ewwel irridu nwieġbu għal mistoqsija. X’inhu tabilħaqq it-talb? Hu qabelxejn djalogu, relazzjoni personali ma’ Alla. U l-bniedem ġie maħluq bħala essri f’relazzjoni personali ma’ Alla li jsib il-milja sħiħa tiegħu biss fil-laqgħa mal-Ħallieq tiegħu. It-triq tal-ħajja miexja lejn il-laqgħa għal dejjem mal-Mulej. Il-Ktieb tal-Ġenesi jafferma li l- bniedem ġie maħluq fuq ix-xbieha u s-sura ta’ Alla, li hu Missier u Iben u Spirtu s-Santu, relazzjoni perfetta ta’ mħabba li hi għaqda. Minn dan nistgħu nifhmu li aħna lkoll ġejna maħluqa biex nidħlu f’relazzjoni perfetta ta’ mħabba, f’għotja kontinwa tagħna nfusna lil xulxin biex hekk nistgħu nsibu l-milja ta’ dak li aħna. Meta Mosè, quddiem l-għollieq jaqbad, sema’ lil Alla jsejjaħlu, talbu jgħidlu x’jismu. U xi jwieġeb Alla? “Jien dak li jien” (Eż 3:14). Din l-espressjoni, fis-sens oriġinali tagħha, tesprimi preżenza u risq, u fil-fatt dritt wara Alla jżid: “Il-Mulej, Alla ta’ missirijietkom, Alla ta’ Abraham, ta’ Iżakk u ta’ Ġakobb” (v. 15). Hekk ukoll Kristu, meta jsejjaħ lid-dixxipli tiegħu, isejħilhom biex jibqgħu miegħu. Mela din hija l-ikbar grazzja: li nħossu li l-Quddiesa, l-Ewkaristija hi l- mument ipprivileġġjat biex noqogħdu ma’ Ġesù, u, permezz tiegħu, ma’ Alla u ma’ ħutna... (Mill-Katekeżi tal-Papa Franġisku, L-Erbgħa 15 ta’ Novembru 2017) FESTA TAL- IMMAKULATA KUNĊIZZJONI Il-Ġimgħa, 8 ta’ Diċembru 2017 Nhar Il-Ġimgħa, 8 ta’ Diċembru 2017 hija s-solennità tat-Tnissil bla Tebgħa tal-Verġni Mqaddsa Marija. Kull Għaqda, Moviment u Grupp Ekkleżjali għandu jħeġġeġ lill-membri tiegħu biex jiċċelebraw dan il-jum b’qima kbira permezz tal- quddies, tas-smigħ tal-Kelma ta’ Alla u tat-tqarbin; kif ukoll b’talb ieħor, speċjalment permezz tar-Rużarju Mqaddes u b’xi opra tal-ħniena ma’ dawk li huma l-iktar fil-bżonn tal-għajnuna spiritwali u materjali. Velja tal-Immakulata fis-Santwarju tal-Kunċizzjoni, il-Qala, Għawdex. Il-Ħamis, 7 ta’ Diċembru 2017. 8.30pm – 10.00pm. Programm: Kant ta’ Tifħir, Talb u Quddiesa. Christmas Carol Celebration għar-residenti barranin ta’ kull denominazzjoni L-Erbgħa 20 ta’ Diċembru 2017 - organizzat mil-Leġjun ta’ Marija - fil-Parroċċa ta’ San Ġorġ, ir-Rabat (7.30pm). Il-membri tal-għaqdiet huma ġentilment mitluba jgħaddu dan l-avviz lil ħbiebhom residenti barranin. Jiem speċjali li nfakkru f’dan ix-xahar Il-Ġimgħa, 1 ta’ Diċembru Jum Dinji kontra l-AIDS (ĠM) Is-Sibt. 2 ta’ Diċembru: Jum Internazzjonali tal-Persuni b’Diżabbiltà (ĠM) It-Tlieta, 5 ta’ Diċembru: Jum il-Volontarjat Il-Ħadd, 10 ta’ Diċembru: Jum id-Drittijiet tal-Bniedem (ĠM) L-Erbgħa, 13 ta’ Diċembru: Jum ir-Repubblika (Festa Nazzjonali) NOVENA TAL-MILIED Nhar Il-Ġimgħa, 15 ta’ Diċembru 2017 tibda n-Novena bi tħejjija għall-Milied. Inħeġġu l-membri tal-Għaqdiet biex jipparteċipaw. ADORAZZJONI MILL-MOVIMENT EWKARISTIKU GĦAWDXI Is-Sibt 2 ta' Diċembru Knisja ta’ San Franġisk, Victoria. Is-Sibt 9 ta' Diċembru – Knisja tar-Ragħaj it-Tajjeb, Victoria. Is-Sibt, 16 ta’ Diċembru – Knisja tal-Madonna tal-Karmnu Ta’ Ħamet Is-Sibt, 23 ta’ Diċembru – Knisja ta’ Savina, Victoria. Il-Ħadd, 24 ta' Diċembru - Knisja ta' Savina, ir -Rabat - quddiesa fit-8pm u adorazzjoni sal-10pm. Is-Sibt, 30 ta' Diċembru - Knisja Parrokkjali tan-Nadur - l-ewwel quddiesa tibda fid- 8.30pm. NB: L-iljieli kollha jibdew b'quddiesa fit-8.00pm u jkun hemm quddiesa ohra f'nofsillejl (barra fl-24 ta' Dicembru). GRAZZI... AWGURI!!! Irroddu ħajr lil dawk kollha li taw is-sehem tagħhom biex in-‘Newsheet’ tal-Għaqdiet Kattoliċi tasal u tinqara kull xahar fil-laqgħat, kif ukoll tintuża mill-mezzi soċjali. Nixtiequ nagħtu l-awguri sinċieri tagħna tal-Milied Qaddis 2017 u Sena Ġdida 2018 mimlija risq, barka u ħidma fil-Mulej li ġej.

