ottubru 2020 - signumfideimalta · 2020. 9. 28. · 2 signum fidei il-Ħamis, l-1 t’ottubru santa...

66
OTTUBRU 2020 Ħajja ta’ Xhieda u ta’ Fidi

Upload: others

Post on 01-Dec-2020

3 views

Category:

Documents


0 download

TRANSCRIPT

Page 1: OTTUBRU 2020 - signumfideimalta · 2020. 9. 28. · 2 SIGNUM FIDEI Il-Ħamis, l-1 t’Ottubru Santa Tereża ta’ Lisieux – reliġjuża, duttur tal-knisja u patruna tal-missjoni

OTTUBRU 2020

Ħajja ta’ Xhieda u ta’ Fidi

Page 2: OTTUBRU 2020 - signumfideimalta · 2020. 9. 28. · 2 SIGNUM FIDEI Il-Ħamis, l-1 t’Ottubru Santa Tereża ta’ Lisieux – reliġjuża, duttur tal-knisja u patruna tal-missjoni

SIGNUM FIDEI 1

San Ġwann Battista De La Salle Familja Lasalljana Il-Fundatur

Il-Fehma tal-Papa Franġisku għax-xahar t’Ottubru: It-Tema: Għall-missioni tal-lajċi fil-Knisja Nitolbu: Nitolbu biex permezz tal-Magħmudija, il-lajċi, speċjalment in- nisa, ikollhom sehem akbar f’diversi responsabbilitajiet fil- Knisja. Dati importanti għax-xahar ta’ OTTUBRU: 2 t’Ottubru: L-Anġli Kustodji Mqaddsa 5 t’Ottubru: Santa Fawstina 7 t’Ottubru: L-Imqaddsa Verġni Marija tar-Rużarju 9 t’Ottubru: Il-Martri ta’ Turon 11 t’Ottubru: Il-Festa tal-Beatu Ġwanni XXIII – Papa (ser taħbat il-Ħadd) 18 t’Ottubru: San Luqa – Evanġelista (ser taħbat il-Ħadd) 22 t’Ottubru: Il-Festa tal-Beatu Ġwanni Pawlu II – Papa 23 t’Ottubru: Il-Beatu Brother Arnold Reche

Nota: Dan il-ktejjeb, wieħed jista’ wkoll ikollu aċċess għalih minn fuq l-internet – signumfideimalta.wordpress.com

Signum Fidei Ħajja ta’ Xhieda

u ta’ Fidi

Fidi

- OTTUBRU 2020 -

EJJEW NIFTAKRU LI QEGĦDIN FIL-PREŻENZA QADDISA T’ALLA.

EJJEW NADURAWH!

Page 3: OTTUBRU 2020 - signumfideimalta · 2020. 9. 28. · 2 SIGNUM FIDEI Il-Ħamis, l-1 t’Ottubru Santa Tereża ta’ Lisieux – reliġjuża, duttur tal-knisja u patruna tal-missjoni

2 SIGNUM FIDEI

Il-Ħamis, l-1 t’Ottubru Santa Tereża ta’ Lisieux – reliġjuża, duttur tal-knisja u patruna tal-missjoni

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni, tal-Iben li fdieni u

tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.” Qari: 1. Ġob 19: 21-27 Jien naf lid-difensur tiegħi ħaj. 2. Salm 26: 7-9abċ.13-14 Nemmen li għad nara t-tjieba tal-Mulej f’art il-ħajjin.. 3. Luqa 10: 1-12 Jistrieħ is-sliem tagħkom fuqu. SANTA TEREŻA TA’ LISIEUX TAL-BAMBIN ĠESÙ (1873-1897) - verġni u duttur Santa Tereżina, kif ġeneralment insibuha, hi waħda mill-qaddisin l-aktar popolari. Tereża twieldet f’Alencon, Franza; missierha, Louis Martin, kien arluġġar u

ommha Zélie Guérin – li llum it-tnejn huma beati - qabel ma żżewġu kienu qed jaħsbu biex isiru reliġjużi, imma minflok taw lill-Knisja ħames vokazzjonijiet. Thérèse kienet l-iżgħar fost disa’ aħwa. Ta’ 5 snin tilfet lil ommha u għalhekk ħadu ħsiebha ħutha akbar minnha u zijietha. Ta’ 10 snin mardet b’marda tan-nervi, iżda fieqet f’daqqa minnha meta rat statwa tal-Madonna titbissmilha.

Kellha ġibda lejn il-missjonijiet f’artijiet barranin iżda hi aċċettat il-ħajja kontemplattiva minħabba li t-talb seta’ jgħin lill-missjonijiet. Wara li ħadet il-każ tagħha personalment quddiem il-Papa Ljun XIII hija rnexxielha tidħol fil-kunvent tal-Karmelitani f’Lisieux ta’ 15-il sena, fejn qabel kienu ġa daħlu tnejn minn ħutha, u aktar tard oħtha Céline li kienet baqgħet id-dar iddur b’missierha.

Tereża pprofessat fl-1889 (ta’ 16-il sena) u għal tliet snin kienet mogħtija xogħol ordinarju fil-kunvent, bħal tiknes u tnaddaf. Wara ntgħażlet majjistra tan-novizzi.

F’Ġunju 1894 dehru l-ewwel sinjali tal-marda tat-tuberkolożi, imma hi baqgħet taqdi dmirijietha bħas-soltu. Fil-Ġimgħa l-Kbira, it-3 t’April 1896, kellha l-ewwel emorraġija.

Hi mietet fit-30 ta’ Settembru 1897, meta kellha 24 sena. Id-disa’ snin li Tereża għaddiet fil-kunvent għaddiethom f’mod tant ordinarju, is-

sigriet tagħha kien li tfassal ħajjitha fuq dik li hi ssejjaħ “it-Triq Ċkejkna tat-Tfulija Spiritwali”. Din it-triq hi tispjegaha fil-famuż ktieb tagħha Storja ta’ Ruħ li fih tispjega dan il-mod sempliċi ta’ ħajja Nisranija b’kunfidenza sħiħa u kompleta fl-imħabba ta’ Alla għalina. L-iStorja ta’ Ruħ ta’ Santa Tereżina jurina wkoll li hi kellha bżonn ta’ eroiżmu kostanti biex tegħleb l-ostinazzjoni u l-passjoni għas-setgħa li kienu reqdin f’qalbha. Hi turina wkoll kif meta esperjenzat ġranet twal ta’ dipressjoni u ta’ skrupli kbar, hi ntelqet fil-forn tal-imħabba t’Alla. L-aħħar dikjarazzjoni li hi għamlet fuq is-sodda tal-mewt, “l-imħabba biss tgħodd”, kienet is-sigriet tal-qdusija tagħha.

Għamlet bosta mirakli wara mewtha - minkejja li ma għamlet ebda wieħed tul ħajjitha, u hekk seħħet il-wegħda li kienet għamlet ftit qabel mietet: “wara mewti, se nitfa’ xita ta’ ward”.

Santa Tereża ta’ Lisieux kienet iddikjarata qaddisa minn Piju XI fl-1925, 28 sena biss wara mewtha; sentejn wara ddikjaraha Patruna tal-Missjonijiet kollha fl-

Page 4: OTTUBRU 2020 - signumfideimalta · 2020. 9. 28. · 2 SIGNUM FIDEI Il-Ħamis, l-1 t’Ottubru Santa Tereża ta’ Lisieux – reliġjuża, duttur tal-knisja u patruna tal-missjoni

SIGNUM FIDEI 3

Esteru ma’ San Franġisk Saverju. F’Ottubru 1997, fl-okkażjoni tal-mitt sena minn mewtha, il-Papa San Ġwanni

Pawlu II ddikjaraha duttur tal-Knisja, it-tielet mara u l-iżgħar fost il-41 qaddis li għandhom dan it-titlu.

Riflessjoni: …Dan jgħodd ħafna għax-xandir tal-Vanġelu, jekk tabilħaqq hu għal qalbna li l-ġmiel tiegħu jinftiehem iżjed u jiġi milqugħ minn kulħadd. Hu x’inhu, it-tagħlim tal-Knisja qatt mhu ħa jirnexxielna nġibuh jinftiehem faċilment u apprezzat minn kulħadd bla problema ta’ xejn. Il-fidi dejjem iġġorr magħha aspett tas-salib, xi dell li ma jneħħi xejn mill-qawwa tal-aċċettazzjoni tagħha. Hemm ħwejjeġ li nistgħu nifhmuhom u napprezzawhom biss jekk nitilqu minn din l-aċċettazzjoni li hi oħt l-imħabba, lil hemm miċ-ċarezza li biha nistgħu nifhmu r-raġunar u l-argumenti. Għalhekk hu importanti niftakru li kull tagħlim ta’ duttrina għandna nħarsu lejh b’atteġġjament ta’ evanġelizzazzjoni li, jekk ngħixuh billi nfittxu li nkunu dejjem qrib tal-oħrajn, bl-imħabba u x-xhieda, iqanqal il-qalb biex temmen.

Il-Papa Franġisku, silta mill-Enċiklika Evangelii Gaudium Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 102, it-2 punt This saint (St. Ignatius) was so filled with the Spirit of Jesus Christ and with his holy love that he very often had our Lord’s holy name on his lips. In this way he shared his love with those he instructed and with whom he conversed. Because he belonged entirely to Jesus Christ and had consecrated himself to him to preach the Gospel, he also wanted the Christians to whom he taught his doctrine to be attached only to Jesus and to work only for him. If you love Jesus Christ well, you will try in every possible way to enkindle his holy love in the hearts of the children you are forming to be his disciples. See to it that they often think of Jesus, their good and only Lord, that they often speak of Jesus, and that they long only for Jesus and desire only Jesus.

TALBA Agħtina, mela li nifhmu sewwa kull ma ngħidu,

dawwal il-fehma tagħna, agħmel li nibżgħu għall-ġieħ tal-ħwejjeġ

li nitkellmu fuqhom, imliena bil-fidi fil-verità.

Agħmel li ngħidu dak li nemmnu. San Ilarju, isqof u duttur tal-Knisja

Missierna ...

“Il-qdusija ma tikkonsistix f’din jew f’dik il-prattika, iżda f’dispożizzjoni tal-qalb li tagħmilna umli u ċkejknin f’dirgħajn Alla.”

Santa Tereża tal-Bambin Ġesù

Page 5: OTTUBRU 2020 - signumfideimalta · 2020. 9. 28. · 2 SIGNUM FIDEI Il-Ħamis, l-1 t’Ottubru Santa Tereża ta’ Lisieux – reliġjuża, duttur tal-knisja u patruna tal-missjoni

4 SIGNUM FIDEI

Il-Ġimgħa, it-2 t’Ottubru L-Anġli Kustodji Mqaddsa

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni, tal-Iben li fdieni u

tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.” Qari: 1. Eżodu 23: 20-23 L-anġlu tiegħi jimxi quddiemek. 2. Salm 90: 1-6,10,11 L-anġli tiegħi jibgħatlek, biex iħarsuk. 3. Mattew 18: 1-5,10 L-anġli tagħhom fis-sema dejjem jaraw wiċċ il-Missier. L-Anġli Kustodji Mqaddsa L-Anġli Kustodji huma anġli tajbin imqabbdin biex jgħinuna, waqt li dejjem

jibqgħu fil-preżenza t’Alla. L-anġli, skont l-Ittra lil-Lhud, huma “spirti qaddejja, mibgħutin biex jaqdu għall-ġid ta’ dawk li se jiksbu s-salvazzjoni” (Lhud 1, 14).

Il-kelma anġlu ġejja mill-Grieg u tfisser ‘messaġġier’. Huma fl-ewwel lok messaġġieri t’Alla, iżda l-qadi tagħhom hu aktar wiesa’ u hu idealment muri f’S. Rafel, li akkompanja lil bin Tobit.

It-tagħlim tal-Knisja fuq l-Anġlu Kustodju hu bbażat fuq il-kliem ta’ Ġesù li nsibu f’Mt. 18:10, u li Ġesù mdawwar mid-dixxipli tiegħu qal wara li kien sejjaħ lejh tfajjel ċkejken, qiegħdu f’nofshom: “Araw li ma tonqsux mill-istima lejn xi wieħed minn dawn iż-żgħar; għax, ngħidilkom, l-anġli tagħhom fis-smewwiet dejjem jaraw wiċċ missieri li hu fis-smewwiet.”

Jissemmew diversi episodji fil-ħajjiet tal-qaddisin li fihom jissemmew l-anġli kustodji; mingħandhom irċevew għajnuniet kemm għar-ruħ kif ukoll għall-ġisem, kif eżempju tirrakkonta Santa Franġiska Rumana.

San Bernard jgħid: “Weġġgħu lill-anġlu kustodju tiegħek! Kun rikonoxxenti għall-kura li hu jieħu tiegħek! Ikollok fiduċja fih, ħobbu u dur lejh, itlob il-protezzjoni tiegħu f’kull diffikultà, periklu u tentazzjoni.”

Il-festa tal-Anġli Kustodji bdiet fi Spanja fis-seklu 15 u kienet imdaħħla għall-Knisja tal-Punent mill-Papa Klement X, fl-1670.

Riflessjoni: Din mhix xi duttrina fantażjuża dwar l-anġli: le, hija r-realtà. Dak li qal Ġesù, li qal Alla: Jien nibgħat anġlu quddiemek biex iħarsek, biex jakkumpanjak fil-mixja, biex ma tiżbaljax. Jien illum nagħmel mistoqsija: kif inhi r-relazzjoni tiegħi mal-anġlu kustodju tiegħi? Nisimgħu? Ngħidlu l-għodwa t-tajba filgħodu? Ngħidlu: ħarisni waqt li nkun rieqed? Nitkellem miegħu? Nitolbu l-pariri? Hu dejjem ħdejja. Il-Papa Franġisku jkompli jgħid: Dawn il-mistoqsijiet nistgħu nweġbuhom illum, kull wieħed u waħda minna: kif inhi r-relazzjoni tiegħi mal-anġlu kustodju li l-Mulej bagħatli biex iħarisni u jakkumpanjani fil-mixja, hu, li dejjem jinsab fil-preżenza tal-wiċċ tal-Missier li hu fis-smewwiet?

Silta mill-kummentarju dwar ir-riflessjoni tal-Papa Franġisku f’Sta. Marta

Page 6: OTTUBRU 2020 - signumfideimalta · 2020. 9. 28. · 2 SIGNUM FIDEI Il-Ħamis, l-1 t’Ottubru Santa Tereża ta’ Lisieux – reliġjuża, duttur tal-knisja u patruna tal-missjoni

SIGNUM FIDEI 5

Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 172, l-1 parti

Let us admire God’s goodness and thank him for the grace he has given us in assigning an angel to take care of us, protect us, and serve us. God was not satisfied to give us his only Son to rescue us from sin and to send us his Holy Spirit to fill us with his holy grace. To omit nothing of all his care that could advance our interests and keep us in piety and in his holy love, he also sends the holy angels to be with us on earth. He sends these blessed spirits, who rejoice before him in heaven, to be near us always, to help us, and to serve us in every kind of situation. He orders them to watch over us on his behalf, to guide us, and to enlighten us in all our ways, so that we may be able to go straight to heaven in safety without wandering astray. This is truly a marvelous effect of his goodness, says Saint Bernard, and one of the greatest proofs of his love. Let us, then, show our gratitude for this by carrying out exactly what the angels inspire us to do.

TALBA

Anġlu t’Alla, illi fit-tjubija tiegħu

Alla tani biex tħarisni, iftaħli moħħi, ħarisni, żommni u mexxini

f’dan il-jum/lejl, hekk ikun, Ammen.

Missierna...

Is-Sibt, it-3 t’Ottubru L-Imqaddsa Verġni Marija f’jum is-Sibt

San Franġisk Borgia – presbiteru Il-Beatu Kolumba Marmion - abbati

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni, tal-Iben li fdieni u

tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.” Qari: 1. Ġob 42: 1-3.5-6.12-17 Issa b’għajnejja rajtek, għalhekk inċedi u nindem. 2. Salm 118: 66.71.75.91.125.130 Ħa jiddi wiċċek fuq il-qaddej tiegħek, Mulej. 3. Luqa 10 : 17-24 Ifirħu għax għandkom isimkom miktub fis- smewwiet.

Page 7: OTTUBRU 2020 - signumfideimalta · 2020. 9. 28. · 2 SIGNUM FIDEI Il-Ħamis, l-1 t’Ottubru Santa Tereża ta’ Lisieux – reliġjuża, duttur tal-knisja u patruna tal-missjoni

6 SIGNUM FIDEI

SAN FRANĠISK BORGIA (1510-1572) - presbiteru Kien it-tielet ġeneral tal-Ġiżwiti, proniputi tal-Papa Alessandro VI u tar-Re

Ferdinandu l-Kattoliku, u twieled Gandija, Spanja. Wara edukazzjoni Nisranija tajba fil-familja, mar isib kenn għand zijuh,

arċisqof, Saragossa, waqt rewwixta f’pajjiżu. Tħarreġ fl-istudji tal-mużika u l-armi. Bejn l-1523 u l-1525 mar Valladolid,

bħala paġġ ta’ Ġovanna, omm Karlu V. Fl-1528 l-imperatur sejjaħlu fil-qorti tiegħu u ħajjru biex jiżżewweġ. Sena wara żżewweġ lil Leonora de Castro, id-dama preferita tal-imperatriċi.

Sa minn dan iż-żmien il-qaddis kien magħruf għat-tjubija u għall-onestà tiegħu. Maħtur viċirè tal-Katalonja (1539-1543) u duka ta’ Gandia rieġa b’għaqal kbir is-sudditi tiegħu sa mewt martu (1546).

Meħlus mix-xkiel tad-dinja talab lil Sant’Injazju biex jilqgħu fil-Kumpanija ta’ Ġesù. Il-Loyola laqgħu bil-ferħ; iżda qallu biex jistenna sakemm ikun ħaseb għal uliedu u għat-twaqqif ta’ kulleġġ universitarju Gandija, waqt li fl-istess ħin jibda l-kors tat-Teoloġija f’pajjiżu. Għamel l-ewwel voti fl-1548 fil-kappella tal-kulleġġ, Gandija.

Libes ta’ patri u ordna saċerdot fit-23 ta’ Mejju 1551. Beda jipprietka fir-reġjun tal-Guipuzcoa minn belt għal oħra u jgħallem il-katekiżmu lit-tfal. L-ubbidjenza ġegħlitu jnaqqas il-mortifikazzjoni tiegħu. Ħafna bdew jieħdu l-parir tiegħu. Sant’Injazju, fl-1554, ħatru kummissarju ġenerali ta’ Spanja u tal-Portugall.

Fil-1565, ġie maħtur it-tielet ġeneral tal-ordni. Matul il-ġeneralat tiegħu (1565-1572), hekk kabbar il-ħidma tal-kumpannija mad-dinja kollha, li jista’ jissejjaħ it-tieni fundatur tal-ordni.

Bena knisja għall-istudenti tal-Collegio Romano u rranġa l-programm tal-istudji tiegħu. Bena wkoll il-knisja ta’ Sant’Andrea al Quirinale, bid-dar tan-novizzjat u kabbar il-Ġermaniku li jħejji ’l-missjunarji għall-pajjiżi protestanti.

Taħtu l-ordni kiber fl-Ewropa u daħal il-Polonja. Kibru wkoll il-missjonijiet tal-Ġiżwiti u nfetħet il-missjoni ġdida fl-Indja tal-Punent. Kien meqjum ħafna mill-Papa Piju V.

Fl-1571, il-Papa bagħtu Franza, Spanja u l-Portugall mal-Kardinal Bonelli, fejn ġie milqugħ minn folol kbar li “riedu jaraw ’il-qaddis” u jisimgħuh jipprietka: anki r-Re Filippu laqgħu bil-ferħ, bħall-poplu.

Lura mill-vjaġġ, ħassu ħażin Ferrara, u d-duka kuġinuh bagħtu Ruma ġo katalett.

Miet Ruma jumejn wara li wasal, f’nofsillejl bejn it-30 ta’ Settembru u l-1 ta’ Ottubru tas-sena 1572. Ġie kkanonizzat minn Klement X fl-1671.

Riflessjoni: Għalfejn, fil-verità, kellhom għax jifirħu d-dixxipli ta’ Ġesù? Huwa veru li huma kienu mberkin b’ħafna doni u setgħat; Huma kellhom is-setgħat li jkeċċu x-xjaten u jfejjqu ħafna mard. Pero d-dixxipli għandhom għax jifirħu mhux għal dawn il-ħiliet, iżda għaliex għandhom isimhom imnaqqax fis-sema. Jekk isimhom huwa miktub fis-smewwiet, ifisser li huma ta’ Alla, is-Sid tas-Sema u l-Art. Jekk wieħed mhux ta’ Alla,

Page 8: OTTUBRU 2020 - signumfideimalta · 2020. 9. 28. · 2 SIGNUM FIDEI Il-Ħamis, l-1 t’Ottubru Santa Tereża ta’ Lisieux – reliġjuża, duttur tal-knisja u patruna tal-missjoni

SIGNUM FIDEI 7

x’inhu l-punt li jkollu s-setgħa li jagħmel l-mirakli u l-għeġubijiet? Minflok, jekk wieħed jappartjeni lil Alla, x’għandu bżonn iżjed? Id-dixxipli kienu mberkin għaliex kellhom ix-xorti li jkunu xiedha fl-era Messjanika, u jkunu tal-Messija.

My Daily Gospel 2020 Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 176, it-2 parti

In the world this saint (St. Francis Borgia) had been immensely wealthy, yet he made himself poor, very poor, for the love of God once he had quit the world. He kept nothing of all his wealth on quitting the world, and after he became a religious, he never handled gold or silver coins, so that he entirely forgot their value. His bed, his clothes, his way of life, and his room were all characterized by great poverty. This saint took pleasure in practicing this virtue; it seemed that the more he felt the rigors of poverty, the happier he was, because he knew that Jesus Christ had given us the example of this virtue and had practiced it to the highest degree from his birth. For this reason, he felt that it was only right that those who wish to join Jesus most closely and who had the honor of belonging to his Company ought to share in a perfect manner the love and practice he had for this virtue, which he desired to be the inseparable companion of his disciples. This was also what this saint required of all the members of his Company when he was their General. He even wished that all the houses of professed members who belonged to the Company would have no other foundation than poverty. Is this the sort of foundation on which you desire your community to be built? It is a sure and unfailing foundation for those whose faith is true and who are interiorly inspired by the Spirit of our Lord. You cannot do better than to base your fortune on this foundation; it is the one that Jesus Christ thought to be most solid and on which the holy Apostles began to build the edifice of the Church.

TALBA

Għażiż Ġesù, għinni biex inxerred il-fwieħa tiegħek kull fejn immur.

Fawwar il-qalb tiegħi bl-ispirtu u l-ħajja tiegħek. Idħol ġewwa fija u ħu kontroll tiegħi nnifsi kollni kemm jien,

b’mod li l-ħajja tiegħi tkun tirrifletti lilek biss. Iddi minn ġo fija, kun ġo fija nnifsi b’mod

li kull persuna li niġi f’kuntatt magħha tħoss il-preżenza tiegħek ġo fija.

Ħalli jħarsu u jaraw mhux aktar lili, imma lilek biss! Il-Kardinal John Henry Newman

Missierna ...

Page 9: OTTUBRU 2020 - signumfideimalta · 2020. 9. 28. · 2 SIGNUM FIDEI Il-Ħamis, l-1 t’Ottubru Santa Tereża ta’ Lisieux – reliġjuża, duttur tal-knisja u patruna tal-missjoni

8 SIGNUM FIDEI

Il-Ħadd, l-4 t’Ottubru Is-27 Ħadd ta’ Matul is-sena

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni,

tal-Iben li fdieni u tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.”

Qari: 1. Isaija 5: 1-7 L-għalqa tal-Mulej tal-eżerċti hija d-dar ta’ Iżrael. 2. Salm 79 : 9,12-16,19,20 L-għalqa tal-Mulej hija d-dar ta’ Iżrael. 3. Filippin 4: 6-9 Alla tas-sliem ikun magħkom. 4. Mattew 21: 33-43 L-għalqa jqabbilha lil bdiewa oħra.

Riflessjoni fuq il-Vanġelu:

Meta fl-ewwel qari l-profeta Isaija, iqabbel lil Iżrael mal-għalqa tad-dwieli tal-Mulej, huwa jfakkar lill-poplu fl-imħabba li Alla kien wera miegħu. Imma bħal kull bidwi tajjeb, Alla jistenna riżultat tajjeb. Permezz tal-profeta, Alla juri d-dispjaċir tiegħu: l-għalqa mhix tagħti l-frott mixtieq. Iżrael qiegħed iroddlu biss l-għeneb qares tal-inġustizzja u l-idolatrija.

Ġesù juża x-xena tal-għalqa tad-dwieli fil-parabbola tal-lum u jqabbilha mal-istorja tas-salvazzjoni. Ipinġilna lil Alla bħala sid l-għalqa li kien għaqli biżżejjed biex bena ħajt madwarha. L-għalqa hija l-poplu tiegħu. Wara li jaħdem l-art u jħawwel id-dwieli, is-sid jafdaha f’idejn il-bdiewa li kellhom jieħdu ħsiebha u jagħtuh sehmu mill-frott. Għalhekk meta wasal il-waqt bagħtilhom qaddejja biex jiġbru l-frott u lil dawn sawtuhom, oħrajn ħaġġruhom u oħrajn qatluhom. Anke meta bagħat oħrajn spiċċaw l-istess. Is-sid baqa’ ma qatax qalbu u fl-aħħar bagħtilhom lill-ibnu għax hu ħaseb li: “minn ibni jistħu!” Iżda ta’ bdiewa ħżiena li kienu qalu: “Ara ġej il-werriet! Ejjew noqtluh, biex il-wirt tiegħu neħduh aħna.” Dawn qabduh, ħarġuh ’il barra mill-għalqa u qatluh. Hekk tassew kellu jiġri lil Ġesù, li kien mislub barra l-belt bħall-kriminal u mkeċċi mis-soċjetà.

Din il-parabbola tkellimna fuq it-tjubija u s-sabar t’Alla waqt li l-bnedmin ipattu lura bil-ħażen tagħhom. Alla jagħti l-libertà lill-bnedmin iżda jistenna li jġibu ruħhom b’mod aktar responsabbli. Hekk kif sid l-għalqa jikkastiga lill-bdiewa ħżiena u jqabbel l-għalqa lill-bdiewa oħra, hekk Alla jagħmel meta jara l-ebusija tal-qlub f’Iżrael u jgħaddi s-saltna tiegħu lill-poplu ġdid. Hawnhekk Ġesù jirreferi għall-poplu ġdid ta’ Alla li jwieġeb għall-ħniena u l-imħabba tiegħu, għalqa li tagħti l-frott bnin tal-ġustizzja u l-ħniena.

