politika strateĠika nazzjonali gĦal tnaqqis fil-faqar … strategy... · 2015-04-23 · il-gvern...

93
POLITIKA MALTA 2014-2024 STRATEĠIKA NAZZJONALI GĦAL TNAQQIS FIL-FAQAR U GĦAL INKLUŻJONI SOĊJALI

Upload: others

Post on 08-Jan-2020

12 views

Category:

Documents


0 download

TRANSCRIPT

POLITIKA

MALTA 2014-2024

STRATEĠIKA NAZZJONALI GĦALTNAQQIS FIL-FAQAR U GĦAL

INKLUŻJONI SOĊJALI

WerrejLista ta’ Figuri u Skedi 4Taqsir Ta’ Kliem (Ingliż - Malti) 5Messaġġ mill-Prim Ministru 6Kelmtejn Qabel mill-Ministru tal-Familja u Sigurtá Soċjali 8Sommarju Eżekuttiv 10Il-Missjoni Tagħna 12

1. Preambolu 13 1. 1. Definizzjoni tal-Faqar 14 1.2. Tifsira tal-Istatistika 16 1.3. Definizzjoni ta’ Faqar f’din l-Istrateġija 16 1.4. Metodoloġija 17

2. L-Isfond 20 2.1. Il-Faqar u l-Esklużjoni Soċjali fl-UE u lil hinn minnha 20 2.2. Il-Faqar u l-Esklużjoni Soċjali f’Malta 22 2.3. Xejriet Soċjo-Demografiċi 25 2.4. Il-Firxa Ġeografika tal-Faqar 26 2.5. Il-Gruppi Vulnerabbli Ewlenin 29 2.5.1. Tfal u Żgħażagħ 30 2.5.2 Anzjani 34 2.5.3 Persuna Qegħda 36 2.5.4 Persuni li jaħdmu u qed jesperjenzaw l-faqar 39 2.5.5 Gruppi Vulnerabbli oħra 41 2.6. Sfidi Ewlenin 41

3. Azzjonijiet u Rakkomandazzjonijiet 44 3.1. Dħul u Benefiċċji Soċjali 46 3.2. Xogħol 54 3.3. Edukazzjoni 64 3.4. Saħħa u Ambjent 72 3.5. Servizzi Soċjali 75 3.5.1. Servizzi ta’ Ħarsien Soċjali 78 3.5.2. Djar 82 3.6. Kultura 86 4. Konklużjoni 88

5. Referenzi 90

LISTA TA’ FIGURI U SKEDI

Skedi Skeda 1: Persuni fir-riskju/barra r-riskju ta’ Faqar jew Esklużjoni Soċjali minħabba Deprivazzjoni Materjali 2013 - 23 Skeda 2: Ir-rata ta’ Riskju ta’ Faqar jew Esklużjoni Soċjali skont il-Ġeneru u d-Distrett 2013 - 27 Skeda 3: Persuni ta’ 16-il sena jew aktar f’Riskju ta’ Faqar jew Esklużjoni Soċjali skont il-Ġeneru u l-Ogħla Livell ta’ Edukazzjoni milħuq fl-2013 - 60 Skeda 4: Differenzi Reġjonali f’Malta 2013 - 68 Skeda 5: Familji skont in-Numru ta’ Kmamar għal kull Persuna 2013 - 83

Figuri Figura 1: Ir-Rata ta’ Teħid ta’ Benefiċċji Supplimentarji fil-Gżejjer Maltin 2012 - 28 Figura 2: Tfal bejn 0 u 17-il sena f’Riskju ta’ Faqar jew Esklużjoni Soċjali: 2005-2013 - 31 Figura 3: Żgħażagħ bejn it-18 u l-24 sena f’Riskju ta’ Faqar jew Esklużjoni Soċjali: 2005-2013 - 33 Figura 4: Anzjani (65 sena jew akbar) f’Riskju ta’ Faqar jew Esklużjoni Soċjali: 2005-2013 - 35 Figura 5: Il-Qgħad u r-Riskju Ta’ Faqar jew Esklużjoni Soċjali: 2005-2013 - 38 Figura 6: Faqar fost Nies li Jaħdmu: 2005-2012 - 40 Figura 7: Sitt Dimensjonijiet ta’ Benessere - 42 Figura 8: In-Nefqa minn But il-Pazjent - 69

TAQSIR IL-KLIEM (Ingliż-Malti)

AROPE Ir-Rata ta’ f’Riskju ta’ Faqar jew Esklużjoni SoċjaliARP Ir-Rata ta’ f’Riskju ta’ FaqarCPS Servizzi ta’ Ħarsien għat-TfalDES Id-Direttorat ta’ Servizzi EdukattiviDQSE Id-Direttorat għal Kwalità u Standards fl-EdukazzjoniEaSI Xogħol u Innovazzjoni SoċjaliERDF Il-Fond Ewropew għal Żvilupp ReġjonaliESF Il-Fond Soċjali EwropewESL Studenti bi Tluq Bikri mill-IskolaEU UE Unjoni EwropeaEURES Servizzi Ewropej tal-ImpjiegiFEAD Fond għall-Għajnuna Ewropea għall-Persuni l-aktar fil-bżonnFSWS Il-Fondazzjoni għal Servizzi ta’ Ħarsien SoċjaliGDP PGD Prodott Gross DomestikuIT Teknoloġija tal-InformazzjoniKNPD Il-Kummissjoni Nazzjonali għal Persuni b’DiżabilitàLWI Intensità Baxxa ta’ XogħolMCESD Il-Kunsill Malti għal Żvilupp Ekonomiku u SoċjaliMD Deprivazzjoni MaterjaliMDR Ir-Rata ta’ Deprivazzjoni MaterjaliMDH L-Isptar Mater DeiMEDE Il-Ministeru tal-Edukazzjoni u x-XogħolMFSS Il-Ministeru tal-Familja u Solidarjetà SoċjaliNEI Dħul Nazzjonali EkwivalizzatNRP Programm Nazzjonali ta’ RiformaNSO L-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika

PIRLS Progress fl-Istudju Internazzjonali dwar il-ħila li wieħed jaf jaqra u jiktebPISA Programm għall-Valutazzjoni Internazzjonali tal-IstudentPROGRESS Programm Komunitarju għal Impjiegi u Solidarjetà SoċjaliR&D Riċerka u ŻviluppSILC Stħarriġ dwar Dħul u Kundizzjonijiet tal-GħajxienTIMSS Xejriet fl-Istudju Internazzjonali tal-Matematika u x-XjenzaWHO L-Organizzazzjoni Dinjija tas-SaħħaWI Intensità ta’ Xogħol

Figura 1: Ir-Rata ta’ Teħid ta’ Benefiċċji Supplimentarji fil-Gżejjer Maltin 2012 - 28 Figura 2: Tfal bejn 0 u 17-il sena f’Riskju ta’ Faqar jew Esklużjoni Soċjali: 2005-2013 - 31 Figura 3: Żgħażagħ bejn it-18 u l-24 sena f’Riskju ta’ Faqar jew Esklużjoni Soċjali: 2005-2013 - 33 Figura 4: Anzjani (65 sena jew akbar) f’Riskju ta’ Faqar jew Esklużjoni Soċjali: 2005-2013 - 35 Figura 5: Il-Qgħad u r-Riskju Ta’ Faqar jew Esklużjoni Soċjali: 2005-2013 - 38 Figura 6: Faqar fost Nies li Jaħdmu: 2005-2012 - 40 Figura 7: Sitt Dimensjonijiet ta’ Benessere - 42 Figura 8: In-Nefqa minn But il-Pazjent - 69

Messaġġ mill-Prim Ministru

Dan huwa Gvern iggwidat mill-valur tal-ġustizzja soċjali. Gvern li ma’ kull jum li jgħaddi jistinka favur tmexxija politika u ekonomika li twieżen lid-dgħajjef u lill-vulnerabbli.

Fl-aħħar snin rajna l-faqar f’pajjiżna jerġà jerfà rasu. L-istatistika turi li bejn l-2008 u l-2013 irdoppja n-numru ta’ nies li ma jifilħux jagħmlu ċertu spejjeż bażiċi. In-numru ta’ nies f’riskju ta’ faqar żdied b’20,000 għal kważi 100,000 persuna. Dawn m’humiex ċifri imma bnedmin. Għalina din m’hijiex perċezzjoni imma problema li biex tegħlibha l-ewwel trid tirrikonoxxiha.Dan il-Gvern diġà beda jwettaq miżuri konkreti.

Deċiżjonijiet ibbażati fuq opportunitajiet u mhux fuq dipendenzi, fuq il-bżonn ta’ tkabbir ekonomiku biex jinħoloq il-ġid li mbagħad jitqassam b’mod ġust. Daħħalna aktar flus fil-but tal-familji billi raħħasna l-kontijiet tad-dawl u l-ilma u neħħejna t-taxxa minn fuq dawk li jaqilgħu l-paga minima. Illum qed nagħmlu pass ieħor ’il quddiem. Għax nemmnu li t-tnaqqir fil-livelltal-għajxien hija realtà li ma tridx taħrab minnha, dan il-Gvern qed iniedi l-politika tiegħu kontra l-faqar u l-esklużjoni soċjali. Hija strateġija multi-dixxiplinarja mibnija fuqis-solidarjetà, id-dinjità u l-ugwaljanza li tgħinna nagħtu direzzjoni lill-familji tagħna, b’impenn determinat, għall-għaxar snin li ġejjin. Ħadd m’hu eskluż mill-possibilità li jaqà fil-faqar, magħruf jew moħbi, minħabba ċirkostanza jew oħra. L-akbar riskju huwa fuq l-anzjani, in-nies bla xogħol, il-ħaddiema b’kundizzjonijiet ħżiena u fuq kollox it-tfal li, nemmen jien, għandhom ikunu l-akbar priorità fil-ġlieda tagħna kontra l-faqar.

Fi tmiem din is-sena skolastika 22,000 tifel u tifla, f’9,000 familja bi dħul baxx, se jgawdu minn suppliment ġdid bil-kundizzjoni li t-tfal jattendu għal 95 fil-mija tal-ġranet ta’ skola. Għaliex aħna nemmnu li l-edukazzjoni hija l-aqwa għodda biex jitnaqqasil-faqar, biex uliedna jkunu aħjar minna. Il-miżuri li qed nieħdu f’dan il-qasam jitkellmu waħedhom. Żidna n-nefqa fuq l-edukazzjoni b’10 fil-mija u saħħaħna l-investiment f’aktar skejjel moderni.Bdejna bit-twettiq tal-inizjattiva tablet għat-taħriġ tat-tfal u s-sena sabbaticalgħat-taħriġ tal-għalliema. Tajna software b’xejn lil eluf ta’ studenti u żidna l-istipendji pro-rata skont l-għoli tal-ħajja. Aħna kommessi li nibqgħu nimplimentaw dawn il-bidliet pożittivi. L-edukazzjoni hija ċ-ċavetta għal mobbilità soċjali. Meta t-tfal jiksbu l-ħiliet meħtieġa u l-attitudnijiet xierqa, huma jkunu qed jiżviluppaw soċjalment u personalment, u għalhekk f’pożizzjoni aħjar li jimxu ’l quddiem f’impjiegi ta’ kwalità. Għax ix-xogħol huwa għodda oħra għal ġlieda fattwali kontra l-faqar. Bil-politika dwar is-suq attiv tax-xogħol, dan il-Gvern qed iħajjar biex persuni fuq benefiċċji soċjali jkunu mħajjra, b’mod proattiv bi skemi innovattivi, biex jidħlu fid-dinja tax-xogħol. Miżura ewlenija li, jiena konvint, se tħalli l-frott tagħha hija l-in-work benefit kull sena għal kull wild ta’ żewġ ġenituri li jkunu jaħdmu bi dħul baxx.

Flimkien mat-tkomplija tas-servizz ta’ childcare b’xejn għal kulħadd, u tal-garanzija għaż-żgħażagħ, din il-ħidma se tfisser li l-familji tal-ħaddiema u tal-middle class ikunu jistgħu jgawdu minn titjib fil-livell tal-għajxien tagħhom. Fadal x’isir biex insaħħu l-inklussività soċjali. Irridu nassiguraw li s-sistema ta’ protezzjoni soċjali tkun taħdem sew u tilħaq lil min għandu bżonnha. Hija l-intenzjoni tagħna li, f’dan il-qasam, nibqgħu nisfidaw l-istatus quo biex inbiddlu l-mod kif isiru l-affarijiet biex nassiguraw rispett sħiħ lejn id-drittijiet fundamentali tal-bniedem filwaqt li nilħqu l-potenzjal tal-familji beżlin tagħna fi ħdan soċjetà aktar b’saħħitha u aktar ġusta li minnha jgawdi kulħadd.

Joseph Muscat Prim Ministru

Kelmtejn Qabel mill-Ministru tal-Familja u Solidarjetà Soċjali

It-tnaqqis fil-faqar trid tħares lejh minn perspettiva multi-dimensjonali. Waqt li ħlasijiet diretti jgħinu biex tonqos it-tbatija, dawn jistgħu ma jkunux biżżejjed biex itaffu mill-faqar u l-esklużjoni soċjali. Għaldaqstant, strateġija effettiva u ħolistika biex ikun indirizzat il-faqar teħtieġ li tkun imsejsa fuq metodu varjat li jqis sewwa r-rwoli essenzjali tad-dħul u l-benefiċċji soċjali, ix-xogħol, l-edukazzjoni, is-saħħa u l-ambjent, is-servizzi soċjali u l-kultura.Fejn jidħol il-ħarsien soċjali f’Malta, li jinkludi s-saħħa, l-edukazzjoni, id-djar u l-ħlasijiet ta’ benefiċċji, dan ilaħħaq għal aktar minn 25% tal-PGD. Minn baġit għal infiq totali ta’ €2.8 biljun il-Gvern qed jonfoq €1.2 biljun fi ħlasijiet ta’ sigurtà soċjali, €490 miljun fuq is-saħħa u €480 miljun fuq l-edukazzjoni, li jtellgħu n-nefqa għal aktar

minn €2 biljuni. Din ix-xorta ta’ nfiq għalhekk hija l-qafas li fuqu jistrieħ l-impenn tal-Gvern Malti li jiġġieled il-faqar u jkattar il-benessere b’mod ġenerali.

Il-Gvern jipprovdi kura tas-saħħa u edukazzjoni bla ħlas lil kulħadd, kif ukoll abitazzjoni lil madwar 9,000 familja u sussidji diretti fuq djar lil 1,240 familja oħra. Huwa stmat li dawn is-sussidji jgħinu lill-familji bi dħul baxx b’madwar €2,000 fis-sena. L-introduzzjoni riċenti ta’ servizzi bla ħlas ta’ kura u ħarsien għat-tfal ta’ ġenituri li jaħdmu u t-tnaqqis fil-prezzijiet tad-dawl u l-ilma kienu ta’ benefiċċju għall-familji. Minbarra li jtejbu l-impatt u l-effiċjenza fl-ispiża tal-ħarsien soċjali ta’ Malta, l-azzjonijiet preżentati f’din l-istrateġija jkomplu jsaħħu l-impenn tal-Gvern biex itejjeb il-kwalità ta’ ħajja ta’ kulħadd, speċjalment ta’ dawk bi dħul baxx.

Il-miżuri tal-Baġit 2015, kif imħabbra fis-17 ta’ Novembru 2014, ikomplu jikkonfermaw l-impenn tal-Gvern biex inaqqas il-faqar u jkattar l-inklużjoni soċjali. Suppliment ġdid għat-tfal qiegħed jiġi introdott għall-familji kollha li għandhom dħul fis-sena li ma jaqbiżx il-€11,900. Dan is-suppliment ser jagħti €400 fis-sena għal kull wild sa l-ewwel

tlett itfal u €200 fis-sena mir-raba’ wild ’il fuq. Barra minn hekk, il-Gvern qiegħed ikompli jsaħħaħ il-kunċett ta’ “nagħmlu x-xogħol jirrendi” (making work pay) billi jintroduċi skema ta’ in-work benefit għall-familji bi dħul baxx u medju fejn iż-żewġ ġenituri huma f’impjieg u għandhom tfal dipendenti fuqhom li m’għandhomx aktar minn 23 sena. Dawn il-familji ser jirċievu ħlas sa massimu ta’ €1,000 fis-sena għal kull wild, filwaqt li ġenitur li qed irabbi l-ulied waħdu/waħedha ser j/tirċievi ħlas sa massimu ta’ €1,200 għal kull wild fis-sena. Bl-għan li jinħolqu opportunitajiet u mhux dipendenzi, minbarra dawn il-miżuri li semmejt, it-tnaqqis gradwali tal-benefiċċji soċjali ser jitwessa’ biex b’hekk jiżdied id-dħul tal-familji u jitkattar ix-xogħol. Nafu wkoll li s-servizz bla ħlas ta’ kura u ħarsien tat-tfal li ġie introdott fl-2014, huwa forma ta’ dħul in-kind ekwivalenti għal €4,000 kull wild.