Upload: others

Post on 12-Mar-2021

7 views

Category:

Documents


0 download

TRANSCRIPT

Page 1: Newsheet tal-Għaqdiet Kattoliċi Dicembru 2017.pdfFilgħaxija: Vġili tal-Milied. Solennità. Adorazzjoni mill-Moviment Ewkaristiku (Knisja ta' Savina, ir-Rabat - Quddies: 8.00pm

Newsheet tal-Għaqdiet Kattoliċi

Nru. 492 Diċembru 2017

Il-Quddiesa hi talba

Biex nifhmu l-ġmiel taċ-ċelebrazzjoni Ewkaristika, nixtieq nibda b’aspett sempliċi ħafna: il-Quddiesa hi talba, anzi, hi t-talba per eċċellenza, l-ogħla waħda, l-aktar sublimi, u fl-istess waqt l-iżjed “konkreta”. Fil-fatt, hija l-laqgħa ta’ mħabba ma’ Alla permezz tal-Kelma tiegħu u tal-Ġisem u d-Demm ta’ Ġesù. Hi laqgħa mal-Mulej. Imma l-ewwel irridu nwieġbu għal mistoqsija. X’inhu tabilħaqq it-talb? Hu qabelxejn djalogu, relazzjoni personali ma’ Alla. U l-bniedem ġie maħluq bħala essri f’relazzjoni personali ma’ Alla li jsib il-milja sħiħa tiegħu biss fil-laqgħa mal-Ħallieq tiegħu. It-triq tal-ħajja miexja lejn il-laqgħa għal dejjem mal-Mulej.