Fl-aħħar tal-parabbola Ġesù jikkwota s-Salm 118, v. 22: “Il-ġebla li warrbu l-bennejja saret il-ġebla tax-xewka.” Il-ġebla tax-xewka hi dik il-ġebla li d-dar kollha tistrieħ fuqha. Ġesù huwa dik il-ġebla li warrbu l-bennejja. Fuqu jżomm il-poplu ġdid ta’ Alla, li sar l-ewwel kommunità Nisranija.

Hekk Mattew iqabbel lil dan il-poplu mal-ewwel kommunitajiet Insara li bil-qawwa tal-imħabba ta’ bejniethom kienu jwasslu lil ħafna oħrajn sabiex jikkonvertu. F’din il-knisja bikrija, ħadd ma kien jista’ jibqa’ passiv quddiem il-mod kif l-Insara kienu jieħdu ħsieb tar-romol, l-orfni, il-barranin, in-nies foqra u oħrajn fil-bżonn.

Page 10: OTTUBRU 2020 - signumfideimalta · 2020. 9. 28. · 2 SIGNUM FIDEI Il-Ħamis, l-1 t’Ottubru Santa Tereża ta’ Lisieux – reliġjuża, duttur tal-knisja u patruna tal-missjoni

SIGNUM FIDEI 9

Fiż-żminijiet tal-lum qegħdin nagħtu widen lill-profeti ta’ żmienna? Kif qed naġixxu quddiem il-forzi tal-ħażen? Lesti li nitkellmu u ngħidu li aħna Nsara speċjalment fiż-żminijiet tal-lum fejn hawn persekuzzjoni sħiħa kontra l-Insara? Mill-ġid u r-riżorsi umani u materjali qegħdin nagħtu kas ta’ dawk il-persuni li jinsabu mweġġgħin, maqtugħin jew imwarrbin mill-Knisja tagħna f’Malta? Alla qiegħed bis-sabar kollu jistenna l-frott minn din is-soċjetà, frott tal-ġustizzja u tas-sewwa!

Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 205, silta mill-1 punt You cooperate with God in his work, says Saint Paul, and the souls of the children whom you teach are the field that God cultivates through you. Because he is the One who has given you the ministry you exercise, when all of you appear before the judgment seat of Jesus Christ, each will give his own account to God of what he has done as a minister of God and as a dispenser of his mysteries for children. Jesus Christ, having been appointed by God to be your judge, will say to you, as the owner said to his manager, Give me an account of your administration. He will then look into the very depths of your heart to examine whether you have been faithful managers of the wealth he has entrusted to you and the talents he has given you to work in his service. The good or the bad use you have made of these gifts will then become clear, for the Lord, who judges you, will unveil what is most hidden and most secret in the depths of your heart.

TALBA

Mulej, inti għajn ta’ mħabba. Inti wrejtna dan meta bgħatt ’l ibnek Ġesù

ixerred demmu għalina. Nitolbuk, iftħilna qalbna,

għamilhom ġenerużi bħal tiegħek. Tina qalb ħerqana biex naqduk.

Agħmel li nkunu xempju tal-ferħ tiegħek, fid-dinja kollha.

Ammen.

Missierna ...

Page 11: OTTUBRU 2020 - signumfideimalta · 2020. 9. 28. · 2 SIGNUM FIDEI Il-Ħamis, l-1 t’Ottubru Santa Tereża ta’ Lisieux – reliġjuża, duttur tal-knisja u patruna tal-missjoni

10 SIGNUM FIDEI

It-Tnejn, 5 t’Ottubru Santa Fawstina Kowalska - verġni Il-Beatu Pietru Pattarini ta’ Imola

Il-Beatu Raymond ta’ Capua - presbiteru Il-Beatu Albertu Marvelli

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni, tal-Iben li fdieni u

tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.”

Qari: 1. Galatin 1: 6-12 L-Evanġelju mhux mingħand bniedem irċevejtu jew tgħallimtu, imma kien irrivelat lili minn Ġesù Kristu. 2. Salm 110: 1-2.7-10ċ Il-Mulej jiftakar għal dejjem fil-patt tiegħu. 3. Luqa 10: 25-37 Il-proxxmu tiegħi min hu? SANTA MARIJA FAWSTINA KOWALSKA (1905-1938) - verġni Santa Marija Fawstina Kowalska twieldet fl-1905, minn familja kbira ta’ raħħala

fi Glogowiec qrib Lodz, fil-Polonja. Għal xi żmien għamlet xogħol ta’ qaddejja ma’ xi familji għonja. Imbagħad daħlet fil-kongregazzjoni tas-sorijiet tal-Madonna tal-Ħniena. Fil-kunvent tal-kongregazzjoni fi Krakovja, Plock, fil-Polonja, u f’Vilnius fil-

Litwanja, qdiet b’ħerqa kbira l-uffiċċji ta’ koka, purtinara jew xogħol ieħor fil-ġnien.

Għexet ħajja tassew qaddisa u Alla taha ħafna doni. Il-missjoni tagħha kienet li tħeġġeġ lill-bnedmin ħalli jiftakru li Alla jħobbhom u jħenn għalihom, u għal dan inqdiet b’forom ġodda ta’ devozzjoni lejn il-ħniena ta’ Alla u ħabirket biex il-ħajja spiritwali tiġġedded bl-għajnuna ta’ dik id-devozzjoni.

Din il-qaddisa tissejjaħ l-“Appostlu tal-Ħniena ta’ Alla.” Hija kienet qalbha tajba u karitattiva, imma tul ħajjitha ftit fehmu l-grazzji profondi

spiritwali interni. Fawstina esperjenzjat viżjonijiet, profeziji u stigmati interni. Fil-lejl tat-22 ta’ Frar 1931 hija esperjenzjat viżjoni bħal qatt qabel: rat lil Ġesù

liebes l-abjad b’idu l-waħda maħruġa ’l barra qiegħda tbierek, u l-oħra tmiss sidru. Minn sidru kienu ħerġin żewġ raġġi, wieħed aħmar u l-ieħor bajdani. Hu qal lil Fawstina biex tpinġi xbieha fil-forma li kienet qed tara u bil-kliem taħt: Ġesù, jiena nafda fik. Fawstina ma kinitx taf tpinġi. Wara li tħabtet biex tiġi emmnuta, id-direttur spiritwali tagħha, Dun Mikiel Sopocko (ibbeatifikat fl-2008), għen biex jinstab pittur biex jagħmel it-tpinġija; ix-xbieha ta’ Ġesù tal-Ħniena Divina kienet murija lill-pubbliku għall-ewwel darba fit-28 ta’ April, 1935.

Id-devozzjoni lejn il-Ħniena Divina baqgħet tikber kif Fawstina kompliet tikber fl-għaqda tagħha ma’ Kristu. Biex timxi mal-istruzzjonijiet ta’ Dun Sopocko, Fawstina niżżlet bil-miktub il-viżjonijiet u l-profezija tagħha fi djarju u dawn il-kitbiet mistiċi ġew tradotti f’ħafna lingwi.

Fawstina ħabbret bil-quddiem id-data ta’ mewtha li seħħet bil-marda tat-tuberkolożi fil-5 ta’ Ottubru 1938.

Il-Papa San Ġwanni Pawlu II, iddikjaraha beata fit-18 ta’ April 1993; u seba’ snin wara ddikjaraha wkoll bħala l-ewwel qaddisa tat-tielet millenju.

Page 12: OTTUBRU 2020 - signumfideimalta · 2020. 9. 28. · 2 SIGNUM FIDEI Il-Ħamis, l-1 t’Ottubru Santa Tereża ta’ Lisieux – reliġjuża, duttur tal-knisja u patruna tal-missjoni

SIGNUM FIDEI 11

Riflessjoni: “Meta jiena nikkunsidra l-kobor u s-sbuħija tiegħek, O Alla tiegħi, jiena nifraħ bil-bosta li l-Mulej li jiena naqdi hu daqshekk kbir. Bl-imħabba u bil-ferħ jiena nagħmel ir-rieda tiegħek, u iktar ma nsir nafu, iktar nixtieq inħobbu. Jiena nħossni naqbad bix-xewqa li nsir inħobbu dejjem iżjed u iżjed.” Mid-djarju ta’ Santa Fawstina Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 65, silta mill-1 punt

In today’s Gospel Jesus Christ proposes to us an example of charity. There was a Samaritan who came upon a man lying half dead on the roadside; he bound up his wounds and left him with an inn-keeper to be cared for until he recovered completely. Our Savior, in detailing for us all that this charitable man did, gives us a clear picture of the kind of charity we ought to have for our Brothers and how closely we ought to be united with one another. This is one of the things we must take most to heart because, as Saint Paul says, if you do not have charity, whatever good you may do will profit you nothing.

TALBA

lil Santa Fawstina Għażiża Santa Fawstina,

inti għidtilna li l-missjoni tiegħek fuq din l-art tibqa’ anke wara mewtek, u li ma tinsiniex.

Il-Mulej, tak il-privileġġ kbir li tqassam il-grazzji kif tixtieq, lil min tixtieq u meta tixtieq.

Għalhekk, nitolbuk, biex bl-interċessjoni tiegħek, tidħol għalina, biex naqilgħu l-grazzji li għandna bżonn.

Fuq kollox, għinna nintelqu kompletament f’idejn Ġesù kif għamilt int

u b’hekk nigglorifikaw il-Ħniena Divina tiegħu kull mument ta’ ħajjitna.

Ammen.

Missierna ...

Page 13: OTTUBRU 2020 - signumfideimalta · 2020. 9. 28. · 2 SIGNUM FIDEI Il-Ħamis, l-1 t’Ottubru Santa Tereża ta’ Lisieux – reliġjuża, duttur tal-knisja u patruna tal-missjoni

12 SIGNUM FIDEI

It-Tlieta, is-6 t’Ottubru San Bruno – presbiteru

Santa Marija Franġiska tal-Ħames Pjagi - verġni Il-Beatu Diegu Lwiġi di San Vitores - presbiteru u martri

Il-Beatu Bartolo Longo - lajk

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni, tal-Iben li fdieni u

tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.” Qari: 1. Galatin 1: 13-24 Alla għoġbu jirrivelali lil Ibnu biex inħabbru fost il-ġnus. 2. Salm 138: 1-3.13-15 Mexxini Mulej fit-triq ta’ dejjem. 3. Luqa 10: 38-42 Marta laqgħetu. Marija għażlet l-aħjar sehem. IL-BEATU BARTOLO LONGO (1841-1926) Bartolo Longo twieled f’Latiano, fil-provinċja ta’ Brindisi (l-Italja t’Isfel) fl-10 ta’

Frar 1841. Studja f’Lecce u fl-Università ta’ Napli u sar avukat meta kellu 23 sena.

Minħabba l-ispirtu antiklerikali li ltaqa’ miegħu, hu tilef għal xi żmien il-fidi, sakemm iltaqa’ ma’ patri Dumnikan (Padre Radente) li għenu biex jerġa’ jsib il-fidi u jsir Kattoliku mħeġġeġ.

Hu kien il-prokuratur tal-beni tal-Kontessa Maria Anna de Fusco li kellha ħafna proprjetà fil-post imsejjaħ Il-Wied ta’ Pompej, post li f’dak iż-żmien kien abbandunat u minsi, kollu faqar u miżerja.

Sar Terzjarju Dumnikan u megħjun mill-Beatu Franġiskan Ludovico minn Casoria, beda jżur il-morda u l-anzjani, kif ukoll jgħallem lit-tfal u anki lill-kbar fil-Wied ta’ Pompej. L-arċisqof ta’ Napli, il-Kardinal Sanfelice, kif ukoll il-Papa Ljun XIII approvaw din il-ħidma tiegħu.

Wara li kiseb xbieha tal-Madonna tar-Rużarju, nhar it-8 ta’ Mejju 1876, tqiegħdet l-ewwel ġebla u ngħata bidu għas-santwarju, illum magħruf mad-dinja kollha, iddedikat lill-Madonna tar-Rużarju ta’ Pompej.

Bena wkoll l-istitut għal “Ulied il-Ħabsin” biex iwaqqa’ t-teorija tal-kittieb Lambroso li dawn bilfors joħorġu delinkwenti. Waqqaf ukoll stamperija u beda jippubblika diversi kotba u rivista kull xahar jisimha Il Rosario e la Nuova Pompei, li bdieha fl-1884.

Bartolo Longo miet ta’ 85 sena fil-5 ta’ Ottubru 1926, u jinsab midfun fil-kripta tal-Bażilka-Santwarju tal-Madonna ta’ Pompei.

Dan id-devot kbir tar-rużarju u benefattur kbir tal-morda u emarġinati kien ibbeatifikat minn San Ġwanni Pawlu II fl-1980.

Riflessjoni: “Fil-vjaġġ spiritwali tar-Rużarju, ibbażat fuq il-kontemplazzjoni kontinwa - fil-kumpanija ta’ Marija - tal-wiċċ ta’ Kristu, dan l-ideal esiġenti li tkun konformi miegħu huwa segwit permezz ta’ assoċjazzjoni li tista’ tiġi deskritta f’termini ta’ ħbiberija. B’hekk inkunu nistgħu nidħlu b’mod naturali fil-ħajja ta’ Kristu u bħallikieku naqsmu miegħu l-iktar sentimenti profondi tiegħu. F’dan ir-rigward il-Beatu Bartolo Longo kiteb: “Bħalma

Page 14: OTTUBRU 2020 - signumfideimalta · 2020. 9. 28. · 2 SIGNUM FIDEI Il-Ħamis, l-1 t’Ottubru Santa Tereża ta’ Lisieux – reliġjuża, duttur tal-knisja u patruna tal-missjoni

SIGNUM FIDEI 13

żewġt iħbieb, spiss fil-kumpanija ta’ xulxin, għandhom it-tendenza li jiżviluppaw drawwiet simili, hekk ukoll, billi jżommu konverżazzjoni familjari ma’ Ġesù u l-Verġni Mbierka, waqt li jimmeditaw fuq il-misteri tar-Rużarju u billi ngħixu l-istess ħajja fit-Tqarbin Imqaddes, nistgħu nsiru, sal-punt tal-umiltà tagħna, simili għalihom u nistgħu nitgħallmu minn dawn il-mudelli supremi, ħajja mwarrba ta’ umiltà, faqar, paċenzja u perfezzjoni.” San Ġwanni Pawlu II, Papa Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 147, it-2 punt

This saint (St Martha) was very grateful for such great favors, and every time that Jesus did her the honor to visit her, she devoted herself to prepare his meals and to serve him with all possible affection. So great was her eagerness to offer Jesus Christ this service that she even complained once that her sister, absorbed in listening to Jesus, did not bother to help her. She had nothing more at heart than to serve Jesus well. She even had such great esteem and such deep respect for Jesus that when he came to raise Lazarus to life, she went out quite a distance to welcome him. Are you as eager for Communion as Saint Martha was to welcome Jesus into her home and to give him food from her resources? The respect you ought to show him when he comes to you consists in not tolerating in your heart any imperfection and in preparing your soul for him ahead of time with great devotion.

TALBA

O Alla tiegħi, agħmel li qalbi titgħallem fejn u kif tfittxek, fejn u kif issibek.

Inti Alla tiegħi u inti kollox għalija. Għalkemm jien qatt ma rajtek,

inti għamiltni u tajtni t-tajjeb kollu li għandi; Madanakollu għadni ma nafikx.

Jien għadni ma wettaqtx dak kollu li kont maħluq biex nagħmel;

għallimni nfittxek. Ma nistax infittxek jekk inti ma tgħallimnix, jew insibek jekk inti ma turinix lilek innifsek.

Ħallini nfittxek fix-xewqat tiegħi, ħallini nixtieqek fit-tfittxija tiegħi,

ħallini nsibek billi nħobbok, ħallini nħobbok billi nsibek.

Ammen. San Anselmu

Missierna ...

Page 15: OTTUBRU 2020 - signumfideimalta · 2020. 9. 28. · 2 SIGNUM FIDEI Il-Ħamis, l-1 t’Ottubru Santa Tereża ta’ Lisieux – reliġjuża, duttur tal-knisja u patruna tal-missjoni

14 SIGNUM FIDEI

L-Erbgħa, is-7 t’Ottubru L-Imqaddsa Verġni Marija tar-Rużarju

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni, tal-Iben li fdieni u

tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.” Qari: 1. Galatin 2: 1-2.7-14 Għarfu l-grazzja li kienet mogħtija lili. 2. Salm 85: 3-6.9-10 Il-Mulej kollu tjieba u fedeltà. 3. Luqa 11: 1-3 Mulej, għallimna nitolbu. IL-MADONNA TAR-RUŻARJU Ir-Rużarju huwa talba mill-isbaħ, għax jitlob meditazzjoni dwar il-ħajja ta’ Ġesù

u Marija. Wara r-rebħa kbira tal-Insara fuq it-Torok f’Lepanto, fis-7 t’Ottubru, 1571, il-Papa Dumnikan San Piju V (dak li għen għall-bini tal-Belt Valletta) waqqaf il-festa tal-Madonna tal-Vittorja, li l-Papa ta’ warajh, Girgor XIII, sejħilha tar-Rużarju. San Piju V żied ukoll fil-Litanija tal-Madonna, it-titlu “Għajnuna tal-Insara”. U wara rebħa oħra Nisranija fuq it-Torok fil-gżira ta’ Korfu, il-Papa Klement XI (1700-1721) ordna li l-festa ssir fil-Knisja kollha.

Il-Papa Leone XIII żied fil-litanija s-sejħa “Sultana tar-Rużarju Mqaddes”. U speċjalment l-aħħar Papiet minn mitt sena ’l hawn taw l-ikbar importanza lil din id-devozzjoni. Il-Madonna stess f’Lourdes u f’Fatima talbitna ngħidu r-rużarju.

Fis-sena tal-familja li kienet mniedija mill-Ġnus Magħquda, fl-1994, il-Papa San Ġwanni Pawlu II ħareġ ittra appostolika dwar il-familja. F’din is-sena fil-Litanija tal-Madonna ġiet miżjuda; “Sultana tal-Familja”

Fl-2002 l-istess Papa San Ġwanni Pawlu II ħareġ ittra appostolika dwar ir-rużarju, hekk imsejħa Rosarium Virginis Mariae. Kien f’din l-ittra appostolika li l-Papa waqqaf il-ħames misteri hekk imsejħa tad-Dawl, fejn silet siltiet mill-ħajja pubblika ta’ Ġesù fil-mixja tiegħu tat-tħabbir tal-Evanġelju tas-Saltna.

X’qalet il-Madonna lil San Duminku: Lil dawk kollha li bil-qima jgħidu r-rużarju tiegħi, inwiegħed ħarsien speċjali u

grazzji kbar. Dawk li jibqgħu dejjem jgħidu r-rużarju tiegħi, jaqilgħu grazzji straordinarji. Ir-rużarju jkun arma qawwija kontra d-dlamijiet; jeqred id-drawwa ħażina, jeħles

mid-dnub u jxejjen l-ereżija. Riflessjoni: Ir-Rużarju tal-Verġni Marija, li ssawwar bil-mod il-mod matul it-tieni millennju taħt il-ħarsien tal-Ispirtu ta’ Alla, huwa talba li ħafna qaddisin għożżewha u li l-Maġisteru tal-Knisja jinkoraġġiha. Fis-sempliċità u l-profondità tagħha, din tibqa’ talba b’tifsira kbira, anki f’dan it-tielet millennju li għadu kemm beda, u għandha twassal għal ħafna frott ta’ qdusija. Tinkwadra tajjeb fil-mixja spiritwali tal-Kristjaneżmu, li wara elfejn sena ma tilef xejn mis-safa tiegħu tal-bidu, u jħoss l-Ispirtu ta’ Alla jqanqlu biex «jaqdef ’il barra fil-fond» («duc in altum!») ħalli mill-ġdid ixandar quddiem id-dinja,

Page 16: OTTUBRU 2020 - signumfideimalta · 2020. 9. 28. · 2 SIGNUM FIDEI Il-Ħamis, l-1 t’Ottubru Santa Tereża ta’ Lisieux – reliġjuża, duttur tal-knisja u patruna tal-missjoni

SIGNUM FIDEI 15

anzi ‘jgħajjat’ b’leħen għoli, li Kristu huwa l-Mulej u l-Feddej, «it-triq, is-sewwa u l-ħajja» (Ġw. 14, 6), li huwa «l-iskop tal-istorja tal-bniedem, il-punt li lejh jieħdu x-xewqat tal-istorja u taċ-ċiviltà». Il-Papa San Ġwanni Pawlu II, Rosarium Virginis Mariae Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Most glorious Virgin Mary, mother of my God, on that happy day when you gave birth in all purity to the infant God, you also became most specially our mother and the Queen of all creatures in heaven and on earth. I prostrate myself with all my soul at your feet to render you under these titles all the reverence that can be given to you. You are the Mother of my Creator and my own mother; you are my Queen and sovereign Lady. I honor and reverence you, and I love you above all things, after God and your divine Son. I submit myself to your gracious power in time and in eternity. O my loving mother, who would not be subjected to you, after God willingly, became obedient to you as your child? cf. Luke 2:51 O, with all my heart I too subject myself to you. I beg you, most holy Mother of God, to obtain for me from your beloved Son the grace to live and die in submission to him and to you.

Act to honor the Most Blessed Virgin as Mother of God

TALBA

O rużarju mbierek ta’ Marija, katina ħelwa li tgħaqqadna ma’ Alla,

rabta ta’ mħabba li sseħibna mal-anġli, qawwa għall-ħelsien meta jaħbtu għalina d-dlamijiet, port żgur mit-tempesti tal-ħajja, aħna ma nħalluk qatt.

Int tkun l-hena tagħna fis-siegħa tal-agunija u lilek nagħtu l-aħħar bewsa tal-ħajja li tintemm.

U l-aħħar kelma li toħroġ minn fommna, ikun l-isem ħelu tiegħek,

O sultana tar-rużarju, O Madonna ta’ Pompej, O omm għażiża tagħna,

O kenn tal-midinbin, O faraġ tal-imnikktin.

Tkun imbierka, illum u għal dejjem fl-art u fis-sema.

Supplika lis-sultana tar-rużarju mqaddes

Missierna ...

Page 17: OTTUBRU 2020 - signumfideimalta · 2020. 9. 28. · 2 SIGNUM FIDEI Il-Ħamis, l-1 t’Ottubru Santa Tereża ta’ Lisieux – reliġjuża, duttur tal-knisja u patruna tal-missjoni

16 SIGNUM FIDEI

Il-Ħamis, it-8 t’Ottubru San Ugo - konfessur

Santa Pelaġja – verġni u martri Santa Tajde - penitenti

L-Anniversarju tad-Dedikazzjoni tal-Katidral tal-Imdina

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni, tal-Iben li fdieni u

tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.” Qari: 1. 1 Slaten 8: 22-23.27-30 Ħarstek taqlagħhiex minn fuq din id-dar.

2. Salm 83: 3-5, 10,11 Kemm hi għażiża d-dar tiegħek, Mulej tal-eżerċti!

3. Luqa 19: 1-10 Illum ’il din id-dar ġietha s-salvazzjoni.

L-ANNIVERSARJU TAD-DEDIKAZZJONI TAL-KATIDRAL TAL-IMDINA Fit-8 t’Ottubru, il-Knisja f’Malta tiċċelebra l-Konsagrazzjoni tal-Kattidral tal-

Imdina bħala l-knisja ewlenija tal-isqof u l-omm tal-knejjes kollha tad-djoċesi. Għalhekk il-katidral huwa s-simbolu tal-uffiċċju tripliku tal-isqof, dak li jgħallem,

li jqaddes u li jiggverna l-merħla ta’ Alla fid-djoċesi. Skont tradizzjoni ma taqta’ xejn u qawwija, il-Katidral tal-Imdina huwa mibni fuq

il-post fejn kien hemm id-dar ta’ Publiju li laqa’ għandu lil Pawlu, u, ma’ Pawlu l-fidi Nisranija. Dak iż-żmien l-Imdina kienet bil-wisq akbar milli hija llum. Kienet tinfirex sa fejn illum hemm il-Parroċċa ta’ San Pawl tar-Rabat. Kien taħt il-ħakma tal-Għarab li ċkienet għad-daqs li hija llum.

Il-katidral li naraw illum inbena flok ieħor medjevali jew Normann tas-seklu 13. Parti sewwa minn dan il-katidral medjevali sfat imġarrfa fit-terremot qawwi li kien sar fil-11 ta’ Jannar, 1693 u li nħass sewwa fil-gżejjer Maltin. Dakinhar kien iġġarraf il-katedral Normann tal-Imdina u parti sew mill-istess belt, kif ukoll il-katidral taċ-Cittadella t’Għawdex.

Il-Gran Mastru Vilhena ħa l-opportunità li jinqeda bil-ħerba li kien għamel it-terremot fl-Imdina biex jagħtiha dehra isbaħ u aktar barokka kif narawha llum.

Fortunatament dan seta’ jagħmlu bis-servizz ta’ wieħed mill-aqwa arkitetti militari u urbanistiċi li kellu, il-Franċiż Francios Mondion.

Fl-1697 beda x-xogħol fuq il-katidral il-ġdid tal-Imdina. Il-katidral ta’ qabel kellu bosta ħsarat u kienet ilha tinħass il-ħtieġa u x-xewqa li jinbena ieħor. Il-pjanta tal-katidral il-ġdid saret mill-magħruf arkitett Malti Lorenzo Gafà, li jiġi ħu l-iskultur magħruf Melchiore.

Il-katidral tal-Imdina huwa ġawhra tal-arkitettura barokka. Il-faċċata hija waħda imponenti u ta’ perfezzjoni f’dak li hu proporzjon. Il-koppla hija l-kuruna tal-binja kollha kemm hi u hija meqjusa bħala l-isbaħ f’Malta u l-aqwa li ddisinja Lorenzo Gafà.

Bil-għan li dan il-katidral ikun jista’ jitgawda kienu nħattew diversi djar li kien hemm quddiem il-katidral medjevali u hekk inħoloq misraħ mill-isbaħ quddiemu.

