Ħolqa bejnietna l-membri - ak malta · 2017-11-29 · matul ix-xhur li ġejjin qabel il-waqfa...

21
Nru. 286: April 2013 information sheet Werrej Nerġgħu Nitkellmu Ħsieb tax-Xahar Programm tax-Xahar Aħbarijiet minn hawn u minn hemm Avviżi Suġġerimenti u Kummenti Azzjoni Kattolika Maltija Istitut Kattoliku Il-Furjana FRN 1441 Websajt: www.akmalta.org Imejl: [email protected] Ħolqa bejnietna l-Membri

Upload: others

Post on 25-Jan-2020

14 views

Category:

Documents


0 download

TRANSCRIPT

Page 1: Ħolqa bejnietna l-Membri - AK Malta · 2017-11-29 · Matul ix-xhur li ġejjin qabel il-waqfa għax-xhur tas-sajf, il-Kummissjoni torganizza attivtà kull xahar li jinvolvu kemm

Nru. 286: April 2013

information sheet

Werrej

Nerġgħu Nitkellmu

Ħsieb tax-Xahar

Programm tax-Xahar

Aħbarijiet minn hawn u minn hemm

Avviżi

Suġġerimenti u Kummenti

Azzjoni Kattolika Maltija Istitut Kattoliku Il-Furjana FRN 1441

Websajt: www.akmalta.org Imejl: [email protected]

Ħolqa bejnietna l-Membri

Page 2: Ħolqa bejnietna l-Membri - AK Malta · 2017-11-29 · Matul ix-xhur li ġejjin qabel il-waqfa għax-xhur tas-sajf, il-Kummissjoni torganizza attivtà kull xahar li jinvolvu kemm

Information Sheet — April 2013 Paġna 1

Habemus Papam

Jekk fil-bidu tax-xahar li għadda konna qed nitkellmu

fuq Sede Vacante, illum nistgħu ngħidu bil-ferħ Habemus

Papam. Nistgħu ngħidu li għandna Papa li mess il-qlub sa

mill-ewwel ġurnata. Papa li ħa ismu minn qaddis li tant ħabb

lill-fqir u li tant kien qrib in-natura. Il-Papa Franġisku jidher

li se jkompli jimxi fuq il-passi ta' dan il-qaddis, u dan jawgura

tajjeb ħafna għall-Knisja tagħna.

Fost l-oħrajn, fl-omelija li

għamel fil-Quddiesa inawgurali

tal-Pontifikat tiegħu, il-Papa

Franġisku tkellem fuq il-poter.

Filwaqt li rrikonoxxa li, lil

Xmun Pietru, Ġesù

afdalu f'idejh poter importanti,

il-Papa spjega li, lil Pietru, Ġesù

ordanlu sabiex jitma' l-ħrief u

n-ngħaġ tiegħu. Għaldaqstant,

sostna l-Papa, l-poter

awtentiku mhu xejn għajr

servizz.

Page 3: Ħolqa bejnietna l-Membri - AK Malta · 2017-11-29 · Matul ix-xhur li ġejjin qabel il-waqfa għax-xhur tas-sajf, il-Kummissjoni torganizza attivtà kull xahar li jinvolvu kemm

Information Sheet — April 2013 Paġna 2

Fi kliem il-Papa wieħed għandu jispira ruħu mis-servizz umli

ta' San Ġużepp u bħalu għandu jfittex li jkun ta' sostenn

għall-poplu ta' Alla u l-umanità kollha, speċjalment dawk li

huma l-ifqar, l-iktar dgħajfa u l-inqas importanti! Messaġġ

sabiħ li tabilħaqq jgħodd għalina lkoll; ejjew aħna wkoll

infittxu li nservu u kif jistedinna l-Papa inkunu "protetturi"

tal-ħolqien, protetturi ta' xulxin u tal-ambjent.

Huwa xieraq li f'din l-okkażjoni rroddu ħajr lil Alla

għall-grazzja kbira li ta lill-Knisja bl-għażla tal-Papa

Franġisku. Nitolbu wkoll għall-Papa sabiex il-Mulej jagħtih

l-għajnuna u l-kuraġġ li għandu bżonn fil-ħidma diffiċli li

għandu quddiemu. J'Alla l-Mulej ikompli jżejnu bid-dehen li

jeħtieġ sabiex jirgħa l-merħla fi żminijiet daqstant diffiċli.