Rigward l-anzjani tagħna, l-għotja ta’ €300 fis-sena lil dawk li għalqu l-75 sena daħlet fit-tieni sena tagħha. Ħlas ieħor ta’ €100 jew €200 ibbażat fuq in-numru ta’ kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali mħallsa, ser jingħata lil dawk il-persuni li qabżu l-età tal-irtirar, fil-maġġoranza tagħhom nisa, li m’humiex qed jirċievu pensjoni tas-sigurtà soċjali. Ħaddiema li qed joqorbu lejn l-età tal-irtirar u għandhom kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali neqsin ser jingħataw il-possibiltà li jħallsu l-arretrati tal-kontribuzzjonijiet biex b’hekk ikollhom rata ta’ pensjoni aħjar.

Din l-istrateġija tippreżenta sensiela ta’ azzjonijiet li jiffukaw fuq l-immodernizzar u l-impatt tas-servizzi soċjali; aktar impenn mill-istudenti u l-kisba ta’ edukazzjoni ogħla u aħjar; titjib fl-opportunitajiet ta’ taħriġ vokazzjonali li jwassal għal impjiegi ta’ kwalità aħjar; it-tisħiħ tal-kura primarja tas-saħħa u l-promozzjoni ta’ stili ta’ ħajja aktar sani; u għarfien kulturali akbar.

Dawn l-azzjonijiet strateġiċi huma mistennija jgħinu fit-titjib ta’ oqsma diversi li, direttament jew indirettament, huma mistennija li jħallu effett fuq it-tnaqqis fil-faqar, sabiex eventwalment itejbu l-prosperità ekonomika ta’ kulħadd.

Michael FarrugiaMinistru tal-Familja u Solidarjetà Soċjali

10 POLITIKA STRATEĠIKA GĦAL:TNAQQIS FIL-FAQAR U GĦAL INKLUŻJONI SOĊJALI 2014-2024

Sommarju EżekuttivDin il-politika strateġika turi l-impenn kontinwu ta’ Malta biex tnaqqas il-faqar u l-esklużjoni soċjali billi tkattar il-benessere u ttejjeb il-kwalità ta’ ħajja għal kulħadd. Il-faqar għandu ħafna wċuħ u dejjem qed isir iżjed kumpless minħabba xejriet u realtajiet li dejjem qed jevolvu.

Dan id-dokument jagħraf tliet sfidi ewlenin li jistgħu jiddeterminaw is-success ta’ Malta fil-ġlieda tagħha kontra l-faqar u l-esklużjoni soċjali. Dawn huma:

• Żieda fl-iżvilupp nazzjonali sostenibbli,• Promozzjoni ta’ empowerment u solidarjetà soċjali, u• Tisħiħ tas-servizzi soċjali.

Waqt li tagħraf li ebda persuna m’hi eskluża mill-possibiltà li taqa’ f’riskju ta’ faqar u esklużjoni soċjali, l-istrateġija tiffoka fuq erba’ gruppi tal-popolazzjoni: (i) it-tfal, (ii) l-anzjani, (iii) in-nies qegħda, u (iv) il-foqra li jaħdmu. Din il-politika strateġika tikkonċentra fuq sitt dimensjonijiet ewlenin li jistgħu jgħinu biex jiddeterminaw jew itaffu l-faqar u l-esklużjoni soċjali. Dawn huma (a) dħul u benefiċċji soċjali, (b) impjieg, (c) edukazzjoni, (d) saħħa u ambjent, (e) servizzi soċjali, u (f) kultura. Id-dokument iressaq diversi proposti ta’ azzjonijiet strateġiċi li għandhom jitwettqu fi ħdan kull waħda minn dawn id-dimensjonijiet bil-ħsieb li jkun hemm titjib fil-prospetti taċ-ċittadini kollha, b’mod partikolari ta’ dawk vulnerabbli. Dawn il-proposti jvarjaw, fost oħrajn, minn titjib fis-sistemi ta’ ħarsien soċjali u l-promozzjoni ta’ miżuri ta’ attivazzjoni, għall-ħolqien ta’ aktar opportunitajiet ta’ mpjieg u t-tkattir ta’ mobilità u tnaqqis ta’ segmentazzjoni fis-suq tax-xogħol, għal ħidma kontra l-inugwaljanzi fil-qasam edukattiv, l-assigurazzjoni ta’ aċċess ugwali għal kura ta’ saħħa ta’ kwalità, il-promozzjoni ta’ attitudini pożittiva lejn is-saħħa ambjentali, diċentralizzazzjoni u integrazzjoni ta’ servizzi soċjali fuq livell komunitarju, l-iżvilupp ta’ politika msejsa aktar fuq l-esperjenza u prattiċi li jindirizzaw sfidi u ħtiġijiet ġodda, u titjib tal-potenzjal għal ugwaljanza u inklużjoni soċjali fil-kultura ta’ kuljum.

11

Bil-għan li jkun hemm livell stabbilit (benchmark), monitoraġġ u evalwazzjoni tal-progress milħuq fl-impenn lejn inqas faqar u t-tkatttir tal-inklużjoni soċjali, din l-istrateġija tirrakkomanda l-ħolqien ta’ struttura nazzjonali li tkun magħmula minn rappreżentanti ta’ diversi ministeri, dipartimenti, u entitajiet governattivi u mhux governattivi. L-iżvilupp tal-benessere fi ħdan is-sitt dimensjonijiet imressqa f’din l-istrateġija jkun ikkalkulat, flimkien ma’ indikaturi oħra tal-faqar, skont ix-xejriet li joħorġu minn dettalji li jitfasslu mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika fuq indikaturi bħal:

• nugwaljanza fid-dħul finanzjarju• Rata ta’ attività• Jaħdmu iżda f’riskju ta’ faqar• Rata ta’ parteċipazzjoni fl-edukazzjoni u t-taħriġ• Nuqqas ta’ attendenza fl-iskola• Ħtieġa mhux milħuqa ta’ eżami jew trattament mediku• Fir-riskju ta’ faqar qabel u wara l-kisba ta’ benefiċċji soċjali u wara l-għajnuna mogħtija mal-età tal-pensjoni• Sehem minn dawk il-familji li jilmentaw minn tniġġis, ħmieġ u problemi ambjentali oħra• Sehem minn dawk il-familji li jsibuha iebsa wisq biex ilaħħqu mal-pagamenti fuq id-dar• Parteċipazzjoni f’attivitajiet kulturali

Din l-istruttura nazzjonali se tkun qed tikkumplimenta l-ħidma ta’ gruppi attivi f’diversi lokalitajiet li huma impenjati biex ikattru l-inklużjoni soċjali u jtejbu l-livelli ta’ għajxien, kif ukoll il-ħidma tal- Fondazzjoni tal-President għall-Ġid tas-Soċjetà.

Il-Missjoni Tagħna

Sabiex jitfassal qafas ta’ politika li tkattar il-benessere u ttejjeb il-kwalità ta’ ħajja għal kulħadd, l-aktar għal dawk il-persuni fir-riskju ta’ faqar u esklużjoni soċjali, msejsa fuq il-valuri ta’ solidarjetà, ugwaljanza, dinjità u rispett lejn id-drittijiet fundamentali tal-bniedem u ġustizzja soċjali.

13

1. Preambolu

Il-faqar jieħu bosta forom. Fl-imgħoddi kien jidher l-aktar fit-tallaba tat-triqat. Illum, il-faqar huwa aktar moħbi u jista’ jinstab fost il-pensjonanti li jsibu li d-dħul tagħhom mhux biżżejjed biex ilaħħqu mal-għoli tal-ħajja; ħaddiema bla sengħa u b’pagi baxxi; familji kbar; familji li jkunu qegħdin iħabbtu wiċċhom ma’ sfidi fiżiċi u/jew ta’ saħħa mentali; ulied ġenitur wieħed jew persuni qegħda; u fost dawk li jħossuhom emarġinati u bla awtorità minħabba klassi soċjali, ġeneru jew etniċità.

Bil-ħsieb li jkun hemm għarfien aħjar tal-faqar, dan id-dokument ta’ politika strateġika jfittex li jippreżenta l-indikaturi ewlenin tal-faqar1, li huma:

• faqar assolut;

• faqar relattiv

• ir-Rata ta’ f’Riskju ta’ Faqar (ARP)

• ir-Rata ta’ Deprivazzjoni Materjali (MDR)

• esklużjoni soċjali; u

• ir-Rata ta’ f’Riskju ta’ Faqar jew Esklużjoni Soċjali (AROPE).

1Malta timxi fuq l-indikaturi maqbula tal-Eurostat.

14 POLITIKA STRATEĠIKA GĦAL:TNAQQIS FIL-FAQAR U GĦAL INKLUŻJONI SOĊJALI 2014-2024

1. 1. Definizzjoni tal-Faqar

1.1.1. Faqar Assolut

Faqar assolut jew faqar marbut ma’ nuqqas ta’ mezzi adegwati ta’ għajxien huwa definit bħala nuqqas ta’ ħtiġijiet umani bażiċi, bħal biżżejjed ikel nutrittiv, ilbies, abitazzjoni, ilma nadif u servizzi tas-saħħa. Huwa sinonimu ma’ faqar estrem u jseħħ meta jkun hemm nuqqas ta’ riżorsi adegwati jew livell minimu ta’ saħħa fiżika. L-użu tal-indikatur ta’ faqar assolut sabiex ikun definit il-faqar, għandu l-vantaġġi tiegħu, fosthom li tiġi stabbilita linja fissa, ċara, u universali, ta’ x’inhu l-faqar. Fl-istess ħin joffri żvantaġġi li jinkludu diffikultajiet biex jiġi stabbilit qies wieħed biex jitkejlu l-ħtiġijiet bażiċi peress li dawn huma relattivi u jvarjaw skont il-karatteristiċi demografiċi u prattiċi kulturali.

1.1.2. Faqar Relattiv

Il-faqar relattiv huwa meta wieħed ikollu inqas riżorsi jew inqas dħul meta mqabbel ma’ oħrajn fi ħdan soċjetà jew pajjiż, jew meta mqabbel mal-medja internazzjonali. Deprivazzjoni relattiva tirreferi għal nies li qegħdin fi stat fejn ma jkollhomx biżżejjed riżorsi jew ħiliet biex jipparteċipaw fid-drawwiet tas-soċjetà li jgħixu fiha.

Għaldaqstant, deprivazzjoni relattiva għandha kemm dimensjoni finanzjarja oġġettiva kif ukoll dimensjoni psikoloġika suġġettiva. Għalkemm persuna tista’ titqies li mhix fqira, din xorta waħda tista’ tħossha deprivata materjalment, u bħala riżultat dan ikollu impatt fuq il-benessere psikoloġiku u soċjali tagħha.

1.1.2.1. Ir-Rata ta’ f’Riskju ta’ Faqar (ARP)

L-indikatur ewlieni fejn jidħol il-faqar relattiv hija r-rata ta’ f’Riskju ta’ Faqar (ARP), definita bħala dik is-sezzjoni ta’ nies bi dħul disponibbli ekwivalizzat li jaqa’ taħt il-linja tal-faqar – jiġifieri inqas minn 60% tal-medja tad-dħul nazzjonali ekwivalizzat (NEI). Id-dħul disponibbli ekwivalizzat huwa definit bħala d-dħul sħiħ disponibbli ta’ familja meta diviż skont il-qies ekwivalenti tagħha li fil-preżent huwa ta’ 1.0 għall-kap tal-familja (hu x’inhu l-ġeneru), 0.5 għal kull membru ieħor tal-familja li għandu 15-il sena jew aktar, u 0.3 għal kull membru tal-familja ta’ 14-il sena jew inqas2 .

2Fejn ma jingħadx mod ieħor, id-dettalji f’dan id-dokument huma tal-Eurostat.

15

1.1.2.2. Deprivazzjoni Materjali (MD)

Ir-Rata ta’ Deprivazzjoni Materjali (MDR), kif adottata mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika (NSO), hija definita bħala l-għadd ta’ persuni li jkunu qed jgħixu fl-istess dar u li m’għandhomx il-mezzi biex ilaħħqu għallinqas ma’ tlieta minn dawn id-disa’ sitwazzjonijiet/oġġetti ta’ deprivazzjoni:

• infiq mhux mistenni;• btala ta’ ġimgħa fis-sena ’l bogħod mid-dar;• self jew kiri, kontijiet tad-dawl u l-ilma, ħlasijiet bin-nifs u ħlas ta’ self ieħor;• ikla ta’ laħam, tiġieġ, ħut jew l-ekwivalenti fi ħxejjex kull jumejn;• li d-dar tinżamm sħuna biżżejjed fil-jiem tax-xitwa;• magna tal-ħasil tal-ħwejjeġ;• televixin tal-kulur;• telefown (inkluż il-mowbajl);• karozza.

Persuni li jkunu jgħixu f’familji li jsibu ruħhom f’diffikultà biex ilaħħqu ma’ erbgħa mis-sitwazzjonijiet/oġġetti msemmija hawn fuq huma meqjusa bħala serjament deprivati materjalment.

1.1.2.3. Esklużjoni Soċjali

L-esklużjoni soċjali hija meqjusa bħala nuqqas ta’ aċċess għal dawk l-għejjun soċjali ta’ appoġġ li jgħinu lin-nies jieħdu sehem f’attivitajiet edukattivi, ta’ xogħol, kulturali u soċjali. Għaldaqstant, l-esklużjoni soċjali hija żvantaġġ soċjali u t-twarrib lejn ix-xifer tas-soċjetà fi proċess li jimblokka sistematikament individwi u komunitajiet sħaħ minn drittijiet, opportunitajiet u riżorsi. Barra dan, tista’ titfisser bħala emarġinazzjoni kumulattiva u ċaħda minn produzzjoni, konsum, għejjun soċjali, it-teħid ta’ deċiżjonijiet, u kwalità adegwata ta’ għajxien.

16 POLITIKA STRATEĠIKA GĦAL:TNAQQIS FIL-FAQAR U GĦAL INKLUŻJONI SOĊJALI 2014-2024

1.1.2.4. Ir-Rata ta’ f’Riskju ta’ Faqar jew Esklużjoni Soċjali (AROPE)

Ir-Rata ta’ f’Riskju ta’ Faqar jew Esklużjoni Soċjali torbot il-faqar mid-dħul finanzjarju u l-esklużjoni soċjali ma’ tliet indikaturi ewlenin:

“(i) Ir-Rata ta’ f’Riskju ta’ Faqar li tkejjel in-numru ta’ nies li jkunu jgħixu f’familja bi dħul ta’ inqas minn 60% tad-dħul medjan fis-soċjetà…(ii) deprivazzjoni materjali serja…u (iii) l-għadd ta’ persuni f’familji b’intensità baxxa ta’ xogħol3 , jiġifieri familji fejn il-persuni adulti jaħdmu inqas minn 20% tal-ħin li teoritikament jistgħu jaħdmu f’sena” (Andor, 2013, p.4).

Għalhekk, waqt li l-indikatur ARP jieħu konsiderazzjoni tal-lat finanzjarju, l-AROPE iħares lejn il-faqar mill-aspetti finanzjarji, materjali u ta’ xogħol. Għal dan l-iskop, din il-politika strateġika nazzjonali qed timxi fuq l-AROPE bħala standard.

1.2. Tifsira tal-Istatistika L-istatistika marbuta ma’ dawn id-definizzjonijiet tikkonċerna persuni li ilhom jgħixu fi ħdan familji4 ġo djar privati għal sitt xhur jew aktar. Residenti f’istituzzjonijiet (anzjani u persuni bi sfidi mentali jew fiżiċi), persuni f’xi faċilità korrettiva, tfal taħt kura barra minn darhom, vittmi ta’ vjolenza domestika li qed jgħixu fi djar ta’ kenn jew bla saqaf fuq rashom, adulti u tfal li għamlu talba għall-ażil waqt li jgħixu f’ċentri ta’ detenzjoni jew ċentri miftuħa, kif ukoll persuni li għamlu talba għall-ażil iżda għadhom m’għalqux il-perjodu ta’ sitt xhur ta’ residenza, m’humiex inklużi mill-NSO.