Page 18: OTTUBRU 2020 - signumfideimalta · 2020. 9. 28. · 2 SIGNUM FIDEI Il-Ħamis, l-1 t’Ottubru Santa Tereża ta’ Lisieux – reliġjuża, duttur tal-knisja u patruna tal-missjoni

SIGNUM FIDEI 17

Riflessjoni: Żakkew il-kurżità salvatu. Kien jiġbor it-taxxi. Kien tat-tajjeb minn fuq il-commission li kien jiġbor u anke minn dak li kien jeħel ma’ jdejh. Ried jara lil Ġesù, kurżità biss? Jista’ jkun, iżda kienet kurżità fatali għalih għax Ġesù ried jiekol għandu! Żakkew inħakem mill-qawwa tal-imħabba divina ta’ leħen il-maħbub. Obda, niżel u mar iħejjilu l-ikla. Aħna li rridu ntaqtqu fuq kollox, li nippretendu li aħna niġġudikaw aħna u mhux Alla, li m’aħniex naċċettaw li Alla jħobb il-midneb, li aħna bħall-iben il-kbir fil-parabbola tal-iben il-ħali, bdew igergru kontra Ġesù għax kien sejjer jiekol għand midneb. Żakkew inbidel u wiegħed pubblikament li ser ipatti s-serq kollu tiegħu. Ġesù ma qallu xejn biex jagħmel dan iżda l-preżenza tal-Mulej f’daru bidlitu u għaraf li kien fid-dlam meta d-dawl daħal f’daru. Kemm lest inti li tagħmel bħal Żakkew?

Publikazzjoni Dumnikana: Mitt minuta mal-Mulej

Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 36, silta mit-2 punt

Prayer, says Saint John Chrysostom, is a divine medicine that drives out of our hearts all the malice it finds there and fills them with all justice. This is why, if we wish to deliver ourselves from sin completely, we cannot do anything better than to devote ourselves to prayer. No matter how many sins a person who loves prayer commits, he still has, even in the midst of a greatly disordered life, a quick and easy recourse, which is prayer, to obtain the grace of repentance and pardon. Ask God, then, to give you a pure heart that has an aversion and a horror not only for the most grievous sins but also for whatever can stain your conscience and make you displeasing to God.

TALBA Alla Missier tagħna,

meta inti ħlaqt id-dawl, fil-bidu tal-ħolqien bil-kelma tiegħek, Int keċċejt id-dlamijiet;

u meta Int erġajt bgħatt il-Verb biex jgħix fostna u jifdina, rbaħt fuq id-dalma tan-nuqqas ta’ għarfien.

Saħħaħ ġewwa qlubna, il-fidi li inti wassaltilna fil-Verb magħmul bniedem, Ġesù Kristu,

u tħalli l-ebda tentazzjoni teqred in-nar ta’ mħabba li int xgħelt fina. Dan nitolbuk bl-istess Ġesù Kristu, ibnek,

li jgħix u jsaltan miegħek, flimkien mal-Ispirtu s-Santu Alla wieħed, għal dejjem ta’ dejjem,

Ammen T.Neil

Missierna ...

Page 19: OTTUBRU 2020 - signumfideimalta · 2020. 9. 28. · 2 SIGNUM FIDEI Il-Ħamis, l-1 t’Ottubru Santa Tereża ta’ Lisieux – reliġjuża, duttur tal-knisja u patruna tal-missjoni

18 SIGNUM FIDEI

Il-Ġimgħa, id-9 t’Ottubru San Jaime Hilario u San Cirillo Bertran u sħabu, martri ta’ Turon - frères

San Djonisju - isqof u sħabu - martri San Ġwann Leonardi - presbiteru

San Ludovik Beltran - presbiteru Il-Beatu Antonju Patrizi - presbiteru

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni, tal-Iben li fdieni u

tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.” Qari: 1. Galatin 3: 7-14 Dawk li jemmnu jitbierku ma’ Abraham. 2. Salm 9: 2-3.6 u 16.8-9 Il-Mulej jagħmel ħaqq mid-dinja bil-ġustizzja. 3. Luqa 11: 14-26 Jekk jiena nkeċċi x-xjaten bis-saħħa ta’ Alla, dan ifisser li waslitilkom is-Saltna ta’ Alla. IL-QADDISIN BROTHERS MARTRI Il-Brothers tal-kommunità ta’ Turón kienu l-ewwel vittmi tal-villaġġ tal-minjieri ta’

Turón ġewwa l-provinċja ta’ Asturia. Kienu maqtula flimkien maċ-Chaplain quddiem l-iskola fejn l-ulied tal-qattiela kienu jattendu.

Kien il-bidu tat-tempesta li kellha taħkem il-pajjiż fl-għoxrin xahar ta’ wara. Mietu ta’ età żgħira, mingħajr biża’ quddiem il-mewt, b’ċertu għarfien li billi jagħtu ħajjithom għall-fidi, kienu ser isibu l-ħajja eterna.

Il-Brothers martri kienu:

Bro. Cirillo Bertvan – id-direttur

Marciano Josè

Victoriano Pio

Julian Alfredo

Benjamin Julian

Augusto Andres

Aniceto Adolfo

Benito de Jesus, li kien mill-Arġentina

Br. Hilario minn Catalonia Magħhom kien hemm ukoll ic-Chaplain tal-Kommunità, il-patri Inocencio de la

Immaculada Passjonista. Wieħed minnhom, il-brother Hilario minn Catalonia, miet f’ċirkustanzi li werwru

lil dawk li sparawlu. Il-Brother baqa’ bilwieqfa wara li sparawlu l-ewwel balal. Reġgħu sparawlu u l-brother baqa’ bilwieqfa. Is-suldati twerwru, xeħtu l-azzarini fl-art u ħarbu. Il-kaptan beda jitkellem ħażin, beda jisħtu u mar maġenbu u sparalu bil-pistola. Il-kaptan kien student tal-brother.

Riflessjoni: U x’eżempji ta’ ħniena Ġesù ma taniex matul ħajtu kollha? Hawn fuq l-art kienet nisġa kontinwa ta’ tbatijiet u sagrifiċċji għall-ġid tal-bnedmin; tagħlimu u għemilu kollu kien effett tal-ħniena bla qies tiegħu lejna. U mhux kuntent bl-eżempji ried iżid raġuni oħra

Page 20: OTTUBRU 2020 - signumfideimalta · 2020. 9. 28. · 2 SIGNUM FIDEI Il-Ħamis, l-1 t’Ottubru Santa Tereża ta’ Lisieux – reliġjuża, duttur tal-knisja u patruna tal-missjoni

SIGNUM FIDEI 19

wisq qawwija, biex aktar iħajjarna u jiġbidna bl-eżerċizzju ta’ din il-virtù. Qalilna li kull ma nagħmlu ma’ min huwa fil-bżonn inkunu qegħdin nagħmluh miegħu stess. Ġesù ma jħallix mingħajr ħlas l-iċken għemil tajjeb. Liema grazzji u benefiċċji f’din il-ħajja, liema glorja wara l-mewt ma jagħtix lil min fil-persuna tal-miżerabbli jagħmel miegħu din l-opra tal-ħniena tant u tant għal qalbu? Dun Ġużepp Cauchi (1900-1955) Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 38, l-1 punt

To induce us powerfully to pray, Jesus Christ assures us explicitly that we will receive everything that we ask for. Whoever asks, he says, will receive. Prayer has this efficacy in itself; this is precisely what God promises us. The more we ask of God, the more he gives, because he takes great delight in granting our prayers. God would not urge us so strongly to make requests of him, says Saint Augustine, if he were not disposed to give us what we ask and if he did not will this effectively. Be ashamed, then, to be so slothful and negligent in praying to God, who has a greater desire to give than you desire to ask. He has more compassion on your wretchedness than you have the desire to be delivered. Have the courage, therefore, to believe the One who so strongly addresses you. Be worthy of his promises, and take pleasure in having recourse to him. “Is there anyone,” asks Saint Augustine, “who has been confident of obtaining something from God and has been disappointed”?

TALBA O Alla,

la tinsinix Int meta ninsiek jien. La tħallinix Int meta nħallik jien.

La ċċanfarnix meta nidneb. Sejjaħli jekk naħrablek.

Iġbidni lejk jekk ma nkunx irrid naf bik. Erfagħni jekk naqa’.

Erġa’ qegħedni fuq riġlejja u mexxini fit-triq tiegħek.

Ammen. San Tumas ta’ Aquino

(Kliem ta’ Fidi ... Pubblikazzjoni ĊAK)

Missierna ...

Page 21: OTTUBRU 2020 - signumfideimalta · 2020. 9. 28. · 2 SIGNUM FIDEI Il-Ħamis, l-1 t’Ottubru Santa Tereża ta’ Lisieux – reliġjuża, duttur tal-knisja u patruna tal-missjoni

20 SIGNUM FIDEI

Is-Sibt, l-10 t’Ottubru San Tumas ta’ Villanova - isqof Santa Ġustina - verġni u martri

San Danjel u sħabu - martri

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni, tal-Iben li fdieni u

tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.” Qari: 1. Galatin 3: 22-29 Intom ulied Alla lkoll kemm intom, permezz tal-fidi. 2. Salm 104: 2-7 Il-Mulej jiftakar għal dejjem fil-patt tiegħu. 3. Luqa 11: 27-28 Hieni l-ġuf li ġiebek! Aktar hienja dawk li jisimgħu l-kelma ta’ Alla u jħarsuha!. SAN TUMAS MINN VILLANOVA (1488-1555) San Tumas twieled Fuentellana, f’Kastilja, Spanja u ħa ismu minn Villanueva,

xi żewġ mili bogħod, fejn trabba fil-prattika tar-reliġjon u tal-karità. Kull nhar ta’ Ġimgħa missieru, Alonso Tumas Garcia, kien jagħti lill-fqar kull ma

jaqla’ dak il-jum mill-mitħna, barra mill-ħobż li kien jagħti kuljum. Fil-festi l-kbar kien iżid ħatab, inbid u flus.

Meta miet żewġha, Lucia Martinez Castellanos, ommu, baqgħet tagħti l-istess karità u bdiet tagħti lbies u għajnuna lix-xebbiet fqar tal-inħawi.

Ta’ 16-il sena, Tumas mar l-Università ta’ Alkalac, fejn, wara li kiseb il-gradi ta’ M.A. u tat-Teoloġija, beda jgħallem il-Loġika u l-Filosofija (1514). Sew bħala student, kemm bħala professur, kien xempju ta’ regolarità fid-dmirijiet ta’ Nisrani u kien iqassam il-ħin tiegħu bejn it-talb, l-istudju u l-prattika tal-opri tajba.

Fost l-iskulari tiegħu kellu l-magħrufin Encina u Duminku Soto. Wara sentejn irrofta l-kattedra ta’ Filosfija fl-Università ta’ Salamanca u daħal

mal-Agostinjani (1516) ta’ hemm. Fin-novizzjat wera li kien ġa mrawwem fil-penitenzi, fil-meditazzjoni u fl-ubbidjenza.

Sena wara ntrabat u wara sena oħra ordna saċerdot. Beda jgħallem it-Teoloġija skolastika fil-kunvent ta’ Salamanka. Żied ukoll il-predikazzjoni tal-kelma ta’ Alla fl-ibliet ewlenin ta’ Spanja, bħal Valencia u Valladolid, fejn l-Imperatur Karlu V ħatru predikatur tal-qorti imperjali u kunsillier tal-Istat.

Tumas kellu bosta karigi importanti fl-ordni: pirjol Salamanka, Burgos u Valladolid; darbtejn provinċjal, ta’ Andalusija u ta’ Kastilja, minn fejn bagħat l-ewwel missjunarji Agostinjani fil-Messiku (1533).

Waqt li kien pirjol Valladolid ġietu n-nomina ta’ arċisqof ta’ Valencia (5 ta’ Awwissu 1544). L-ewwel ħaġa li għamel, beda żjara tad-djoċesi u daħħal bosta digrieti kontra l-abbużi tal-qtil, tad-divorzju, tal-konkubinaġġ, u ta’ bosta privileġġi u eżenzjonijiet eċċessivi.

Żar ukoll il-ħabsijiet u għalaq dawk li kienu taħt l-art. Reġa’ waqqaf l-isptar, maħruq f’inċendju; bena żewġ kulleġġi wieħed għas-seminaristi u l-ieħor għat-tfal fqar; ħadem ħafna għall-konverżjoni sinċiera ta’ bosta “Moriscos” jew “Insara ġodda” li kienu saru Nsara biex jaħarbu mill-inkwiżizzjoni; fetaħ “creche” ħdejn

Page 22: OTTUBRU 2020 - signumfideimalta · 2020. 9. 28. · 2 SIGNUM FIDEI Il-Ħamis, l-1 t’Ottubru Santa Tereża ta’ Lisieux – reliġjuża, duttur tal-knisja u patruna tal-missjoni

SIGNUM FIDEI 21

il-palazz għall-iltiema u għat-tfal tal-fqar; u b’liġijiet u bl-eżempju ħadem bla mistrieħ għar-riforma tal-kleru u tal-poplu.

L-idea tiegħu ta’ isqof kienet li hu marbut mad-djoċesi bħal li kieku ma’ għarusa u l-preokkupazzjoni tiegħu kienet li jaqdi dmirijietu kif jixraq.

Tah kolp ta’ anġina f’Awwissu 1555 u miet fit-8 ta’ Settembru waqt li kien qed jisma’ l-quddiesa f’kamartu.

Riflessjoni: Nosservaw tajjeb id-differenza li tgħaddi bejn il-kliem ta’ Ġesù u dak tad-dinja. Id-dinja ssejjaħ hienja lil dawk li huma għonja. Ġesù għall-kuntrarju, isejjaħ hienja lil dawk li huma foqra. Id-dinja ssejjaħ hienja lil dawk li huma fuq ruħhom, filwaqt li Ġesù Kristu jsejjaħ hienja lil dawk li huma mansweti u ġwejdin. Iżjed, id-dinja ssejjaħ hienja lil dawk li jifirħu, filwaqt li Ġesù jsejjaħ hienja lil dawk li jibku. Id-dinja ssejjaħ hienja lil dawk ta’ quddiem, filwaqt li għall-kuntrarju, Ġesù jsejjaħ hienja lil dawk tal-aħħar. Dun Ġużepp Cauchi

Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 70, silta mit-2 punt It is not possible for us to love God with all our heart without loving him also with all our soul. This means that we are prepared to give up not only all external and sensible goods but also our life, signified by the word soul, rather than be for a single instant deprived of the love of God. This is because we ought to prefer God to everything else that might be the object of our love. For God is, in fact, infinitely superior to all created things, such as our life, which does not deserve any consideration on our part if we compare it with the One who is its author. Must you not, then, offer your life willingly to God and sacrifice it to him to preserve his holy love or to increase it in you? God has given you this life out of an entirely gratuitous goodness. It is quite right, then, that you show God how much you are indebted to him and how totally you belong to him by paying homage to God for your life as something that belongs to him and of which you are only the guardian.

TALBA O Alla, Missier ta’ ħajti,

illum inġedded l-att ta’ fidi tiegħi fik waqt li nitolbok tagħmel minni dak li tixtieq.

Oħloq fija qalb lesta għal kollox; fi żmien il-ferħ ħa nfaħħar għemilek;

fi żmien in-niket ħa ndur lejn il-ħniena tiegħek; fi żmien id-dlam ħa nafda fil-providenza tiegħek; fi żmien it-tbatija ħa ngħannaq is-salib tiegħek;

fin-nuqqas ta’ fidi, nitolbok maħfra, u fi żmien tal-abbundanza ħa naqsam ma’ dawk fil-bżonn.

O Alla ħanin, agħtini fidi ħajja. Bi Kristu sidna,

Ammen. Missierna ...

Page 23: OTTUBRU 2020 - signumfideimalta · 2020. 9. 28. · 2 SIGNUM FIDEI Il-Ħamis, l-1 t’Ottubru Santa Tereża ta’ Lisieux – reliġjuża, duttur tal-knisja u patruna tal-missjoni

22 SIGNUM FIDEI

Il-Ħadd, il-11 t’Ottubru It-28 Ħadd ta’ Matul is-Sena

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni,

tal-Iben li fdieni u tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.”

Qari: 1. Isaija 25: 6-10a Jagħmel il-Mulej mejda b’ikel fin, u jixxotta d-dmugħ

minn fuq kull wiċċ. 2. Salm 22 : 1-6 Ngħammar f’dar il-Mulej sakemm indum ħaj! 3. Filippin 4:12-14.19-20 Għal kollox niflaħ bis-saħħa ta’ dak li jqawwini. 4. Mattew 22: 1-10 jew 1-14 Sejħu għall-festa lil kull min issibu. Riflessjoni fuq il-Vanġelu:

Forsi ma naħsbux biżżejjed fuq kif l-inġustizzji li saru u li għadhom isiru fid-dinja jitnisslu minn inġustizzja fundamentali waħda, l-iktar waħda li ma titwemminx, li qatt ma konna nobsru li l-umanità setgħet twettaq. Hija dik li l-parabbola tal-Ħadd li għadda tiddeskrivilna, dik tal-ħaddiema tal-għalqa tad-dwieli, li mhux talli jieħdu dak li mhux tagħhom imma jaslu biex joqtlu lill-werriet, iben is-sid; u tikkonfermah il-parabbola tal-lum bl-atteġġament arroganti u maledukat tal-mistednin li jinjoraw l-istedina tar-re għall-festa tat-tieġ ta’ ibnu. Huwa minnu li dawn iż-żewġ parabboli ma jgħidulna xejn li ma nafuhx diġà, li d-dinja hi mimlija inġustizzja u vjolenza, imma jispjegawlna xi ħaġa li qatt ma ġrat qabel, dik li hu Alla li qiegħed iġarrab din l-inġustizzja u prepotenza.

Ġesù jurina kif il-bniedem ma jistax jagħmel daqshekk ħsara lil bnedmin oħra kieku qabel ma wettaqx l-istess affarijiet ma’ Alla. Lil min quddiem dawn il-ġrajjiet tal-biża’ tal-umanità - il-ħabsijiet ta’ konċentrament, it-terroriżmu, l-istraġijiet, il-gwerer - jistaqsi fejn kien Alla f’dawk il-mumenti, inweġbuh li propju l-fatt li offendejna lil Alla ġab dawn l-offiżi lid-dinjità tal-bniedem; il-fatt li eliminajnih mill-eżistenza, witta t-triq għall-eliminazzjoni tal-proxxmu; li qtilnih jagħti l-libertà li noqtlu mingħajr ħafna skrupli, għaliex la qbiżna l-limitu li jirrappreżenta Alla, xi skuża tajba biex noqtlu lil xi ħadd ieħor insibuha żgur.

Jekk il-kefrija umana kienet kapaċi twaqqa’ saħansitra lil Alla, min jista’ jsalva? Dawn iż-żewġ parabboli stess jagħtuna r-risposta: Alla, is-sid li qatlulu lil ibnu, is-sid li qatlulu lill-ħaddiema, ir-re injorat mill-mistednin tiegħu, il-ġebla li warrbu l-bennejja; ma jaqtax qalbu mill-proġett tiegħu. Jinżel fostna, jimxi fit-triqat tad-dinja, u jgħix il-ġrajjiet storiċi biex ifittex ħaddiema oħra biex jaħdmu l-għalqa tad-dwieli, mistednin oħra għall-festa, bennejja oħra biex jafdalhom il-proġett tiegħu, deċiż li jsibhom akkost ta’ kollox. Ftit jimporta jekk humiex tajbin jew ħżiena, libsin pulit jew ikrah ġusti jew midinbin, għax jagħmel biss kundizzjoni waħda – li tintlaqa’ l-istedina.

Alla jġib ruħu b’dan il-mod mhux tas-soltu għax jaf li l-inġustizzja umana tant iġġib ħerba lil min jagħmilha li m’hemmx għalxiex jeqridhom Hu lill-qattiela jew jaħarqilhom il-belt. Għalhekk Alla jagħti l-grazzja u l-ħniena tiegħu bla tarf biex jeħles lill-umanità mill-abbissi tal-miżerja li waqgħet fiha, u meta jara li għorrief

Page 24: OTTUBRU 2020 - signumfideimalta · 2020. 9. 28. · 2 SIGNUM FIDEI Il-Ħamis, l-1 t’Ottubru Santa Tereża ta’ Lisieux – reliġjuża, duttur tal-knisja u patruna tal-missjoni

SIGNUM FIDEI 23

u setgħana ta’ din id-dinja jirrifjutawh, ma jaqtax qalbu u jdur fuq iż-żgħar, l-umli, il-midinbin; u permezz ta’ dawn islava lil kulħadd mingħajr kundizzjoni. Jew aħjar, kundizzjoni waħda, il-libsa tal-festa li mingħajra titkeċċa ’l barra.

Min irċieva d-don ta’ din is-sejħa tal-għaġeb, din id-dinjità kbira, grazzja li ma jistħoqqlux, jaf tajjeb li hemm mod wieħed biss biex ma jitradix lil Alla u lill-oħrajn: iwieġeb bil-fedeltà, jgħix b’mod xieraq din il-kundizzjoni ġdida, ikun den tal-grazzja. Għaliex m’hemmx kundanna aktar tal-mistħija milli tkun tixtieq tmur lura l-infern wara li tkun doqt il-ġenna.

Minn ”La Realtà é Cristo” Don Davide Rota

Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 72, silta mill-1 punt

In today’s Gospel Jesus Christ tells us that many are called but few are chosen. He says this in reference to heaven, but this truth is no less applicable to communities. Although a great number of people enter them, only a few remain faithful to the grace of their vocation, take on the spirit of their state, and remain faithful after being committed to it. The first thing we have to do when we enter a religious community, if we wish to be chosen by God, is to learn well how to pray and to devote ourselves well to this exercise. For there is no other profession in which we are more tempted by the devil, because in community we have a sort of guarantee of salvation if we faithfully practice the Rule prescribed for us. Thus we have a great need for strength to withstand the attacks that the tempter will inflict on us there. The second thing is to make serious efforts to become faithful to the Rule in community, for this fidelity is the principal means God gives us to be saved in community. The more exact we are in this, the more, as Saint Peter says, we make sure of our vocation and election through the good works proper to our state.

TALBA

Irrid ninxteħet fi ħdanek, Mulej, u ma rridx nibża’ minnek

għaliex jekk nersaq lura żgur li niksaħ mis-sħana tal-imħabba tiegħek.

Irrid, għalhekk, ninxteħet fi ħdanek mingħajr ħsibijiet

u naf li int lest tilqagħni biex tfejjaqni. Santu Wistin

Missierna ...

Page 25: OTTUBRU 2020 - signumfideimalta · 2020. 9. 28. · 2 SIGNUM FIDEI Il-Ħamis, l-1 t’Ottubru Santa Tereża ta’ Lisieux – reliġjuża, duttur tal-knisja u patruna tal-missjoni

24 SIGNUM FIDEI

It-Tnejn, it-12 t’Ottubru San Serafin minn Montegranaro - reliġjuż

Il-Beatu Jan Beyzyn - presbiteru Il-Beata Marija Tereza Fasce - verġni

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni, tal-Iben li fdieni u

tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.” Qari: 1. Galatin 4: 22-24.26-27.31 - 5, 1 Aħna m’aħniex ulied l-ilsira, imma wlied il-ħielsa. 2. Salm 112: 1-2.3-7 Ikun isem il-Mulej imbierek, minn issa u għal dejjem! 3. Luqa 11: 29-32 Ebda sinjal ma jingħata lil dan in-nisel ħlief is- sinjal ta’ Ġona.

SAN SERAFIN TA’ MONTEGRANARO (1540-1604) - reliġjuż Dan il-qaddis kien iben bennej fqajjar minn Montegranaro, fil-Marche ta’

Ancona. Hu nnifsu kien qed jistenna li jikber biex bħal ħuh akbar minnu jieħu s-sengħa ta’ missieru, imma sadanittant kien jaqla’ xi ħaġa tal-flus jirgħa n-nagħaġ f’raħal fil-qrib.

Mal-mewt ta’ missieru, hu kien imsejjaħ lura d-dar; u ħuh ikbar minnu, li allura issa kien beda jaħdem miegħu jgħinu fil-bini bħala assistent, kien jiddieħak bih minħabba t-tjubija tiegħu, kien jumiljah u jheddu, u kien ukoll isawtu u jitrattah ħażin ħafna.

Huwa kellu l-ħsieb li jmur eremit iżda meta sema’ bil-Kappuċċini applika biex jidħol ajk magħhom f’Tolentino. Wara li ġie rrifjutat kemm-il darba, il-provinċjal daħħlu ta’ 16-il sena.

Serafin għamel progress kbir fil-ħajja spiritwali iżda ma tantx kien tajjeb għax-xogħol ordinarju li jagħmlu l-ajkijiet u kien isir ħafna tgergir dwar li Serafin kien bla grazzja f’għemilu.

Il-fedeltà tiegħu lejn ir-regola, id-devozzjoni lejn is-Santissmu Sagrament, il-karità lejn kulħadd u l-mirakli tiegħu għamluh maħbub mill-poplu. L-ajk kien kapaċi wkoll jaqra l-qlub.

Għadda żmien twil mill-ħajja tiegħu monastika f’deżolazzjoni interna, spiss kien anki jiddubita mis-salvazzjoni ta’ ruħu.

Huwa miet f’Ascoli fl-età ta’ 64 sena u sitt snin wara Pawlu V ppermetta li jinxtegħlu l-lampi fuq il-qabar tiegħu. Ġie kkanonizzat mill-Papa Klement XIII, fis-16 ta’ Lulju, 1767.

Għad li kien kważi illitterat għalih jgħidu li kien jaf jaqra ħafna l-Ktieb tal-Ħajja, li hu Sidna Ġesù Kristu.

Riflessjoni: Ġesù jidher diżappuntat bin-nies ta’ madwaru għaliex kienu qed jistennew li jaraw xi sinjal. Qed jiġru ħafna affarijiet madwarhom, però huma mhumiex qegħdin jindunaw bihom. Bl-insistenza tagħhom għal xi sinjal, jidher biċ-ċar li mhumiex qegħdin jaċċettaw lil Ġesù Bin Alla. Ġesù jgħid li mhu se jagħtihom ebda sinjal ħlief dak ta’

Page 26: OTTUBRU 2020 - signumfideimalta · 2020. 9. 28. · 2 SIGNUM FIDEI Il-Ħamis, l-1 t’Ottubru Santa Tereża ta’ Lisieux – reliġjuża, duttur tal-knisja u patruna tal-missjoni

SIGNUM FIDEI 25

Ġona. Is-sinjal ikun effikaċi daqs il-predikazzjoni tal-profeta li gieġhel in-nies ta’ Ninwe jindmu u jduru lejn Alla. Il-bażi tal-fidi mhijiex is-sinjali u l-mirakli imma r-relazzjoni tiegħek ma’ Alla, b’kunfidenza sħiħa li xejn ma jiġri f’ħajtek, jekk mhux bl-għarfien ta’ Alla.