Iċ-Ċenaklu

Dan l-aħħar fid-Direttorju iddiskutejna ċ-Ċenaklu għal

darba, darbtejn. Għal min forsi ma jafx iċ-Ċenaklu huwa

attività ta' formazzjoni intiża għall-membri tad-Direttorju u

l-Kunsilli Ċentrali tal-friegħi u l-entitatjiet tal-Azzjoni

Kattolika Maltija. Fost l-oħrajn iddiskutejna kif aħna

l-membri tal-Azzjoni Kattolika, kollha kemm aħna, għandu

jkollna sors ta' formazzjoni personali li, bħal nixxiegħa ta'

ilma ġieri, jsaqqi l-ħidma tagħna.

Page 4: Ħolqa bejnietna l-Membri - AK Malta · 2017-11-29 · Matul ix-xhur li ġejjin qabel il-waqfa għax-xhur tas-sajf, il-Kummissjoni torganizza attivtà kull xahar li jinvolvu kemm

Information Sheet — April 2013 Paġna 3

Dan jgħodd ukoll għall-membri tal-Kunsill Ċentrali; u dan

huwa l-bżonn li qed nippruvaw nindirizzaw permezz

taċ-Ċenaklu. Il-friegħi u l-entitajiet imbagħad għandhom

jibqgħu jagħmlu l-ikbar sforz possibbli biex il-formazzjoni

tal-membri tkompli tissaħħaħ. Fix-xhur li ġejjin se jsir sforz

biex is-suġġetti li nittrattaw fiċ-Ċenaklu jkunu aktar relevanti

u sabiex it-taħdita li nagħmlu tkun waħda li ma tħalliniex

nibqgħu passivi. Iċ-Ċenaklu li jmiss se jsir nhar l-20 ta' April.

Dawk kollha li huma mistednin huma mħeġġa jattendu.

Leħen is-Sewwa

Grazzi lil dawk kollha li qed jabbonaw fil-gazzetta Leħen

is-Sewwa. Kull abbonament li nirċievu jkompli jsaħħaħ fina

l-fehma li din il-gazzetta għad għandha postha fis-soċjetà

tal-lum. Il-qarrejja regolari setgħu jindunaw kif fl-aħħar xhur

diġà kien hemm bidliet konsiderevoli fid-dehra u l-kontenut

tal-gazzetta. Dawn il-bidliet se jkomplu. Sadanittant

bil-kollaborazzjoni tal-istaff tal-uffiċċju għaddejjin ukoll bosta

bidliet amministrattivi. L-għan wara din il-ħidma huwa biss li

fiż-żmien li ġej, Leħen is-Sewwa tkompli twassal il-messaġġ

Nisrani f'eluf ta' djar Maltin u Għawdxin.

Dennis Buttigieg President Ġenerali

Min jixtieq jagħmel kuntatt miegħi jista' jagħmel dan fl-indirizz:

[email protected]

Page 5: Ħolqa bejnietna l-Membri - AK Malta · 2017-11-29 · Matul ix-xhur li ġejjin qabel il-waqfa għax-xhur tas-sajf, il-Kummissjoni torganizza attivtà kull xahar li jinvolvu kemm

Information Sheet — April 2013 Paġna 4

Ħsieb tax-Xahar:

«Alla qatt ma jgħejja jaħfer. Huwa

aħna li ngħejjew nitolbu l-maħfra»

Alla tagħna hu għani fil-ħniena.

“Aħfrilna bħalma naħfru lil min hu ħati għalina.”

Page 6: Ħolqa bejnietna l-Membri - AK Malta · 2017-11-29 · Matul ix-xhur li ġejjin qabel il-waqfa għax-xhur tas-sajf, il-Kummissjoni torganizza attivtà kull xahar li jinvolvu kemm