1.3. Definizzjoni ta’ Faqar f’din l-Istrateġija Wara li ġew ikkunsidrati l-indikaturi varji tal-faqar u r-realtajiet soċjali ta’ Malta kif identifikati permezz ta’ konsultazzjonijiet pubbliċi riċenti, din il-politika strateġika tadotta dan li ġej bħala d-definizzjoni funzjonarja tagħha dwar il-faqar u l-esklużjoni soċjali:

3L-Intensità tax-Xogħol (WI) ta’ familja tirreferi għall-għadd ta’ xhur li fihom dawk il-membri li għandhom l-età li jaħdmu (jiġifieri persuni bejn

it-18 u l-64 sena li ma jaqgħux taħt id-definizzjoni ta’ tfal jew pensjonanti) ikunu ħadmu f’sena waħda ta’ dħul (l-ekwivalenti ta’ full-time) fi

proporzjon mal-ammont totali ta’ xhur li teoritikament ikunu setgħu nħadmu fi ħdan l-istess familja. Individwu huwa klassifikat f’kategoriji ta’

intensità ta’ xogħol li jvarjaw minn WI=0

(familja bla xogħol) għal WI=1 (intensità sħiħa ta’ xogħol, jiġifieri il-membri kollha tal-familja li għandhom l-età li jaħdmu jkunu ħadmu fis-sena

tad-dħul li ssir referenza għaliha) (NSO, 2013, Novembru 6, p.6).

4NSO (2014) jiddefinixxu familja f’dar privata bħala persuna/persuni li jkunu joqgħodu fil-post għal perjodu ta’ mill-inqas sitt xhur billi jaqsam/

jaqsmu d-dħul ul-infiq mal-bqija tal-familja.

17

Persuna tkun qed tgħix fil-faqar jekk ir-riżorsi finanzjarji, materjali, soċjali u personali tagħha jċaħħduha milli jkollha livell ta’ għajxien meqjus bħala l-medja fis-soċjetà Maltija.

Il-medja tfisser li dak li jkun ikollu l-opportunità jeżerċita d-dritt li:

• jiżviluppa l-potenzjal u ħiliet tiegħu permezz tal-edukazzjoni, taħriġ vokazzjonali u mpjieg stabbli u ta’ kwalità;

• ikollu aċċess ekwu għal servizzi mediċi bażiċi u li jgawdi minn ambjent san, żewġ fatturi li jikkontribwixxu għal kwalità ta’ ħajja aħjar;

• ikollu aċċess għal servizzi ta’ ħarsien soċjali ta’ kwalità u sostenibbli partikolarment f’dawk li huma benefiċċji tas-sigurtà soċjali, għajnuna soċjali u djar; u

• jipparteċipa attivament fil-ħajja soċjo-kulturali tal-komunità.

1.4. MetodoloġijaIt-tfassil ta’ din il-politika strateġika nazzjonali sar wara xhur sħaħ ta’ konsultazzjonijiet estensivi li saru bil-għan li jitqajjem għarfien nazzjonali u ssir stima mal-pajjiż kollu tal-faqar u l-esklużjoni soċjali biex ikunu identifikati l-isfidi quddiemna. Kien hemm konsultazzjonijiet ma’ firxa wiesgħa ta’ stakeholders, fosthom entitajiet governattivi, operaturi ta’ servizzi privati u volontarji, benefiċjarji ta’ servizzi u persuni li qed jesperjenzaw il-faqar u l-esklużjoni soċjali.

Il-proċess ħaddan tlett livelli ta’ konsultazzjoni dwar l-għanijiet, il-miżuri u l-mekkaniżmi meħtieġa biex jonqos il-faqar u titkattar l-inklużjoni soċjali, li wassal għall-pubblikazzjoni tal-Green Paper «Struttura għal Tnaqqis fil-Faqar u għal Inklużjoni Soċjali 2014-2024» b’sejħa lill-pubbliku, l-aktar is-soċjetà ċivili, biex iwasslu aktar il-fehmiet tagħhom u jagħmlu rakkomandazzjonijiet.

18 POLITIKA STRATEĠIKA GĦAL:TNAQQIS FIL-FAQAR U GĦAL INKLUŻJONI SOĊJALI 2014-2024

Din il-politika hija maħsuba biex isservi ta’ involviment pubbliku b’mod kontinwu li jestendi mill-kisba u l-bdil ta’ tagħrif sa djalogu, involviment u sħubija fil-proċess tat-teħid ta’ deċiżjonijiet.

Din il-politika strateġika għalhekk hija frott ta’ ħidma estensiva ta’ konsultazzjoni li kienet tkopri:

• Laqgħat ma’ stakeholders:

• Laqgħat ma’ uffiċjali f’ministeri u bejn ministeri, trejdunjons, u l-Kumitat Parlamentari Permanenti dwar l-Affarijiet Soċjali;

• Kuntatt dirett mas-soċjetà ċivili permezz ta’ ħames laqgħat ta’ konsultazzjoni ma’ aktar minn 120 għaqda; kunsilli lokali, għaqdiet volontarji, organizzazzjonijiet karitattivi tal-Knisja u oħrajn u korpi ta’ riċerka;

• Konsultazzjoni aktar wiesgħa:

• Tmien laqgħat pubbliċi (li fihom ħadu sehem organizzazzjonijiet lokali) f’Lulju 2013 u ġimgħa ta’ attivitajiet artistiċi u kulturali bit-tema ta’ Tfal u l-Faqar f’Settembru 2013;

• Numru ta’ żjarat fuq il-post fejn jingħataw diversi servizzi ta’ ħarsien soċjali, fosthom għaqdiet volontarji;

• Analiżi tas-suġġerimenti u proposti li ħarġu mill-proċessi ta’ konsultazzjoni;

• Dawn is-suġġerimenti ġew prioratizzati sabiex jissawru f’ħidmiet għall-politika strateġika;

• Konsultazzjoni pubblika fuq livell nazzjonali permezz tal-Green Paper.

F’dan il-kuntest, din il-politika strateġika nazzjonali tistħarreġ ir-realtajiet soċjo-ekonomiċi u demografiċi ta’ Malta, tidentifika l-gruppi vulnerabbli u tispeċifika l-isfidi li joħorġu minnhom biex b’hekk ikun stabbilit qafas li jmexxi l-impenn nazzjonali lejn tnaqqis fil-faqar u t-tisħiħ tal-inklużjoni soċjali.

19

L-iżvilupp ta’ din l-istrateġija huwa msejjes fuq metodu li huwa komprensiv, mifrux fuq medda ta’ snin, jiffokka fuq ir-riżultati, parteċipattiv u miftuħ għal sħubija sabiex iwassal għal tnaqqis fil-faqar u t-tkattir tal-inklużjoni soċjali. Dan id-dokument iħaddan dawn il-prinċipji:

• Inklużjoni attiva li teħtieġ li jkun hemm struttura ta’ politika integrata li tgħaqqad dħul adegwat, swieq tax-xogħol inklużivi u aċċess għal servizzi soċjali ta’ kwalità;

• Il-ħarsien tad-drittijiet tal-bniedem ibbażati fuq ugwaljanza, diversità u ġustizzja soċjali;

• Il-prinċipju li jħares lejn il-ħtiġijiet tan-nies hekk kif jinbidlu matul il-kors tal-ħajja.

2. L-Isfond

Id-differenza bejn dawk “li għandhom” u dawk li “m’għandhomx” kompliet tikber tul dawn l-aħħar tletin sena, bl-inugwaljanza tkompli tiżdied bejn in-nies u pajjiżi l-aktar foqra u l-aktar għonja fid-dinja. Madankollu, iż-żieda fl-inugwaljanza ma tinstabx biss bejn l-ekonomiji avvanzati5 u dawk emerġenti iżda wkoll fi ħdan ekonomiji industrijali avvanzati. Infatti, l-inugwaljanza fid-dħul fl-UE żdiedet matul dawn l-aħħar 25 sena (Bonesmo Fredrickson, 2012).

Il-globalizzazzjoni żiedet il-vulnerabbiltá għal riskji soċjali bħal ma huma nuqqas ta’ sigurtà fix-xogħol, qgħad u involviment fl-ekonomija informali. Xejriet oħra bħaċ-ċaqliq demografiku minħabba popolazzjoni li qiegħda tixjieħ u l-immigrazzjoni internazzjonali qed iwasslu għal aktar vulnerabbiltà. Filwaqt li popolazzjoni li qed tixjieħ tagħti sinjal ta’ progress uman, iġġib magħha wkoll sfidi soċjo-ekonomiċi u ta’ ħarsien soċjali.

Bil-għan li jkunu indirizzati dawn l-isfidi u jitnaqqsu l-effetti negattivi tal-kriżi finanzjarja, fl-2010 l-UE approvat l-istrateġija Europe 2020 maħsuba biex twassal għal tkabbir sostenibbli u inklużżiv permezz ta’ kordinazzjoni ikbar bejn il-politika nazzjonali u dik Ewropea.

2.1. Il-Faqar u l-Esklużjoni Soċjali fl-UE u lil hinn minnha

5 LIl-PGD ta’ 41 pajjiż fqir u midjun huwa inqas mill-ġid medju tas-seba’ persuni l-aktar għonja fid-dinja, biex hekk 0.13%

tal-popolazzjoni dinjija fl-2004 kienu jikkontrollaw 25% tal-assi finanzjarj dinjin. Aktar minn hekk, stima konservattiva li

saret fl-2010 wriet li mill-inqas terz tal-ġid finanzjarju privat kollu, u kważi nofs il-ġid minn negozju offshore jinsabu f’idejn

il-91,000 persuna l-aktar għonja fid-dinja, jiġifieri 0.001% tal-popolazzjoni tad-dinja (Shah, 2013).

21

L-istrateġija Europe 2020 tippreżenta ħames miri ewlenin fl-oqsma tal-impjiegi, l-edukazzjoni, l-ambjent, ir-riċerka u l-innovazzjoni, it-tnaqqis fil-faqar u l-inklużjoni soċjali, billi:

• Tkattar l-impjiegi: 75% tal-popolazzjoni bejn l-20 u l-64 sena jkollhom xogħol; • Ittejjeb il-livell ta’ edukazzjoni billi l-għadd ta’ studenti li jieqfu mill-iskola jinżel għal inqas minn 10% waqt li mill-inqas 40% taż-żgħażagħ itemmu l-edukazzjoni terzjarja; • Is-sehem tal-enerġija rinovabbli fil-konsum finali jitla’ għal 20%; • Jitjiebu l-kundizzjonijiet għall-innovazzjoni: 3% tal-PGD tal-UE jkun investit fir-Riċerka u l-Iżvilupp (R&D); u • Tisħiħ tal-inklużjoni soċjali partikolarment permezz ta’ tnaqqis fil-faqar billi jonqsu b’għoxrin miljun in-nies f’riskju ta’ faqar jew esklużjoni soċjali.

Fuq livell nazzjonali, Malta tirrikonoxxi u tikkontribwixxi lejn dawn il-miri billi:

• Tkattar l-impjiegi għal 70% tal-popolazzjoni bejn l-20 u l-64 sena; • Tnaqqas għal 10% r-rata ta’ tluq bikri mill-iskola u tara li mill-inqas 33% tal-popolazzjoni bejn it-30 u l-34 sena jispiċċaw l-edukazzjoni terzjarja; • Iżżid is-sehem fil-konsum gross finali ta’ enerġija minn sorsi rinovabbli għal 10%; • Jitjiebu l-kundizzjonijiet għall-innovazzjoni: 2% tal-PGD Malti jkun investit fl-R&D; u • Madwar 6,560 persuna jinqalgħu mir-riskju ta’ faqar jew esklużjoni soċjali.

22 POLITIKA STRATEĠIKA GĦAL:TNAQQIS FIL-FAQAR U GĦAL INKLUŻJONI SOĊJALI 2014-2024

2.2. Il-Faqar u l-Esklużjoni Soċjali f’MaltaMalta qed tara għadd ta’ xejriet f’oqsma diversi, fosthom il-bidla għal ekonomija post-industrijali u ta’ servizzi, inugwaljanzi u konċentrazzjonjiet f’dak li hu ġid, tibdil demografiku kif ukoll fil-valuri. Dawn ix-xejriet iġibu magħhom sfidi akbar fejn jidħlu opportunitajiet indaqs, tibdil fin-natura tax-xogħol, soċjetà li qed tixjieħ, mobilità soċjali, il-kwalità tal-ħajja, id-diversità u multikulturaliżmu. Dawn ix-xejriet jitolbu modi differenti ta’ kif għandhom jiġu indirizzati sabiex ikun assigurat li jkun hemm interazzjoni aħjar bejn sistemi makro-ekonomiċi u sistemi ta’ ħarsien soċjali.

Sfidi bħal dawn huma mwieżna mill-fatt li Malta, li għad għandha tessut soċjali li jgħożż ir-rabtiet qawwija fil-komunità u fil-familja, tħaddan sistema soda ta’ ħarsien soċjali li tipproteġi attivament lil dawk f’riskju ta’ faqar. Is-sistema ta’ ħarsien soċjali infatti għandha rwol importanti sabiex tipprevjeni li n-nies milli jaqgħu fir-riskju ta’ faqar jew esklużjoni soċjali, kif jidher mir-rati ta’ f’Riskju ta’ Faqar qabel u wara l-kisba ta’ għajnuniet soċjali. Fl-2013, ir-rata ta’ f’Riskju ta’ Faqar f’Malta qabel il-kisba ta’ għajnuniet soċjali kollha kienet ta’ 38.4% tal-popolazzjoni kollha (UE27 (2012): 44.2%) waqt li kienet ta’ 15.7% (UE27 (2012): 16.9%) wara l-kisba ta’ dawn l-għajnuniet. Ta’ min jgħid li dawn l-għajnuniet soċjali ma jinkludux benefiċċji mhux finanzjarji li jingħataw taħt diversi forom ta’ servizzi bla ħlas bħal kura tas-saħħa, mediċini u edukazzjoni u li huma mogħtija bħala parti mis-sistema ta’ ħarsien soċjali f’Malta.

Minkejja dan, in-numru ta’ persuni f’riskju ta’ faqar jew esklużjoni soċjali kompla juri żieda inkrementali ta’ 26.9% matul dawn l-aħħar seba’ snin, minn 78,000 fl-2006 għal 99,020 fl-2013, żieda li tirrappreżenta 24.0% ta’ persuni fi djar Maltin. Fl-2013, kif jidher fi Skeda 1, ir-rata ta’ deprivazzjoni materjali (MDR) fost familji Maltin kienet ta’ 19.4% (UE27 (2012):19.6%), waqt li r-rata ta’ deprivazzjoni materjali serja kienet ta’ 9.5% (UE27 (2012): 9.9%). Id-deprivazzjoni materjali serja żdiedet sewwa, l-aktar fost persuni li kienu jgħixu fi djar b’ġenitur wieħed, minn 21.2% fl-2005 għal 28.2% fl-2013 u minn 23.9% għal 33.1% fl-istess perjodu għal dawk bla xogħol6.

Kif joħroġ mid-definizzjoni tar-riskju ta’ faqar jew esklużjoni soċjali, id-deprivazzjoni materjali hija waħda mill-kawżi. 52.5% ta’ persuni (52,015) f’riskju ta’ faqar jew esklużjoni soċjali x’aktarx li jkunu deprivati materjalment, waqt li 39.6% ta’ persuni (39,253) f’riskju ta’ faqar jew esklużjoni soċjali jispiċċaw f’deprivazzjoni materjali serja.

6 “Dawk bla xogħol” tirreferi għall-istatus tal-attività l-aktar frekwenti. Persuni b’dan l-istatus ikunu sfaw qegħda għal

mhux inqas minn 6 xhur fis-snin preċedenti (External Cooperation and Communication Unit, Uffiċċju Nazzjonali tal-

Istatistika, 2013 Ġunju 11).