My Daily Gospel 2020 Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 6, silta mit-3 punt

Be faithful to follow the example of this great saint (Saint Joseph) and to do all God wants of you, considering that it is by his orders that you must be guided in all you do. Be prompt to leave everything as soon as the bell rings to call you to some other exercise; let nothing keep you back. When you have finished what is required by your ministry, be careful not to delay or stop to do anything else. Return home as quickly as you can. The same God who had sent you out to do your work now calls you back. What more do you need? You must make it clear on all occasions that you depend on God and that at the slightest sign you are quite prepared to go wherever he calls you.

TALBA

Mulej Alla, inti qaddis u uniku, u l-għemejjel tiegħek sbieħ.

Inti qawwi, inti kbir,

inti l-aktar għoli, inti tista’ kollox.

Inti missier qaddis, re tas-sema u l-art.

Ammen. San Franġisk ta’ Assisi

Missierna ...

It-Tlieta, it-13 t’Ottubru L-Aħħar Dehra ta’ Fatima

San Edwardu - re tal-Ingilterra Il-Beatu Gerardu Sasso

Il-Beatu Onorat Kozminski - presbiteru Il-Beata Alessandra M. da Costa - verġni

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni, tal-Iben li fdieni u

tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.” Qari: 1. Galatin 5: 1-6 Biċ-ċirkonċiżjoni jew mingħajrha, xejn ma jkun jiswa ħlief biss il-fidi li taħdem permezz tal-imħabba. 2. Salm 118: 41, 43-45.47-48 Ħa tinżel fuqi tjubitek, Mulej. 3. Luqa 11: 37-41 Agħtu karità minn dak li hemm ġewwa, u taraw kif kollox ikun ilkom nadif.

Page 27: OTTUBRU 2020 - signumfideimalta · 2020. 9. 28. · 2 SIGNUM FIDEI Il-Ħamis, l-1 t’Ottubru Santa Tereża ta’ Lisieux – reliġjuża, duttur tal-knisja u patruna tal-missjoni

26 SIGNUM FIDEI

SAN EDWARDU RE TAL-INGILTERRA (1002-1066) Kien bin ir-Re Etheired II u bin Emma min-Normandija, it-tieni mara. Billi d-Daniżi kisbu s-setgħa fuq l-Ingilterra, Edward, ta’ 10 snin, u ħuh Alfred,

inbagħtu biex jitrabbew minn zijuhom id-Duka. Hawnhekk, fl-eżilju Edwardu għadda l-biċċa l-kbira ta’ ħajtu. Tgħallem kemm hi kiefra l-ambizzjoni.

Kiber fis-safa tar-ruħ. Kien iħobb iservi l-quddies, jassisti għall-funzjonijiet u jagħmilha mar-reliġjużi.

Fl-1042, ir-Re Canute, sejjaħlu lura l-Ingilterra bħala re. Kellu erbgħin sena u kien aktar Normann milli Ingliż.

Billi kien twajjeb u kwiet ħafna, anki d-Daniżi qagħdu kuntenti taħtu. Wara sentejn iżżewweġ lil Edith, bint ministru minn tiegħu. Kienet tfajla reliġjuża

u kolta ħafna. Qabel iżżewġu għamlu l-vot tal-kastità, u għexu bħal aħwa. Fin-Normandija kien għamel wegħda li jżur Ruma iżda wara li sar re ma setax

iwettaqha bl-impenji li kellu. Għalhekk bil-flus li kien irid għall-vjaġġ, huwa ġedded il-monasteru ta’ Thorney.

Edwardu tant kien bniedem ġentili li qatt ma kien iċanfar lil ebda persuna, lanqas l-aktar waħda baxxa ta’ madwaru.

Kien ġeneruż mal-fqar, l-istranġieri u ħabib kbir tal-patrijiet. Miet fl-1066.

Riflessjoni: Id-doċilità għall-Ispirtu s-Santu hija garanzija żgura ta' salvazzjoni, ta' suċċess fl-impenji, ta' sliem u ta' hena temporali u eterna. Sejjaħ sikwit lill-Ispirtu s-Santu u għidlu b'qalbek kollha: “Ejja f'ruħi, Spirtu s-Santu, Missier il-foqra, dak li jfarraġ lill-imnikktin, dak li jagħti kull ġid, għajn ta' kull grazzja, dawl tal-qlub... Imlini bil-grazzja tiegħek, mexxini bl-għerf tiegħek, qaddisni bi mħabbtek, irfidni bil-qawwa tiegħek, għix fija, addottani bħala ibnek, ikkalmani bil-preżenza tiegħek, ħeġġiġni bil-karità tiegħek, salvani bil-ħniena infinita tiegħek wara li tkun għammart b'ferħ ġewwa ruħi. Ejja, Spirtu s-Santu, imlini bid-doni tiegħek u għannaqni bl-imħabba tiegħek”.

S. Nerik de Ossó,

L-Aħħar Dehra ta’ Fatima Fil-għodwa tat-13 t’Ottubru omm Luċija qajmitha għall-quddies kmieni, għax kienet qed tibża’ li jekk il-miraklu ma jseħħx il-folol kienu joqtluha. Imma Luċija kienet żgura li s-Sinjura se żżomm kelmitha. Kienet ix-xita. Eluf kienu ilhom il-lejl kollu jterrqu lejn Fatima, jieqfu jistkennu ftit kull fejn isibu rdoss. Xmajjar ta’ nies kienu jidhru resqin lejn il-Cova da Iria. It-tfal stagħġbu mhux ftit meta f’dik il-għodwa waslu fil-Cova u sabu miġbura folla ta’ iktar minn 70,000 ruħ. Kien għalihom kważi impossibbli li jaslu fejn il-balluta. It-tlitt itfal kienu għarkubbtejhom jitolbu meta qasis li kien qrib staqsa lil Luċija x’ħin kienet ġejja s-Sinjura. Qalilha wkoll li nofsinhar kien diġà daqq. Imbagħad ix-xemx ġibdet ħarset in-nies. Ix-xita kienet waqfet, is-sħab infetaħ beraħ. Ix-xemx bdiet tagħqad bħal rota ġganteska. Ir-raġġi tagħha bdew jarmu sħana tal-biża’ u jdawwlu s-sema b’dija tal-għaġeb. Imbagħad dehret tinxteħet ’l isfel lejn l-art.

Page 28: OTTUBRU 2020 - signumfideimalta · 2020. 9. 28. · 2 SIGNUM FIDEI Il-Ħamis, l-1 t’Ottubru Santa Tereża ta’ Lisieux – reliġjuża, duttur tal-knisja u patruna tal-missjoni

SIGNUM FIDEI 27

Din id-dehra damet għaxar minuti. Matulhom it-tfal lemħu fix-xemx dehriet tas-Sagra Familja, id-Duluri u l-Madonna tal-Karmnu. Fl-istess waqt il-folla nħakmet minn paniku kbir li dam sakemm ix-xemx reġgħet lura għall-post normali tagħha fis-sema. Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 65, silta mit-2 punt

Charity is kind; this is the second characteristic given to charity by Saint Paul. It is not by scolding, murmuring, complaining aloud, or quarreling that we show our love and union. It is by speaking in a kind and affable way, in humbling ourself before our Brothers. A kind word, says the Wise Man, turns away wrath, while a harsh reply stirs up fury. For this reason, our Lord, in the Sermon on the Mount, said to his Apostles: Blessed are those who show kindness toward others, for they will possess the land. This means the whole earth, because those who possess the hearts of others do possess the whole earth, which is what people whose temperament is kind and moderate easily achieve. They gain entry so well into the hearts of those with whom they speak and relate that they win them over, little by little, and obtain from them whatever they desire. That is how we gain possession of hearts and get them to do whatever we wish. In this way those who were born with this fortunate disposition or have acquired it with the help of grace make themselves, as it were, masters of others and turn them whichever way they like. Oh, what a great advantage it is to learn well and to practice well this lesson given us by our Lord: Learn of me, for I am kind and humble of heart.

TALBA

Omm qaddisa tar-Redentur, bieb tal-ġenna, kewba tal-baħar,

ieqaf mal-poplu tiegħek li tant jixtieq li jerġa’ jdur lejk. Għal darb’oħra nirrikorru lejk, omm ta’ Kristu u tal-Knisja,

kif ninsabu taħt riġlejk fil-grotta ta’ Iria, nirringrazzjawk għal dak kollu li int għamilt matul dawn is-snin diffiċli, kemm għall-Knisja, għal kull wieħed u waħda minna

u għall-umanità kollha. Ammen. San Ġwanni Pawlu II Papa - Fatima 1991

Missierna ...

Nitolbu għal Bro. Wilfred Albert Gros (1972) Bro. William Raphael Tabone (1977) Agħtihom O Mulej il-mistrieħ ta’ dejjem....

Page 29: OTTUBRU 2020 - signumfideimalta · 2020. 9. 28. · 2 SIGNUM FIDEI Il-Ħamis, l-1 t’Ottubru Santa Tereża ta’ Lisieux – reliġjuża, duttur tal-knisja u patruna tal-missjoni

28 SIGNUM FIDEI

L-Erbgħa, l-14 t’Ottubru San Kallistu - Papa u martri Il-Beatu Gonzalo ta’ Lagos

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni,

tal-Iben li fdieni u tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.”

Qari: 1. Galatin 5: 18-25 Dawk li huma ta’ Kristu Ġesù sallbu l-ġisem bil-ġibdiet u l-passjonijiet tiegħu. 2. Salm 1: 1-4 u 6 Min jiġi warajk, Mulej, ikollu d-dawl tal-ħajja. 3. Luqa 11, 42-46 Ħażin għalikom intom il-Farizej! Ħażin għalikom ukoll intom

l-għorrief tal-Liġi!

SAN KALLISTU I (†222) - Papa u martri Jingħad li San Kallistu kien Nisrani Ruman. F’żogħżitu kien ilsir ta’ Karpoforu,

Nisrani impjegat fil-Qorti Imperjali. Karpoforu ħatar lil Kallistu maniġer ta’ bank. Għal xi raġuni, il-bank falla. Biex isewwi kif seta’ t-telfa, Kallistu mar jitlob lura minn min kellu jagħtih. Fosthom kien hemm xi Lhud li xlewh bħala Nisrani. Il-maġistrat bagħtu jaħdem fil-minjieri ta’ Sardinja bħala kastig. Inħeles minn ilsir wara talba għall-ħelsien tiegħu li Marcia għamlet lill-Imperatur Kommodu, li kien ħabib tagħha.

Għal għaxar snin ma nafux x’sar minn Kallistu ħlief li mar jgħammar f’Anzio. Fis-sena 199, il-Papa San Żeferinu sejjaħlu Ruma, ordnah djaknu, u ħatru amministratur tal-ħwejjeġ temporali tal-Knisja.

F’din il-kariga, Kallistu ħa ħsieb iċ-ċimiterju tal-Insara, li kien jinsab fi Triq Appia, probabilment l-ewwel biċċa art li l-Knisja kellha tagħha. Dan iċ-ċimiterju għadu jeżisti sal-lum, u hu magħruf bħala Iċ-ċimiterju ta’ San Kallistu, għalkemm il-qaddis mhux midfun fih.

Kallistu żamm sħiħ mal-Papa San Żeferinu, kontra r-rigoruż Ippolitu, li wara ħalla lilu nnifsu jsir l-ewwel antipapa fl-istorja tal-Knisja .

Wara l-mewt ta’ San Żeferinu, Kallistu nħatar Papa, fis-sena 217. Matul il-papat tiegħu li dam ħames snin u xahrejn, wera li kien ragħaj għaqli, kuraġġuż u fl-istess ħin ħanin.

Huwa żamm it-tagħlim Kattoliku fuq it-Trinità, u kkundanna lil Sabellju li ċaħad it-Tliet Persuni fit-Trinità Mqaddsa. Żamm ukoll, li kull dnub, kbir kemm ikun kbir, jista’ jinħafer bl-indiema, u kkundanna t-tagħlim kuntrarju li kienu qed ixerrdu Ippolitu u Terturjanu. Żamm ukoll li ż-żwieġ tal-ilsiera ma’ dawk li ma kinux ilsiera kien validu avolja l-liġi Rumana kienet tipprojbih.

Miet martri fis-sena 222, f’irvell li qam fi Trastevere u difnuh fiċ-ċimiterju ta’ Kalepodju, fi Trastevere, fi Triq Aurelia.

Uħud huma tal-opinjoni li wkoll mill-ftit li nafu dwaru, San Kallistu jista’ jitniżżel fost il-papiet il-kbar.

Page 30: OTTUBRU 2020 - signumfideimalta · 2020. 9. 28. · 2 SIGNUM FIDEI Il-Ħamis, l-1 t’Ottubru Santa Tereża ta’ Lisieux – reliġjuża, duttur tal-knisja u patruna tal-missjoni

SIGNUM FIDEI 29

Riflessjoni: Meta r-reliġjon jitlef l-essenza tiegħu dan isir biss sett ta' ritwali u osservazzjonijiet. Minflok mar-reliġjon jintuża bħala mezz biex iwassal lin-nies lejn Alla, il-mexxejja reliġjużi Lhud użawh bħala strument ta’ oppressjoni u jasar. Ġesù jiffaċċjahom għall-ipokrezija tagħhom; għamlu l-ħajja tan-nies miżerabbli billi infurzaw tant liġijiet u drawwiet li huma stess ma osservawx. Ġesù ma sab l-ebda ġustifikazzjoni għal din l-imġiba inġusta tal-awtoritajiet reliġjużi li ma kellhomx wisq rispett lejn il-valuri divini. Kellhom nuqqas ta' valuri fundamentali tal-Ġudaiżmu, jiġifieri ġustizzja, ħniena u umiltà (Mikael 6: 8). Jiena qiegħed nuża r-reliġjon tiegħi biex inressaq lin-nies lejn Alla jew għall-benefiċċji personali tiegħi? My Dailey Gospel 2020 Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 58. L-1 punt Jesus Christ tells his holy Apostles that unless their virtue surpasses that of the Pharisees, they will not enter the kingdom of heaven. Apply these words to you. Be convinced that Jesus Christ is addressing them to you, that if you do not have more virtue than people in the world, you will be more liable to condemnation than they will be on the day of judgment. People of the world, like the Pharisees, are satisfied with observing the external and outward practices of religion. They go to Mass, listen to sermons, and sometimes follow the Divine Office, but theydo all these things and a number of others without any interior spirit.You, who gave yourself to God and, consequently, ought to consecrate to God every moment of your life, must do everything in a spirit of religion without being content to do only what is exterior in,the duties of your state. Even if people are satisfied with what is external in actions, God, who looks into the heart, will not put any value on them.

TALBA

Mulej Alla, veru u ħaj, nti mħabba, inti għerf, inti umiltà,

inti kollok sabar inti l-mistrieħ

inti l-paċi, l-ferħ u l-hena, inti l-ġustizzja u l-moderazzjoni

inti l-ġid kollu tagħna inti biżżejjed għalina.

Ammen. San Franġisk t’Assisi

Missierna ...

Page 31: OTTUBRU 2020 - signumfideimalta · 2020. 9. 28. · 2 SIGNUM FIDEI Il-Ħamis, l-1 t’Ottubru Santa Tereża ta’ Lisieux – reliġjuża, duttur tal-knisja u patruna tal-missjoni

30 SIGNUM FIDEI

Il-Ħamis, il-15 t’Ottubru Santa Tereża ta’ Ġesù – verġni u duttur tal-Knisja

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni, tal-Iben li fdieni u

tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.” Qari: 1. Efesin 1, 1-10 Hu għażilna fih, sa minn qabel il-ħolqien tad-dinja. 2. Salm 97: 1-6 Għarraf il-Mulej is-salvazzjoni tiegħu. 3. Luqa 11: 47-54 Dan in-nisel ikollu jagħti kont ta’ demm il-profeti kollha, ibda mid-demm ta’ Abel sad-demm ta’ Żakkarija. SANTA TEREŻA TA’ ĠESÙ (1515-1582) - verġni u duttur tal-Knisja Tereża kienet bint familja ta’ tlett ibniet u disa’ subien. Ta’ seba’ snin kienet ġa

turi kwalitajiet li kellhom jagħmluha kontemplattiva u attiva bla mistrieħ. Ta’ 16-il sena lil Tereża daħħluha tistudja f’kunvent tal-Agostinjani, fejn damet

18-il xahar. Wara għaddiet xi jiem għand zijuha, raġel tar-ruħ, li mill-konverżazzjonijiet li kienet tagħmel miegħu ddeċediet li tidħol soru. Tereża daħlet Karmelitana fil-kunvent tal-Inkarnazzjoni f’Avila, pajjiżha, u ħadet il-voti ta’ 19-il sena (1534).

Sakemm kellha għoxrin sena Tereża ppruvat tgawdi kemm il-gosti mill-ħajja ta’ talb u mill-pjaċiri tal-konverżazzjonijiet fuq ħwejjeġ tad-dinja. Imma ma sabitx l-hena ta’ qalbha, u fl-aħħar fehmet li hi kellha tingħata kollha kemm hi lil Alla.

Ta’ 21 sena, mardet serjament, u kellha dik li hi ssejjaħ ‘konverżjoni’. Minn dak iż-żmien ħajjitha kienet tikkonsisti f’talb, apparizzjonijiet ta’ Kristu, tbatijiet u estasijiet. Hi sabet għajnuna u tfixkil minn diretturi spiritwali li mhux dejjem fehmuha.

Fl-1562 Tereża bdiet ir-riforma tal-Ordni tal-Karmelu. Waqqfet bil-moħbi l-ewwel komunità tagħha ta’ sorijiet Karmelitani Skalzi. Fost ħafna persekuzzjonijiet u diffikultajiet waqqfet kunventi f’Avila, Toledo, Valladolid, Salamanca, Alba u bnadi oħra.

F’Toledo hi kellha biss tliet dukati (muniti ta’ dak iż-żmien) biex tibda l-bini tagħha. “Tereża u tliet dukati” qalet, “m’huma xejn, imma Alla, Tereża u tliet dukati huma biżżejjed biex wieħed jagħmel suċċess f’kollox.”

Permezz ta' S. Ġwann tas-Salib għamlet ukoll ir-Riforma Karmelitana fost il-patrijiet.

Santa Tereża hi waħda mill-aktar nisa ammirati fid-dinja. Il-kwalitajiet tagħha spiritwali u umani, it-talenti tagħħa bħala kittieba, u l-esperjenzi tagħha sopranaturali, kisbulha post speċjali fost il-qaddisin tal-Knisja.

Mietet f’estasi, fil-kunvent ta’ Alba, b’ħarsitha ffissata fuq il-kruċifiss, fil-lejl ta’ bejn l-4 u l-5 ta’ Ottubru 1582 meta kellha 67 sena.

It-tagħlim tagħha dwar it-talb jinsab fil-kitbiet tagħha: It-Triq tal-Perfezzjoni, Il-Kastell Intern u Il-Ħajja.

S. Tereża ġiet iddikjarata l-ewwel duttur tal-Knisja mill-Papa Pawlu VI fl-1970.

Page 32: OTTUBRU 2020 - signumfideimalta · 2020. 9. 28. · 2 SIGNUM FIDEI Il-Ħamis, l-1 t’Ottubru Santa Tereża ta’ Lisieux – reliġjuża, duttur tal-knisja u patruna tal-missjoni

SIGNUM FIDEI 31

Riflessjoni: Minkejja ċ-ċokon tiegħi, jien irrid kieku ndawwal l-erwieħ bħall-profeti u d-dutturi; għandi l-vokazzjoni li nkun appostlu... irrid kieku niġġerra fuq l-art, nipprietka ismek u nħawwel is-salib glorjuż tiegħek fuq l-art infidila. Iżda, o Maħbub tiegħi, missjoni waħda biss ma tkunx biżżejjed għalija; irrid kieku fl-istess ħin inħabbar l-Evanġelju fil-ħames naħat tad-dinja u sa fil-gżejjer l-aktar imbiegħda... Irrid kieku nkun missjunarju mhux biss għal ftit snin, imma rrid li kont sa mill-ħolqien tad-dinja u li nkun sa tmiem is-sekli... Imma fuq kollox, irrid kieku, o Maħbub Salvatur tiegħi, irrid kieku nxerred demmi għalik sa l-aħħar qatra...

Santa Tereża ta’ Ġesù, silta minn ‘Storja ta’ Ruħ’ Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 177, l-1 parti

Saint Teresa was so favored by grace from her childhood that at the age of seven, upon reading the lives of the holy martyrs, she felt herself inspired to suffer martyrdom for the faith. With one of her brothers, she even set out for Africa to find there among the Moors the chance to shed her blood. When they were brought back by one of their uncles, she spent her time with this brother building little hermitages in order to seclude themselves there and to pray to God. How happy it is to begin to serve God from early life! When piety has been taken in with the infant’s milk, it takes hold of the heart to such an extent that it is almost impossible to lose it entirely. It sometimes can fade away, as it did in Saint Teresa for a time, but the fundamentals always remain in the soul and revive, little by little, to produce new action, as happened in the case of Saint Teresa. In her this spirit grew day by day until the last breath of the saint’s life. This example teaches us how advantageous it is to inspire children with piety and to procure it for them, especially by making them read good books capable of making good impressions on their minds. Because God has called you to give children a Christian education, for this purpose use the same means that God employed for Saint Teresa to prepare her early with his graces.

TALBA Tħalli xejn jinkwetak. Tħalli xejn ibeżżgħek.

Kollox jgħaddi. Alla biss ma jinbidilx.

Bil-paċenzja, kollox tikseb. Għal min hemm Alla fih,

ma jonqsu xejn, Alla waħdu biżżejjed.

Ammen. Santa Tereża ta’ Avila – ta’ Ġesù

Missierna ...

Page 33: OTTUBRU 2020 - signumfideimalta · 2020. 9. 28. · 2 SIGNUM FIDEI Il-Ħamis, l-1 t’Ottubru Santa Tereża ta’ Lisieux – reliġjuża, duttur tal-knisja u patruna tal-missjoni

32 SIGNUM FIDEI

Il-Ġimgħa, is-16 t’Ottubru Santa Edwige - reliġjuża

Santa Margerita Marija Alacoque - verġni

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni, tal-Iben li fdieni u

tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.” Qari: 1. Efesin 1, 11-14 Aħna, li, sa minn qabel, konna nittamaw fi Kristu,konna magħżula; u konna ssiġillati bl-Ispirtu s- Santu. 2. Salm 32: 1-2.4-5.12-13 Hieni l-poplu li l-Mulej għażel b’wirtu. 3. Luqa 12: 1-7 Sax-xagħar ta’ raskom, kollu magħdud.

SANTA MARGARITA MARIJA ALACOQUE (1647-1690) - reliġjuża Din il-qaddisa hi magħrufa bħala l-Appostlu tal-Qalb ta' Ġesù. Twieldet fil-

Borgonja, Franza; ta’ tmien snin, wara l-mewt ta’ missierha, daħħluha fl-iskola tas-Sorijiet Klarissi ta’ Charolles. Hi għaddiet ħames snin f’sodditha marida bir-rewmatiżmu sakemm kellha ħmistax-il sena. Hi fieqet f’salt wara li, fuq suġġeriment ta’ ommha, għamlet wegħda lill-Madonna.

Minn kmieni wriet devozzjoni speċjali lejn Ġesù Ewkaristija. Irrifjutat proposti għaż-żwieġ, u ta’ 24 sena (1671), daħlet soru tal-Viżitazzjoni f’Paray-le-Monial, u pprofessat is-sena ta’ wara.

Hija talbet lill-majjistra tan-novizzi tgħidilha x’kellha tagħmel biex timmedita. Il-majjistra weġbitha biex tpoġġi lilha nnifisha quddiem Alla bħala tila vojta.

Sa minn mindu kellha 20 sena Margerita esperjenzat dehriet ta’ Kristu, u fis-27 ta’ Diċembru 1673, kellha bidu għal serje ta’ rivelazzjonijiet li kellhom ikomplu għas-sena u nofs ta’ wara. F’dawn ir-rivelazzjonijiet Kristu għarrafha li hu kien għażilha bħala strument biex ixxerred id-devozzjoni lejn il-Qalb Imqaddsa tiegħu; għarrafha wkoll b’devozzjoni ġdida fil-Knisja li kellha tkun magħrufa bħala tad-Disa’ Ġimgħat u wkoll l-Ora Santa. Talabha wkoll li fil-Knisja titwaqqaf il-festa tal-Qalb Imqaddsa tiegħu fil-jum tal-Ġimgħa li jiġi fuq l-Ottava ta’ Corpus Christi.

Is-superjura tagħha, Madre de Saumaise, ħaditha kontra tagħha fl-isforzi tagħha biex timxi fuq l-istruzzjonijiet li hija kienet irċeviet fir-rivelazzjonijiet. Imma mbagħad aċċettat.

Anki fost sħabha, ħafna ma setgħux iniżżluha li kellha dehriet ta’ Kristu. Margerita sabet appoġġ kbir fil-persuna ta’ San Klawdju la Colombière, SJ li għal xi żmien kien il-konfessur tal-komunità.

L-oppożizzjoni fil-komunità waqfet meta fl-1683 ġiet eletta superjura l-Madre Mélin li għażlet lil Margerita bħala l-assistenta tagħha. Hi mbagħad saret majjistra tan-novizzi.

Hi rat ukoll, fl-1686 – erba’ snin qabel mietet – il-kunvent jibda josserva privatament il-festa tal-Qalb ta’ Ġesù; u sentejn wara nbniet kappella f’Paray-le-Monial iddedikata lill-Qalb ta’ Ġesù. Malajr l-osservanza tal-festa bdiet tinxtered fil-kunventi l-oħra tas-Sorijiet Viżitandini.

Margerita Alacoque mietet ta’ 43 sena fis-17 ta’ Ottubru 1690. Id-devozzjoni lejn

Page 34: OTTUBRU 2020 - signumfideimalta · 2020. 9. 28. · 2 SIGNUM FIDEI Il-Ħamis, l-1 t’Ottubru Santa Tereża ta’ Lisieux – reliġjuża, duttur tal-knisja u patruna tal-missjoni

SIGNUM FIDEI 33

il-Qalb ta’ Ġesù ġiet uffiċjalment rikonoxxuta 75 sena wara mewtha fl-1765 minn Klement XIII.