Information Sheet — April 2013 Paġna 5

Data Ħin Post Attività

Il-Ħamis

04 09:30 Istitut Kattoliku

Laqgħa Kunsill Ċentrali

Fergħa Nisa

Il-Ħamis

04 18:00 Istitut Kattoliku Laqgħa Direttorju Ġenerali

Il-Ħamis

04 18:00 Istitut Kattoliku

Laqgħa Kunsill Ċentrali

Fergħa Xebbiet

Il-Ġimgħa 05

sal-Ħadd 07 ŻAK M’Xlokk live-in

It-Tnejn 08

sal-Ħadd 14

ŻAK Community Week

20+

Il-Ħamis

11

09:30 —

11:30 Istitut Kattoliku

Skola tal-Appostolat

Fergħa Nisa

Il-Ħamis

11 18:00 Istitut Kattoliku

Laqgħa

Kummissjoni Ħidma Morda

It-Tnejn

15 17:30 Istitut Kattoliku Laqgħa Kunsill Ċentrali

Fergħa Rġiel

Page 7: Ħolqa bejnietna l-Membri - AK Malta · 2017-11-29 · Matul ix-xhur li ġejjin qabel il-waqfa għax-xhur tas-sajf, il-Kummissjoni torganizza attivtà kull xahar li jinvolvu kemm

Information Sheet — April 2013 Paġna 6

Data Ħin Post Attività

It-Tlieta

16 18:00 Istitut Kattoliku

Jum il-voluntieri

Kummissjoni Ħidma Morda

Il-Ħamis

18 18:00 Istitut Kattoliku Laqgħa Direttorju Ġenerali

Is-Sibt

20 18:00 Ċirkolu Bormla Ċenaklu

Direttorju u Kunsilli

Il-Ħamis

25 09:30

Ramla Bay

Resort

il-Marfa

Attività

Santa Katarina ta’ Siena

Fergħa Nisa

Il-Ġimgħa

26 18:00 Istitut Kattoliku

Laqgħa

Kunsill SAS

Page 8: Ħolqa bejnietna l-Membri - AK Malta · 2017-11-29 · Matul ix-xhur li ġejjin qabel il-waqfa għax-xhur tas-sajf, il-Kummissjoni torganizza attivtà kull xahar li jinvolvu kemm

Information Sheet — April 2013 Paġna 7

Nibdew Mejju

Data Ħin Post Attività

Il-Ħamis

02

09:30 Istitut Kattoliku

Laqgħa Kunsill Ċentrali

Fergħa Nisa

Il-Ħamis

02

18:00 Istitut Kattoliku

Laqgħa Kunsill Ċentrali

Fergħa Xebbiet

It-Tlieta

07

18:00 Istitut Kattoliku

Laqgħa Direttorju

Ġenerali

Page 9: Ħolqa bejnietna l-Membri - AK Malta · 2017-11-29 · Matul ix-xhur li ġejjin qabel il-waqfa għax-xhur tas-sajf, il-Kummissjoni torganizza attivtà kull xahar li jinvolvu kemm

Information Sheet — April 2013 Paġna 8

Jidher ċar li l-Papa Franġisku għamel l-għażla favur il-fqar l-għażla ta’ ħajtu. Issa qed jipproponiha bħala l-istil tal-Knisja fi żminijietna, “Knisja fqira; Knisja għall-fqar” qalilna.

Is-Segretarjat għall-Katekeżi flimkien mas-Segretarjat tal-Assistenza Soċjali tal-Azzjoni Kattolika qed jorganizzaw Kors qasir ta’ sitt sessjonijiet dwar din l-għażla tal-Evanġelju, Katekeżi tal-Karità. Se nistaqsu min huma l-fqar, x’tgħid il-Kelma ta’ Alla dwar il-fqar, u kif nistgħu nsiru tassew “Knisja tal-Fqar”. Jinteressa lil dawk kollha li jixtiequ jsiru qaddejja ma’ Kristu Qaddej.

Il-Kors isir kull nhar ta’ Ħamis mill-11 t’April sas-16 ta’ Mejju 2013, mis-6.00 sas-7.30 p.m. fis-Sala tas-Segretarjat għall-Katekeżi, it-tielet sular, fl-Istitut Kattoliku, il-Furjana. L-applikazzjonijiet isiru jew fis-Segretarjat għall-Katekeżi (tel.21223949) jew fis-Segretarjat tal-Assistenza Soċjali tal-Azzjoni Kattolika (tel.21220286). Qed jintalab ħlas ta’ €5 għall-ispejjeż.