Il-Ktieb tal-Ġenesi jafferma li l-bniedem ġie maħluq fuq ix-xbieha u s-sura ta’ Alla, li hu Missier u Iben u Spirtu s-Santu, relazzjoni perfetta ta’ mħabba li hi għaqda. Minn dan nistgħu nifhmu li aħna lkoll ġejna maħluqa biex nidħlu f’relazzjoni perfetta ta’ mħabba, f’għotja kontinwa tagħna nfusna lil xulxin biex hekk nistgħu nsibu l-milja ta’ dak li aħna. Meta Mosè, quddiem l-għollieq jaqbad, sema’ lil Alla jsejjaħlu, talbu jgħidlu x’jismu. U xi jwieġeb Alla? “Jien dak li jien” (Eż 3:14). Din l-espressjoni, fis-sens oriġinali tagħha, tesprimi preżenza u risq, u fil-fatt dritt wara Alla jżid: “Il-Mulej, Alla ta’ missirijietkom, Alla ta’ Abraham, ta’ Iżakk u ta’ Ġakobb” (v. 15). Hekk ukoll Kristu, meta

jsejjaħ lid-dixxipli tiegħu, isejħilhom biex jibqgħu miegħu. Mela din hija l-ikbar grazzja: li nħossu li l-Quddiesa, l-Ewkaristija hi l-mument ipprivileġġjat biex noqogħdu ma’ Ġesù, u, permezz tiegħu, ma’ Alla u ma’ ħutna... (Mill-Katekeżi tal-Papa Franġisku, L-Erbgħa

15 ta’ Novembru 2017)

FESTA TAL- IMMAKULATA KUNĊIZZJONI Il-Ġimgħa, 8 ta’ Diċembru 2017

Nhar Il-Ġimgħa, 8 ta’ Diċembru 2017 hija s-solennità tat-Tnissil bla Tebgħa tal-Verġni Mqaddsa Marija. Kull Għaqda, Moviment u Grupp Ekkleżjali għandu jħeġġeġ lill-membri tiegħu biex jiċċelebraw dan il-jum b’qima kbira permezz tal-quddies, tas-smigħ tal-Kelma ta’ Alla u tat-tqarbin; kif ukoll b’talb ieħor, speċjalment permezz tar-Rużarju Mqaddes u b’xi opra tal-ħniena ma’ dawk li huma l-iktar fil-bżonn tal-għajnuna spiritwali u materjali.

Velja tal-Immakulata fis-Santwarju tal-Kunċizzjoni, il-Qala, Għawdex. Il-Ħamis, 7

ta’ Diċembru 2017. 8.30pm – 10.00pm. Programm: Kant ta’ Tifħir, Talb u Quddiesa.

Christmas Carol Celebration għar-residenti barranin ta’ kull denominazzjoni

L-Erbgħa 20 ta’ Diċembru 2017 - organizzat mil-Leġjun ta’ Marija - fil-Parroċċa ta’ San Ġorġ, ir-Rabat (7.30pm).

Il-membri tal-għaqdiet huma ġentilment mitluba jgħaddu dan l-avviz lil ħbiebhom residenti barranin.

Jiem speċjali li nfakkru f’dan ix-xahar Il-Ġimgħa, 1 ta’ Diċembru Jum Dinji kontra l-AIDS (ĠM) Is-Sibt. 2 ta’ Diċembru: Jum Internazzjonali tal-Persuni

b’Diżabbiltà (ĠM) It-Tlieta, 5 ta’ Diċembru: Jum il-Volontarjat Il-Ħadd, 10 ta’ Diċembru: Jum id-Drittijiet tal-Bniedem (ĠM) L-Erbgħa, 13 ta’ Diċembru: Jum ir-Repubblika (Festa Nazzjonali)

NOVENA TAL-MILIED Nhar Il-Ġimgħa, 15 ta’ Diċembru 2017 tibda n-Novena bi tħejjija għall-Milied. Inħeġġu l-membri tal-Għaqdiet biex jipparteċipaw.