Kienet iddikjarata qaddisa fl-1920.

Riflessjonijiet minn Santa Margerita Marija Alacoque:

Irridu nintelqu għar-rieda ta' Alla u nbusu l-id li tqanqalna, għax nafu li huwa aħjar li nbatu f’din il-ħajja milli f’dik li jmiss, peress li mument wieħed ta’ tbatija aċċettat minn jeddna għall-imħabba t'Alla, jiswa eternità ta ’ferħ.

Irrikorri b'fiduċja għall-qalb tajba maħbuba ta 'Alla u Hu ma jabbandunakx, għax Hu jixxennaq biex jagħti l-grazzji tiegħu. Għalkemm jista’ jkun li kellek l-isfortuna li toffendih, hu dejjem lest li jirċevik, bil-kundizzjoni li tirritorna umilment lejh.

Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med.61, it-3 punt

The second account you must give will have to do with piety, whether you take care to impart it to your disciples: whether they are self-controlled and reserved in church, whether they pray to God all the time they are there, whether they do not talk there, whether they do not sometimes play there, whether they pray to God every morning and evening, whether when they pray in school they pray with attention, whether they have a horror for taking oaths and improper language, whether they respect their parents and obey them faithfully, whether they avoid bad companions, whether you encourage them in all these practices, whether you watch diligently over their behavior as far as necessary to help them carry out these practices, whether you take care that they go to Confession from time to time, and whether you obtain good confessors for them. Because you are responsible for the good of their souls, God will ask you for an account of all these things. Are you ready to give it? Is there nothing about which your conscience feels uneasy? For in these matters you are taking the place of the pastors of the Church and their fathers and mothers.

TALBA

O Alla, Missier tagħna, inti ssejħilna b’isimna,

lil kull wieħed u waħda minnha żżommna bħal teżor uniku, bħallikieku ma jeżisti ħadd iżjed.

Nebbaħna biex nirrispettaw u napprezzaw

kull persuna li niltaqgħu magħha matul il-jum. Ammen.

Bro. Nicholas Hutchinson

Missierna ...

Page 35: OTTUBRU 2020 - signumfideimalta · 2020. 9. 28. · 2 SIGNUM FIDEI Il-Ħamis, l-1 t’Ottubru Santa Tereża ta’ Lisieux – reliġjuża, duttur tal-knisja u patruna tal-missjoni

34 SIGNUM FIDEI

Is-Sibt, is-17 t’Ottubru San Injazju ta’ Antjokja – isqof

Il-Beatu Contardo Ferrini – reliġjuż

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni, tal-Iben li fdieni u

tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.” Qari: 1. Efesin 1: 15-23 Alla għamel lil Kristu Ras fuq il-Knisja kollha, li hi Ġismu. 2. Salm 8: 2-7 Qgħedt lil Ibnek fuq l-għemejjel kollha ta’ jdejk.. 3. Luqa 12: 8-12 L-Ispirtu s-Santu jgħallimkom dak il-ħin stess x’għandkom

tgħidu.

IL-BEATU CONTARDO FERRINI (1859-1902) Dan il-beatu twieled f’Milan, iben ta’ għalliem tal-Matematika u tal-Fiżika. Studja

l-liġi fil-kulleġġ Borromeo, f’Pavia, u ħa d-dottorat ta’ 21 sena (1880). Wara għamel sentejn oħra jistudja l-ġurisprudenza f’Berlin.

Ta’ 22 sena, waqt li kien fl-Università ta’ Berlin, għamel il-vot taċ-ċelibat. Hu rritorna l-Italja sena wara (1883) u sar terzjarju Franġiskan.

Ippubblika edizzjoni ġdida tal-Institutes ta’ Ġustinjanu. Hu kien jaf xi tnax-il lingwa, sar professur tal-Liġi Kriminali Rumana f’Pavia, u wara professur tal-Liġi Rumana. Fl-1887 sar professur tal-Liġi Rumana f’Messina; kellu allura 28 sena. Seba’ snin wara (1894) rritorna fl-Università ta’ Pavia fejn malajr ġie rikonoxxut bħala l-awtorità ewlenija fuq il-perjodu Biżantin tal-Liġi Rumana.

Hu ddedika l-enerġiji kollha tiegħu għal Alla u kien jirreferi għax-xogħol bħala martu. Kien attiv f’ħidma soċjali, kien assoċjat fil-librerija Ambrożjana u kien ukoll membru tas-Soċjetà ta’ San Vinċenz de Paul. Għen fit-twaqqif tas-Soċjetà Boezju ta’ San Severino għall-istudenti universitarji, u fl-1895 kien elett membru tal-Kunsill muniċipali ta’ Milan.

Huwa miet f’Suna, Novara, bil-marda tat-tifojde fis-17 ta’ Ottubru 1902, ta’ 43 sena. Hu awtur ta’ aktar minn 200 kitbiet ta' studju (monografiji). Tul ħajtu kollha kien miżmum mill-istudenti u l-kollegi tiegħu bħala wieħed li għex ħajja ta’ qdusija f’ħajja ddedikata għall-istudju akkademiku.

Il-Papa Piju XII iddikjarah beatu fl-1947. Hu patrun tal-universitajiet. Il-Papa Piju XI, li bħala qassis kien jixxabbat mal-muntanji ma’ Contardo, qal:

“Ir-relazzjonijiet tiegħi ma’ Ferrini kienu purament xjentifiċi jew kienu dwar is-sbuħija tal-muntanji għoljin. Għalih dawn kienu ispirazzjoni għall-qdusija u kważi rivelazzjoni naturali ta’ Alla.”

Riflessjoni: Għalkemm id-dixxipli huma mibgħuta bl-aħbar it-tajba tas-saltna tas-smewwiet, ma jiġux milqugħa b’entużjażmu kbir minn kulħadd. Għall-kuntrarju jiġu mkeċċija u ppersegwitati mill-għedewwa tas-saltna. Ġesù ma jwiegħedx lid-dixxipli li Alla se jiġġieled għalihom u jeqred lill-għedewwa tagħhom. Pjuttost, isaħħaħhom, biex b’kuraġġ jaffrontaw l-isfida bħala wlied Alla. L-involviment tagħhom fil-missjoni u t-tiġrib tal-persekuzzjoni, huma parti mill-appartenza tagħhom fil-familja ta’ Ġesù. Alla jaf u mhux indifferenti għat-tbatijiet tagħhom; wara kollox, dawn huma l-ulied prezzjużi

Page 36: OTTUBRU 2020 - signumfideimalta · 2020. 9. 28. · 2 SIGNUM FIDEI Il-Ħamis, l-1 t’Ottubru Santa Tereża ta’ Lisieux – reliġjuża, duttur tal-knisja u patruna tal-missjoni

SIGNUM FIDEI 35

tiegħu. Hu jkun magħhom fil-provi u s-sofferenzi kbar tagħhom; l-Ispirtu tiegħu jurihom hu x’għandhom jgħidu meta jiġu wiċċ imb wiċċ mal-għedewwa tagħhom. My Daily Gospel 2020.

Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med.102, l-1 parti Saint Ignatius was one of the first disciples and one of the most worthy successors of the Apostles. He preached the Gospel and did much to spread religion with a most astonishing zeal and courage. The more opposition he met with, the more active he became, without any human respect or fear, not even of the emperor, whom he vigorously withstood, caring nothing for either threats or promises. With this kind of truly Christian firmness and generosity, you ought to uphold God’s cause, which is what you are obliged to do in your work. You fulfill one of the main functions of the Apostles by educating in faith and in religion these new believers, that is, the children who only recently have been filled with God’s Spirit in Baptism. Following the example of the holy Apostles, be worthy of so holy a ministry by seclusion and by application to prayer.

TALBA Qiegħed Mulej fi qlubna, xewqat li inti tista’ ttemm.

Qiegħed fuq xofftejna talb li tista’ tisimgħu.

Qiegħed f’dak li nagħmlu għemejjel li tista’ tberikom.

Liturġija Spanjola Możarabika (Pubblikazzjoni ‘Kliem ta’ Fidi’ Ċ.A.K)

Missierna ...

Il-Ħadd, it-18 t’Ottubru Id-29 Ħadd ta’ Matul is-Sena ĠURNATA MISSJUNARJA

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni,

tal-Iben li fdieni u tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.”

Qari: 1. Isaija 45: 1,4-6 Jien wettaqt id Ċiru, biex imidd mal-art il-ġnus quddiemu. 2. Salm 95: 1,3-5,7-10a,c Agħtu lill-Mulej sebħ u qawwa. 3. 1Tessalonikin 1: 1-5b Niftakru fil-fidi u fl-imħabba u fit-tama tagħkom. 4. Mattew 22: 15-21 Agħtu lil Ċesari dak li hu ta’ Ċesari, u lil Alla dak li hu ta’ Alla.

Noffru talb u sagrifiċċji għas-saċerdoti reliġjużi u lajċi li qegħdin iwasslu l-Vanġelu f’pajjiżi diversi madwar id-dinja speċjalment fil-persekuzzjoni li

għaddejjin minna bħalissa.

Page 37: OTTUBRU 2020 - signumfideimalta · 2020. 9. 28. · 2 SIGNUM FIDEI Il-Ħamis, l-1 t’Ottubru Santa Tereża ta’ Lisieux – reliġjuża, duttur tal-knisja u patruna tal-missjoni

36 SIGNUM FIDEI

Riflessjoni fuq il-Vanġelu:

Il-Farżej jistadu lil Ġesù billi jġagħluh jagħżel bejn Alla u Ċesari. Alla huwa d-dimensjoni spiritwali tal-bniedem filwaqt li Ċesari nistgħu neħduh bħala simbolu tad-dimensjoni materjali tal-ħajja. It-taxxi huma simbolu ta’ kulma nagħmlu biex nissodisfaw il-bżonnijiet tal-ħajja. In-nassa tal-Erodjani nistgħu nifmuha hekk: “Kif nistgħu nkunu poplu mmexxi minn Alla jekk fil-fatt imexxina Ċesari, niddependu minnu u rridu nbaxxu rasna quddiem il-poter tad-dinja?”

Kif se nagħżlu? X’inhu l-aktar importanti, il-ġisem jew ir-ruħ, il-politika jew ir-reliġjon, il-flus jew il-prinċipji, id-drittijiet jew id-dmirijiet, dak li jaqbilli jew dak li hu sewwa?

It-tweġiba ta’ Ġesù hija ċara u qawwija: “Agħtu lil Ċesari dak li hu ta’ Ċesari u lil Alla dak li hu ta’ Alla!” F’kelma waħda m’hemmx għalxiex inġelldu lil Ċesari u lil Alla bejniethom. M’hemmx għalxiex tagħmlu gwerra bejn ir-ruħ u l-ġisem, il-politika u r-reliġjon, il-flus u l-onestà, il-ħtiġijiet tagħkom u dawk ta’ ħutkom. Kollox huwa meħtieġ, kollox huwa qaddis, basta ma tagħmlux ħaġa flok oħra.

Il-gwaj jibda meta dak li hu ta’ Alla nagħtuh lil Ċesari, u dak li hu ta’ Ċesari nagħtuh lil Alla. Forsi mhux hekk nagħmlu meta d-dinja materjali, il-politika, il-flus, is-saħħa, il-ġisem tagħna stess, isiru Alla tagħna u nibdew nadurawhom, naqduhom u ngħixu biss għalihom?

U mill-banda l-oħra, mhux l-istess nagħmlu meta lil Alla nagħmluh xi poter politiku, bħalma jagħmlu l-fundamentalisti ta’ kull reliġjon? Mhux l-istess nagħmlu meta lil Alla nittrattawh qisu kien xi gvern jew xi social service – dejjem nokorbulu: “Sibli job, ibgħatli x-xita, fejjaqni, rebbaħni l-lotterija jew il-logħba!... F’kelma waħda, solvili l-problemi tal-ħajja!”

Illum Ġesù qed jgħidilna li fil-ħajja kollox huwa sagru u qaddis għax kollox – it-taxxi, il-politika, l-ekonomija, is-sentimenti u r-romantiċiżmu, il-flus u l-poeżiji, il-ġisem u l-ispirtu – kollox huwa mezz biex inħobbu u naslu, ġisem u ruħ għand il-ħallieq.

Għax ġisem bla ruħ huwa katavru, imma ruħ bla ġisem hija fantażma! Fr. Paul Chetcuti, Musbieħ għal Riġlejja

Riflessjoni fuq il-Missjoni: San Ġwanni Pawlu II, Papa kiteb: Għall-mistoqsija: Għalfejn il-missjoni? Aħna nwieġbu, bil-fidi u l-esperjenza tal-Knisja, li l-ħelsien veru hu l-ftuħ tal-qalb għall-imħabba ta’ Kristu. Fih, u fih biss, neħilsu minn kull aljenazzjoni u minn kull taħwid, u mill-jasar tas-setgħa tad-dnub u l-mewt. Kristu hu tassew “is-sliem tagħna” (Ef. 2,14), u “l-imħabba ta’ Kristu ġġiegħelna naħsbu dan” (2 Kor. 5,14), hija u tagħti tifsir lil ħajjitna. Il-missjoni hi problema tal-fidi, tal-fidi tagħna fi Kristu u sinjal tassew tal-imħabba tiegħu għalina. Illum it-tentazzjoni hi li l-Kristjaneżmu jinbidel f’sura ta’ għerf tal-bniedem, f’sura ta’ tagħlim kif tgħix ħajja tajba. F’dinja kollha kemm hi sekularizzata “s-salvazzjoni ġiet ukoll bil-mod il-mod sekularizzata”, u tfittex iva l-ġid tal-bniedem, iżda mhux dak tal-bniedem sħiħ, għax tfittex biss il-ġid tad-dimensjoni orizzontali tal-bniedem. Iżda aħna nafu li Ġesù ġie fid-dinja għas-salvazzjoni tal-bniedem sħiħ, salvazzjoni li tħaddan il-

Page 38: OTTUBRU 2020 - signumfideimalta · 2020. 9. 28. · 2 SIGNUM FIDEI Il-Ħamis, l-1 t’Ottubru Santa Tereża ta’ Lisieux – reliġjuża, duttur tal-knisja u patruna tal-missjoni

SIGNUM FIDEI 37

bniedem kollu kemm hu u l-bnedmin kollha, u turihom id-dehra tal-għaġeb ta’ wlied Alla. Għalfejn il-missjoni? Għaliex lilna, kif lil San Pawl “ingħatatilna din il-grazzja li jxandru fost il-pagani l-għana ta’ Kristu” (Ef. 3,8). Il-ħajja ġdida fi Kristu hi “l-Bxara t-Tajba” imwassla lill-bnedmin kollha ta’ kull żmien: il-bnedmin kollha huma msejħin u ddestinati għaliha. Il-bnedmin kollha jfittxuha din il-ħajja, għalkemm xi kultant dan jagħmluh b’mod konfuż, iżda għandhom id-dritt ikunu jafu s-siwi ta’ dan id-don u jiksbuh. Il-Knisja, u, fil-Knisja, kull Nisrani, ma jistax jaħbi jew iżomm għalih din il-ħajja ġdida u l-għana kollu tagħha, li rċieva mit-tjieba t’Alla biex titwassal lill-bnedmin kollha. Hu għalhekk li l-missjoni tal-Knisja toħroġ mhux biss mill-kmand tal-Mulej, imma wkoll tintalab mix-xewqa kbira tal-ħajja f’Alla li hemm fina. Dawk li huma fil-Knisja Kattolika għandhom iħossu ruħhom privileġġjati u għalhekk aktar impenjati li jagħtu xhieda ta’ fidi u ta’ ħajja Nisranija bħala qadi lejn ħuthom u tweġiba mogħtija bi dmir lil Alla, huma u jiftakru li l-qagħda privileġġjata tagħhom ma kisbuhiex b’xi mertu tagħhom imma ġiet mogħtija lilhom bi grazzja speċjali minn Kristu: jekk ma jweġbux bil-ħsieb, bil-kliem u bl-għemil, mhux biss ma jsalvawx, imma l-ħaqq magħhom ikun wisq aktar iebes. Silta minn “Redeptoris Missio” Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 75, silta mit-2 punt

If you perform your actions to please others, you will receive no reward for them except what people will give you, which is very low, very fragile, and very fleeting. Above all, do nothing and omit nothing to please people of the world. Saint Paul speaks of such people when he says, If I were pleasing people, I would not be a servant of Jesus Christ. If you were of the world, Jesus Christ says, the world would love those who belong to the world, but because you do not belong to the world, for this reason the world hates you. Because it is a necessity, according to Jesus Christ and to Saint Paul, not to please people of the world and even, instead, to be hated by them, you ought to do nothing with the intention of pleasing them. In addition the habits and the views of people of the world are quite different from those you ought to have. So when the thought of human respect crosses your mind, remember the words of Saint Paul: If I were pleasing people, I would not be a servant of Jesus Christ.

TALBA Mulej Ġesù, infaħħruk għall-preżenza tiegħek fostna.

Kun mal-missjunarji tiegħek li jxandru l-Evanġelju. Qawwilhom qalbhom fil-ħin tal-prova. Mexxihom fil-mument tal-inċertezza.

Saħħaħhom meta jkunu dgħajfa. Agħtihom is-sabar fid-diżappunti tagħhom.

Agħmlilhom il-kuraġġ fil-ħin tad-dubju u mexxihom fit-triq li trid int ,

li tgħix u ssaltan mal-Missier u mal-Ispirtu s-Santu għal dejjem ta’ dejjem. Ammen

Missierna ...

Page 39: OTTUBRU 2020 - signumfideimalta · 2020. 9. 28. · 2 SIGNUM FIDEI Il-Ħamis, l-1 t’Ottubru Santa Tereża ta’ Lisieux – reliġjuża, duttur tal-knisja u patruna tal-missjoni

38 SIGNUM FIDEI

It-Tnejn, id-19 t’Ottubru San Ġwann de Brebeuf u San Iżakk Jogues - presbiteri u sħabhom - martri

San Pawl tas-Salib - presbiteru San Pietru minn Alcantara - presbiteru

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni, tal-Iben li fdieni u

tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.” Qari: 1. Efesin 2: 1-10 Qajjimna ma’ Kristu Ġesù u qegħedna fis-smewwiet miegħu. 2. Salm 99: 2.3.4.5 Aħna l-poplu tiegħu u n-ngħaġ tal-mergħa tiegħu.. 3. Luqa 12: 13-21 Il-ħwejjeġ li ħejjejt għalik, ta’ min ikunu? Mill-ħajja tal-Fundatur: Bħal-lum fl-1670, Ġwanni Battista De La Salle, jidħol is-Seminarju ta’ San Sulpice, f’Pariġi. SAN PIETRU TA’ ALCANTARA (1499-1562) - presbiteru

Twieled fi Spanja, fl-1499, fejn missieru kien gvernatur, u ommu mara nobbli. Wara li studja l-grammatika u l-Filosofija, fil-belt tiegħu, ta’ 14-il sena ntbagħat fl-Università ta’ Salamanca.

Wara l-istudji tiegħu, reġa’ lura pajjiżu u daħal mal-Franġiskani. Ordna saċerdot fil-1524, u wara sena sar il-gwardjan tal-kunvent ta’ Santa Marija tal-Anġli, f’Robredillo.

Ftit snin wara sar predikatur famuż, u kien iħobb jipprietka l-iżjed lill-fqar. Kien juri simpatija kbira lejhom.

Fl-1538, kien elett ministru tal-provinċja ta’ San Gabrijel, u daħal għax-xogħol b’ruħu u ġismu. Fil-Kapitlu ta’ Plasencia, fl-1540, ir-regoli ħarxa li hu fassal, għall-kostituzzjoni aktar stretta, tant sab oppożizzjoni, li hu ċeda l-pożizzjoni tiegħu ta’ pronvinċjal u rtira fil-muntanji ta’ Arabida, fil-Portugal, ma’ żewġ eremiti oħra. Iżda xi rħieb oħra kif saru jafu, ingħaqdu magħhom u ġew stabbiliti komunitajiet żgħar.

Fil-1553, reġa’ lura Spanja u telaq ħafi lejn Ruma u ġab il-permess li jwaqqaf kunventi fqar fi Spanja. Fin-1556 sar is-superjur, u fil-1561, provinċja bl-isem ta’ San Ġużepp, b’riformi aktar ħarxa, intlaqgħet tajjeb u tferrxu provinċji oħra fi Spanja u l-Portugal.

San Pietru ta’ Alcantara, għen ħafna lil Santa Tereża ta’ Avila, bil-pariri tiegħu biex tirriforma l-Karmelu. Ismu nsibuh ma’ dak ta’ San Franġisk Borgia, San Ġwann tas-Salib u oħrajn.

L-akbar u l-isbaħ virtujiet tiegħu kienu, id-don tal-kontemplazzjoni u dak tal-penitenza u l-povertà, flimkien ma’ mħabba infinità lejn Alla.

Pietru Alcantra miet fit-18 ta’ Ottubru 1562, u ġie bbeatifikat mill-Papa Gregorju XV, fl-1622, u kkanonizzat mill-Papa Klement IX, fl-1669.

Il-festa tiegħu ssir fis-19 ta’ Ottubru, minħabba r-riforma tal-kalendarju Ruman. Fl-1826 San Pietru ta’ Alcantara sar il-patrun tal-Brażil.

Page 40: OTTUBRU 2020 - signumfideimalta · 2020. 9. 28. · 2 SIGNUM FIDEI Il-Ħamis, l-1 t’Ottubru Santa Tereża ta’ Lisieux – reliġjuża, duttur tal-knisja u patruna tal-missjoni

SIGNUM FIDEI 39

Riflessjoni: Nara tajjeb li ma hemm ebda ħaġa fid-dinja li biha jista' jinxtara teżor hekk tal-għaġeb. Iżda jekk aħna nagħmlu kulma nistgħu biex niksbuh billi nfittxu li ma neħlu ma' ebda ħaġa ta' din l-art, u jekk nerfgħu moħħna u qalbna lejn is-sema, naħseb li ma għandu jkollna ebda dubju li dan il-ġid jingħatalna f'qasir żmien, basta nkunu ħejjejna ruħna sewwa u bil-ħeffa, bħalma għamlu xi qaddisin. Imma aħna malajr naħsbu li qegħdin nagħtuh kollox lil Alla, filwaqt li dak li nkunu qed noffrulu mhux ħlief ir-renta jew il-frott waqt li nżommu għalina l-kapital u l-proprjetà.

S. Tereża ta' Ġesù

Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 179, it-3 parti

This saint (S. Peter of Alcantara) had a marvelous gift of prayer and spent a great deal of time in this exercise. His recollection at prayer was ordinarily so great that it obtained for him an almost continual awareness of God. He took such delight in prayer that he had an extreme dislike for sleep, because, as he said, it was the only thing that could separate him from God’s presence, something that death cannot do, because it gives us the living, effective, and eternal presence of God. This saint, considering that prayer procures this happiness, used to say that a half hour of prayer ought to be regarded as only a preparation for making it well. Try to make interior prayer well in the same way this saint did, by the practice of interior recollection. If you persevere in it, recollection will make the practice of the presence of God easy. There is nothing you must or can procure with more care, for it is happiness anticipated in this life. It is also of great use to you in your work, because this work concerns God and aims at winning souls for him. It is, therefore, a matter of great consequence not to lose sight of God in your work. Be as faithful to this as you possibly can.

TALBA Mulej Ġesù Kristu,

agħmel li nkun ħieles minn kull xewqat ħżiena, u li nibqa’ moħbi u mhux magħruf, f’din id-dinja,

imma li għal imħabbtek nagħraf lilek biss. Agħmel li ma niħux minn rajha t-tajjeb

li sawwabt fija u bija , imma kull ġieħ ikun jaf lilek.

Waqt li nagħraf id-dgħufija tiegħi, niċħad kull tifħir tad-dinja,

u b’hekk nixxennaq għal dik il-glorja vera u dejjiema li tiġi mingħandek biss.

Ammen. San Franġisk Saver Cabrini

Missierna ...

Page 41: OTTUBRU 2020 - signumfideimalta · 2020. 9. 28. · 2 SIGNUM FIDEI Il-Ħamis, l-1 t’Ottubru Santa Tereża ta’ Lisieux – reliġjuża, duttur tal-knisja u patruna tal-missjoni

40 SIGNUM FIDEI

It-Tlieta, l-20 t’Ottubru L-Imqaddsa Verġni Marija ‘Mater Admirabilis’

Santa Madalena minn Nagasaki - verġni u martri Santa Bertilla Boscardin – reliġjuża

Il-Beatu Ġakbu Strepar - isqof Il-Beatu Kontardu Ferrini – lajk

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni,

tal-Iben li fdieni u tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.”

Qari: 1. Efesin 2: 12-22 Kristu hu s-sliem tagħna, hu, li minna t-tnejn għamel poplu

wieħed. 2. Salm 84: 9ab-14 Il-Mulej is-sliem ixandar, għall-poplu tiegħu.. 3. Luqa 12, 35-38 Henjin dawk il-qaddejja li meta jiġi sidhom isibhom jishru!

SANTA BERTILLA BOSCARDIN (1888-1922) - reliġjuża Kienet bint familja fqira ta’ bdiewa u twieldet fir-raħal ta’ Brendola, qrib Vicenza

fl-Italja ta’ Fuq fl-1888 u semmewha Anna-Franġiska. Il-qassis Dun Capovilla għaraf li kellha l-vokazzjoni reliġjuża, imma l-arċipriet ta’

Brendola qal li kienet tajba biss biex tqaxxar il-patata. Minkejja li ma kinitx brillanti, ġiet aċċettata mis-sorijiet ta’ Santa Dorotea ta’

Vicenza fl-1904, meta kienet għadha ta’ 16-il sena u semmewha Bertilla għall-badessa qaddisa ta’ Chelles.

Għamlet tliet snin fil-kċina u wara ħadmet ta’ ħassiela, taħsel il-ħwejjeġ, sakemm bagħtuha fl-isptar tat-tfal ta’ Treviso.

Tul l-ewwel gwerra dinjija (1914-1918), kienet infermiera fl-isptar militari qrib Como, fejn uriet ruħha l-veru anġlu tal-faraġ, il-vera omm ħanina tal-morda u tal-feruti.

Fl-1919 wara t-tmiem tal-gwerra rritornat fl-isptar tat-tfal ta’ Treviso, imma ma damitx ma mardet gravament. Għamlulha operazzjoni biex neħħewlha tumur, imma kien kollu għalxejn. Lit-tabib qaltlu: “Jiddispjaċini li kellek toqgħod titħabat għalxejn minħabba fija.”