Page 10: Ħolqa bejnietna l-Membri - AK Malta · 2017-11-29 · Matul ix-xhur li ġejjin qabel il-waqfa għax-xhur tas-sajf, il-Kummissjoni torganizza attivtà kull xahar li jinvolvu kemm

Information Sheet — April 2013 Paġna 9

Programm tal-Kors:

Isem Data Lecturer

Il-Fqar min huma 11 t’April Dun Ġwann Avellino

Il-Fqar fil-Kelma

t’Alla 18 t’April Dun Renè Camilleri

Il-Mixja lejn il-

Knisja tal-Fqar 25 t’April Dun Ġwann Caruana

Qaddejja ma’

Kristu Qaddej 2 ta’ Mejju Dun Anġ Seychell

L-Ewkaristija tan-

Nisrani Qaddej 9 ta’ Mejju Dun Ġużepp Pace

Seminar tal-Aħħar

Se nkunu Knisja

tal-Fqar?

16 ta’

Mejju

Is-Sur Joe Rossi u

Mons.Philip Calleja

Ibbukkjaw immedjatament!

Page 11: Ħolqa bejnietna l-Membri - AK Malta · 2017-11-29 · Matul ix-xhur li ġejjin qabel il-waqfa għax-xhur tas-sajf, il-Kummissjoni torganizza attivtà kull xahar li jinvolvu kemm

Information Sheet — April 2013 Paġna 10

SERVIZZ BIL-MINIBUSES

Dawk il-Parroċċi fejn hemm anzjani li

ma joħorġux minħabba l-kundizzjoni

tagħhom, li qatt s’issa m’għamlu użu

minn dan is-servizz, inħajrukom

tibbukkjaw ħarġa biex dawn l-anzjani

wkoll iħossuhom parti mill-Komunità.

Hemm vetturi kemm bit-tail lift u kemm mingħajr.

Għal aktar tagħrif dwar dan is-servizz jew biex tibbukkjaw

vettura, ċemplu fuq 21654374 u ħallu messaġġ fuq

l-Answering Machine u s-Sur John Carabott iċempel lura

hu stess.

Tistgħu wkoll iċċemplu jew tħallu messaġġ fuq il-mobajl: 79226488.

F’każ ta’ diffikultà ċemplu fl-Uffiċċju SAS 21220286.

Riżultat tat-Tlugħ tal-Lotterija b’risq il-Minibuses

Biljett Numru 001675 – Ċentru ANZ G’Manġia Biljett Numru 001851 – AK Naxxar Biljett Numru 001835 – AK Msida

Page 12: Ħolqa bejnietna l-Membri - AK Malta · 2017-11-29 · Matul ix-xhur li ġejjin qabel il-waqfa għax-xhur tas-sajf, il-Kummissjoni torganizza attivtà kull xahar li jinvolvu kemm

Information Sheet — April 2013 Paġna 11

Ftit Tifkiriet

F'Marzu tal-1943, fl-Iskola ta' Ħal Qormi, Dun Mikiel Azzopardi flimkien ma' Mikiel Caruana kien organizza l-Kungress Djoċesan magħruf bħala Tal-Qawmien biex l-AKM terġa' tqum wara t-tħarbit tat-Tieni Gwerra Dinjija. Fl-1944 l-Arċisqof approva l-Istatut tal-Fergħa Rġiel u fl-1946 twaqqfet il-Fergħa Nisa.

Minn hemm 'il quddiem l-AKM bdiet ħidma intensiva u twaqqfu diversi Kummissjonijiet fosthom:

(a) Ħidma Morda bi programmi regolari fuq ir-Rediffusion minn Dun (Mons.) Mikiel Azzopardi u s-Sur Pawlu Mifsud, u bil-pubblikazzjoni tal-perjodiku Faraġ li kien jieħu ħsiebu l-poeta Dun Frans Camilleri

(b) Ħidma Emigranti li kien jieħu ħsiebha Dun (Mons) Philip Calleja. Dak iż-żmien eluf ta' Maltin bdew jemigraw lejn l-Awstralja u pajjiżi oħra. Din il-Kummissjoni kienet tippubblika wkoll il-perjodiku Lil Ħutna li kien ukoll jieħu ħsiebu Dun Frans Camilleri

(c) Ħidma Stampa Tajba għat-tixrid ta’ Leħen is-Sewwa, u pubblikazzjonijiet oħra bħal Catholic Herald u Famiglia Cristiana

(d) bdew ukoll jiġu organizzati s-Summer Camps għat-tfal.