23

Skeda 1: Persuni fir-riskju/barra r-riskju ta’ Faqar jew Esklużjoni Soċjali minħabba Deprivazzjoni Materjali 2013

Deprivazzjoni Materjali

Mhux f’riskju ta’ faqar jew eskluż-

joni soċjali

F’riskju ta’ faqar jew eskluż-joni soċjali Total

Numru % total Numru % total Numru % total

Mhux deprivati materjalment 285,334 91.0 47,004 47.5 332,338 80.6

Deprivati Materjal-ment 28,180 9.0 52,015 52.5 80,196 19.4

Mhux b’deprivazz-joni materjali serja 313,514 100.0 59,766 60.4 373,281 90.5

B’deprivazzjoni materjali serja - - 39,253 39.6 39,253 9.5

Total 313,514 100.0 99,020 100.0 412,534 100.0

Kif spjegat f’Sezzjoni 1.2, l-istatistika tal-NSO hija msejsa fuq familji fi djar privati, u għalhekk ma tkoprix lin-nies kollha li qed jgħixu f’kundizzjonijiet ta’ riskju ta’ faqar jew esklużjoni soċjali peress li ma tinkludix residenti f’istituzzjonijiet. Dawn jinkludu numru ta’ gruppi vulnerabbli bħal tfal li qegħdin taħt kura barra mid-dar, anzjani fi djar residenzjali, persuni bi sfidi ta’ saħħa mentali u fiżika li qegħdin jgħixu f’istituzzjoni, persuni f’faċilitajiet korrettivi, persuni li qed ifittxu l-ażil u immigranti li qegħdin f’ċentri magħluqin jew miftuħin. L-istatistika tal-NSO ma tkoprix ukoll gruppi vulnerabbli li qegħdin f’xi post għal kura speċjalizzata, bħal kenn għal persuni li m’għandhomx saqaf fuq rashom u vittmi ta’ vjolenza domestika jew xi forma ta’ abbuż ieħor.

Sors: SILC 2013 (NSO, 2014)

24 POLITIKA STRATEĠIKA GĦAL:TNAQQIS FIL-FAQAR U GĦAL INKLUŻJONI SOĊJALI 2014-2024

Stħarriġ dwar il-faqar li sar minn Caritas Malta fl-2011 u li uża l-Budget Standard bħala kejl sabiex jasal għad-dħul minimu meħtieġ biex wieħed ikun jista’ jkopri l-bżonnijiet essenzjali7, ħareġ bi stima għal livell minimu ta’ għajxien li:

• familji b’żewġ adulti u żewġt itfal dipendenti jeħtieġu dħul ta’ €10,634 fis-sena; • ġenitur wieħed b’żewġt itfal dipendenti jeħtieġ/teħtieġ €8,581 fis-sena; u • koppja anzjana teħtieġ €6,328 fis-sena8 .

Meta tqis li l-paga medja gross fis-sena f’Malta fl-2013 kienet ta’ €14,400 u r-rata għolja ta’ inflazzjoni, jista’ jkun konkluż li Malta għandha livell tal-għoli tal-ħajja relattivament għoli. Hija sfida għal numru ta’ familji biex ilaħħqu mal-ispejjeż, l-aktar dawk il-familji bit-tfal, dawk bi djun bħal self fuq id-djar, u dawk li għandhom bżonn ta’ xi forma speċjali t’għajnuna li tirrikjedi infiq addizzjonali. Barra minn hekk, Malta għadha kemmxejn lura f’dawk li huma opportunitajiet ta’ mobilità soċjo-ekonomika, u għalhekk tinħass aktar il-ħtieġa ta’ sistemi ta’ inklużjoni soċjali u ħarsien iżjed effettivi.

Matul dawn l-aħħar għaxar snin ingħatat iżjed attenzjoni lill-politika ta’ inklużjoni attiva, iżda huwa meħtieġ sforz akbar. L-impenn ta’ Malta biex ittejjeb il-kundizzjonijiet ta’ dawk f’riskju ta’ faqar jew esklużjoni soċjali huwa kontinwu u innovattiv. F’dan l-isfond, Malta qed tfittex li ttejjeb ir-rati ta’ mobilità fix-xogħol u attivazzjoni, u l-parteċipazzjoni fl-edukazzjoni u t-taħriġ.

7 A Minimum Budget for a Decent Living, studju ta’ riċerka minn Caritas Malta li jiffoka fuq tliet kategoriji ta’ familji bi dħul baxx (Marzu, 2012).

8 Sabiex waslet għal dawn il-konklużjonijiet, Caritas għamlet użu ta’ baġit rigoruż għal standard minimu ta’ għajxien fejn basket bi tmien

kategoriji li jinkludi: ikel; ħwejjeġ; kura personali; saħħa; oġġetti tad-dar; manutenzjoni u servizzi;edukazzjoni u divertiment; trasport; u djar.

Ħadu inkonsiderazzjoni, pereżempju, bżonnijiet bażiċi bħall-prezz tal-uniformijiet tal-iskola u t-trasport pubbliku. Huma assumew li l-uniformi

tat-tfal isservi għal sentejn u li t-trasport pubbliku huwa effiċjenti u aċċessibbli.

25

2.3. Xejriet Soċjo-DemografiċiIx-xejriet soċjo-demografiċi ta’ Malta jixbhu ħafna lil dawk ta’ pajjiżi fil-Mediterran, karatterizzati minn anzjanità demografika, rata baxxa ta’ fertilità, iżjed familji b’ġenitur wieħed, familji mħalltin u rikostitwiti, u ko-abitazzjoni, inċidenza akbar ta’ twelid barra ż-żwieġ, u immigrazzjoni. Dawn ix-xejriet qegħdin jinfluwenzaw il-kompożizzjoni, il-mekkanika, l-opportunitajiet u r-riskji tal-familja. Ma’ dawn wieħed irid iżid il-fatt li n-nisa saru parti importanti fis-suq tax-xogħol, u għalhekk il-familji ma jistgħux aktar jiddependu fuq rwoli marbutin mal-ġeneru.

Qiegħed iseħħ tibdil sinifikanti f’dawk li huma żwieġ u tqala. L-età taż-żwieġ l-aktar komuni fl-1970 kienet ta’ bejn l-20 u l-24 sena. Sal-2012 din telgħet għal bejn 25 u 29 sena. Kompla jitwessa’ wkoll l-għadd medju ta’ snin li jgħaddu qabel koppja jkollha l-ewwel wild. Ma jistax jonqos li dan it-tibdil ġab miegħhu tnaqqis fir-rata medja tal-fertilità li naqset drastikament minn 3.62 fl-1960 għal 1.4 fl-2012 (NSO, 2011, p.111; NSO, Awwissu 2013a). Ir-rata ta’ fertilità aktar baxxa mill-proporzjon meħtieġ ta’ 2.1 tfal kull koppja għal tiġdid naturali x’aktarx li se tibqa’ tippersisti fis-snin li ġejjin.

Il-fertilità baxxa u tqala f’età ikbar huma konsegwenza ta’ tranżizzjoni. Aktar opportunitajiet għal edukazzjoni għolja, karrieri u indipendenza ekonomika kif ukoll l-aspettativa ta’ ħajja itwal u l-possibilità li mara jkollha t-tfal f’età akbar b’inqas riskju, jidhru li qegħdin iwasslu għal żwieġ u tqala iżjed tard.

Xejra oħra hija ż-żieda fil-għadd ta’ tfal imwelldin barra ż-żwieġ. Ir-rata ta’ twelid barra ż-żwieġ kibret bi tmien darbiet mill-1980 sal-2000 u aktar minn irduppjat bejn l-2000 u l-2012. L-għadd ta’ twelid barra ż-żwieġ f’kull kategorija ta’ età fl-1980 kien ta’ 59, 464 fl-2000 (NSO, 2002, p.109), u 1,039 fl-2013 (NSO, 2014). Realtajiet oħra jikkonċernaw familji b’ġenitur wieħed/waħda u tqala fost l-adoloxxenti, li fl-2013 kienu ta’ 10,2069 u 164 rispettivament.

Ir-rata baxxa ta’ fertilità qed tkun kompensata mill-aspettattiva akbar ta’ ħajja itwal. Din l-aspettativa tal-ħajja fil-punt tat-twelid fil-każ taż-żewġ ġeneri fl-2013, kienet stmata 78.9 sena għall-irġiel u 83.2 sena għan-nisa. Dawn ix-xejriet demografiċi qed iwasslu għal popolazzoni ixjeħ. Infatti, huwa mistenni li sas-sena 2050, l-għadd ta’ anzjani (65+) se jkun jifforma 26.5% tal-popolazzjoni Maltija, żieda enormi fuq il-15.7% reġistrata fl-2010.

9Inqas minn terz tal-familji b’ġenitur wieħed (3,114) jirċievu benefiċċji ta’ għajnuna soċjali li tingħata lil min jaqla’ inqas minn €48.12 fil-ġimgħa sa massimu ta’ €90.78 fil-ġimgħa għal

ġenitur wieħed u tifel/tifla wieħed/waħda li tiżdied bi €8.15 fil-ġimgħa għal kull wild ieħor (Malta Today, 2013, Lulju 1).

26 POLITIKA STRATEĠIKA GĦAL:TNAQQIS FIL-FAQAR U GĦAL INKLUŻJONI SOĊJALI 2014-2024

2.4. Il-Firxa Ġeografika tal-Faqar Ir-rata ta’ f’riskju ta’ faqar jew esklużjoni soċjali tinsab maqsuma sproporzjonalment bejn is-sitt reġjuni ġeografiċi tal-Gżejjer Maltin. Kif jidher f’Tabella 2 hawn taħt, l-ogħla rata ta’ f’riskju ta’ faqar jew esklużjoni soċjali tinsab fir-reġjun tan-nofsinhar tal-Port fejn wieħed minn kull tlett residenti (33.3%) jinsab f’riskju, waqt li l-ogħla numru ta’ nies f’riskju ta’ faqar jew esklużjoni soċjali (29,002) jinsab fin-naħa ta’ fuq tal-Port fejn wieħed minn kull erba’ residenti (24.5%) jinsab f’riskju ta’ faqar jew esklużjoni soċjali. Madankollu, il-komunitajiet żvantaġġjati jinsabu mifruxa mal-inħawi reġjonali kollha, kif joħroġ mid-dettalji dwar l-għoti ta’ benefiċċji supplimentari (Figura 1).

F’dak li hu daqs tal-popolazzjoni, r-rata baxxa ta’ fertilità qed tkun parzjalment kumpensata minn movimenti immigratorji. Fis-snin 50 u 60 eluf ta’ Maltin emigraw, waqt li kienu ftit dawk l-emigranti li rritornaw matul dawk is-snin. Din ix-xejra inqalbet fis-snin 80 u 90 meta aktar nies irritornaw milli emigraw. F’dawn l-aħħar snin, Malta rat żieda fl-immigrazzjoni minn persuni ġejjin mill-Afrika ta’ Fuq u mill-bqija tal-kontinent Afrikan10 li għamlu talba għall-ażil, kif ukoll mobilità akbar bejn pajjiżi tal-UE u dawk barra l-UE.

Dawn ix-xejriet fl-immigrazzjoni u fil-mobilità wasslu għal aktar multi-kulturaliżmu. F’dawn l-aħħar snin, infatti, Malta kellha żieda fir-rata ta’ żwiġijiet imħalta. Il-perċentwal ta’ żwiġijiet fejn il-koppja kienu t-tnejn Maltin naqas minn 80.3% fl-1995 għal 56.2% fl-2013, biex hekk fl-istess sena 43.8% taż-żwiġijiet kollha kellhom sieħeb jew sieħba ta’ ċittadinanza mhux Maltija.

Minkejja l-aspettattiva għal ħajja itwal u x-xejriet fl-immigrazzjoni, il-perċentwal ta’ tkabbir naturali fil-popolazzjoni fis-snin li ġejjin mistenni jinżel għal kważi żero. It-tibdil fl-istruttura soċjo-demografika li l-popolazzjoni Maltija mistennija tgħaddi minnha se jikkomplika ruħu bil-fatt li waqt li l-popolazzjoni tkun qiegħda tonqos, fl-istess ħin tkun qed tixjieħ. Fil-fatt, l-implikazzjoni ewlenija ta’ rata ta’ fertilità li qed titbaxxa flimkien ma’ aspettattiva għal ħajja itwal iwasslu għal profil dejjem ixjeħ tal-popolazzjoni.

B’reazzjoni għal dawn ix-xejriet li dejjem qed jevolvu, il-ħtieġa għal riformi sabiex tissaħħaħ is-solidarjetà bejn il-ġenerazzjonijiet u nies ta’ nazzjonalitajiet differenti saret kruċjali

10 7,111 persuna kienu stmati li immigraw matul l-2012, li minnhom 4,136 (58%) kienu rġiel. 25% kienu immigranti li rritornaw (immigranti ta’

ċittadinanza Maltija), 35% kienu ċittadini ta’ pajjiż membru tal-Unjoni Ewropea, waqt li 40% kienu ċittadini ta’ pajjiżi oħra. 4,005 persuna huma

stmati li emigraw fl-2012, biex hekk kien hemm migrazzjoni netta ta’ 3,106. 59% tal-emigranti kienu rġiel, u kwart minnhom kellhom inqas

minn 25 sena. 27% tal-emigranti kellhom ċittadinanza Maltija, waqt li 40% kienu ċittadini ta’ pajjiż ieħor fl-Unjoni Ewropea. Il-bqija, 33%, kienu

ċittadini ta’ pajjiżi oħra.

27

Reġjun Rata ta’ f’riskju ta’ faqar jew esklużjoni soċjali (%)

Numru ta’ persuni f’riskju ta’ faqar jew esklużjoni soċjali

Total tal-popolazzjoni

Irġiel Nisa Total Irġiel Nisa Total Irġiel Nisa Total

In-naħa t’isfel tal-Port

30.8 35.8 33.3 12,332 13,673 26,006 39,984 38,181 78,165

In-naħa ta’ fuq tal-Port 23.9 25.1 24.5 13,924 15,078 29,002 58,368 60,148 118,516

Ix-Xlokk il-Lvant20.8 19.8 20.3 6,627 6,347 12,974 31,884 32,041 63,925

Il-Punent21.1 23.6 22.3 6, ,036 6,306 12,342 28,639 26,686 55,325

It-Tramuntana 18.8 20.2 19.5 5,936 6,809 12,745 31,594 33,646 65,240

Għawdex u Kemmuna 18.2 19.7 19.0 2,822 3,129 5,951 15,496 15,867 31,363

Total 23.1 24.9 24.0 47,677 51,343 99,020 205,695 206,569 412,534

Skeda 2: Ir-rata ta’ Riskju ta’ Faqar jew Esklużjoni Soċjali skont il-Ġeneru u d-Distrett 2013

Sors: SILC 2013 (NSO, 2014).

28 POLITIKA STRATEĠIKA GĦAL:TNAQQIS FIL-FAQAR U GĦAL INKLUŻJONI SOĊJALI 2014-2024

Figura 1: Ir-Rata ta’ Teħid ta’ Benefiċċji Supplimentarji fil-Gżejjer Maltin 2012

Sors: Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika (Awwissu, 2013b)

29

2.5. Il-Gruppi Vulnerabbli Ewlenin

Għalkemm ħadd m’hu għal kollox ħieles mill-periklu li jaqa’ fil-faqar jew l-esklużjoni soċjali, ċerti individwi u gruppi huma aktar esposti għal dan ir-riskju minħabba l-vulnerabbiltà tagħhom u ċ-ċirkustanzi tal-ħajja. Din il-probabilità ġejja minn diversi fatturi bħal:

• karatteristiċi soċjo-demografiċi • status ekonomiku u inugwaljanzi strutturali • diffikultajiet ta’ saħħa fiżika u/jew mentali • xejriet ta’ stil ta’ ħajja, u • trawma soċjali.

Fl-2012, ir-rata ta’ f’riskju ta’ faqar jew esklużjoni soċjali f’Malta kienet ta’ 23.1% (21.9% għall-irġiel u 24.3% għan-nisa) waqt li l-medja fl-UE kienet ta’ 24.8% (23.8% għall-irġiel u 25.7% għan-nisa) fl-istess sena. Fl-2013, l-AROPE ta’ Malta kienet ta’ 24.0% (23.1% għall-irġiel u 24.9% għan-nisa). Kemm f’Malta kif ukoll fi stati membri oħra tal-UE, l-AROPE għat-tfal, anzjani u gruppi vulnerabbli oħra, speċjalment dawk qegħda jew jgħixu f’familji mingħajr impjieg, għandha t-tendenza tkun ogħla minn dik tal-bqija tal-popolazzjoni.

F’konsistenza mal-prioritajiet ta’ Malta fil-ġlieda kontra l-faqar fost it-tfal, il-promozzjoni ta’ anzjanità attiva u titjib f’impjiegi ta’ kwalità, din l-istrateġija tindirizza lil dawn il-gruppi ewlenin:

• tfal u żgħażagħ; • anzjani; • nies qegħda; u • foqra waqt li jaħdmu.