Din il-mara mill-iktar sempliċi, li kellha l-ħila ssir qaddisa qalb il-borom u l-platti, mietet ta’ 34 sena, fl-20 t’Ottubru 1922.

Il-Papa San Ġwanni XXIII ikkanonizzaha fil-11 ta’ Mejju 1961. Il-fdal tagħha jinsab meqjum fil-knisja tas-sorijiet ta’ Santa Dorotea Vicenza.

Riflessjoni: Il-ġisem ukoll irid jitlob. Hawn min iħobb joqgħod għarrkupptejh, biex iħoss li qed iqim lil Alla. Hawn min iħobb jagħlaq għajnejh, isib pożizzjoni li tgħinu, ngħidu aħna bilqiegħda. Meta wieħed ikun għajjien jew iħossu tens, forsi jgħinu jimtedd – sakemm ma jispiċċax rieqed! Kemm-il darba jfixkel li nimxu waqt it-talb, forsi ħlief meta nkunu miġburin ħafna u m’hemm xejn xi jfixkilna fil-mixi, jew forsi nkunu nirreċitaw xi talb

Page 42: OTTUBRU 2020 - signumfideimalta · 2020. 9. 28. · 2 SIGNUM FIDEI Il-Ħamis, l-1 t’Ottubru Santa Tereża ta’ Lisieux – reliġjuża, duttur tal-knisja u patruna tal-missjoni

SIGNUM FIDEI 41

repettitiv, bħar-rużarju. Oħrajn iħobbu jiffissaw għajnejhom lejn kurċifiss, xi santa, jew it-tabernaklu. Esperimenta sakemm issib x’jgħinek u uża dawn il-metodi. Il-qalb kif titlob? Billi niftakru min hu Alla u nitolbuh il-grazzja li tassew ngħixu għalih biss. U l-aħħar ir-ruħ. Ir-ruħ titlob meta tersaq lejn il-Missier Ħallieq tagħha b’ġenerozità kbira. Kif jgħidilna San Inazju “... joffrilu r-rieda u l-libertà tiegħu kollha, sabiex il-Maestà Divina tagħmel hi mill-persuna tiegħu u minn kull ma għandu skont ir-rieda tiegħu l-iktar qaddisa.” Din mhix ħaġa ħafifa biex tagħmilha, imma rridu nitolbu li naqilgħuha. Dun Harry Formosa S.J. Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle:

Explanation of the Method of Interior Prayer

Interior prayer is an inner activity in which the soul applies itself to God. It is so called to distinguish it from vocal prayer which is partly an activity of the body, because it is produced by the mouth, but at the same time is an activity of the mind, which should be involved in it. It is called interior because it is an activity not simply of the mind but of all the powers of the soul and because, to be genuine and effective, it must take place in the depths of the soul, that is to say, in the innermost part of the soul. If interior prayer took place in the mind only or in the superficial part of the heart, it would easily lie open to human and material distractions, which would prevent it from being fruitful, and this activity of the mind would only be temporary, not having penetrated the soul, and would, consequently, leave the soul in dryness and devoid of God.

TALBA

Agħtini d-doni li għandi bżonn fix-xogħlijiet tiegħi, u moħħ imħeġġeġ li jfittex il-verità

imxennaq biex jagħrafha u saħħa biex iħaddanha. Rieda li hija sħiħa u ta’ ħila.

Agħtini l-għajnuna meta tisma’ l-karba tiegħi, dawwalli d-dlam u wittili l-mogħdijiet. Nebbaħni dak li ma nafx jew insejt.

Agħtini l-kelma li ilni nfittex mingħajr suċċess. Ammen.

San Tumas Aquinas Missierna ...

Page 43: OTTUBRU 2020 - signumfideimalta · 2020. 9. 28. · 2 SIGNUM FIDEI Il-Ħamis, l-1 t’Ottubru Santa Tereża ta’ Lisieux – reliġjuża, duttur tal-knisja u patruna tal-missjoni

42 SIGNUM FIDEI

L-Erbgħa, il-21 t’Ottubru Sant’Ursula u sħabha – verġni u martri

San Gaspare del Bufalo – saċerdot San Ilarju l-Kbir – eremit

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni, tal-Iben li fdieni u

tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.” Qari: 1. Efesin 3: 2-12 Il-misteru ta’ Kristu ġie rrivelat: il-pagani huma msejħa biex ikollhom sehem mill-istess wirt. 2. Salm - Iżaija 12: 2-6 Kollkom ferħana timlew l-ilma mill-għejun tas-salvazzjoni.. 3. Luqa 12: 39-48 Lil min tawh ħafna, ifittxu li jieħdu ħafna mingħandu. SAN ILARJU L-KBIR (291-371) – eremit San Ilarju Abbati kien wieħed mill-padri tad-deżert u huwa magħruf l-aktar

permezz tal-ħajja tiegħu miktuba minn San Ġilormu. Hu twieled minn ġenituri pagani qrib Gaża fil-Palestina, lejn it-tmiem tas-seklu

tlieta. Sar Nisrani meta kien student f’Lixandra tal-Eġittu. Fid-deżert ta’ Tebajde ltaqa’ mal-famuż San Anton Abbati. Wara żmien qasir

taħt San Anton fl-Eġittu huwa reġa’ lura lejn daru ħdejn Gaża fil-Palestina, u għalkemm kien għadu żagħżugħ ħafna, beda jgħix ħajja solitarja f’deżert fil-qrib. Għall-ewwel kien jgħix biss bi 15-il tina kuljum u għalkemm għal raġunijiet ta’ saħħa aktar tard huwa żied ftit ħaxix u biċċa ħobż mad-dietà skarsa tiegħu, hu żamm id-drawwa tul ħajtu kollha, li ma jikolx qabel inżul ix-xemx.

Hu kien l-ewwel eremit Palestinjan u ħafna dixxipli marru warajh. Biex jeħles mill-fama tal-mirakli kien imur minn post għall-ieħor: l-Eġittu, il-Libja, Sqallija, id-Dalmazja u fl-aħħarnett Ċipru.

Huwa miet f’Ċipru fl-età ta’ 80 sena, għall-ħabta tas-sena 371. Riflessjoni: Ħafna drabi nitkellmu dwar ‘kemm nafdaw f'Alla’ bħala sinjal veru ta’ fidi, imma rari naħsbu kemm Alla għandu fidi fina. Fil-fatt, Huwa jafdana ħafna! Il-parabbola tal-amministraturi kemm dak fidil u dak li mhux, tistedinna neżaminaw kif verament inwieġbu għall-fiduċja li Alla għandu fina. Aħna bħal dawk il-qaddejja li jfittxu li jkunu jafu r-rieda tas-sid u jwettquha, jew aħna bħal dawk il-qaddejja irresponsabbli u ħżiena li jġibu ruħhom b'mod ħażin fin-nuqqas tal-preżenza tas-sid? Fir-realtà, is-sid mhuwiex assenti, iżda inviżibbli. Xejn ma jiġri f'ħajjitna mingħajr l-għarfien tiegħu. Jaf min aħna, dak li aħna u jaf l-iktar ħsibijiet profondi ta' qalbna. Aħna fidili lejh jew qegħdin inqarrqu bina nfusna billi ma nkunux sinċieri lejh? My Daily Gospel 2020. Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 180, l-1 parti

Saint Hilarion was competent in the humanities and in literature, thanks to the keenness of his mind, but he made himself much more admirable by the purity of his life and especially by his great piety. The example of Saint Anthony, who was then famous throughout the desert, did much to help him acquire this spirit. The reputation

Page 44: OTTUBRU 2020 - signumfideimalta · 2020. 9. 28. · 2 SIGNUM FIDEI Il-Ħamis, l-1 t’Ottubru Santa Tereża ta’ Lisieux – reliġjuża, duttur tal-knisja u patruna tal-missjoni

SIGNUM FIDEI 43

won by this great Father of the desert induced Saint Hilarion to go out to find him. Once near him, he observed with great care Saint Anthony’s way of life and his great abstinence, which no infirmity could make him quit. He also noted the saint’s diligent application to prayer, his humility in dealing with his Brothers, his strictness joined to gentleness when he corrected them, and the zeal he showed for their sanctification. Later on, Saint Hilarion dedicated himself with all conceivable fervor to practice all the virtues he had observed in Saint Anthony. Oh, what power and efficacy does example have to convert souls and to lead them to make progress in virtue! This saint lived a life of great perfection; the example of Saint Anthony led him to it.

TALBA Missier,

f’idejk nerħi dawk l-affarijiet li ma nistax nagħmel.

Missier, f’idejk nintelaq għal dawk id-drabi

meta għaddejt mit-tiġrib ta’ ruħi u ġismi.

Missier, f’idejk nintelaq jien għax Int turini

minn fejn għandi ngħaddi. Għaliex jiena naf

li dejjem nista’ nafda fik. Bro. Louis Camilleri

Missierna ...

Il-Ħamis, it-22 t’Ottubru

San Ġwanni Pawlu II – Papa Santa Marija Salome – martri tal-1el seklu

San Alberċju – isqof ta’ Ċerapoli San Timotju Giaccardo – saċerdot

Il-Beata Ġużeppina Leroux - verġni u martri

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni, tal-Iben li fdieni u

tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.” Qari: 1. Efesin 3: 14-21 Tniżżlu l-għeruq tagħkom fl-imħabba u fuqha tibnu ħajjitkom biex timtlew bil-milja kollha ta’ Alla. 2. Salm 32: 1-2.4-5.11-12.18-19 Bit-tjieba tal-Mulej mimlija l-art. 3. Luqa 12: 49-53 Ma ġejtx inġib il-paċi fid-dinja, imma l-firda.

Page 45: OTTUBRU 2020 - signumfideimalta · 2020. 9. 28. · 2 SIGNUM FIDEI Il-Ħamis, l-1 t’Ottubru Santa Tereża ta’ Lisieux – reliġjuża, duttur tal-knisja u patruna tal-missjoni

44 SIGNUM FIDEI

SAN ĠWANNI PAWLU II (1920-2005) - Papa Karol Jozef Wojtyla twieled Wadowice, il-Polonja fit-18 ta’ Mejju 1920. Kien l-

iżgħar minn tlett itfal. Ommu Emilia mietet meta kellu 8 snin, waqt li kienet qed twelled lil oħtu Olga, li mietet ukoll. Ħuh Edmund, li kien 14-il sena ikbar minnu, sar tabib imma mbagħad miet bl-iskarlatina.

Bħala tifel kien iħobb ħafna l-atletika, kien anke f’tim tal-futbol. Kien iħobb ukoll il-palk u kien jieħu sehem f’diversi reċti - speċjalment meta kien Krakow - ma’ grupp ta’ żgħażagħ oħra, il-biċċa l-kbira tagħhom Lhud.

Fl-1938, Karol u missieru telqu minn Wadowice għal Krakow. Hemm daħal fl-Università tal-post jistudja, il-lingwi fost suġġetti oħra. Tgħallem 12-il lingwa. Waqt dak iż-żmien kellu ta’ bilfors jieħu sehem f’taħriġ tal-armata.

Fl-1939, il-Ġermanja invadied lill-Polonja u ngħalqet l-Università. Bejn l-1940 u l-1944, Karol kellu jagħmel diversi xogħlijiet, fosthom fil-barrieri u f’fabbrika tal-kimiċi.

Fl-1940 missieru miet b’attakk tal-qalb waqt li Karol kien għax-xogħol, b’hekk hu safa’ waħdu, mingħajr ebda membru tal-familja. Huwa kellu 20 sena.

Fl-1942, beda l-istudju tiegħu għas-saċerdozju fis-seminarju ta’ taħt l-art . Fis-17 ta’ Jannar 1945, il-Ġermaniżi ħarbu mill-belt ta’ Krakow u b’hekk is-

seminaristi komplew l-istudju tagħhom fis-seminarju nofsu mġarraf. Kien ordnat saċerdot fl-1 ta’ Novembru 1946. Kompla jistudja Ruma fejn ħa d-

dottorat fit-Teoloġija. Id-dottorat fil-Filosofija ħadha aktar tard fl-Università ta’ Krakow.

Fl-1948, reġa’ lura l-Polonja, jagħmel appostolat f’paroċċa qrib Krakow . Fl-1949 mar jgħallem fl-Università ta’ Krakow. Hawn beda jlaqqa’ grupp ta’ żgħażagħ soċjo-reliġjuż, li kien popolari ħafna.

Fit-13 ta’ Ottubru 1964 kien ordnat arċisqof ta’ Krakow u fis-26 ta’ Ġunju 1967, kardinal. Bħala kardinal kien strumentali biex issir l-Enċiklika Humanae Vitae.

F’Ottubru tal-1978 wara l-mewt tal-Beatu Papa Pawlu VI, u mbagħad ta’ Ġwanni Pawlu I, li l-pontifikat tiegħu dam 33 ġurnata biss, Kardinal Karol Wojtyla kien elett Papa. Kellu 58 sena, u ħa l-isem ta’ Ġwanni Pawlu II. Kien inawgurat Papa fit-22 ta’ Ottubru. Poġġa l-ħidma tiegħu taħt il-patroċinju ta’ Ommna Marija Santissima ‘Totus Tuus’.

Il-pontifikat tiegħu kien it-tieni l-iżjed twil fl-istorja tal-papiet. Għamel taqlib kbir. Żar 129 pajjiż. Ibbeatifika 1,340 persuna u kkanonizza 483 qaddis. Kiteb 14-il enċiklika

Ħadem ħafna għall-għaqda tal-knejjes. Kellu sehem kbir biex jinqered il-komuniżmu. Il-motto tiegħu kien s-sejħa universali għall-qdusija. “Tibżgħux tiftħu qalbkom beraħ għal Kristu”, kienet waħda mill-frażijiet popolari tiegħu. Waqqaf il-Jum Dinji għaż-Żgħażagħ.

Fit-13 ta’ Mejju 1981 ippruvaw jassasinaw lill-Papa Ġwanni Pawlu II fi pjazza San Pietru. Kif ġie konxju l-isptar mill-ewwel qal li kien għadu ħaj bl-interċezzjoni ta’ Sidna Marija ta’ Fatima. Bl-umiltà kollha mar iżur ’l-assassin il-ħabs u tah il-maħfra. Fl-1995, Ġwanni Pawlu reġa’ kien fil-mira, din id-darba tal-Al-Qaeda, fil-Filippini.

Fl-2001 beda jsofri bil-marda tal-Parkinsons u minkejja t-tbatijiet tiegħu kompla jaqdi dmiru sal-aħħar. Miet fit-2 ta’ April 2005.

Page 46: OTTUBRU 2020 - signumfideimalta · 2020. 9. 28. · 2 SIGNUM FIDEI Il-Ħamis, l-1 t’Ottubru Santa Tereża ta’ Lisieux – reliġjuża, duttur tal-knisja u patruna tal-missjoni

SIGNUM FIDEI 45

Fis-19 ta’ Diċembru 2009 sar venerabbli u l-Papa, suċċessur tiegħu, Benedittu XVI, ibbeatifikah fl-1 ta’ Mejju 2011.

Huwa ġie mgħolli għall-altari flimkien mal-Papa Ġwanni XXIII, nhar is-27 t’April, 2014, fil-pjazza tal-Vatikan, mill-Papa Franġisku.

Riflessjoni: “Huwa fi żgur li aħna niltaqgħu ma’ okkażjonijiet ta’ prova. M’hemm xejn ta’ barra minn hawn, hija parti mill-ħajja tal-fidi. Xi drabi l-prova tagħna tkun ħafifa, drabi oħra tkun tqila ħafna, forsi anki drammatika. Waqt is-siegħa tal-prova aħna nistgħu nħossuna weħidna, imma l-grazzja t’Alla, il-grazzja ta’ FIDI REBBIEĦA, qatt ma tabbandunana. Għalhekk aħna nistennew li nkunu rebbieħa fuq kull prova, anke l-aktar waħda iebsa”. San Ġwann Pawlu II – Papa ‘Rise let us be on our way’

Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 167, silta mit-2 punt It is inconceivable how much Jesus Christ loves those who give up everything for him and how many graces he gives them both for themselves and for others. Because their hearts are empty of the things of this world, God fills them with his Holy Spirit, as he did the heart of Saint Matthew. For the more we give up exteriorly, the more God gives us interiorly. Be attached only to Jesus Christ, his doctrine, and his holy maxims, because he has done you the honor of choosing you in preference to a great many others to announce these truths to children, whom he loves so especially. Think highly of your work, which is apostolic, and carefully study the Gospel of Saint Matthew, in which we find proposed the holiest maxims of Jesus Christ and the fundamental truths of Christian piety. The more you study this, the more learned you will become in the science of the saints, and the better prepared you will be to instruct others.

TALBA O Trinità Mqaddsa,

nirringrazzjawk talli berikt ’il-Knisja bil-Papa San Ġwanni Pawlu II, li minnu dehret il-ħniena tal-Missier, il-glorja tas-Salib ta’ Kristu

u d-dija tal-Ispirtu s-Santu. B’fedeltà fil-ħniena tiegħek dejjiema, u bl-interċezzjoni materna ta’ Marija,

hu tana xbiha ħajja ta’ Ġesù, ir-Ragħaj it-Tajjeb u wriena li l-qdusija hija mezz bżonjuż tal-ħajja Nisranija

li hi t-triq biex ningħaqdu miegħek għal dejjem. Agħtina, bl-interċezzjoni tiegħu, u skont ir-rieda tiegħek,

il-grazzja li nixtiequ. Ammen.

Missierna ...

Page 47: OTTUBRU 2020 - signumfideimalta · 2020. 9. 28. · 2 SIGNUM FIDEI Il-Ħamis, l-1 t’Ottubru Santa Tereża ta’ Lisieux – reliġjuża, duttur tal-knisja u patruna tal-missjoni

46 SIGNUM FIDEI

Il-Ġimgħa, it-23 t’Ottubru San Ġwann minn Capestrano - presbiteru

San Guliermu – eremita, u l-Beatu Ġwanni t-Tajjeb - presbiteru Il-Beatu Arnould Reche – reliġjuż, frère ta’ S. Ġwann Bta. De La Salle

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni, tal-Iben li fdieni u

tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.” Qari: 1. Efesin 4, 1-6 Ġisem wieħed, Mulej wieħed, fidi waħda, magħmudija waħda. 2. Salm 23: 1-6 Aħna nfittxu ’l wiċċek, Mulej. 3. Luqa 12: 54-59 Tafu taqraw wiċċ is-sema, u wiċċ l-art ukoll; mela ż-żmien ta’ issa kif ma tafux tfissruh? IL-BEATU BROTHER ARNOULD – Jules Reche (1838-1890) 120 sena ilu, nhar it-23 ta’ Ottubru 1890, miet Br. Arnold, b’attakk qawwi ta’

apoplesija f’rasu. Ġie midfun, mingħajr l-ebda ħsieb li għad isir qaddis, fiċ-ċimiterju tal-komunità ta’ Reims.

Twieled minn familja fqira, ommu marradija għall-aħħar, u missieru kien l-iskarpan tar-raħal. Kien f’familja ta’ 9 aħwa. Jules ra l-veru faqar: l-ewwel tarbija mietet fin-nieqa ta’ ftit jiem. Warajha twieled Jules.

Ta’ 10 snin kellu jitlaq l-iskola biex imur jaħdem f’razzett. Anke ħutu warajh kellhom iħallu l-iskola biex jibdew jaħdmu u jaqilgħu xi ħaġa: il-faqar tal-familja kien tassew tal-biki. Imma kemm Jules u kif ukoll ħutu, kienu jitolbu u jiffrekwentaw il-Knisja. Kellu 13-il sena meta għamel l-Ewwel Tqarbina.

Ta’ 21 sena telaq mid-dar u mar f’post ieħor biex jaqla’ aktar paga u jgħin lill-familja – mar jaħdem ma’ wieħed bennej. Wara x-xogħol kien jgħaddi ħin twil jitlob. Kull jum għarkupptejh fl-art, ikun fejn ikun jaħdem, kien jgħid l-Angelus, bi jdejh miftuħa.

Kull nhar ta’ Ħadd, kien imur jitgħallem il-Katekiżmu għand il-Brothers. Fix-xitwa, wara ix-xogħol, Jules kien imur għall-korsijiet ta’ tagħlim għall-kbar. L-eżempju tal-Frères fl-iskola, il-ħeġġa li kien jara fihom biex jgħallmu lit-tfal, il-ġabra tagħhom u t-talb tal-Brothers flimkien, ħajruh biex isir wieħed minnhom.

Fl-1862, ta’ 24 sena, beda n-novizzjat, wara kompla l-istudji tiegħu, speċjalizza fil-Botanika u r-Reliġjon. Kien għalliem tal-affari tiegħu.

Fl-1870, l-iskola tiegħu, saret sptar minħabba l-gwerra bejn Franza u r-Russja. Il-Brothers kienu l-brankardjieri u l-infermieri.

Fl-1877, sar direttur tan-novizzi. Intefa’ b’ruħu u ġismu, għall-formazzjoni tal-Brothers żgħażagħ. Kien ammirat ħafna għad-devozzjoni li kellu lejn l-Ewkaristija, il-Madonna u San Ġużepp.

Miet fit-23 ta’ Ottubru 1890. Ħajtu ntemmet b’dawn l-aħħar kelmiet “O Alla tiegħi”.

Ġie bbeatifikat fl-1987 mill-Papa San Ġwanni Pawlu II.

Page 48: OTTUBRU 2020 - signumfideimalta · 2020. 9. 28. · 2 SIGNUM FIDEI Il-Ħamis, l-1 t’Ottubru Santa Tereża ta’ Lisieux – reliġjuża, duttur tal-knisja u patruna tal-missjoni

SIGNUM FIDEI 47

Riflessjoni mill-Imitazzjoni ta’ Kristu, it-Tielet Ktieb, kap. 18: Mulej, la darba int sofrejt daqshekk f’ħajtek, l-aktar biex tkompli r-rieda ta’ Missierek, hu xieraq li jien, midneb kif jien, nieħu paċenzja billi jiġrili kif jogħġob lilek u li jien nerfa’ t-toqol ta’ din ħajti kollha miżerji, sakemm trid int. Għax għalkemm din il-ħajja jidhrilna li hi iebsa, bil-grazzja tiegħek issir għalina ta’ mertu kbir; u bl-eżempju tiegħek u tal-qaddisin tiegħek, il-ħila tagħna, għalkemm ċkejkna, titwettaq u moħħna jirċievi dawl akbar; anzi dil-ħajja aktar hi hienja milli kienet fil-Liġi l-Antika, meta l-bieb tas-sema kien għadu magħluq, u t-triq tal-ġenna kienet donnha miksija bid-dlamijiet, u ftit nies kienu jħabbtu rashom fuq is-saltna tas-smewwiet. Għaliex lanqas it-tajbin stess ta’ dak iż-żmien li kellhom isalvaw, ma kienu jistgħu jidħlu fis-saltna tas-sema qabel il-passjoni u l-mewt imqaddsa tiegħek

Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 125, silta mit-3 punt

Have you no attachment to anything, so that you can say that you would have no trouble to give it up? Do you have more esteem for one creature than for another? When you are deprived of something of finer quality and given something else less fine, are you satisfied? By such experiences you can judge whether you are attached to anything and whether you have contempt for all creatures. Do you have a taste for prayer and the interior exercises because they bring you to God? Are you gladly occupied with thoughts of God and with conversation about God? Is there anything besides what concerns God that matters to you and that touches you? Does a sin, however slight it might seem, cause you more grief than anything you could suffer? In your work do you prefer the task of inspiring piety in the children above everything else, no matter what? By such indications you will know whether you seek only God and whether you seek him in truth.

TALBA O Alla,

int għamilt mexxej tal-għaġeb għaż-żgħażagħ fit-triq tat-talb u tal-imħabba lill-Beatu Brother Arnold,

li dejjem wieġeb bil-qalb, għal kull ma kien inebbħu l-Ispirtu s-Santu, fuq l-eżempju, u bl-għajnuna tat-talb tiegħu.

Agħmel li aħna wkoll naqduk f’ħutna, imqanqlin mill-ispirtu qaddis tiegħek.

B’Ibnek Ġesù Sidna, li hu Alla u miegħek jgħix u jsaltan flimkien mal-Ispirtu s-Santu għal dejjem ta’ dejjem.

Ammen. Missierna ...

Page 49: OTTUBRU 2020 - signumfideimalta · 2020. 9. 28. · 2 SIGNUM FIDEI Il-Ħamis, l-1 t’Ottubru Santa Tereża ta’ Lisieux – reliġjuża, duttur tal-knisja u patruna tal-missjoni

48 SIGNUM FIDEI

Is-Sibt, l-24 t’Ottubru L-Imqaddsa Verġni Marija f’jum is-Sibt

San Anton Marija Claret - isqof San Anton Galvao - presbiteru

Il-Beatu Alwiġ Guanella - presbiteru

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni, tal-Iben li fdieni u

tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.” Qari: 1. Efesin 4: 7-16 Kristu hu r-Ras, li fih il-Ġisem kollu jikber fih innifsu. 2. Salm 121: 1-5 Fraħt meta qaluli: “Sejrin f’dar il-Mulej!”. 3. Luqa 13: 1-9 Jekk ma tindmux, ilkoll tintilfu xorta waħda. SAN ANTON MARIJA CLARET (1807-1870) - isqof Anton kien iben ta’ nissieġ fqir u ħadem fl-insiġ f’Barcellona u tgħallem l-

istampar u l-Latin wara x-xogħol. Sar qassis ta’ 27 sena; ipprova jidħol f’novizzjat tal-Ġiżwiti f’Ruma iżda reġa’

lura fi Spanja u beda jagħti rtiri u missjonijiet u jħeġġeġ id-devozzjoni lejn Ġesù Sagramentat u l-Madonna. Kultant ġieli għamel 12-il prietka f’jum wieħed.

Huwa waqqaf l-Ulied Missjunarji tal-Qalb Immakulata ta’ Marija, illum magħrufin bħala ‘Klaretiani’. Dawn bdew billi 5 qassisin żgħażagħ Katalani ngħaqdu miegħu fl-1849 biex jippritkaw.

Sena wara Anton intbagħat f’Kuba bħala arċisqof ta’ Santiago. Kien biss wara li reġa’ lura fi Spanja li kiteb xi regoli għall-kongregazzjoni tiegħu.