Din il-ħidma kollha kellha l-bidu tagħha f'Palazzo Carafa fi Triq l-Ifran, il-Belt Valletta

Fl-1950 il-Fergħa Nisa bdiet programm regolari ta' interess ġenerali fuq ir-Rediffusion li kien ferm popolari. Kienet tmexxih Carmen Carbonaro li kienet il-pijuniera tal-programmi tan-Nisa fuq il-mezzi tax-Xandir. Carmen Carbonaro kienet l-ewwel Presidente tal-ewwel Ċirkolu tal-AKM tan-Nisa li kien twaqqaf fil-Parroċċa tal-Gżira fi żmien il-Kappillan Dun Carlo Manchè.

Page 13: Ħolqa bejnietna l-Membri - AK Malta · 2017-11-29 · Matul ix-xhur li ġejjin qabel il-waqfa għax-xhur tas-sajf, il-Kummissjoni torganizza attivtà kull xahar li jinvolvu kemm

Information Sheet — April 2013 Paġna 12

Matul ix-xhur li ġejjin qabel il-waqfa għax-xhur tas-sajf,

il-Kummissjoni torganizza attivtà kull xahar li jinvolvu kemm

lill-mistednin tagħna kif ukoll lill-voluntiera li jgħinu bis-sħiħ

b’diversi modi.

Nibdew propju f’dan ix-xahar meta llaqqgħu lill-voluntiera

tagħna, jiġifieri d-Delegati Morda, id-distributuri ta’ Faraġ u

l-car owners, biex flimkien nagħrfu aħjar is-sejħa tagħna li

naqdu lill-morda, persuni bi bżonnijiet speċjali u anzjani. Nif-

hmu aħjar din is-sejħa propju wara l-messaġġ qawwi

tal-Q.T. l-Papa Franġisku biex “nieħdu ħsieb il-Poplu t’Alla u

nilqgħu b’imħabba u ħlewwa l’umanità kollha kemm hi,

speċjalment il-fqar, il-batuti u ċ-ċkejknin, dawk li Mattew

jiddeskrivi fl-aħħar ġudizzju dwar l-imħabba: min hu

bil-ġuħ, bil-għatx jew barrani. Dawk biss li jaqdu bl-imħabba

jafu jieħdu ħsieb!”

Il-Kummissjoni mal-voluntieri tagħha iżżomm din is-sejħa

tal-Papa bħala l-missjoni tagħha.

Page 14: Ħolqa bejnietna l-Membri - AK Malta · 2017-11-29 · Matul ix-xhur li ġejjin qabel il-waqfa għax-xhur tas-sajf, il-Kummissjoni torganizza attivtà kull xahar li jinvolvu kemm

Information Sheet — April 2013 Paġna 13

Ix-xahar id-dieħel, imbagħad, niċċelebraw l-anniversarju

mill-qawmien għall-ħajja ta’ dejjem ta’ Mons. Mikiel

Azzopardi. Kif xieraq, id-Dar tal-Providenza flimkien

mal-AKM ifakkru dan l-anniversarju b’Quddiesa u festin.

Il-Kummissjoni tiġi fdata li tiġbor u twassal lill-mistednin

tagħha biex jiċċelebraw din l-okkażjoni ad unur tas-saċerdot

li bidel il-kultura tagħna l-Maltin u l-Għawdxin dwar il-persuni

bi bżonnijiet speċjali, fid-Dar tal-Providenza fis-Siġġiewi.

Aktar dettalji jidħru fil-ħarġa li jmiss.

Nixtiequ nirringrazzjaw lil dawk il-membri tal-AKM li

regolarment jibgħatu offerti finanzjarji b’risq l-attivitajiet

tagħna. L-appoġġ tagħkom mhux biss sosten finanzjarju imma

wkoll inkoraġġiment fil-ħidma tagħna. Grazzi mill-qalb.

Page 15: Ħolqa bejnietna l-Membri - AK Malta · 2017-11-29 · Matul ix-xhur li ġejjin qabel il-waqfa għax-xhur tas-sajf, il-Kummissjoni torganizza attivtà kull xahar li jinvolvu kemm

Information Sheet — April 2013 Paġna 14

Nixtieq naqsam magħkom ħsieb li ntbagħat lilna mill-WUCWO

fl-okkażjoni tal-ħatra tal-Papa Franġisku fit-tmexxija

tal-Knisja Kattolika.