ADORAZZJONI MILL-MOVIMENT EWKARISTIKU GĦAWDXI Is-Sibt 2 ta' Diċembru – Knisja ta’ San Franġisk, Victoria. Is-Sibt 9 ta' Diċembru – Knisja tar-Ragħaj it-Tajjeb, Victoria. Is-Sibt, 16 ta’ Diċembru – Knisja tal-Madonna tal-Karmnu Ta’ Ħamet Is-Sibt, 23 ta’ Diċembru – Knisja ta’ Savina, Victoria. Il-Ħadd, 24 ta' Diċembru - Knisja ta' Savina, ir -Rabat - quddiesa fit-8pm u adorazzjoni sal-10pm. Is-Sibt, 30 ta' Diċembru - Knisja Parrokkjali tan-Nadur - l-ewwel quddiesa tibda fid- 8.30pm.

NB: L-iljieli kollha jibdew b'quddiesa fit-8.00pm u jkun hemm quddiesa ohra f'nofsillejl (barra fl-24 ta' Dicembru).

GRAZZI... AWGURI!!! Irroddu ħajr lil dawk kollha li taw is-sehem tagħhom biex in-‘Newsheet’ tal-Għaqdiet

Kattoliċi tasal u tinqara kull xahar fil-laqgħat, kif ukoll tintuża mill-mezzi soċjali.

Nixtiequ nagħtu l-awguri sinċieri tagħna tal-Milied Qaddis 2017 u Sena Ġdida 2018 mimlija risq, barka u ħidma fil-Mulej li ġej.

Page 2: Newsheet tal-Għaqdiet Kattoliċi Dicembru 2017.pdfFilgħaxija: Vġili tal-Milied. Solennità. Adorazzjoni mill-Moviment Ewkaristiku (Knisja ta' Savina, ir-Rabat - Quddies: 8.00pm

DIĊEMBRU 2017 ¦ KALENDARJU PASTORALI ¦ Numru 492

1. Il-Ġimgħa L-Ewwel Ġimgħa tax-xahar. Adorazzjoni u Tqarbina Riparatriċi / Quddiesa għall-professjonisti Knisja ta’ Santu Wistin fit-8.00pm Qabel ikun hemm ħin għall-qrar. Jum Dinji kontra l-AIDS (ĠM)

2. Is-Sibt Jum Internazzjonali tal-Persuni b’Diżabbiltà (ĠM). Nofstanhar ta’ Spiritwalità għas-saċerdoti (Ċentru Pastorali Ragħaj it-Tajjeb - 8.30a.m.) Lejl Adorazzjoni mill-Moviment Ewkaristiku (Knisja ta' San Franġisk, ir-Rabat - Quddies: 8.00pm u f’nofsillejl).

3. Il-Ħadd L-Ewwel Ħadd tal-Avvent (Sena B). Films għall-familja kollha fl-Oratorju Don Bosco, Victoria fil-5.30pm.

4. It-Tnejn San Ġwann Damaxxenu, presbiteru u duttur tal-Knisja - Tifkira

5. It-Tlieta Jum il-Volontarjat.

6. L-Erbgħa San Nikola Isqof ta’ Bari. Tifkira. Laqgħa tal-Kulleġġ tal-Kappillani fiċ-Ċentru tar-Ragħaj it-Tajjeb

7. Il-Ħamis Sant Ambroġ Isqof u Duttur tal-Knisja. Tifkira (O). Velja tal-Kunċizzjoni (Santwarju tal-Kunċizzjoni, il-Qala - 8.30pm). Ġurnata ta’ Adorazzjoni Ewkaristika b’talb għall-vokazzjonijiet (Kappella tas-Seminarju – 6.30am-8.00pm).

8. Il-Ġimgħa Solennità tal-Immakulata Kunċizzjoni. Festa fil-Knisja ta’ San Franġisk, Victoria, u fil-Knisja tal-Kunċizzjoni, Qala.

9. Is-Sibt San Juan Diego Cuauhtlatoatzin. Tifkira. / Ċenaklu tal-Azzjoni Kattolika (4.30pm). Lejl Adorazzjoni mill-Moviment Ewkaristiku (Knisja tar-Ragħaj it-Tajjeb, ir-Rabat -

Quddies: 8.00pm u f’nofsillejl).