Fid-djoċesi ta’ Santiago l-arċisqof beda riforma kbira tal-kleru u tal-lajċi u ħadha kontra r-rata għolja ta’ illeġittimità.

Kellu mill-inqas 15-il attentat fuq ħajtu u darba ġie ferut minn raġel li kien irrabjat għall-konverżjoni tas-sieħba li kien jgħix magħha.

Huwa ħeġġeġ biex jitwaqqfu ‘credit unions’. Anton beda apostolat qawwi tal-istampa t-tajba. F’Catalonia u f’Madrid waqqaf

soċjetajiet għat-tixrid b’xejn ta’ letteratura Kattolika u pproduċa xi 200 ktejjeb huwa stess.

Waqt ir-rivoluzzjoni tal-1868, ir-Reġina Isabella II ġiet eżiljata, u hu mar magħha bħala l-konfessur tagħha u Anton miet sentejn wara fi Franza.

Riflessjoni mill-Imitazzjoni ta’ Kristu, l-Ewwel Ktieb, kap. 24: F’kulma tagħmel, ftakar f’mewtek. Ġib quddiem għajnejk li għad trid tidher quddiem imħallef tal-ħaqq, li għalih xejn mhu moħbi. Imħallef, li ma ddawrux b’rigali, u lanqas, skużi, ma tgħaddih bi tkewtil; imma jagħmel il-ħaqq minnek bis-sewwa. O midneb, kemm int ta’ min jibkik għall-ġenn tiegħek! X’fi ħsiebek twieġbu lil dak Alla, li jaf bid-dnubiet tiegħek, int li tibża’ terfa’ għajnejk lejn wiċċ ta’ bniedem imqarras? Għaliex mela ma tibdiex taħseb minn issa għall-ġurnata tal-ġudizzju? Dakinhar ma ssibx min jaqbeż għalik u jgħattilek; imma kulħadd ikollu l-piż tiegħu nnifsu x’jerfa’ u jkun biżżejjed għalih. Issa l-ħidma tiegħek tkunlek ġid; issa l-biki tiegħek jiswielek: issa

Page 50: OTTUBRU 2020 - signumfideimalta · 2020. 9. 28. · 2 SIGNUM FIDEI Il-Ħamis, l-1 t’Ottubru Santa Tereża ta’ Lisieux – reliġjuża, duttur tal-knisja u patruna tal-missjoni

SIGNUM FIDEI 49

l-ilfiq tiegħek mismugħ, u l-indiema ta’ qalbek tista’ tpatti għal dnubietek u ssaffilek ruħek. Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 36, silta mIt-2 punt

Prayer, says Saint John Chrysostom, is a divine medicine that drives out of our hearts all the malice it finds there and fills them with all justice. This is why, if we wish to deliver ourselves from sin completely, we cannot do anything better than to devote ourselves to prayer. No matter how many sins a person who loves prayer commits, he still has, even in the midst of a greatly disordered life, a quick and easy recourse, which is prayer, to obtain the grace of repentance and pardon. Ask God, then, to give you a pure heart that has an aversion and a horror not only for the most grievous sins but also for whatever can stain your conscience and make you displeasing to God.

TALBA

Ġħażiż Mulej li tfejjaq, jien immil quddiemek għax kull don perfett ġej mingħandek.

Nitolbok agħtini s-sengħa f’idejja, moħħ miftuħ qalb ħanina u mansweta.

Agħtini għan waħdieni, qawwa biex nerfa’ biċċa mit-toqol tat-tbatija ta’ ħuti l-bnedmin.

Naddafli qalbi minn kull ħtija u ħwejjeġ tad-dinja biex b’fidi sempliċi bħal dik ta’ tfajjel

jiena nistrieħ fuqek. Ammen.

Il-Beata Madre Tereża ta’ Kalkutta

Missierna ...

Il-Ħadd, il-25 t’Ottubru It-30 Ħadd ta’ Matul is-Sena

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni,

tal-Iben li fdieni u tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.”

Qari: 1. Eżodu 22: 20-26 Jekk taħqru l-armla u l-iltim, il-qilla tiegħi tixgħel

għalikom. 2. Salm 17: 2-4,47,51ab Inħobbok, Mulej, qawwa tiegħi. 3. 1Tessalonikin 1: 5ċ-10 Intom dortu lejn Alla mill-idoli, biex taqdu ’l Alla u

tistennew lil Ibnu. 4. Mattew 22: 34-40 Ħobb lill-Mulej, Alla tiegħek, u lil għajrek bħalek

innifsek.

Illum aħna l-membri tas-Signum Fidei noffru l-ġurnata, talb u penitenza għall-bżonnijiet ta’ vokazzjonijiet fl-Istitut.

Page 51: OTTUBRU 2020 - signumfideimalta · 2020. 9. 28. · 2 SIGNUM FIDEI Il-Ħamis, l-1 t’Ottubru Santa Tereża ta’ Lisieux – reliġjuża, duttur tal-knisja u patruna tal-missjoni

50 SIGNUM FIDEI

Riflessjoni fuq il-Vanġelu:

Id-duttur tal-liġi f’dan il-vanġelu jistaqsi lil Ġesù biex jagħtih gwida li setgħet tgħinu jagħżel fost is-613 preċett (365 negattivi u 248 pożittivi) li kienu jirregolaw il-ħajja tal-Lhudi li xtaq jgħix tajjeb u li naturalment kienu joħolqulu xi ftit diffikultà. Forsi fil-qiegħ ta’ qalbu kien ukoll ġieli gerger li Alla jippretendi wisq minnu! Jekk il-liġi t’Alla kienet daqshekk impenjattiva għan-nies ta’ dak iż-żmien, x’jgħidu n-nies tal-lum minħabba t-toqol tal-liġijiet u regolamenti li s-soċjetà timponi fuqhom biex tħares id-drittijiet, il-privatezza u s-sigurtà tagħhom? Impenjati kif aħna biex nżommu kontroll ta’ kollox, fil-fatt nirrassenjaw ruħna li nirregolaw kollox, mit-traffiku sal-ġbir tar-riċiklaġġ, b’ħafna liġijiet tant li mhux talli ma jaħfruha lil ħadd imma wkoll jinvolvu l-ħlas mhux żgħir tal-espert għax trid tkun bilfors espert fis-suġġett biex timxi fil-ġungla li ġibna fuqna.

Warrabna lil Alla għax eżiġenti wisq u sibna ruħna rridu nagħmlu l-kontijiet mal-ħafna konsulenti, speċjalisti u tekniċi ta’ kull grad u tip li għandhom il-poter mhux biss li jinvadulna ħajjitna imma li jżommuhielna taħt kontroll sħiħ, b’ħafna liġijiet li donnhom ġew imfassla iktar għall-kumdità tagħhom milli għall-ġid tagħna.

Imma anke għal dan il-bniedem modern, hemm Alla l-Missier ta’ Ġesù li għandu l-madmad ħelu u t-toqol ħafif, Alla li jħallina ħielsa minn liġijiet maħsuba biex ma tinkisirx il-fiduċja, għax jibqa’ jemmen f’uliedu, anke f’dawk li jsibuha iebsa jemmnu fih u jibqa’ jħobbhom akkost ta’kollox. Alla tagħna fil-fatt jaf ikun biss Alla li jħobb, u jħobb biss. Lid-duttur tal-liġi jista’ jatgħtih risposta waħda biss, dik l-istess waħda li għallmuna l-ġenituri, katekisti u qassisin b’elf mod differenti; il-kmandament evanġeliku li Santu Wistin jiġbor fi kliemu “Ħobb u agħmel li trid”.

Issa peress li l-verb ħabb hu mġebbed u użat il-ħin kollu, irridu nirreferu għat-test tal-vanġelu “Ħobb lil Alla b’qalbek kollha, b’ruħek kollha u b’moħħok kollu.” Hawnhekk Ġesù jikkwota t-Testment l-Antik (Dewt. 6:4-5) vers li kull Lhudi tajjeb kien jirrepeti għall-tliet darbiet kuljum: b’dan il-kliem jipproklama prinċipju li jintiseġ f’kull linja tal-vanġelu; jisħaq kif l-imħabba għal Alla trid tinvolvi l-qalb, ir-ruħ, u l-moħħ, il-bniedem kollu fid-dimensjonijiet fundamentali tal-personalità tiegħu kollha.

Madankollu biex jevita l-ambigwità li jinnota Peguy li “ peress li ma jafu jħobbu lil ħadd, jaħsbu li jħobbu lil Alla” , Ġesù jgħaqqad b’mod li ma jinħallx, l-imħabba lejn Alla, (li ħadd qatt ma ra iżda li kulħadd jixtieq jarah) mal-imħabba lejn il-proxxmu li jarah kulħadd anke meta ma jkunx jixtieq jarah. U biex ineħħi s-sentimentaliżmu li fid-dinja tagħna hu marbut mal-imħabba u li jwassal biex dik li nsejħulha mħabba ssir tfisser kollox anke il-kuntrarju, jipproponi l-persuna tiegħu fir-relazzjoni ma’ Alla l-Missier li biha Ġesù bniedem isir uniku u oriġinali fl-istorja tal-bniedem.

Allura li tħobb ifisser tagħmel bħalu, anzi issir bħalu! Impossibbli? Le, għax din l-imħabba jagħtihielna l-Mulej fil-persuna tal-Ispirtu s-Santu: jekk nilqgħuh ma ndumux ma nindunaw li anke f’dinja bħal tagħna mimlija liġijiet u sanzjonijiet hu possibbli ngħixu tajjeb, ta’ bnedmin verament ħielsa għax kapaċi nħobu ’l Alla u lill-proxxmu bħalna nfusna, anzi kif iħobbna Ġesù.

Minn “La Realtà é Cristo” Don Davide Rota

Page 52: OTTUBRU 2020 - signumfideimalta · 2020. 9. 28. · 2 SIGNUM FIDEI Il-Ħamis, l-1 t’Ottubru Santa Tereża ta’ Lisieux – reliġjuża, duttur tal-knisja u patruna tal-missjoni

SIGNUM FIDEI 51

Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 70, silta mit-2 punt

It is not possible for us to love God with all our heart without loving him also with all our soul. This means that we are prepared to give up not only all external and sensible goods but also our life, signified by the word soul, rather than be for a single instant deprived of the love of God. This is because we ought to prefer God to everything else that might be the object of our love. For God is, in fact, infinitely superior to all created things, such as our life, which does not deserve any consideration on our part if we compare it with the One who is its author. Must you not, then, offer your life willingly to God and sacrifice it to him to preserve his holy love or to increase it in you? God has given you this life out of an entirely gratuitous goodness. It is quite right, then, that you show God how much you are indebted to him and how totally you belong to him by paying homage to God for your life as something that belongs to him and of which you are only the guardian.

TALBA

Mulej int l-imgħallem li tikkontrolla ż-żmien. Int is-sid taż-żmien.

Nitolbok li jien inkun dejjem lest li nagħtik iż-żmien li tagħtini.

Mulej, għinni biex kuljum insib żmien biex niltaqa’ miegħek,

żmien biex nisma’ lill-oħrajn, żmien biex nammira l-għeġubijiet tiegħek u nadurak.

Int Mulej, sidi, li tajtni ż-żmien. Jien nagħtik is-sigħat kollha ta’ din il-ġurnata

tal-jiem kollha ta’ ħajti, sal-aħħar mument li ħajti tintemm.

Bro. Louis Camilleri

Missierna ...

Page 53: OTTUBRU 2020 - signumfideimalta · 2020. 9. 28. · 2 SIGNUM FIDEI Il-Ħamis, l-1 t’Ottubru Santa Tereża ta’ Lisieux – reliġjuża, duttur tal-knisja u patruna tal-missjoni

52 SIGNUM FIDEI

It-Tnejn, is-26 t’Ottubru San Everistu – Papa San Dimitri – martri

II-Beatu Bonaventura minn Potenza

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni, tal-Iben li fdieni u

tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.” Qari: 1. Efesin 4: 32 - 5, 8 Imxu fl-imħabba, bħalma Kristu wkoll ħabb lilna. 2. Salm 1: 1-3.4 u 6 Inkunu nixbhu lil Alla, bħala wlied maħbuba. 3. Luqa 13: 10-17 Mela għax illum is-Sibt, din il-mara, bint Abraham, ma kellhiex tinħall mill-irbit? IL-BEATU BONAVENTURA MINN POTENZA (1651-1711) Twieled fl-4 ta’ Jannar 1651, ġewwa Potenza fil-limiti ta’ Napli, l-Italja, ġo familja

fqira, iżda għanja fil-virtujiet. Ta’ 15-il sena daħal mal-Patrijiet Konventwali Minuri, f’Noceva. Huwa kompla

bl-istudji tiegħu. Is-superjuri tiegħu bagħtuh Amalfi u hemm taħt direttur spiritwali kompla jikber fil-virtujiet tal-umiltà, safà u ubbidjenza, fost oħrajn.

Kien ta’ eżempju kbir għal kulħadd. Kellu ubbidjenza għamja għas-superjuri tiegħu. Kien jagħti l-għajnuna tiegħu fil-paroċċa speċjalment lill-batuti, lill-fqar u lill-morda. Meta f’pajjiżu faqqet epidemija, lejl u nhar intefa’ b’ruħu u ġismu jdur bil-morda u jassistihom. Kien jaħdem ħafna mal-priġunieri speċjalment dawk li kienu qed jistennew il-piena tal-mewt, jqararhom u jassistihom.

Bħala saċerdot kien jipprietka u jipprattika d-devozzjoni lejn l-Ewkaristija u l-importanza tas-sagrament tar-rikonċiljazzjoni. Kien iqatta’ ħin twil fil-konfessjunarju tant li ħa l-fama tal-appostlu tal-konfessjunarju u tal-appostlu tal-ubbidjenza.

B’ubbidjenza lejn is-superjuri aċċetta l-kariga ta’ majistru tan-novizzi. Kien irawwem fl-istudenti tiegħu l-prattika tal-virtujiet tal-umiltà u l-ubbidjenza.

Wara 45 sena ta’ servizz impekkabbli, mogħni b’kull virtù Patri Bonaventura mar jingħaqad mal-Mulej. Fl-aħħar nifs ta’ ħajtu kien imdawwar minn sħabu l-patrijiet kollha, u talabhom skuża għal kull darba li naqashom. Kien is-26 ta’ Ottubru 1711.

Fis-26 ta’ Novembru, 1775, il-Papa Piju VI bbeatifikah. Riflessjoni: Fis-Sagrament tal-Maħfra, Alla juri t-triq tal-konverżjoni lejh, u jistedinna biex mill-ġdid nesperimentaw li huwa qrib tagħna. Hija maħfra li tista’ tinkiseb billi, l-ewwel nett, wieħed jgħix il-karità. Dan ifakkarhulna wkoll l-Appostlu Pietru meta jikteb li “l-Imħabba tgħatti kotra ta’ dnubiet” (1 Pt. 4:8). Huwa Alla biss li jaħfer id-dnubiet, iżda lilna wkoll jitlobna li nkunu lesti nuru maħfra lejn l-oħrajn, bl-istess mod li hu jaħfer id-dnubiet tagħna: “Aħfrilna dnubietna, bħalma aħna naħfru lil min hu ħati għalina” (Mt. 6:12). Kemm diqa meta aħna nibqgħu magħluqa fina nfusna u ma nkunux

Page 54: OTTUBRU 2020 - signumfideimalta · 2020. 9. 28. · 2 SIGNUM FIDEI Il-Ħamis, l-1 t’Ottubru Santa Tereża ta’ Lisieux – reliġjuża, duttur tal-knisja u patruna tal-missjoni

SIGNUM FIDEI 53

kapaċi naħfru! Jieħdu r-riħ ir-riżentiment, ir-rabja, il-vendetta, jagħmlulna ħajja ta’ dwejjaq u jxejnu l-impenn ferrieħi għall-ħniena.

Il-Papa Franġisku , silta mill-Ittra Appostolika Misericordia et Misera Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 70, parti mill-1 punt

We must, then, first love God with all our heart, that is, with all our affection, without reserving even the smallest part of it for any creature. We must desire wholeheartedly to love only God, who alone is lovable, because God alone is essentially good. To love anything other than God is to wrong him and to prefer something that is infinitely beneath him. If a creature has some goodness or lovableness in it, this is only an overflow from and a participation in the goodness that comes from God, a goodness that belongs uniquely to God and that God imparts to his creature.

TALBA

Int issejjaħli, Mulej, biex nimxi t-triq miegħek. Iva! Jien nimxi lejk mimli tama fik.

Mexxini int Mulej, imla lil qalbi bi mħabba, b’tenerezza,

b’sentimenti ta’ ħniena u b’tama. Jiena nixtieq inwassal il-bxara t-tajba

lil dawk li llum ser tlaqqgħani magħhom. Bro. Louis Camilleri

Missierna ...

It-Tlieta, is-27 t’Ottubru San Frunenzju - isqof

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni, tal-Iben li fdieni u

tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.” Qari: 1. Efesin 5: 21-33 Dan il-misteru – qiegħed ngħid għal Kristu u għall- Knisja – huwa kbir! 2. Salm 127: 1-5 Hieni kull min jibża’ mill-Mulej. 3. Luqa 13: 18-21 Iż-żerriegħa kibret u saret siġra.

Page 55: OTTUBRU 2020 - signumfideimalta · 2020. 9. 28. · 2 SIGNUM FIDEI Il-Ħamis, l-1 t’Ottubru Santa Tereża ta’ Lisieux – reliġjuża, duttur tal-knisja u patruna tal-missjoni

54 SIGNUM FIDEI

SAN FRUMENZJU (†383) - isqof ta’ Aksum appostlu tal-Etjopja (Abissinja) Frumenzju u ħuh Edesju, Griegi minn Tiru, għadhom tfal, marru għamlu vjaġġ

ma’ zijuhom u t-tutor tagħhom, Metropju, lejn l-Etjopja. Waqt li kienu sejrin lura, daħlu f’port tal-Baħar l-Aħmar għall-proviżjonijiet.

In-nies tal-inħawi qatlu lil kulħadd, ċorma u passiġġieri, minbarra liż-żewġt itfal, li kienu jistudjaw taħt siġra. Ħaduhom bħala lsira lis-sultan ta’ Aksum, fit-Tigre. Għoġbuh bl-imġiba u bix-xjenza tagħhom, hekk li wara ftit ħatar liż-żgħir, Edisju, bħala koppier, u lil Frumenzju bħala segretarju u nutar tal-istat.

Ftit qabel ma miet, is-sultan tahom il-ħelsien. Iżda r-reġina, li baqgħet reġġenti wara, talbithom biex jibqgħu fil-pajjiż, ħalli jgħinuha trabbi sewwa ’l-prinċep u tamministra l-affarijiet. Baqgħu, u bdew ixerrdu r-reliġjon Nisranija.

Bdew biex jistiednu negozjanti Nsara jiġu jgħammru fil-pajjiż u kisbulhom il-privileġġ biex ikunu jistgħu jipprattikaw ir-reliġjon bla xkiel. Imbagħad, bil-kelma u bl-eżempju tagħhom, bdew ukoll jikkonvertu ’l-pagani.

Meta ż-żagħżugħ Sultan Abreha ħa r-riedni f’idejh, Edesju mar lura pajjiżu, Tiru, fejn sar qassis.

Iżda Frumenzju, li l-konverżjoni tal-Abissinja kienet ferm għal qalbu, waqaf Lixandra, fejn talab lil San Atanasju biex jibgħat isqof u xi saċerdoti biex jissuktaw il-konverżjoni tal-pajjiż. San Atanasju qatagħha li ħadd ma kien aħjar minn Frumenzju nnifsu għal dan l-iskop: għalhekk ikkunsagrah isqof (bejn it-340 u t-346).

Hekk bdiet id-dipendenza tal-Insara tal-Abissinja mill-Knisja ta’ Lixandra. Frumenzju mar lura Aksum u għamel bosta konverżjonijiet: waqqaf hemm is-

sedi tiegħu ta’ isqof, għammed lis-sultan u lil ħuh Asbeħa, bena ħafna knejjes, u xerred ir-reliġjon Nisranija mal-Etjopja kollha.

Iż-żewġ aħwa slaten kienu minn tal-ewwel bil-ħeġġa u d-devozzjoni tagħhom: huma meqjumin bħala qaddisin fil-kalendarju tal-Abissini.

L-Imperatur Kostanzu, Arjan, għamel li seta’ biex ixewwex lis-slaten kontra Frumenzju; iżda dawn ma emmnuhx.

Meta l-qaddis miet, 383, il-poplu tah it-titlu ta’ “Abuna” (missierna), jew “Abuna Salam” (il-missier tal-paċi). Dan it-titlu ta’ “Abuna” għadu jġibu sal-lum il-Primat tal-Knisja dissident (Xiżmatika) tal-Abissinja.

Riflessjoni: Il-fidi tfisser ukoll nemmnu fih, nemmnu li tassew iħobbna, li hu ħaj, li għandu l-ħila jidħol b’mod misterjuż fil-ħajja tagħna, li ma jitlaqniex weħidna, li, bil-qawwa tiegħu u bil-kreattività bla tarf tiegħu, mill-ħażin jaf joħroġ it-tajjeb. Tfisser nemmnu li Hu għadu miexi rebbieħ fl-istorja flimkien ma’ “dawk li huma miegħu msejħin u magħżulin u fidili” (Apok. 17:14). Nemmnu fil-Vanġelu li jħabbar li s-saltna ta’ Alla diġà tinsab fid-dinja, u qed tikber ’l hemm u ’l hawn, b’għadd ta’ modi: bħal dik iż-żerriegħa ċkejkna li kapaċi tinbidel f’siġra kbira (ara Mt. 13:31-32), bħal ftit ħmira li tgħolli l-għaġna kollha (ara Mt. 13:33), u bħaż-żerriegħa tajba li tikber f’nofs is-sikrana (ara Mt. 13:24-30) u dejjem għandha l-ħila tissorprendina b’mod sabiħ. Hi preżenti, tiġi mill-ġdid, tħabrek biex twarrad mill-ġdid. Il-qawmien ta’ Kristu jqabbad ma’ kullimkien l-għeruq ta’ din id-dinja ġdida; u anki jekk jinqatgħu, jerġgħu jixirfu, għax il-qawmien tal-Mulej diġà daħal fin-

Page 56: OTTUBRU 2020 - signumfideimalta · 2020. 9. 28. · 2 SIGNUM FIDEI Il-Ħamis, l-1 t’Ottubru Santa Tereża ta’ Lisieux – reliġjuża, duttur tal-knisja u patruna tal-missjoni

SIGNUM FIDEI 55

nisġa moħbija ta’ din l-istorja, għax Ġesù ma qamx għalxejn mill-imwiet. Ejjew ma nibqgħux mal-ġenb ta’ din il-mixja tat-tama ħajja!

Il-Papa Franġisku, silta mill-Eżortazzjoni Appostolika Evangelii Gaudium

Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 12, silta mill-1 punt In today’s Gospel Jesus Christ declares that the kingdom of heaven is like a grain of mustard seed, which is the smallest of all seeds but which, however, when it has grown, becomes a tree such that the birds of the sky come to rest in its branches. The same can be said of something done out of obedience, even though it may be quite insignificant in appearance; it is, nevertheless, quite considerable, because it is done out of obedience. Eating, for instance, gathering up the crumbs remaining on the table, or sweeping a room, washing dishes, attaching a pin: all such tasks seem to be trifles in themselves, but when performed through obedience, they become highly significant actions, because their object is God, whom we obey in performing them. As a result, this virtue, more than any other, can be associated with the theological virtues, for faith is its principle and guide. It is always accompanied by hope and confidence in God, and it is a result of charity and the pure love of God.

TALBA

Alla tiegħi, jiena nemmen, naf u nħoss li inti tjubija kbira. Jiena nemmen li hi kemm hi sabiħa l-ħajja,

din m’għandhiex x’taqsam mas-sbuħija tiegħek. Għalhekk, waqt li narak tant sabiħ, jiena nħobbok,

u nixtieq inħobbok ħafna aktar. Alla tiegħi, inti taf kemm jiena nħobbok ftit.

U kieku mhux bil-grazzja tiegħek ma nħobbok xejn. Żommli ħarsti dejjem fuqek

u tħallini qatt nitilqek minn quddiem għajnejja, ħalli mħabbti tikber għalik,

iżjed u iżjed kuljum. Ammen.

Il-Beatu John Henry Newman Missierna ...

Page 57: OTTUBRU 2020 - signumfideimalta · 2020. 9. 28. · 2 SIGNUM FIDEI Il-Ħamis, l-1 t’Ottubru Santa Tereża ta’ Lisieux – reliġjuża, duttur tal-knisja u patruna tal-missjoni

56 SIGNUM FIDEI

L-Erbgħa, it-28 t’Ottubru San Xmun u San Ġuda – appostli

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni, tal-Iben li fdieni u

tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.” Qari: 1. Efesin 2: 19-22 Mibnija fuq is-sisien tal-appostli.

2. Salm 18: 2-5 Mal-art kollha jasal leħinhom.

3. Luqa 6: 12-16 Ġesù għażel tnax, li semmiehom appostli SAN XMUN U SAN ĠUDA TADDEW (l-1el seklu) - appostli San Xmun hu msemmi ‘Kananew’ jew ‘Żelota’ fl-Iskrittura, kliem li jfisser bl-

aramajk u bil-Grieg l-istess ħaġa: “iż-żelanti”. Uħud fehmu l-ewwel kelma, “Kananew” ħażin u ħasbu li kien minn Kana.

Fil-Vanġelu ma jidher xejn ħlief meta jiġi msemmi fil-lista tal-appostli. Mal-oħrajn irċieva l-Ispirtu s-Santu; iżda wara dan ma nafu xejn fi żgur fuqu, għax it-tradizzjonijiet fuqu ma jaqblu xejn.

Il-kittieba Griegi jgħidu li pprietka l-Vanġelu fix-xtajtiet tal-Baħar l-Iswed, fl-Eġittu, fl-Afrika ta’ Fuq u fil-gżira ta’ Britain.

Dawk tal-Ġeorġja jgħidu li evanġelizza u miet martri fl-Iberja u fil-Kolkidi (bejn il-Kawkażu u l-Armenja).

Waqt li l-Abbissini jħalltuh ma’ San Xmun ieħor, wieħed mit-72 dixxiplu u jagħmluh it-tieni isqof ta’ Ġerusalemm.

It-tradizzjoni tal-Punent tgħid, li wara li pprietka l-Eġittu ngħaqad ma’ San Ġuda, li kien fil-Mesopotanja, u li flimkien marru jevanġelizzaw il-Persja għal xi snin, fejn mietu martri fil-belt ta’ Swanir.