Għadna kif għexna avveniment storiku u

esperjenza straordinarja li se tibqa’ għal dejjem

f’qalbna u fil-memorja tagħna. Alla berikna

b’ragħaj ġdid, il-Papa Franġisku. L-istess ismu

jkellimna dwar paċi u ħarsien tal-ħolqien

t’Alla. Hu tabilħaqq żmien ta’ ferħ, mimli tama.

Il-membri tal-WUCWO jixħtu attenzjoni

partikolari fuq il-kliem li l-Q.T. l-Papa

Franġisku xandar fl-omelija tal-Quddiesa

mal-Kardinali wara l-konklavi. Hu tefa’ enfasi qawwija fuq

mixja, bini u stqarrija. Għal aktar minn 100 sena li ilha

mwaqqfa WUCWO, l-għan ewlieni tagħna kien preċiżament li

jqanqal il-preżenza, parteċipazzjoni u ko-responsabbiltà

tan-nisa Kattoliċi fis-soċjetà u fil-Knisja biex ikunu jistgħu

jwettqu l-missjoni tagħhom t’evanġelizzazzjoni u ħidma

għall-iżvilupp uman.

Page 16: Ħolqa bejnietna l-Membri - AK Malta · 2017-11-29 · Matul ix-xhur li ġejjin qabel il-waqfa għax-xhur tas-sajf, il-Kummissjoni torganizza attivtà kull xahar li jinvolvu kemm

Information Sheet — April 2013 Paġna 15

Nixtiequ nkomplu naħdmu bla serħan f’għaqda mal-Papa u

l-bnedmin kollha ta’ rieda tajba biex nibnu komunità

ekkleżjali u nistqarru l-fidi tagħna f’Ġesù Kristu bis-saħħa

tal-ħidma tagħna għall-Evanġelizzazzjoni l-Ġdida.

Aħna nirrappreżentaw 5 miljun mara f’66 pajjiż. Ningħaqdu

max-xewqat tal-Papa Franġisku li jitnaqqas il-faqar,

jiżviluppaw id-drittijiet umani, ibda mid-dritt fundamentali

għall-ħajja u d-drittijiet tal-vittmi tal-vjolenza speċjalment

dawk tat-traffikar uman li skont il-Kardinal Bergoglio “jisħaq

id-dinjità tal-mara”.

WUCWO twieġeb għat-talba sabiħa tal-Papa Franġisku billi

nwegħduh it-talb u l-appoġġ bla waqfien tagħna tul

il-pontifikat tiegħu. Jalla l-Madonna Sultana tal-Paċi, patruna

tal-WUCWO, titlob lil Binha biex iżomm qrib tiegħu lill-Papa

Franġisku u jmexxih bil-ħlewwa u bis-sħiħ tul ħajtu kollha.

L-intenzjoni għall-Quddiesa għal dan ix-xahar hi:

“Nitolbu għal dawk li fi żminijietna qed isofru

l-martirju minħabba t-twemmin reliġjuż tagħhom.”

Id-data magħżula hi t-28 t’April.

Mary Grace Mercieca

President Fergħa Nisa

Page 17: Ħolqa bejnietna l-Membri - AK Malta · 2017-11-29 · Matul ix-xhur li ġejjin qabel il-waqfa għax-xhur tas-sajf, il-Kummissjoni torganizza attivtà kull xahar li jinvolvu kemm

Information Sheet — April 2013 Paġna 16

Bil-għajnuna t’Alla, iż-żmien ta’ tħejjija għall-festa

l-kbira tal-Għid għadda u hekk għal darb’oħra ħafna

minna qed jiċċelebraw il-Qawmien mill-mewt ta’

Sidna Ġesù Kristu.

Ċertament li kollha kemm aħna għamilna ħilitna biex

f’dan iż-żmien ippreparajna ruħna mill-aħjar. Żgur li

smajna l-eżerċizzi fil-knejjes jew minn fuq il-mezzi

tax-xandir. Issa deħlin fir-Rebbiegħa u żgur li wara

x-xhur ta’ bard u xita jerġa’ jkollna l-enerġija biex in-

komplu naħdmu fil-friegħi tal-Koppji rispettivi tagħna.