30 POLITIKA STRATEĠIKA GĦAL:TNAQQIS FIL-FAQAR U GĦAL INKLUŻJONI SOĊJALI 2014-2024

Minbarra dawn il-kategoriji, hemm gruppi soċjali oħra li huma identifikati bħala f’riskju akbar ta’ faqar jew esklużjoni soċjali. Dawn jinkludu:

• persuni bi sfidi ta’ saħħa fiżika u/jew mentali; • vittmi ta’ vjolenza jew ta’ forom oħra ta’ abbuż; • persuni li għamlu talba għall-ażil u immigranti; • persuni b’imġiba vvizzjata; • persuni mingħajr ħiliet; u • persuni li qed ibatu minn diskriminazzjoni.

Minkejja dawn il-gruppi, ta’ min jgħid li persuni li jaqgħu fl-istess grupp vulnerabbli m’humiex omoġeniċi u għaldaqstant jista’ jkun li jgħaddu minn forom varji ta’ deprivazzjoni, u għalhekk ikunu jeħtieġu attenzjoni individwalizzata ta’ inklużjoni soċjali.

2.5.1. Tfal u Żgħażagħ

2.5.1.1. Tfal

In-numru ta’ tfal (0-17-il sena) f’familji f’riskju ta’ faqar jew esklużjoni soċjali żdied minn 19,000 (22%) fl-2006 għal 24,300 (32.0%) fl-2013, li tfisser wieħed minn kull tlett itfal. Il-biċċa l-kbira minn dawn it-tfal kienu jgħixu f’familji li d-dħul medjan ekwivalizzat għad-dispożizzjoni tagħhom kien taħt il-limitu tal-faqar (€7,256 fis-sena). Peress li l-intensità tax-xogħol hija waħda mill-komponenti ta’ riskju ta’ faqar jew esklużjoni soċjali, tfal li jgħixu f’familji mingħajr impjieg ikunu kollha f’riskju. Malta kellha żieda qawwija b’mod partikolari fil-perċentwal ta’ tfal fost familji deprivati materjalment li minn 15.5% fl-2006 tela’ għal 22.0% fl-2013, kif ukoll żieda f’dik li hi deprivazzjoni materjali serja li minn 4.9% fl-2006 telgħet għal 11.8% fl-2013 11.

11 Dawn il-figuri jeskludu tfal li jkunu taħt kura barra mid-dar jew tfal tal-immigranti f’ċentri miftuħin u li f’Mejju 2014 kienu jammontaw għal madwar 700, li minnhom 174 huma ulied l-immigranti.

31

Figura 2: Tfal bejn 0 u 17-il sena f’Riskju ta’ Faqar jew Esklużjoni Soċjali: 2005-2013

Definizzjoni: Very LWI hija intensità ta’ xogħol bejn 0 u 0.2.Nota: Varjazzjonijiet fir-rati tal-MD u l-SMD huma fi ħdan il-marġini ta’ żball.

Sors: UE SILC 2005-2013.

32 POLITIKA STRATEĠIKA GĦAL:TNAQQIS FIL-FAQAR U GĦAL INKLUŻJONI SOĊJALI 2014-2024

Il-kawża tal-faqar u l-esklużjoni soċjali fost it-tfal ġejja l-aktar mill-fatt li jkunu jew parti minn familji kbar jew b’ġenitur wieħed/waħda jew minħabba li l-ġenituri tagħhom ikunu jew foqra waqt li jaħdmu inkella qegħda. Familji b’ġenitur wieħed/waħda bit-tfal u familji b’żewġ adulti u tlett itfal jew aktar dipendenti fuqhom jesperjenzaw l-ogħla AROPE fost il-kategoriji l-oħra ta’ familji, b’60.0% (9,131 ruħ) u 39.8% (6,673 ruħ) rispettivament fl-2013. Kuntrarjament, familji mingħajr tfal ikollhom rata ferm aktar baxxa ta’ AROPE (19.8%).

2.5.1.2. Żgħażagħ

L-għadd ta’ żgħażagħ (18-24-il sena) f’familji f’riskju ta’ faqar jew esklużjoni soċjali żdied minn 5,000 (12.7%) fl-2006 għal 9,103 (22.8%) fl-2013, waqt li dawk li kienu qed ibatu minn deprivazzjoni materjali u anke deprivazzjoni materjali serja minn 13.7% tela’ għal 22.7% u minn 4.4% għal 11.9% rispettivament.

Riskju akbar ta’ faqar jew esklużjoni soċjali fost iż-żgħażagħ huwa rifless fir-rata għolja ta’ assentiżmu mill-iskola, tluq bikri mill-iskola u nuqqas ta’ taħriġ vokazzjonali li jwassal għal ħiliet mhux adegwati u insuffiċjenti għas-suq tax-xogħol. L-effetti negattivi tal-faqar inter-ġaqar jew esklużjoni soċjali fost iżoħra jikkumplikaw iżjed l-iżvantaġġi li jħabbtu wiċċhom magħhom iż-żgħażagħ, u hekk tikber l-aljenazzjoni tagħhom. Imġiba vvizzjata u/jew sedentarja, bħal ma’ jista’ jiġri minħabba logħob u mħatri kemm dawk on-line u dawk li mhumiex , ukoll tbiegħed liż-żgħażagħ mis-suq tax-xogħol.

Hemm riskju ferm akbar ta’ faqar jew esklużjoni soċjali fost tfal u żgħażagħ li jgħixu fl-inħawi ferm popolati tal-Port li huma kkaratterizzati bi djar ta’ livell inqas minn adegwat.

33

Figura 3: Żgħażagħ bejn it-18 u l-24 sena f’Riskju ta’ Faqar jew Esklużjoni Soċjali: 2005-2013

Definizzjoni: Very LWI hija intensità ta’ xogħol bejn 0 u 0.2. Sors: UE SILC 2005-2013.

34 POLITIKA STRATEĠIKA GĦAL:TNAQQIS FIL-FAQAR U GĦAL INKLUŻJONI SOĊJALI 2014-2024

2.5.2. Anzjani

Għalkemm il-popolazzjoni anzjana li qegħda dejjem tikber hija fost il-gruppi l-aktar vulnerabbli f’Malta, l-AROPE niżlet minn 25.71% (13,275 ruħ) fl-2006 għal 20.8% (14,018 ruħ) fl-2013. Minkejja dan it-tnaqqis, Malta xorta waħda għad għandha rata ftit ogħla mill-medja tal-UE27 li fl-2012 kienet ta’ 19.2%. F’termini ta’ deprivazzjoni materjali, fl-2013 madwar wieħed minn kull sitta (16.9%) tal-popolazzjoni anzjana f’Malta kien deprivat materjalment. Din ir-rata hija wkoll xi ftit ogħla mill-15.8% reġistrata għall-UE27 fl-2012.

Il-fatturi ewlenin għar-rata ogħla ta’ f’riskju ta’ faqar jew esklużjoni soċjali fost l-anzjani jinkludu: sistema inadegwata tal-pensjoni, l-istruttura tal-età u l-ġeneru tal-popolazzjoni anzjana u l-ħtieġa għal parteċipazzjoni aktar attiva f’kull sfera tal-ħajja.

Kif rajna f’Sezzjoni 1.2, l-istatistika nazzjonali ma tinkludix lil dawk il-persuni li ma jgħixux fi djar privati, bħall-4,716 anzjan u anzjana li telqu minn djarhom u qegħdin jgħixu f’residenzi għall-anzjani (Ġunju 2014).

35

Figura 4: Anzjani (65 sena jew akbar) f’Riskju ta’ Faqar jew Esklużjoni Soċjali: 2005-2013

Sors: UE SILC 2005-2013

36 POLITIKA STRATEĠIKA GĦAL:TNAQQIS FIL-FAQAR U GĦAL INKLUŻJONI SOĊJALI 2014-2024

2.5.3. Persuni Qegħda

Minkejja parteċipazzjoni akbar fis-suq tax-xogħol u rata ogħla ta’ attivazzjoni tan-nisa, il-qgħad jibqa’ realtà għal dawk in-nies li għal raġunijiet varji ma jirnexxilhomx jidħlu fis-suq tax-xogħol. Waqt li fl-UE27 ir-rata tal-qgħad għal persuni bejn il-15 u l-74 sena żdiedet b’1.2% minn 9.6% fl-2010 għal 10.8% fl-2013, il-qgħad f’Malta niżel b’0.5% minn 6.9% fl-2010 għal 6.4% fl-2013.

Persuni bla xogħol jew li jgħixu f’familji mingħajr impjieg huma f’riskju akbar ta’ faqar jew esklużjoni soċjali. Ir-rata ta’ f’riskju ta’ faqar jew esklużjoni soċjali fejn jidħlu persuni qegħda ta’ 18-il sena jew aktar fl-2013 kienet ta’ 70.0%, żieda kbira mill-53.1% fl-2008. Familji bit-tfal u mingħajr impjieg kienu f’riskju kbir ta’ faqar, b’persentaġġ ta’ 70.8% fl-2013, waqt li 54.2% tal-familji bi tfal dipendenti u b’inqas minn 50% ta’ intensità ta’ xogħol kienu f’riskju ta’ faqar. Barra minn hekk, il-benefiċċji għall-qgħad u l-għajnuna soċjali ma ġewx aġġornati kompletament skont iż-żidiet fl-għoli tal-ħajja. Tneħħi l-każi ta’ xogħol mhux dikjarat u n-nuqqas ta’ ħeġġa għax-xogħol, hemm diversi raġunijiet għal sitwazzjoni ta’ qgħad. Dawn jinkludu ħiliet ristretti, ħiliet u aspirazzjonijiet li ma jissodisfawx il-ħtiġijiet tas-suq, kif ukoll ċirkustanzi ta’ saħħa kemm personali kif ukoll tal-familja li jżommu lin-nies milli jidħlu fis-suq tax-xogħol.

37

Il-biċċa l-kbira tan-nies bla xogħol ikollhom tnaqqis fil-livell tal-għajxien tagħhom u l-qagħda tagħhom teħżien. Meta l-qgħad jiżdied, għalhekk, dan jista’ jwassal għal inċidenza akbar ta’ faqar u deprivazzjoni soċjali b’impatt sinifikanti fuq is-sistema ta’ ħarsien soċjali tal-pajjiż. Persuni mingħajr ħiliet, b’ħiliet ristretti, jew li għandhom ħiliet iżda neqsin mill-esperjenza jistgħu jsibu ostakli biex jidħlu fis-suq tax-xogħol u jibqgħu jaħdmu. Il-qgħad huwa intrinsikament relatat mal-faqar u l-esklużjoni soċjali, għaldaqstant għandha tingħata priorità assoluta lill-ħolqien ta’ mpjiegi u tnaqqqis fil-qgħad.

Il-pagi baxxi wkoll jistgħu jwasslu għal aktar qgħad, kif x’aktarx li hu fil-każ tal-prekarjat12 . Persuna jista’ ma jitħajjarx jaqbad xogħol jekk qajla jkun hemm diferrenza bejn il-paga minima u l-benefiċċji għall-qgħad. Ix-xogħol irid ikun tali li jrendi biex in-nies ikunu nkoraġġiti jidħlu fis-suq tax-xogħol.

Hu ppruvat li aktar ma’ n-nies idumu mingħajr xogħol, aktar tkun diffiċli għalihom biex jidħlu jew jerġgħu jidħlu fis-suq tax-xogħol. Għalhekk ħiliet u esperjenza jkunu qegħdin jintilfu b’dannu għall-kapital ekonomiku u uman tal-pajjiż. Din is-sitwazzjoni tista’ twassal għal ħafna tbatija u stress għall-individwu, kif ukoll għall-familja tiegħu, u tnaqqir bil-mod il-mod tal-fiduċja fih innifsu u milli jilħaq il-potenzjal soċjali tiegħu. Id-diffikultà ta’ persuni akbar fl-età biex isibu xogħol minn dejjem kienet sfida għal diversi raġunijiet, xejn inqas fosthom il-fatt li ċertu xogħol jitlob stat tajjeb ta’ saħħa fiżika u għalhekk aktar ideali għal ħaddiema iżgħar. Barra minn hekk, is-suq tax-xogħol qed isir dejjem iżjed kompetittiv aktar ma tikber u tinbidel id-domanda għat-tagħlim u l-ħiliet. Għalkemm l-opportunitajiet ta’ tagħlim mal-kors tal-ħajja jeżistu, ħaddiema akbar fl-età jistgħu jsibuha diffiċli biex jitgħallmu ċerti metodi u prattiċi ġodda u biex jadattaw irwieħhom għal ambjenti mibdula tax-xogħol. Huwa importanti li jkun hemm proċessi ġodda tax-xogħol li jsiru b’mod li joffru aktar aċċessibilità lil ħaddiema ta’ età akbar.

It-titjib fil-prospetti ta’ xogħol permezz tal-għoti ta’ ħiliet, ħiliet ġodda u tagħlim matul il-kors tal-ħajja jgħin lil dawk li m’għandhomx il-ħiliet neċessarji jew huma aktar vulnerabbbli fis-soċjetà jegħilbu d-diffikultajiet tagħhom fil-ħajja biex hekk jisfruttaw il-potenzjal tagħhom u jagħtu s-sehem tagħhom fit-tkabbir u l-benessere.

12 Għad m’hemmx definizzjoni standard ta’ “xogħol prekarju”. L-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol (2011) tiddefinixxi kundizzjonijiet prekarji tax-xogħol bħala li jfisser: “i) Paga

baxxa; ii) protezzjoni dgħajfa mit-terminazzjoni tal-impjieg; iii) Nuqqas ta’ aċċess għal ħarsien soċjali u benefiċċji marbutin ma’ xogħol fultajm; iv) Nuqqas jew aċċess limitat tal-

ħaddiema għat-twettiq tad-drittijiet tagħhom fuq ix-xogħol” (Policies and Regulations to Combat Precarious Employment, p.10).

38 POLITIKA STRATEĠIKA GĦAL:TNAQQIS FIL-FAQAR U GĦAL INKLUŻJONI SOĊJALI 2014-2024

Figura 5: Il-Qgħad u r-Riskju Ta’ Faqar jew Esklużjoni Soċjali: 2005-2013

Definizzjoni: Very LWI hija intensità ta’ xogħol bejn 0 u 0.2.Nota: Varjazzjonijiet fir-rati tal-MD u l-SMD huma fi ħdan il-marġini tal-iżball. Sors: UE SILC 2005-2013.

39

2.5.4. Persuni li Jaħdmu u qed Jesperjenzaw il-Faqar

Fl-2012 kien stmat li madwar 18,800 ħaddiem kienu f’impjieg prekarju (General Workers’ Union, 2013). Fl-2013, 9,703 persuna jew 5.9% tal-ħaddiema kienu qed jesperjenzaw faqar waqt li jaħdmu13 mqabbla ma’ 9.1% fl-UE27 (2012). Il-kundizzjonijiet tax-xogħol prekarji flimkien ma’ paga baxxa, xogħol partajm sfurzat, u ħiliet ristretti huma fatturi ewlenin li jwasslu għal faqar waqt li wieħed jew waħda jkunu fl-impjieg. Il-Figura 6 hawn taħt turi kif l-ARP fl-impjieg tikkompara għal kull persuna meta mqabbla ma’ familji b’intensità baxxa ta’ xogħol (LWI). Il-perċentwal ta’ nies b’LWI li kienu f’riskju ta’ faqar waqt l-impjieg tela’ minn 20.1% fl-2005 għal 33.4% fl-2012 (Figura 6).

Barra dan, in-numru ta’ nies f’impjieg permanenti u/jew fultajm iżda li jirċievu paga baxxa huwa relattivament ogħla f’Malta meta mqabbel ma’ pajjiżi oħra (Eurostat, UE-SILC kif imsemmi mill-Kummissjoni Ewropea, DG Impjieg, Affarijiet Soċjali u Inklużjoni, 2013, p.12). L-irġiel għandhom aktar it-tendenza jaqgħu fil-kategorija ta’ foqra fl-impjieg milli n-nisa, u f’dan ir-rigward Malta għandha l-akbar differenza bejn irġiel u nisa fl-UE2714. It-tendenza li l-irġiel ikunu iktar f’impjiegi b’ħiliet baxxi u n-nisa jidħlu għal xogħol klerikali/amministrattiv jista’ jkun il-fattur li jispjega dan.