Għalhekk waqt li fil-Lvant għandhom festa separata fi ġranet diversi, fil-Punent għandhom festa waħda flimkien.

L-Appostlu Ġuda, imsejjaħ ukoll Taddew, jew Lebbew, huwa meqjus bħala San Ġakbu ż-Żgħir, u għalhekk qarib il-Mulej (Matt. XIII: 55).

Wara l-Aħħar Ċena, meta Kristu wiegħed lill-appostli li jerġa’ jidhrilhom, San Ġuda staqsieh għaliex ma jidhirx lill-oħrajn ukoll; u Kristu wieġbu li jżur lil dawk kollha li jħobbuh.

L-istorja ta’ San Ġuda wara li niżel l-Ispirtu s-Santu, hi oskura bħal dik ta’ San Xmun. Hemm xi tradizzjonijiet li pprietka fil-Lhudija, fis-Samarja, fl-Idumeja u fil-Mesopotanja; San Pawlinu jgħid li mar jevanġelizza l-Libja.

Hu l-awtur ta’ waħda mill-ittri tal-Appostli, li tixbah ħafna lit-tieni ittra ta’ San Pietru.

Skont it-tradizzjoni tal-Punent, sofra l-martirju ma’ San Xmun fil-Persja. Riflessjoni: Ġesù jitlob, Ġesù jsejjaħ, Ġesù jagħżel, Ġesù jibgħat lid-dixxipli, Ġesù jfejjaq il-folla, qal il-Papa Franġisku. Ġo dan it-tempju, Ġesù, li hu l-ġebla tax-xewka, jagħmel dax-xogħol kollu: huwa Hu li jmexxi l-Knisja ’l quddiem b’dal-mod.

Page 58: OTTUBRU 2020 - signumfideimalta · 2020. 9. 28. · 2 SIGNUM FIDEI Il-Ħamis, l-1 t’Ottubru Santa Tereża ta’ Lisieux – reliġjuża, duttur tal-knisja u patruna tal-missjoni

SIGNUM FIDEI 57

Kif kien jgħid Pawlu, din il-Knisja hija mibnija fuq il-pedament tal-Appostli, dawk li għażel hu: it-tnax. Ilkoll midinbin, ilkoll, saħaq il-Papa. Ġuda ma kienx l-akbar midneb … jien ma nafx min kien l-akbar midneb fosthom! Ġuda, miskin, kien dak li għalaq qalbu għall-imħabba u għalhekk sar traditur. Imma lkoll ħarbu fil-waqt iebes tal-passjoni u ħallew lil Ġesù waħdu. Ilkoll kienu midinbin, imma għażilhom hu.

Il-Kummentarju fuq l-Omelija tal-Papa Franġisku, nhar it-28 t’Ottubru 2014

Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 182, l-1 parti Saint Simon and Saint Jude, seeing the miracles performed by Jesus Christ, despised and quit the world in order to follow him and to be numbered among his disciples. How happy you are to have the same destiny and the advantage of having left the world! You ought to value this grace as one of the greatest you have received in your whole life. Thank God for it every day, and in order to live according to the spirit of your vocation, despise the world, consider it as the enemy of Jesus Christ, and be always opposed to it and to all its maxims. Have a horror of frequenting it, and do not have communication with people who live in it, except insofar as necessity obliges you to do so. This is the way to protect against all its snares and all the dangers you meet there and to preserve the spirit of your vocation. By communicating with the world, we adopt its spirit, which is contrary to that of Jesus Christ. Because the two cannot exist together in a soul, if we fill ourselves with the spirit of the world, we necessarily lose that of Jesus Christ. Today, ask God earnestly through the intercession of the two holy Apostles whose feast the Church is celebrating to inspire you always with more and more separation from the corrupt world and with an attraction to the holy way of the life of Jesus Christ.

TALBA

lil San Ġuda O appostlu qaddis San Ġuda,

sew fidil u ħabib ta’ Ġesù, il-poplu jagħtik ġieħ u jsejjaħlek bħala patrun

ta’ dawk neqsin mit-tama u ħwejjeġ kważi mitlufa. Itlob għalija għax jien ninsab bla ħila u waħdi.

Jekk jogħġbok agħtini l-għajnuna, f’dawn l-aktar mumenti ta’ bżonn, biex ikolli l-faraġ u l-għajnuna mis-sema

fil-bżonnijiet tiegħi, fin-niket tiegħi u fit-tbatijiet tiegħi. U hekk infaħħar ’l Alla miegħek għal dejjem.

Ammen. Missierna ...

Page 59: OTTUBRU 2020 - signumfideimalta · 2020. 9. 28. · 2 SIGNUM FIDEI Il-Ħamis, l-1 t’Ottubru Santa Tereża ta’ Lisieux – reliġjuża, duttur tal-knisja u patruna tal-missjoni

58 SIGNUM FIDEI

Il-Ħamis, id-29 t’Ottubru Santa Margerita

Il-Beatu Mikiel Rua - presbiteru

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni, tal-Iben li fdieni u

tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.” Qari: 1. Efesin 6: 10-20 Ħudu fuqkom l-armatura ta’ Alla, ħalli tkunu tistgħu tieqfu u, wara li tkunu għamiltu ħilitkom kollha, iżżommu weqfin. 2. Salm 143: 1.2.9-10 Imbierek il-Mulej, il-blata tiegħi. 3. Luqa 13, 31-35 Ma għandux ikun li profeta jinqered barra minn Ġerusalemm. IL-BEATU MIKIEL RUA († 1910) - saċerdot Dan il-beatu għen lil San Ġwann Bosco u kien is-suċċessur tiegħu bħala rettur

maġġur tas-Salesjani. Taħt it-tmexxija tiegħu, is-soċjetà, fi 22 sena kibret minn 800 għal 4000 membru. Il-Papa Pawlu VI ddeskrivih bħala qassis xipli, kollu tjubija u ħlewwa, ħsiebu fi

dmirijietu u kollu sagrifiċċju. Mikiel iltaqa’ ma’ Dun Bosco wara li mietlu missieru. Ta’ 16-il sena huwa beda

jmur is-seminarju u jgħix ma’ Dun Bosco fl-oratorju, fejn kien inkarigat mid-dixxiplina u mill-finanzi. Ta’ 18-il sena kien l-ewwel fost id-dixxipli ta’ Dun Bosco li għamel il-voti reliġjużi u tliet snin wara huwa akkompanja lill-fundatur tiegħu f’Ruma u ġarr kopja tal-kostituzzjonijiet miktuba minn idu stess għall-Papa Piju IX.

Meta Dun Rua sar qassis, Dun Bosco ħabbarlu li kellu jara s-soċjetà tinfirex, li kellu jaħdem u jbati iżda li kellu jkollu wkoll il-faraġ u l-għajnuna tal-Mulej.

Dun Rua ġie Malta darbtejn. Riflessjoni: Matul il-proċess quddiem Pilatu, Ġesù, mistoqsi jekk kienx sultan, għall-ewwel jiċħad li kien f’sens terren u politiku; imbagħad it-tieni darba jwieġeb: “Int qed tgħidu; jien sultan. Għal dan twelidt u għal dan ġejt fid-dinja: biex nagħti xhieda għall-verità” (Ġw. 18, 37). Din it-tweġiba tgħaqqad il-missjoni rjali u saċerdotali tal-Messija mal-karatteristika essenzjali tal-missjoni profetika. Il-profeta, infatti huwa msejjaħ u mibgħut biex jagħti xhieda lill-verità. Bħala xhud tal-verità huwa jitkellem f’isem Alla. Huwa b’mod partikulari fil-figura ta’ David, sultan u profeta, li l-karatteristika profetika hija marbuta mal-vokazzjoni rjali. Il-Papa San Ġwanni Pawlu II Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 3, silta mit-2 punt

Those who teach are only God’s voice. The word that makes God known to those whom they instruct must come from him; it is God who speaks in teachers when they explain him and what is related to him. This is why Saint Peter says, If any speak, let it always be clear that God is speaking by their mouth; if any fulfill a ministry, let them

Page 60: OTTUBRU 2020 - signumfideimalta · 2020. 9. 28. · 2 SIGNUM FIDEI Il-Ħamis, l-1 t’Ottubru Santa Tereża ta’ Lisieux – reliġjuża, duttur tal-knisja u patruna tal-missjoni

SIGNUM FIDEI 59

do so as acting only by the power God communicates to them, so that in all things God may be glorified through Jesus Christ. Saint Peter also says on the subject of the truth he was preaching, I will never give up warning you of these things, even though you already know the truth about them, and it is established in you. He adds, We have the word of the Prophets, which is firmly established and to which you do well to be attached, for it is like a lamp shining in a dark place until the day dawns and the morning star rises in our hearts. It was not through human will that in times past prophecy was uttered; rather, it was by the movement of the Holy Spirit that these prophets of God spoke.

TALBA Mulej Ġesù Kristu,

agħmel li ngħannu l-għanja ta’ tifħirek, nithennew fik biss, ngħixu ħajja rżina,

nitilqu wara daharna dak kollu li jħabbatna, u ngħidu lilek biss dak li neħtieġu,

biex bis-sliem li tagħtina nkunu nistgħu ngħammru

fis-saltna ta’ Ġerusalemm tas-sema. Dan jista’ jseħħ bil-għajnuna tiegħek; Inti mbierek u msebbaħ għal dejjem.

Ammen. Sant’ Antnin ta’ Padova

(Kliem ta’... fidi – Pub. ĊAK)

Missierna ...

Il-Ġimgħa, it-30 t’Ottubru Il-Beatu Duminku Collins – reliġjuż, martri

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni,

tal-Iben li fdieni u tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.”

Qari: 1. Filippin 1: 1-11 Dak li beda din l-opra tajba fikom, iwassalha għat-tmiem tagħha sa ma jasal il-jum ta’ Kristu Ġesù. 2. Salm 110: 1-6 Kbar huma l-għemejjel tal-Mulej. 3. Luqa 14: 1-6 Min minnkom se jaqagħlu ibnu jew barri f’ġiebja u għax ikun is-Sibt ma jmurx malajr itellgħu minn hemm?

Page 61: OTTUBRU 2020 - signumfideimalta · 2020. 9. 28. · 2 SIGNUM FIDEI Il-Ħamis, l-1 t’Ottubru Santa Tereża ta’ Lisieux – reliġjuża, duttur tal-knisja u patruna tal-missjoni

60 SIGNUM FIDEI

IL-BEATU DUMINKU COLLINS (1566-1602) - Brother Ġiżwita u martri Twieled fl-1566 minn familja kattolika, f’Youghal, Cork, l-Irlanda. Kemm

missieru u wara ħuh kienu s-sindku tal-belt. Aktarx attenda l-iskola tal-Ġiżwiti. Fl-1583 salpa lejn Franza, u hemmhekk daħal fl-armata Kattolika tad-duka

Mercoeur u biż-żmien sar gvernatur militari. Biż-żmien ġie trasferit għal Spanja. Fl-1598, iltaqa’ ma’ Ġiżwita Irlandiż li ġie biex iqarar lis-suldati fir-Randan.

Duminku wrieh ix-xewqa li jidħol Ġiżwita. Ma tantx għamillu kuraġġ minħabba l-livel ta’ studju, però Dumink wieġeb li għalih kien biżżejjed li jidħol bħala Brother.

Baqa’ jirsisti għaliex għall-ewwel il-Ġiżwiti ma ridux jaċċettawh. Fl-aħħar beda n-novizzjat f’Santiago De Compostela.

Faqqgħet il-pesta u Br. Collins wera qlubija kbira, dar mal-vittmi, morda u l-moribondi.

Fl-1601 reġa’ lura l-Irlanda flimkien ma’ Ġiżwita ieħor, biex jagħti l-għajnuna lis-suldati waqt il-gwerra mal-Ingliżi. Sab ruħu assedjat flimkien ma’ 143 suldat f’kastell żgħir għal diversi xhur. Hawn reġa’ mill-ġdid wera kuraġġ kbir idur mal-feruti u dawk moribondi.

Saħansitra pprova jagħti lilu nnifsu bħala ostaġġ sabiex jieqaf il-ġlied, però kien kollu għalxejn.

Fl-aħħar lilu flimkien ma’ tnejn oħra żammewhom pruġinieri u l-oħrajn inqatlu kollha.

Kien interrogat f’Cork. Sofra terturi liema bħalhom biex jippruvaw jibdlulu fehmtu u jipperswaduh isir protestant. Saħansitra anke membri mill-familja tiegħu qalulu jagħmilha tabirruħu dar biex jeħles il-martirju, però Duminku baqa’ ma ċediex.

Fil-31 ta’ Ottubru 1602, libes il-libsa ta’ Ġiżwita, għaddewh mit-toroq ta’ beltu għal post tal-eżekuzzjoni.

Tkellem bil-ħeġġa mal-folla bl-Irlandiż, Ingliż u Spanjol. Qalilhom li kien ferħan li kien reġa’ lura l-Irlanda biex jiddefendi l-fidi Kattolika. Huwa ġie mgħallaq quddiem folla emozzjonata għall-aħħar.

Bil-lejl xi kattoliċi tal-belt, ħadu l-ġisem tiegħu u difnuh f’post sigriet. Mal-ewwel beda jissejjaħ venerabbli u l-fama tiegħu nxterdet mal-Irlanda u l-Ewropa. Ħafna mirakli ġew attribwiti l-interċessjoni tiegħu.

Il-Papa San Ġwanni Pawlu II bbeatifikah, fl-1992. Huwa wieħed mill-aktar beati popolari fl-Irlanda.

Riflessjoni: Ġesù jagħmel żewġ mistoqsijiet lill-mistiedna tiegħu dwar għemil tajjeb nhar ta' Sibt, iżda dawn ma weġbux. Is-skiet tagħhom kien intenzjonat. Huma kienu jafu li kien qed jisfida xi ħaġa inumana fil-fehma ġewwinija u l-prattika tagħhom ta’ nhar ta’ Sibt. Mgħamula għomja u muti bil-formalità tar-reliġjon u l-prattiċi tagħha, ma kinux lesti jaċċettaw il-verità li dak li jrid Alla huwa ħniena u mħabba, mhux sagrifiċċju u fanatiżmu! Illum il-ġurnata, minn naħa, jista' jinstema' ħafna storbju, fiċ-ċentri tal-irtiri u laqgħat tat-talb, filwaqt li min-naħa l-oħra, għandna t-tendenza li nisktu f'okkażjonijiet meta u fejn il-Mulej verament iridna nitkellmu. My Daily Gospel 2020

Page 62: OTTUBRU 2020 - signumfideimalta · 2020. 9. 28. · 2 SIGNUM FIDEI Il-Ħamis, l-1 t’Ottubru Santa Tereża ta’ Lisieux – reliġjuża, duttur tal-knisja u patruna tal-missjoni

SIGNUM FIDEI 61

Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 69, silta mill-1 punt

In the first place, your students observe you; this is why you are obliged to give them good example by your teaching, imitating our Lord in this, who, according to what Saint Luke tells us in the Acts of the Apostles, began to do before teaching. This is also something that will make you esteemed by your students; this is why, to accomplish your duties worthily in their regard, it is important that your actions teach them more than your words do. As the same Saint Paul adds to Titus, Let your words be without reproach, not only as to sound doctrine but also as a sign and effect of your virtue. Those whom you instruct, then, as Saint Paul adds, will not find anything to criticize in what you tell them, seeing that it conforms with what you do. Is this how you act? Do you teach your disciples anything you do not practice? When you tell them to be self-controlled, are you the very first to act that way? When you urge them to pray to God with piety, do you do so? Do you have the same charity for them that you want them to have for their companions? By conduct of this sort, you will be a model of good works in all things, especially in what concerns doctrine.

TALBA

Issa li sejjaħtli biex inxandar il-kelma tiegħek, għinni ngħix bik, Mulej,

u nkun strument tal-paċi tiegħek. Ġorrni mit-Tabor tal-kontemplazzjoni,

lejn il-witja tal-impenn fil-ħajja ta’ kuljum. U jekk l-għemil inixxifli ħajti,

mexxini lejn l-għolja tas-silenzju. Minn hemm fuq

nikxef is-sigrieti tal-kontemplazzjoni, u l-ħarsa tiegħi missjunarja tasal aktar malajr

lejn it-trufijiet tal-art. Don Tonino Bello

(Kliem ta’ ...fidi – Pub. ĊAK)

Missierna ...

Page 63: OTTUBRU 2020 - signumfideimalta · 2020. 9. 28. · 2 SIGNUM FIDEI Il-Ħamis, l-1 t’Ottubru Santa Tereża ta’ Lisieux – reliġjuża, duttur tal-knisja u patruna tal-missjoni

62 SIGNUM FIDEI

Is-Sibt, il-31 t’Ottubru San Alfons Rodrigues – reliġjuż

Il-Beatu Angelo ta’ Acri – kapuċċin

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni, tal-Iben li fdieni u

tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.” Qari: 1. Filippin 1: 18b-26 Għalija l-ħajja hi Kristu, u l-mewt hi rebħ. 2. Salm 41: 2.3.5bċd Ruħi għatxana għal Alla, għal Alla l-ħaj. 3. Luqa 14: 1.7-11 Kull min jitkabbar, jiċċekken; u min jiċċekken, jitkabbar. IL-BEATU ANGELO TA’ ACRI (1669-1739) Huwa kien iben ta’ ġenituri fqar, kien jismu Antonio Luca Falcone u twieled fis-

19 ta’ Ottubru 1669. Ipprova jidħol mal-Kappuċċini ta’ 18-il sena iżda sab il-ħajja ħarxa ħafna. Bil-

għajnuna ta’ ħafna talb huwa pprofessa fit-tielet darba li pprova wara novizzjat imqanqal ħafna, fl-1691. Ħa l-isem ta’ Angelo.

Fl-ewwel prietka li għamel, il-fiduċja fih innifsu u l-memorja ħallewh u niżel minn fuq il-pulptu konfuż. Meta qagħad jaħseb fuq dan id-diżappunt deherlu li l-Mulej qallu: “Għall-ġejjieni, Angelo, ipprietka b’mod sempliċi u kif jitkellmu n-nies, biex jista’ jifhmek kulħadd.”

Huwa sar wieħed mill-aqwa predikaturi ta’ żmienu u mexxa missjonijiet f’pajjiżu u xerred id-devozzjoni lejn il-Kwaranturi (40 siegħa adorazzjoni ta’ Ġesù Sagramentat) sakemm miet.

Kien jgħaddi ħin twil jitlob u jagħmel penitenzi ħorox biex jikkumbatti t-tentazzjonijiet li kien ikollu.

Huwa kiteb ktieb wieħed biss, ġabra ta’ talb fuq it-tbatijiet ta’ Kristu, għas-sorijiet Kappuċċini li huwa waqqaf f’Acritania.

Angelo laħaq provinċjal kappuċċin fil-Kalabrija, u kienu jsejħulu ‘L-Anġlu tal-Paċi’ bil-mod seren li kien imexxi l-provinċja.

Miet fit-30 ta’ Ottubru 1739, ta’ 70 sena. Il-Papa Ljun XII ibbeatifikah fit-18 ta’ Diċembru 1825.

Riflessjoni: Alla għażel b'omm waħda verġni umli u mhux magħrufa mill-bnedmin, fqira u sempliċi, f'rokna tal-Lhudija: kien jisimha Marija, u kienet għarusa ta' mastrudaxxa, il-glorjuż San Ġużepp. Huma kienu jgħixu ħajja modesta u kienu jaqalgħu l-ħobżna ta' kuljum bl-għaraq ta' ġbinhom. Din il-verġni hekk sempliċi, iżda safja u għanja b'kull virtù quddiem Alla, ġiet magħżula biex tkun ommu, imbierka min-nisa kollha u mimlija bil-grazzja. Kemm huma differenti l-ġudizzji tal-bnedmin minn dawk ta' Alla! Ammira l-providenza adorabbli tiegħu, li tħares b'għajnejn ta' mħabba lejn il-qaddejja tiegħu fidili, fqar u umli, u terfagħhom għal kull kobor sublimi, waqt li tistmell lis-suppervi u 'l-kburin. Tgħallem minn Marija, ommok, ħa tħaddan il-faqar u l-umiltà, biex ikun jistħoqqlok tiġi

Page 64: OTTUBRU 2020 - signumfideimalta · 2020. 9. 28. · 2 SIGNUM FIDEI Il-Ħamis, l-1 t’Ottubru Santa Tereża ta’ Lisieux – reliġjuża, duttur tal-knisja u patruna tal-missjoni

SIGNUM FIDEI 63

eżaltat għall-glorja eterna. Għax hemm miktub: “Kull min jitkabbar jiċċekken, u min jiċċekken jitkabbar”. San Nerik de Ossó Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 69, silta mit-3 punt

You ought to seek to edify your virtues particularly by your seriousness and self-control. If they notice in you any signs of levity or thoughtlessness, they will easily be scandalized, whereas if you go among them in a reserved manner, they will have a high regard for you. To this might be added what the Wise Man says, that people judge others by their external appearance. So people will readily come to the conclusion that there is little piety and recollection in you whenever they see you in thoughtless behavior. But if you show a simple and serious exterior, people will soon conclude that your inner life too is well-controlled and that there is reason to believe that you are fit to educate your disciples in the Christian spirit.

TALBA għall-qdusija

Onfoħ fija, O Spirtu Qaddis, sabiex ħsibijieti jkunu qaddisa. Aħdem fija, O Spirtu Qaddis,

sabiex xogħli wkoll ikun qaddis. Rażżanli qalbi, O Spirtu Qaddis,

sabiex inħobb biss dak li hu qaddis. Saħħaħni, O Spirtu Qaddis,

sabiex inħares dak li hu qaddis. Ħarisni mela, O Spirtu Qaddis,

sabiex jiena nkun dejjem qaddis. Santu Wistin

Missierna ...

JGĦIX ĠESU’ F’QALBNA !

GĦAL DEJJEM

Page 65: OTTUBRU 2020 - signumfideimalta · 2020. 9. 28. · 2 SIGNUM FIDEI Il-Ħamis, l-1 t’Ottubru Santa Tereża ta’ Lisieux – reliġjuża, duttur tal-knisja u patruna tal-missjoni

64 SIGNUM FIDEI

It-Talba tas-Signum Fidei Missierna li inti fis-smewwiet, fil-providenza tiegħek, Inti għoġbok tagħżilni biex inkun Sinjal ta’ Fidi f’dinja mimlija konfużjoni u inċertezzi. Ixgħel fija u fil-membri kollha tas-Signum Fidei, spirtu qawwi ta’ FIDI u ĠENEROŻITÀ, ħalli meta niġi biex nikkommetti ruħi fl-appostolat, nimxi fuq l-eżempju ta’ San Ġwann Battista De La Salle, u ndawwal oħrajn, biex huma wkoll jikkonsagraw ħajjithom, ħalli jwasslu l-Vanġelu lid-dinja fl-edukazzjoni. Bierek ix-xogħol ta’ ħutna, huma fejn huma, biex flimkien , imdawwla bl-entużjażmu tal-Ispirtu tal-imħabba tiegħek, insiru dejjem aktar il-melħ tad-dinja, id-dawl tad-dinja, l-aktar fost il-fqar u , dawk li jinsabu bogħod mis-salvazzjoni li inti toffri. Ilqa’ ġewwa dirgħajk lil ħutna li telqu qabilna bis-sinjal tat-twemmin u li issa jinsabu reqdin fil-paċi tiegħek. Qed nitolbok dan, permezz ta’ Ġesù Kristu, ibnek l-għażiż. Ammen Id-Direzzjoni: min jixtieq xi tagħrif dwar is-Signum Fidei jekk jogħġbu jikkuntatja lil:

Signum Fidei, Dar il-Frères, Triq Antonio Sammut, Il-Gżira. GŻR1563

Page 66: OTTUBRU 2020 - signumfideimalta · 2020. 9. 28. · 2 SIGNUM FIDEI Il-Ħamis, l-1 t’Ottubru Santa Tereża ta’ Lisieux – reliġjuża, duttur tal-knisja u patruna tal-missjoni

SIGNUM FIDEI 65

Ir-Rużarju tal-Verġni Marija, li ssawwar bil-mod il-mod matul it-tieni millennju taħt il-ħarsien ta’ l-Ispirtu ta’ Alla, huwa talba li ħafna Qaddisin għożżewha u li l-Maġisteru tal-Knisja jinkoraġġiha. Fis-sempliċità u l-profondità tagħha, din tibqa’ talba b’tifsira kbira, anki f’dan it-tielet millennju li għadu kemm beda, u għandha twassal għal ħafna frott ta’ qdusija. Tinkwadra tajjeb fil-mixja spiritwali tal-kristjaneżmu, li wara elfejn sena ma tilef xejn mis-safa tiegħu tal-bidu, u jħoss l-Ispirtu ta’ Alla jqanqlu biex “jaqdef ‘il barra

fil-fond” ħalli mill-ġdid jxandar quddiem id-dinja, anzi ‘jgħajjat’ b’leħen għoli, li Kristu huwa l-Mulej u l-Feddej, “it-triq, is-sewwa u l-ħajja” (Ġw 14, 6), li huwa “l-iskop ta’ l-istorja tal-bniedem, il-punt li lejh jieħdu x-xewqat ta’ l-istorja u taċ-ċiviltà”.

Fil-fatt, għalkemm ir-Rużarju hu ta’ xejra marjana ċara ħafna, imma fil-qalba tiegħu hu kristuċentriku. Fis-sobrjetà ta’ l-elementi tiegħu, insibu miġbura l-profondità tal-messaġġ ta’ l-Evanġelju kollu kemm hu; kważi nistgħu ngħidu li hu kompendju tiegħu. Fih tidwi t-talba ta’ Marija, il-Magnificat dejjiemi tagħha għall-opra fejjieda ta’ l-Inkarnazzjoni li bdiet fil-ġuf verġinali tagħha. Bir-Rużarju, il-poplu nisrani jpoġġi ruħu fl-iskola ta’ Marija, u jasal biex jikkontempla l-ġmiel tal-wiċċ ta’ Kristu u jagħmel esperjenza tal-kobor bla qies ta’ l-imħabba tiegħu. Bir-Rużarju, il-fidili jistgħu jirċievu kotra kbira ta’ grazzja, bħal qishom jirċevuha mill-idejn stess ta’ Omm il-Feddej. Papa Ġwanni Pawlu II Silta mill-Ittra Appostolika “Rosarium Virginis Mariae”