Kif qalilna l-Papa Franġisku “aħna magħżula biex

insewwu” u żgur li huwa dak li se inkomplu nagħmlu,

mhux tant bil-kliem imma aktar bl-eżempju.

Minn hawn nixtiequ nawguraw l-Għid it-Tajjeb lill-

koppji kollha fi ħdan l-Azzjoni Kattolika Maltija.

Emmanuel & Irene Dye

Page 18: Ħolqa bejnietna l-Membri - AK Malta · 2017-11-29 · Matul ix-xhur li ġejjin qabel il-waqfa għax-xhur tas-sajf, il-Kummissjoni torganizza attivtà kull xahar li jinvolvu kemm

Information Sheet — April 2013 Paġna 17

L-Azzjoni Kattolika Maltija

teħtieġ numru ta’ voluntieri

li lesti joffru mill-ħin

tagħhom biex jgħinu

fil-ħidma fis-Sede tagħha.

Kull tip t’għajnuna li tistgħu

toffru hi milqugħa u

apprezzata.

Jekk tixiteq toffri l-għajnuna tiegħek imla din il-formola u

ibgħata lil Maria Pia Gauci, Azzjoni Kattolika Maltija, Istitut

Kattoliku, il-Furjana FRN 1441.

Isem: ________________________________

Indirizz: ______________________________

____________________________________

Tel ______________ Mob _______________

Imejl: ________________________________

Ġurnata: ____________ Ħin: _____________

Tip t’għajnuna: __________________________

_________________

Firma

Page 19: Ħolqa bejnietna l-Membri - AK Malta · 2017-11-29 · Matul ix-xhur li ġejjin qabel il-waqfa għax-xhur tas-sajf, il-Kummissjoni torganizza attivtà kull xahar li jinvolvu kemm

Information Sheet — April 2013 Paġna 18

Nixtiequ nfakkrukom fl-Ikla tal-Għid li qed

norganizzaw fil-Lukanda Canifor fi Triq

in-Nakkri, il-Qawra.

Diġà għandna min ibbukkja għaliex is-servizz li

sibna l-aħħar darba li ltqajna hemm kien ta’

sodisfazzjoni għal kulħadd.

Infakkru lil dawk li għadhom ma bbukkjawx biex

jagħmlu dan fis-Segreterija tal-AKM fuq in-numru

tat-telefon 21222239 sa mhux aktar tard

mill-Ġimgħa 12 t’April.

Nitolbukom ma tħallux għall-aħħar. Tinsewx

tgħidulna ma’ liema mejda tixtiequ toqgħodu.

Niltaqgħu l-Ħadd 14 t’April 2013

fin-12:30 biex nibdew fis-13:00

Tony Polidano

Teżorier

K

.F.R

.A.K

.

Page 20: Ħolqa bejnietna l-Membri - AK Malta · 2017-11-29 · Matul ix-xhur li ġejjin qabel il-waqfa għax-xhur tas-sajf, il-Kummissjoni torganizza attivtà kull xahar li jinvolvu kemm

Information Sheet — April 2013 Paġna 19

Antipasto

Lasagne al Forno / Pasta Carbonara

Chicken soup / Vegetable soup

Roast Pork with Apple Sauce (Carvery)

Roast Beef with Horseradish Sauce (Carvery)

Roast Turkey with Cranberry Sauce (Carvery)

Poached Cerna Bon Assisi

Baby Carrots Roast Potatoes Garden Peas Natural Potatoes

Black Forest Gateau or Vanilla Gateau

One glass of Wine or One Glass of Soft Drink

Prezz: Kbar €16 Tfal €8

Page 21: Ħolqa bejnietna l-Membri - AK Malta · 2017-11-29 · Matul ix-xhur li ġejjin qabel il-waqfa għax-xhur tas-sajf, il-Kummissjoni torganizza attivtà kull xahar li jinvolvu kemm

Information Sheet — April 2013 Paġna 20

Leħen iċ-Ċirkoli fid-Direttorju

__________________________________________

__________________________________________

__________________________________________

__________________________________________

__________________________________________

__________________________________________

__________________________________________

__________________________________________

__________________________________________

__________________________________________

__________________________________________

__________________________________________

__________________________________________

__________________________________________

Grazzi tal-kontribut tagħkom.

Adrian Leone Ganado

Segretarju Ġenerali