Gruppi vulnerabbli li huma esposti għal riskji akbar ta’ esklużjoni soċjali x’aktarx li jkunu aktar żvantaġġjati meta jiġu biex jidħlu fis-suq tax-xogħol u jekk jingħataw impjieg, x’aktarx li jkunu offruti paga baxxa u b’kundizzjonijiet prekarji.

13 “Individwi li jkunu klassifikati bħala “impjegati” (magħżulin bejn “impjieg bil-paga u s-salarju flimkien ma’ dawk li jaħdmu għal rashom” u “impjieg bil-paga u s-salarju biss)

huma f’riskju ta’ faqar. Dan l-indikatur irid ikun analizzat skont il-karatteristiċi personali, tal-impjieg u tal-familja. Għandu jkun analizzat ukoll f’paragun mal-faqar li jħabbtu

wiċċhom miegħu dawk bla xogħol u inattivi.” (Kummissjoni Ewropea, 2009, p.11)

14 Fl-2012, 6.5% tal-ħaddiema rġiel u 3% tal-ħaddiema nisa fl-età 18-64 kienu fost dawk il-foqra b’impjieg.

40 POLITIKA STRATEĠIKA GĦAL:TNAQQIS FIL-FAQAR U GĦAL INKLUŻJONI SOĊJALI 2014-2024

Figura 6: Faqar fost Nies li Jaħdmu: 2005-2012

Definizzjoni: LWI tirreferi għal intensità ta’ xogħol iktar minn 0.2 iżda inqas minn 0.45.

Sors: UE SILC 2005-2012.

41

2.5.5. Gruppi Vulnerabbli Oħra

Għalkemm din il-politika strateġika tiffoka fuq l-erba’ kategoriji ta’ nies diskussi aktar ’il fuq, tkopri l-kors tal-ħajja u għalhekk tindirizza b’mod komprensiv lil dawk in-nies kollha li huma l-aktar suxxettibbli li jaqgħu fir-riskju ta’ faqar jew esklużjoni soċjali. Bil-mira fuq it-tfal, l-anzjani, in-nies qegħda u dawk foqra fl-impjieg, l-istrateġija mhux biss tkopri ż-żewġ ġeneri, iżda anki lil persuni b’diżabiltà, dawk bi sfidi ta’ saħħa mentali, nies li qed jiġu abbużati, persuni jfittxu l-ażil, persuni b’imġiba vvizzjata, persuni mingħajr ħiliet fil-ħajja kif ukoll persuni li jkunu qed jiġu diskriminati.

2.6. Sfidi Ewlenin

L-isfidi li hemm fil-ġlieda biex jonqsu l-faqar u l-esklużjoni soċjali huma bla dubju bosta. L-għan ewlieni ta’ din l-istrateġija nazzjonali huwa li jkunu indirizzati dawn il-ħtiġijiet u żbilanċi permezz tal-ħolqien ta’ dħul adegwat u servizzi soċjali ta’ kwalità għolja fis-sitt dimensjonijiet tal-benessere. Kif naraw f’Figura 6, dawn is-sitt dimensjonijiet jirkbu fuq xulxin, biex b’hekk jirriflettu l-komplessità u l-inter-relazzjoni fost l-oqsma varji tal-benessere.

42 POLITIKA STRATEĠIKA GĦAL:TNAQQIS FIL-FAQAR U GĦAL INKLUŻJONI SOĊJALI 2014-2024

Figura 7: Sitt Dimensjonijiet ta’ Benessere

 

 

 

 

 

 

43

Malta se tkun qed trawwem l-ugwaljanza u d-diversità waqt li tnaqqas il-faqar u l-esklużjoni soċjali inter-ġenerazzjonali billi:

• iżżid l-iżvilupp sostenibbli tagħha

- isaħħaħ ir-rata ta’ attivazzjoni b’mod partikolari tan-nisa u gruppi vulnerabbli; - tippromwovi xogħol li jirrendi permezz ta’ opportunitajiet ta’ mpjieg ta’ kwalita`; - ittejjeb is-servizzi edukattivi u ta’ taħriġ; - tgħin għal iktar mobilità soċjali; - taċċerta li jkun hemm żvilupp li jirrispetta l-ambjent;

• tippromwovi it-tisħiħ u s-solidarjetà soċjali

- tnaqqas il-frodi fejn jidħlu benefiċċji soċjali u taxxi; - tindirizza l-iżbilanċi u l-iżvantaġġi reġjonali u ġeografiċi permezz ta’ aktar riġenerazzjoni komunitarja; - tippromwovi l-anzjanità attiva; - tippromwovi struttura ta` kultura aktar inklużiva u parteċipazzjoni kulturali aktar attiva;

• issaħħaħ is-servizzi soċjali

- aktar djar adegwati u bi prezz li wieħed ikun jiflaħ għalih; - titjib fl-aċċess, kwalità, adegwatezza u sostenibilità tal-ħarsien soċjali, tas-saħħa u kura fit-tul; u - tippromwovi t-twettiq ta’ servizzi li tkun ibbażata fuq id-drittijiet aktar milli fuq l-aspett karitattiv.

Sabiex tilqa’ għal dawn l-isfidi Malta qed tippjana li ssaħħaħ il-fondi nazzjonali billi tagħmel l-akbar użu possibbli minn sorsi ta’ fondi mill-UE bħal: il-Fond Soċjali Ewropew (ESF); il-Fond Reġjonali Ewropew għall-Iżvilupp (ERDF); il-Programm Ewropew għax-Xogħol u l-Innovazzjoni Soċjali (EaSI); il-Fond Ewropew għall-Integrazzjoni ta’ persuni minn terzi pajjiżi u l-Fond Ewropew għar-Refuġjati; il-Programm Daphne; Erasmus Plus; il-Programm għad-Drittijiet u Ċittadinanza; u l-Fond għal Għajnuna Ewropea għal dawk l-Aktar fil-Bżonn 2014-2020 (FEAD).

3. Azzjonijietu Rakkomandazzjonijiet

Il-faqar u l-esklużjoni soċjali jolqtu ħażin il-kwalità tal-ħajja tan-nies u x’aktarx li anki jfixklu l-prospetti ta’ ġejjieni aħjar. Madankollu l-faqar mhux uniformi u ta’ sikwit ikun karatterizzat minn fatturi varji fosthom il-qgħad, rati għoljin ta’ tluq bikri mill-iskola, status baxx, impjiegi li jitolbu ħiliet ristretti, u diffikultajiet ta’ saħħa fiżika u mentali . Fid-dawl ta’ din ir-realtà kumplessa, din l-istrateġija tadotta firxa ta’ azzjonijiet varji imma kordinati fis-sitt dimensjonijiet tal-benessere (dħul u benefiċċji, xogħol, edukazzjoni, saħħa u ambjent, servizzi soċjali, u kultura) li huma ċentrali għal din l-Politika Strateġika Nazzjonali għal Tnaqqis fil-Faqar u għal Inklużjoni Soċjali (2014-2024).

Imsejsa fuq viżjoni li tibda mil-livell tal-komunità u tibqa tiela ’l fuq lejn livelli għola, il-ħsieb komuni f’din il-Politika strateġika huwa l-promozzjoni tal-effettività u s-sinerġija fl-għoti tas-servizzi. Żvilupp sostenibbli, tisħiħ u solidarjetà soċjali, u t-titjib fis-servizzi soċjali ma jiddependux biss fuq inizjattivi tal-Gvern iżda anki fuq għaqdiet lokali u volontarji li jaħdmu flimkien biex jiżguraw li kull resident għandu ħajja diċenti.

Dan jidher sewwa fl-impenn tal-Gvern li jsaħħaħ u jaħdem mill-qrib mal-komunitajiet lokali permezz ta’ numru ta’ inizjattivi. Bħala eżempju, fir-reġjun fuq in-naħa t’isfel tal-Port hemm il- Forum tal-Komunità ta’ Bormla magħmul kemm minn entitajiet pubbliċi kif

45

ukoll dawk mhux governattivi, u li jiffoka fuq it-tnaqqis fil-faqar u l-inklużjoni soċjali ta’ gruppi ewlenin: tfal u żgħażagħ, l-anzjani, in-nies qegħda u dawk foqra fl-impjieg. Dan qed isir permezz ta’ ħidmiet konġunti bejn servizzi varji relatati mas-sitt dimensjonijiet tal-benessere fil-livell ta’ komunità. Aktar minn hekk, permezz ta’ din l-istruttura l-komunitajiet lokali qed ikunu awtorizzati jinfluwenzaw u jsawru inizjattivi bil-għan li jkun aċċertat l-impatt meħtieġ. Dan il-metodu jinkoraġġixxi u jgħin lill-komunitajiet lokali jkunu pro-attivi u aktar magħqudin.

Il-prioritajiet u inizjattivi mressqin f’din il-politika strateġika jridu jkunu żviluppati u mwettqa permezz ta’ pjattaformi ta’ konsultazzjoni maċ-ċittadini biex hekk ikunu msaħħa wkoll persuni vulnerabbli u jkun hemm titjib fil-provvista tas-servizz.

46 POLITIKA STRATEĠIKA GĦAL:TNAQQIS FIL-FAQAR U GĦAL INKLUŻJONI SOĊJALI 2014-2024

3.1. Dħul u Benefiċċji Soċjali

“Malta għandha sistema ta’ ħarsien soċjali estensiva u stabbilita` sewwa maħsuba biex tirrestrinġi l-faqar u l-inugwaljanza soċjali billi tagħti lin-nies il-possibilità li mhux biss ilaħħqu mal-bżonnijiet bażiċi tagħhom iżda anki li jgawdu minn ħajja diċenti permezz ta’ provvista, fost oħrajn, ta’ dħul adegwat.” (L-Onor. Dr Michael Farrugia, Ministru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali, EPSCO, Laqgħa tal-Kunsill tal-Ministri, 2014 Ġunju 19).“

Dħul u benefiċċji mhux adegwati jiddeterminaw l-istil tal-ħajja, il-prospetti u l-għażliet ta’ dak li jkun, u b’hekk ikollhom effett dirett fuq il-benessere u l-kwalità ġenerali tal-ħajja tiegħu/tagħha. L-effett tad-dħul huwa intrinsikament multi-dimensjonali u multi-ġenerazzjonali.

Din l-istrateġija tqis il-provvista ta’ dħul adegwat u ġust bħala wieħed mill-pilastri li fuqhom tistrieħ u tirrakkomanda l-introduzzjoni ta’ żmien stipulat għall-effett konġunt ta’ skemi ta’ dħul minimu u miżuri oħra ta’ din il-politika li jkunu qed jgħinu mhux ftit biex persuna toħroġ mill-faqar.

Matul il-proċess estensiv ta’ konsultazzjoni, kien hemm membri tal-pubbliku li ħeġġew li tinżamm u tiġi mtejba s-sistema universali ta’ ħarsien soċjali. Kienu tal-fehma li persuni mingħajr xogħol minħabba diffikultajiet fiżiċi jew mentali għandhom jingħataw priorità u garanzija ta’ ħajja diċenti. Barra dan, sejħu għal pagi ogħla mill-benefiċċji soċjali tal-qgħad sabiex ikun inċentivat l-impjieg waqt li l-ħaddiema jkunu garantiti dħul ogħla mill-paga minima (2014: €165.68 fil-ġimgħa). Kien propost ukoll li l-ħlas għandu jogħla mal-produzzjoni, u li jkun hemm aktar sforzi biex l-intrapriża soċjali tkun faċilitata fost dawk vulnerabbli. Kien hemm ukoll rakkomandazzjoni qawwija għal livell ogħla ta’ parteċipazzjoni fis-suq tax-xogħol minn żgħażagħ, ġenituri waħdanin (single parents), nisa u persuni b’diffikultajiet ta’ saħħa fiżika u jew mentali. Minkejja l-aġġornament kontinwu tas-sistema ta’ ħarsien soċjali f’Malta15 u l-miżuri ta’ attivazzjoni u inizjattivi kontra l-faqar, il-faqar u l-esklużjoni soċjali baqgħu jippersistu. Infatti, għad li l-ispiża ta’ Malta fuq ħarsien soċjali16 bħala perċentwal tal-PGD żdiedet minn 25.6% fl-2009 għal 26.7% fl-2012 (COFOG), is-sistema ta’ ħarsien soċjali xorta waħda teħtieġ li

15 Is-sistema ta’ ħarsien soċjali hija msejsa fuq tliet pilastri: assigurazzjoni soċjali, għajnuna wara eżami tal-mezzi disponibbli u benefiċċji universali.

16Din tinkludi djar u kumditajiet komunitarji, saħħa, edukazzoni u ħarsien soċjali.

47

tkun kontinwament imtejba biex tlaħħaq adegwatament mal-pass tar-realtajiet dejjem jinbidlu tas-soċjetà.

Indikatur li bejn wieħed u ieħor juri l-istat ta’ deprivazzjoni f’Malta huwa l-għadd kbir ta’ nies li jagħmlu talbiet taħt il-Programm ta’ Għajnuna f’Ikel tal-UE. Minbarra l-anzjani, ħafna minn dawk li jagħmlu dawn it-talbiet ikunu ġejjin minn familji kbar jew familji fejn il-kap tal-familja, predominantament irġiel, għandu ’l fuq minn 45 sena u ma jistax jaħdem minħabba problemi ta’ saħħa. Il-pensjonijiet u l-benefiċċji tal-qgħad u l-mard ma jservux lil dawn in-nies biex ilaħħqu mal-ispejjeż dejjem jiżdiedu tal-familja.

F’rapport riċenti dwar l-Inugwaljanzifis-Saħħa Ambjentali f’Malta (Environmental Health Inequalities in Malta - EHIS), id-dħul baxx kien ripetutament identifikat bħala l-fattur ewlieni għal numru ta’ perikli ambjentali:

“Id-dħul baxx iwassal b’mod qawwi għal inugwaljanzi fejn jidħlu ħtiġijiet sanitarji, banju/doċċa strettament għall-użu tal-familja, wisq nies u umdità fid-dar. Dawk f’riskju ta’ faqar sikwit isibuha diffiċli li jżommu d-dar sħuna fix-xitwa u friska fis-sajf. Id-dħul baxx iwassal ukoll biex wieħed ikun espost għal storbju u dħaħen indiretti fid-dar. Fuq kollox, persuni bla xogħol u b’diżabilità huma aktar esposti għal dħaħen indiretti fid-dar.” (EHIS, 2013, p.37)

“Id-dħul baxx jolqot dimensjoni oħra tal-benessere: l-edukazzjoni. It-tfal għandhom it-tendenza jmorru aħjar meta l-ġenituri tagħhom ikollhom dħul ikbar u edukazzjoni ogħla (Levin, 2007). Din ix-xejra tidher ukoll f’Malta fejn il-kisbiet edukattivi u l-istatus soċjo-ekonomiku huma relatati b’mod sinifikanti (PISA 2009+, MEDE, R&D Department, 2013a, p. x). Min-naħa l-oħra, ikun hemm inqas kisbiet edukattivi fost familji finanzjarjament deprivati. L-istatistika tikkonferma li anki fuq livell internazzjonali, pajjiżi b’inugwaljanzi akbar fejn jidħol dħul issibhom lura f’dawk li huma kisbiet edukatttivi.

48 POLITIKA STRATEĠIKA GĦAL:TNAQQIS FIL-FAQAR U GĦAL INKLUŻJONI SOĊJALI 2014-2024

Huwa kruċjali li jkun assigurat dħul adegwat li miegħu jġib kwalità ta’ ħajja aħjar, fejn il-drittijiet u r-responsabbiltajiet ta’ dak li jkun jistgħu jinkisbu, jitħaddmu u jkunu gawduti. Din l-istrateġija tagħraf l-isfidi li familji bi dħul baxx iridu jħabbtu wiċċhom magħhom u tirrikonoxxi l-importanza ta’ interventi speċifiċi għal gruppi żvantaġġjati flimkien ma’ interventi immirati u universali oħra għal titjib fid-dħul. L-introduzzjoni tal-benefiċċju supplimentari għat-tfal17 fl-2015 huwa intervent speċifiku li għandu jgħin biex familji kbar ikunu jistgħu jinqalgħu mill-faqar waqt li jagħtu lil uliedhom opportunità aħjar biex jirnexxu fil-ħajja. Qegħdin jittieħdu miżuri biex jitjieb id-dħul disponibbli permezz ta’ aġġustamenti adegwati annwali għall-għoli tal-ħajja (COLA) bil-għan li jagħmlu tajjeb għaż-żieda fil-għoli tal-ħajja, permezz ta’ tnaqqis fil-kontijiet tad-dawl u l-ilma u servizzi bla ħlas ta’ kura u ħarsien tat-tfal.