10. Il-Ħadd It-Tieni Ħadd tal-Avvent (Sena B). Festa ta’ Santa Luċija Verġni u Martri (Santa Luċija). Jum id-Drittijiet tal-Bniedem (ĠM) Films għall-familja kollha fl-Oratorju Don Bosco, Victoria fil-5.30pm

11. It-Tnejn San Damasu Papa I. Tifkira.

12. It-Tlieta L-Imqaddsa Verġni Marija ta’ Gwadalupe. Tifkira.

13. L-Erbgħa Santa Luċija Verġni u Matri. Tifkira (O). Jum ir-Repubblika (Festa Nazzjonali).

14. Il-Ħamis San Ġwann tas-Salib, Presbiteru u Duttur tal-Knisja. Tifkira (O).

15.Il-Ġimgħa Tibda n-Novena tal-Milied fil-Parroċċi u l-Knejjes kollha. Bidu tal-Adorazzjoni Solenni fil-Knisja Ta’ Ħamet. Lejl Adorazzjoni għas-saċerdoti fil-Knisja ta’ Ħamet li jibda fit-8.00pm sa nofsillejl.

16. Is-Sibt Attività djoċesana għall-Abbatini (Seminarju). Lejl Adorazzjoni mill-Moviment Ewkaristiku fil-Knisja Ta' Ħamet: Quddies mill-E.T. Mons Isqof Mario Grech fit- 8.00pm u ikun hemm oħra f’nofsillejl.

17. Il-Ħadd It-Tielet Ħadd tal-Avvent (Sena B). Għeluq tal-Kwaranturi fil-Knisja Ta’ Ħamet (quddiesa fis-7.30pm) December Function għal-Leġjunarji kollha (Munxar – 4.00-5.30pm). Films għall-familja kollha fl-Oratorju Don Bosco, Victoria fil-5.30pm

20. L-Erbgħa KKSK (St.Ter.) / Laqgħa ta' Aġġornament u Get-Together tal-Milied għar-Reliġjużi, Membri tal-Istituti Sekulari u Lajċi Kkonsagrati (Sorijiet Klarissi - 4pm).

23. Is-Sibt Lejl Adorazzjoni mill-Moviment Ewkaristiku (Knisja ta' Savina, ir-Rabat - Quddies: 8.00pm u f’nofsillejl).

24. Il-Ħadd Ir-Raba’ Ħadd tal-Avvent (Sena B). Filgħaxija: Vġili tal-Milied. Solennità. Adorazzjoni mill-Moviment Ewkaristiku (Knisja ta' Savina, ir-Rabat - Quddies: 8.00pm. L-adorazzjoni tintemm fl-10pm).

25. It-Tnejn Solennità tat-Twelid ta’ Sidna Ġesù Kristu. Il-Milied.

26. It-Tlieta San Stiefnu Protomartri. Festa.

27. L-Erbgħa San Ġwann Apostlu u Evanġelista. Festa.

28. Il-Ħamis Il-Qaddisin Innoċenti Matri. Festa.

29. Il-Ġimgħa Il-Ħames Jum fost l-Ottava tal-Milied / San Tumas Becket , Isqof u Martri. Tifkira.

30. Is-Sibt Is-Sitt Jum fost l-Ottava tal-Milied Adorazzjoni għall-Persuni Kkonsagrati fil-Parroċċa tal-Munxar (6.15-8.15pm). Lejl Adorazzjoni mill-Moviment Ewkaristiku (Knisja Parrokkjali tan-Nadur - Quddies: 8.30pm u f’nofsillejl).

31 Il-Ħadd Il-Familja Mqaddsa ta’ Ġesù, Marija u Ġużeppi. Festa Films għall-familja kollha fl-Oratorju Don Bosco, Victoria fil-5.30pm