Riformi fis-sistema tat-taxxa fuq id-dħul mistennija jgħinu biex ikun hemm titjib fil-qagħda ta’ persuni vulnerabbli. Fil-fatt, fil-Baġit tal-2014 kien hemm il-miżura tat-tneħħija tat-taxxa fuq id-dħul għal dawk li d-dħul tagħhom huwa ristrett għall-paga minima.

Inċentivi wisgħin għal titjib fid-dħul permezz ta’ aktar impjiegi jinkludu t-twessigħ tal-faxex tat-taxxa għall-ġenituri, l-estensjoni ta’ rata preferenzjali fit-taxxa fuq id-dħul għal ħaddiema partajm (inklużi dawk li jaħdmu għal rashom) u strutturar iktar gradat tal-benefiċċji ta’ sigurtà soċjali f’għajnuna lil persuni bla xogħol jew ekonomikament inattivi u li jkunu ilhom jirċievu l-għajnuna għal sentejn jew aktar u jibdew jaħdmu bi ħlas mhux anqas mill-paga minima nazzjonali18. Interventi speċifiċi oħra jinkludu ż-żieda fid-dħul disponibbli permezz ta’ tnaqqis fit-taxxa fuq id-dħul għal nisa qegħda ta’ aktar minn 40 sena li jibdew jaħdmu, u krediti fit-taxxa lil ġenituri waħdanin (single parents) li jidħlu għal korsijiet vokazzjonali u/jew edukazzjoni fultajm.

Ma’ dawn il-miżuri ta’ attivazzjoni, aktar sforzi se jkunu konċentrati fuq it-trażżin ta’ frodi fil-benefiċċji soċjali u evażjoni tat-taxxa.Kull titjib fid-dħul reali jrid isir fi sfond ta’ żvilupp sostenibbli b’aktar investiment fis-setturi ekonomiċi ewlenin, fosthom l-eko-turiżmu u turiżmu kulturali, dejjem bil-ħsieb li dan iservi ta’ forza ġenerattiva li tħalli effett multipliku u tkattar l-importanza ta’ iżjed opportunitajiet biex dawk maqbudin fin-nassa tal-faqar ikollhom ħajja diċenti.

17 DAN IS-SUPPLIMENT HUWA SUĠĠETT GĦAL NUMRU TA’ KUNDIZZJONIJIET TA’ ELIĠIBILITÀ (FOSTHOM ID-DĦUL ANNWALI TAL-ĠENITUR/I) U KRITERJI (BĦAL ATTENDENZA REGOLARI FL-

ISKOLA, ŻJARAT NEĊESSARJI GĦAND IT-TABIB U PARTEĊIPAZZJONI F’ATTIVITAJIET SPORTIVI U KULTURALI). JEKK DAWN IL-KUNDIZZJONIJIET MA JINTLAĦQUX,IL-BENFIĊĊJU JITPOĠĠA F’KONT

BANKARJU F’ISEM IT-TIFEL JEW TIFLA BIEX JINTUŻA GĦAL SKOPIJIET TA’ EDUKAZZJONI U TAĦRIĠ. IS-SUPPLIMENT JIBQA’ JINĦAREĠ SAKEMM IT-TFAL JILĦQU L-ETÀ TA’ 23 SENA. GĦALL-

EWWEL TLETT ITFAL, JINGĦATA S-SUPPLIMENT SĦIĦ (€400), U N-NOFS (€200) GĦAL KULL WILD IEĦOR LI JIĠI WARA.

18 IL-BENEFIĊJARJU JŻOMM 65% TAL-BENEFIĊĊJU MATUL L-EWWEL SENA, 45% FIT-TIENI U 25% FIT-TIELET, WAQT LI DAK LI JIMPJEGA (EMPLOYER) JIRĊIEVI 25% TAL-BENEFIĊĊJU U L-BQIJA

TMUR F’FONDI TA’ TAĦRIĠ.

49

Azzjonijiet Strateġiċi tal-Politika: Dħul u Benefiċċji Soċjali

Dħul adegwat, kemm jekk provdut permezz ta’ benefiċċji soċjali kif ukoll jekk permezz ta’ mpjieg bi ħlas ġust, huwa l-bażi tal-ħidma biex jitnaqqas il-faqar u jitkattar il-benessere. Bil-għan li jkun hemm dħul adegwat għal kulħadd, din il-politika strateġika tressaq dawn il-prijoritajiet sabiex:

Ikun assigurat li s-sistemi ta’ ħarsien soċjali jirriflettu l-bidliet fir-realtajiet soċjo-ekonomiċi billi:

• ikun meqjus l-iżvilupp ta’ indikaturi ġodda ta’ faqar bil-għan li l-Gvern ikun jista’ jibbaża l-politika tiegħu fuq l-evidenza;

• jissuktaw ir-reviżjonijiet tal-benefiċċji soċjali fuq il-prinċipji ta’ ġustizzja, ġustizzja soċjali u xogħol bi ħlas xieraq;

• tkun introdotta skema ta’ ħlasijiet b’arretrati għal dawk li ma jkunux ħallsu biżżejjed kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali għall-pensjoni;

• tkun introdotta gradwalment pensjoni minima nazzjonali bħal dik garantita lil pensjonanti li twieldu fl-1962 jew wara;

• ikun kunsidrat tqassim ugwali tal-pensjoni kontributorja bejn il-miżżewġin;

• issir analiżi komprensiva tal-valur fuq in-nefqa, billi jsir paragun bejn il-provedimenti universali maħruġa taħt is- sigurtá soċjal u dawk marbutin mal-mezzi.

50 POLITIKA STRATEĠIKA GĦAL:TNAQQIS FIL-FAQAR U GĦAL INKLUŻJONI SOĊJALI 2014-2024

Ikunu promossi miżuri ta’ attivazzjoni waqt li titjieb ix-xibka ta’ sigurtà billi:

• jissuktaw il-miżuri biex nies dipendenti fuq l-għajnuna soċjali jkunu inċentivati biex jibdew jaħdmu waqt li tkompli tingħata l-għajnuna lil dawk li ma jistgħux jipparteċipaw fis-suq tax-xogħol minħabba xi diżabilità jew nuqqas ta’ saħħa;

• jiżdiedu l-benefiċċji tal-qgħad waqt li jinbidlu f’benefiċċji għal persuni li jkunu qegħdin attivament ifittxu mpjieg flimkien ma’ miżuri ta’ attivazzjoni u inċentivi għal min iħaddem biex jitjiebu l-pagi tal- ħaddiema fil-kategorija ta’ dawk bi dħul baxx skont il-livell tal- produzzjoni.

Jiżdied id-dħul disponibbli u titħares il-kwalità tal-ħajja taċ-ċittadini billi:

• ikun hemm aktar eżenzjonijiet mit-taxxa għal dawk bi dħul baxx;

• ikunu msaħħa l-konsumaturi, l-aktar il-gruppi vulnerabbli, biex jagħrfu aħjar id-drittijiet tagħhom u jirrikorru għalihom, partikolarment permezz tat-tkattir tal-edukazzjoni finanzjarja;

• ikunu mħarsa ċ-ċittadini minn abbużi bħalma huma l-użura, abbużi fil-kera, u frodi.

Sabiex tkun assigurata l-ħila ta’ gruppi vulnerabbli biex ilaħħqu mal-ħtiġijiet tagħhom permezz ta’:

• titjib fl-għajnuna finanzjarja li tingħata lil dawk il-persuni b’diffikultajiet ta’ saħħa fiżika u/jew mentali u lil dawk li jirċievu benefiċċji għal invalidità, billi fejn ikun possibbli jingħaqad id-dħul minn dawn il-benefiċċji flimkien mad-dħul mix- xogħol;

• isir investiment f’carers li jipprovdu ħarsien u kura primarja lil persuni li qed jgħixu f’darhom u li għandhom sfidi soċjali, diffikultajiet ta’ saħħa fiżika u jew mentali;

• titjib fil-kwalità tal-ħajja ta’ dawk il-persuni li jkunu għamlu talba għall-ażil waqt li jitkattru l-prospetti tal-integrazzjoni sħiħa tagħhom.

51

3.2. Xogħol

“Tkabbir inklussiv ifisser il-ħolqien ta’ soċjetà magħquda li fiha n-nies jingħataw is-saħħa jantiċipaw u jimmaniġġjaw il-bidla u konsegwentement jipparteċipaw fis-soċjetà u fl-ekonomija.”

(Official Journal of the European Union, 2010, November 24)“L-impjieg hu fattur ewlieni li jiddetermina d-dħul: pagi, salarji u l-biċċa l-kbira tal-pensjonijiet. Ix-xogħol – privat u pubbliku – idawwar l-ekonomija kollha kemm hi. Fuq l-livell individwali, l-impjieg jiddetermina l-faqar jew ġid relattiv ta’ dak li jkun. Xogħol li jagħti sodisfazzjon ikattar ukoll il-benessere u l-iżvilupp ta’ dak li jkun. Għall-kuntrarju, hemm rabta sinifikanti bejn il-qgħad, esklużjoni soċjali u mard. L-impjieg ta’ dak li jkun, jew in-nuqqas tiegħu, jifforma parti importanti mill-identità ta’ dak li jkun u fix-xejriet tal-konsum tiegħu. Ħlas adegwat għall-ħaddiema kollha jiddetermina il-prodottività, it-tkabbir u l-innovazzjoni fost bosta setturi u jżid id-domanda mill-konsumatur.

F’dinja li qegħda tinbidel b’rata mgħaġġla, il-mobilità, il-flessibilità u t-titjib fil-ħiliet huma kruċjali. L-instabilità li tiġi minn suq tax-xogħol daqshekk volatili twassal għal riskju akbar ta’ faqar u esklużjoni soċjali. Il-ħtieġa li jkunu faċilitati l-bidla fost il-ħaddiema u l-mobilità fl-impjieg saret aktar urġenti. L-edukazzjoni pubblika, it-taħriġ u l-għajnuna fid-dħul huma intrinsiċi ma’ proċess mexxej.

F’dan il-kuntest, il-Politika Nazzjonali dwar l-Impjieg (MEDE, Mejju 2014) għandha l-għan li tindirizza l-isfidi fis-suq tax-xogħol. Waqt li tqis kemm l-aspett ekonomiku u dak soċjali, il-Politika dwar l-Impjieg tressaq proposti ta’ miżuri u inizjattivi mnebbħa mill-kunċett ta’ xogħol li jrendi u mfassla biex itejbu l-ħiliet tal-ħaddiema Maltin. Għandha l-għan ukoll li ssaħħaħ il-parteċipazzjoni tan-nisa u ta’ persuni b’diżabilità fis-suq tax-xogħol u żżid in-numru ta’ snin li persuni akbar fl-età jagħmlu jaħdmu.

Il-priorità għal Malta hija li jiżdiedu l-opportunitajiet ta’ mpjieg ta’ kwalità biex

52 POLITIKA STRATEĠIKA GĦAL:TNAQQIS FIL-FAQAR U GĦAL INKLUŻJONI SOĊJALI 2014-2024

b’hekk 70% tal-popolazzjoni fl-età ta’ bejn l-20 u l-64 sena jkollhom xogħol sal-2020. Diġà kien hemm avvanz meta l-għadd ta’ ħaddiema żdied minn 62.2% fl-2008 għal 64.8% fl-2013. L-enfasi qiegħed fuq il-kwalità u l-valur miżjud, peress li kien hemm żieda baxxa - 0.5% - fil-prodottività f’Malta matul dawn l-aħħar għaxar snin (imqabbla ma’ 1.3% fid-Danimarka u 1.5% fl-Olanda). Il-valur miżjud għandu erba’ dimensjonijiet: ekonomika, finanzjarja, soċjali u ambjentali. Riżorsi umani ta’ kwalità u organizzazzjoni effiċjenti u li ssaħħah lill-ħaddiema jwasslu għal riżultat ta’ kwalita`. Barra dan, prodottività akbar għandha twassal għal pagi aħjar.

Il-ħaddiema Maltin huma magħrufin sewwa għall-bżulija, id-dedikazzjoni u l-flessibilità tagħhom. Magħrufin ukoll għall-effiċjenza u ħeffa tagħhom biex jadattaw għal bidla. Madankollu, il-kompetittività u mobilità ’l fuq iridu jkunu mtejba permezz ta’ aktar investiment effettiv f’ħiliet, edukazzjoni, ħidma kollettiva u prattiċi ta’ xogħol innovattivi. Dawk l-entitajiet li jtejbu l-iżvilupp ekonomiku, l-inklużjoni soċjali u s-saħħa ambjentali għandhom rwol kruċjali x’jaqdu f’dan il-qasam. Il-Politika Nazzjonali dwar l-Impjieg kienet antiċipata minn sensiela ta’ miżuri maħsuba biex iħajru aktar nies, speċjalment nisa, jidħlu fis-suq tax-xogħol u biex isaħħu l-appoġġ għall- ġenituri li qed jistudjaw u/jew jaħdmu, kif ukoll għall-ħaddiema ta’ età akbar. Inizzjattiva importanti ta’ din il-politika supply-side kienet l-introduzzjoni b’suċċess fit-tieni kwart tal-2014 tal-kura u l-ħarsien tat-tfal bla ħlas bil-għan li aktar nisa jidħlu fis-suq tax-xogħol jew ikomplu jistudjaw. Din it-tnedija kienet kumplimentata bil-ftuħ aktar kmieni tal-iskejjel permezz tal-introduzzjoni tal-breakfast clubs u l-provvista ta’ servizzi għal wara l-ħinijiet tal-iskola; u bit-tisħiħ tal-impenn tal-Gvern fejn jidħlu miżuri favur il-familja bħal leave għall-ġenituri, sigħat flessibbli ta’ xogħol u tele-working.

Ġew introdotti eżenzjonijiet mit-taxxa għal dawk in-nisa li għalqu l-40 sena u li jixtiequ jerġgħu jidħlu fis-suq tax-xogħol. Ġie offrut ukoll tnaqqis fit-taxxa lil kumpaniji li jieħdu sehem fl-iskema ta’ inċentiv ta’ taħriġ u mpjieg għal persuni ta’ bejn l-45 u l-65 sena. Imnebbħa minn mudelli supply-side ta’ suq tax-xogħol attiv , Malta adottat il-programm Jobs Plus sabiex tingħata kemm informazzjoni kif ukoll opportunitajiet ta’ xogħol lil nies qegħda li jkunu qegħdin attivament ifittxu mpjieg, u sabiex jingħata taħriġ u edukazzjoni għal titjib fil-ħiliet tal-ħaddiema. Aktar minn hekk, ġew offruti pagi parzjalment sussidjati u tnaqqis mit-taxxa lil ditti privati bil-ħsieb li jkunu nkoraġġiti jimpjegaw gruppi speċifiċi.

53

Bil-għan li tkun indirizzata l-benefit trap, iddaħlu miżuri biex tonqos id-dipendenza fit-tul fuq benefiċċji ta’ ħarsien soċjali, fosthom it-tnaqqis gradwali ta’ benefiċċji soċjali lil benefiċjarji li jkunu bdew jaħdmu. F’konformità ma’ dan kollu, qed ikun kunsidrat titjib għal dawk bi dħul baxx bil-għan li jibqgħu fl-impjieg indefinittivament. Fl-istess ħin, kompla jissaħħaħ l-impenn biex jonqsu l-abbużi fis-sigurtà soċjali u tkun imħeġġa aktar parteċipazzjoni fis-suq tax-xogħol.

Iż-żamma ta’ ħaddiema akbar fl-età fis-suq tax-xogħol hija waħda mill-prioritajiet tal-Istrateġija ta’ Malta għal Anzjanità Attiva mnedija fl-2013. F’dan il-kuntest, l-età tal-irtirar se tkompli tiela’ gradwalment sa massimu ta’ 65 sena sal-2027, f’konformità mat-tibdiliet legali approvati fl-2007. F’dawn l-aħħar snin ġiet approvata leġiżlazzjoni li tippermetti li persuni li laħqu l-età tal-irtirar jibqgħu jaħdmu mingħajr ma jitilfu xejn mill-pensjoni, ikun x’ikun id-dħul tagħhom. Sa mill-2014, pensjonanti li jaħdmu għal rashom partajm issa jistgħu jibbenefikaw minn rata ta’ taxxa ta’ 15% sakemm id-dħul tagħhom ma jkunx jaqbeż ċertu limitu.

Fuq in-naħa l-oħra tal-ispettru tas-suq tax-xogħol, ġew introdotti miżuri biex iż-żgħażagħ jidħlu fis-suq tax-xogħol. Dawn jinkludu l-attivazzjoni tal-Garanzija għaż-Żgħażagħ li tfittex ittejjeb l-opportunitajiet ta’ mpjieg għaż-żgħażagħ billi jiżdied in-numru ta’ dawk li jkomplu jistudjaw wara l-età obbligatorja kif ukoll jitjiebu l-ħiliet tagħhom permezz ta’ taħriġ rilevanti.

Żgħażagħ li jkunu jixtiequ jibdew negozju tagħhom issa jistgħu jfittxu l-appoġġ u l-pariri meħtieġa permezz tal-Iskema għall-Intraprenditorija għaż-Żgħażagħ li hi maħsuba biex tkattar l-intraprenditorija fost il-ġenerazzjoni żagħżugħa.

“F’konformità mal-Istrateġija 2020 tal-UE għal tkabbir sostenibbli u mpjieg, Malta hija mpenjata li żżid l-isforzi tagħha biex tħaddan l-ekonomija u f’dan ir-rigward, tinsab fil-proċess ta’ tħejjija ta’ pjan ta’ azzjoni li hu maħsub biex joħloq opportunitajiet ġodda ta’ xogħol imsejsa fuq l-aqwa prattiċi tal-UE” (NRP, 2014, p.25).“

54 POLITIKA STRATEĠIKA GĦAL:TNAQQIS FIL-FAQAR U GĦAL INKLUŻJONI SOĊJALI 2014-2024

Aktar minn hekk, biex toħloq tkabbir inklussiv, Malta qed tippjana għal parteċipazzjoni attiva tal-persuni emarġinati kollha fost il-ħaddiema bl-użu ta’ inċentivi varji għal impjiegi, tagħlim relatat max-xogħol, koperattivi u intrapriżi soċjali oħra. L-impjieg ta’ persuni emarġinati hu mistenni li jiżdied permezz tal-espansjoni u t-tkattir ta’ opportunitajiet ta’ xogħol billi tingħata iktar għajnuna għal min ikun lest jaħdem għal rasu, intrapriżi żgħar u medji u intrapriżi soċjali fosthom koperattivi billi jingħata self żgħir u vantaġġi fit-taxxa li jsostnu lil dan is-settur relattivament żgħir waqt li tiskoragixxi l-qgħad, ix-xogħol prekarju u l-ekonomija moħbija.

Aktar sħubija fit-trejdunjins tgħin biex ikunu salvagwardati d-drittijiet tal-ħaddiema, tnaqqas il-biża’, l-iżolament u l-insigurtà waqt li tgħin sabiex jiġu żviluppati ftehim kollettivi tajbin imsejsa fuq il-mudell tar-rispett u l-parteċipazzjoni. Il-Kummissjoni tal-Impjiegi, flimkien mal-Malta Enterprise u l-Kunsill Malti għall-Iżvilupp Ekonomiku u Soċjali (MCESD), qed tikkonsidra ċ-ċelebrazzjoni tal-aktar postijiet tax-xogħol progressivi u l-iżvilupp ta’ leġiżlazzjoni ġdida kontra x-xogħol prekarju, waqt li jsiru monitoraġġ u evalwazzjoni tal-kundizzjonijiet tax-xogħol.

Azzjonijiet Strateġiċi tal-Politika: Xogħol

Din il-politika strateġika nazzjonali tappoġġja investimenti produttivi li huma msejsa fuq il-prinċipji ta’ ġustizzja u valur miżjud. Bil-għan li tippromwovi impjieg ta’ kwalità, din il-politika strateġika tressaq dawn il-prioritajiet sabiex:

55

Jinħolqu opportunitajiet ta’ mpjieg li jrendu dħul stabbli u adegwat billi:

• ikun hemm ħlas xieraq għax-xogħol permezz ta’ inċentivi ta’ sehem fil-qligħ, responsabbiltà kollettiva u l-evalwazzjoni ta’ possibilitajiet biex min iħaddem ikun inċentivat iżid il-pagi tal-ħaddiema bi dħul baxx;

• jiġu introdotti miżuri ta’ Valur Miżjud fit-tenders tal-Gvern;

• tissaħħaħ l-Iskema ta’ Garanzija għaż-Żgħażagħ u jkun assigurat li jsir monitoraġġ u valutazzjoni tar-riżultati;

• jiżdiedu ċ-ċentri ta’ kura u ħarsien ta’ kwalità tat-tfal għal dawk il-ġenituri li jaħdmu;

• jittieħed il-massimu possibbli ta’ fondi tal- UE, bħall-“PROGRESS, EURES and Microfinance and Social Entrepreneurship axes of the Employment and Social Innovation Programme (EaSI)” sabiex jiżdiedu l-flus inizjali għal investimenti produttivi u fit-tul;

Tkun assigurata strateġija aktar speċifika għal investiment u l-ħolqien ta’ mpjiegi għal gruppi vulnerabbli billi:

• jkun inkoraġġit tisħib privat-pubbliku-soċjali u koperattivi, inklużi intrapriżi soċjali;

• jkunu mħeġġa proġetti ta’ riġenerazzjoni komunitarja u żvilupp tal-ekonomija lokali sabiex jitjiebu l-prospetti ta’ integrazzjoni ta’ gruppi vulnerabbli;

• jkunu faċilitati postijiet tax-xogħol li jseddqu ambjent ta’ protezzjoni fejn tidħol saħħa mentali, l-aktar fid-disinn ta’ prattiċi ta’ xogħol u l-allokazzjoni ta’ dmirijiet.

56 POLITIKA STRATEĠIKA GĦAL:TNAQQIS FIL-FAQAR U GĦAL INKLUŻJONI SOĊJALI 2014-2024

Jitjiebu l-istrutturi li jħarsu u jsaħħu lill-impjegati billi:

• jkun hemm tisħiħ tal-istrutturi leġiżlattivi li jaħdmu kontra kundizzjonijiet prekarji tax-xogħol, sfruttament fis-suq tax-xogħol u kwalunkwe theddid għall-iżvilupp personali tal-ħaddiema, mingħajr ma jkun hemm riġidità eċċessiva fis-suq tax-xogħol;

• infurzar taċ-Charter tad-Drittijiet tal-Ħaddiema waqt li tkun assigurata l-osservanza tar-regolamenti dwar is-Saħħa u s-Sigurtà;

• tisħiħ u twettiq ta’ miżuri favur il-familja.

It-tkattir tal-mobilità u de-segmentazzjoni fis-suq tax-xogħol billi:

• jitjiebu t-trasparenza u l-kontabilità fid-deċiżjonijiet dwar investiment u mpjieg;

• jiġu introdotti inċentivi u miżuri ta’ attivazzjoni oħra għal taħriġ f’ħiliet ġodda waqt l-impjieg, gwadann waqt l-istudju, taħriġ fuq il-post tax- xogħol, u apprendistati bil-ħsieb ta’ aġġornament fil-ħiliet u f’dawk il-ħiliet li jkunu jaqblu mal-kategoriji kollha ta’ età.

57

3.3. Edukazzjoni

“.....irridu naraw li l-istrutturi u s-servizzi qegħdin fil-post biex ikunu indirizzati l-ħtiġijiet tal-istudenti li qegħdin f’xifer il-faqar u studenti minn status soċjo-ekonomiku baxx.”

(A Strategic Plan for the Prevention of Early School Leaving in Malta 2014, p. 9)“Fi tmiem l-aħħar diċenju, Malta wettqet riformi kbar fl-edukazzjoni permezz ta’ investiment qawwi fil-bini ta’ skejjel pubbliċi ġodda u t-twaqqif ta’ sistema diċentralizzata ta’ kulleġġi. Barra dan, inħolqu żewġ direttorati għal Kwalità u Standards fl-Edukazzjoni (DQSE) u għal Servizzi Edukattivi (DES), waqt li servizzi psiko-soċjali komunitarji għall-istudenti ġew ristrutturati u kibret it-teknoloġija tal-informatika fl-iskejjel. Madankollu għad baqa’ ħafna xi jsir biex it-tfal kollha jingħataw l-opportunità jiksbu suċċess.

Il-Ministeru responsabbli mill-edukazzjoni żviluppa “Struttura għal Strateġija Edukattiva għal Malta 2014-2024”. Din għandha l-għan li ttejjeb l-esperjenza tat-tagħlim għall-istudenti billi tħeġġeġ il-kreattività, il-qari u l-kitba, l-intraprenditorija u l-innovazzjoni fil-livelli kollha. Din l-istruttura essenzjalment tipproponi strateġija koerenti għal tagħlim matul il-ħajja minn edukazzjoni fl-ewwel snin tat-tfulija sa tagħlim għall-kbar imsejsa fuq erba’ miri ġenerali.

58 POLITIKA STRATEĠIKA GĦAL:TNAQQIS FIL-FAQAR U GĦAL INKLUŻJONI SOĊJALI 2014-2024

Tonqos id-differenza fir-riżultati edukattivi bejn is-subien u l-bniet u bejn studenti li jattendu skejjel differenti, jonqos in-numru ta’ dawk li jirnexxu inqas u jitjiebu l-qari u l-kitba, il-matematika bażika, u l-kompetenza fix-xjenza u t-teknoloġija, u joktru l-kisbiet fost l-istudenti1

Huwa importanti li t-tfal kollha jkollhom l-opportunità ta’ żvilupp sħiħ. Biex jintlaħaq dan l-iskop, it-tfal irid ikollhom edukazzjoni tajba u opportunitajiet xierqa għal żvilupp fiżiku, kulturali, emozzjonali u soċjali. Il-preżenza tal-ġenituri, l-imħabba u l-ħarsien, kif ukoll ambjent ta’ appoġġ, sostenn u kreattiv fl-ewwel perjodu tat-tfulija huma kruċjali. Iċ-ċentri ta’ kura u ħarsien tat-tfal huma fihom infushom investiment għax jistgħu jagħtu direzzjoni ġdida lit-trajettoriji fil-ħajja tat-tfal. Tfal żvantaġġjati li jkollhom kura u edukazzjoni ta’ kwalità għolja fl-ewwel żmien tat-tfulija tagħhom x’aktarx li inqas ikollhom bżonn ta’ edukazzjoni rimedjali u x’aktarx isibu mpjiegi aħjar meta jikbru. Programmi ta’ edukazzjoni fl-ewwel żmien tat-tfulija jgħinu wkoll l-iżvilupp fiżiku, konjittiv, soċjali u emozzjonali. Għal kuntrarju, nuqqas ta’ opportunitajiet edukattivi ugwali huwa marbut ma’ firxa ta’ problemi soċjo-ekonomiċi u ta’ saħħa. Pereżempju f’Malta hawn korrelazzjoni qawwija bejn edukazzjoni baxxa u inċidenza ta’ ħxuna żejda f’kull kategorija ta’ età. Edukazzjoni baxxa hija marbuta sew ukoll ma’ faqar ambjentali.

59

Ikun appoġġjat is-suċċess edukattiv ta’ tfal fir-riskju ta’ faqar jew esklużjoni soċjali jew li ġejjin minn status soċjo-ekonomiku baxx, u tonqos l-inċidenza relattivament għolja ta’ tluq bikri mill-iskola 2F’Malta, f’dawk li huma kisbiet edukattivi t-tfal f’riskju tal-faqar jew esklużjoni soċjali huma żvantaġġjati b’mod sinifikanti l-aktar fejn jidħlu l-qari, u l-matematika u xjenza bażiċi (PISA 2009+, R&D Department, MEDE, 2013a). Infatti, l-inugwaljanza fid-dħul jista’ jkun li tolqot lit-tfal aktar fil-fond milli naħsbu għax ikunu għadhom fil-proċess tal-formazzjoni tal-identità tagħhom. Il-mod kif ħaddieħor iħares lejna u jiġġudikana għandu effett qawwi fuq il-prestazzjoni u l-imġiba tagħna fid-dmirijiet edukattivi. “L-inugwaljanzi fis-soċjetà u fl-iskejjel tagħna għandhom effett dirett u fid-deher fuq moħħna, fuq it-tagħlim tagħna u l-kisbiet edukattivi li nilħqu” (Wilkinson & Pickett, 2010, p.113). Kull fejn hemm soċjetajiet li qed jinvestu f’aktar ugwaljanza fl-edukazzjoni u fit-tisħiħ tal-familja, il-faqar u l-esklużjoni soċjali niżlu għall-aktar livell baxx.

Skeda 3 hawn taħt turi li, fl-2013, ir-rata ta’ f’riskju ta’ faqar u esklużjoni soċjali għal persuni li rnexxielhom jaslu sa edukazzjoni “sekondarja ogħla u post-sekondarja iżda mhux terzjarja” kienet ta’ 14.4%. Ir-rata għal dawk li rnexxielhom jiksbu edukazzjoni “terzjarja jew ogħla” kienet ta’ 5.3%. Min-naħa l-oħra, 28.8% tal-persuni li waslu sa edukazzjoni ta’ “qabel il-primarja u l-primarja” kienu f’riskju ta’ faqar jew esklużjoni soċjali. Dan juri biċ-ċar ir-rabta li hemm bejn il-livell ta’ edukazzjoni milħuq u r-riskju ta’ faqar jew esklużjoni soċjali.

60 POLITIKA STRATEĠIKA GĦAL:TNAQQIS FIL-FAQAR U GĦAL INKLUŻJONI SOĊJALI 2014-2024

Skeda 3: Persuni ta’ 16-il sena jew aktar f’Riskju ta’ Faqar jew Esklużjoni Soċjali skont il-Ġeneru u l-Ogħla Livell ta’ Edukazzjoni milħuq fl-2013.

[i] Din il-kategorija tinkludi wkoll lil persuni li ma kellhom l-ebda edukazzjoni formali. [ii] Minħabba l-marġini tal-iżball, dawk il-figuri f’parentesi () għandhom jintużaw b’ċerta prudenza. [iii] Dawn it-totali ma jinkludux lil dawk il-persuni li ma speċifikawx l-ogħla livell ta’ edukazzjoni li laħqu.

Sors: SILC 2013

L-ogħla livell ta’ edukazzjoni milħuq

Numru ta’ persuni f’riskju ta’ faqar jew esklużjoni soċjali

Rata ta’ f’riskju ta’ faqar jew esklużjoni soċjali

Irġiel Irġiel Total Irġiel Irġiel TotalQabel il-Primarja u Primarja [i] 8,382 11,366 19,747 29.3 28.5 28.8

Sekondarja 21,830 22,436 44,265 27.8 31.0 29.3Sekondarja Ogħla & Post-Sekondarja iżda mhux Terzjarja

4,214 6,474 10,688 11.4 17.5 14.4

Terzjarja jew ogħla[ii] [1,511] [1,221] 2,732 [5.7] [4.8] 5.3Total [iii] 35,936 41,497 77,433 21.0 23.7 22.4

61

Ir-rata ta’ assentiżmu tqanqal tħassib partikolari. Id-Dipartiment tas-Servizzi għall-Istudenti kkonċentra fuq it-twettiq ta’ intervent kmieni u pjani edukattivi individwali. In-numru ta’ ġranet ta’ assentiżmu mill-iskola mhux awtorizzati (aktar minn 30 jum kull sena skolastika) fl-iskejjel primarji tal-Istat niżel minn 442 fl-2008/09 għal 211 fl-2011/12, grazzi l-aktar għal ħidma akbar fil-komunità. Madankollu, l-ingaġġ tal-istudent fl-iskejjel tal-Istat għadha ferm inqas minn dik fi skejjel oħra. L-assentiżmu fl-iskejjel sekondarji pubbliċi bħala total medju ta’ ġranet mitlufa jilħaq ir-rata għolja u inaċċettabbli ta’ 19.8 fis-sena għal kull student. Hemm differenza kbira meta din ir-rata titqabbel mal-5.57 fl-iskejjel tal-Knisja u 5.87 fl-iskejjel indipendenti għall-perjodu tal-adoloxxenza.

Fl-2013 il-perċentwal ta’ studenti li jitilqu kmieni mill-edukazzjoni u t-taħriġ (ESL) kien ta’ 20.8%, rata ferm ogħla mill-medja tal-UE27 ta’ 12.0%. Madankollu, huwa nkoraġġanti li wieħed jinnota li r-rata ta’ ESL f’Malta qed tonqos b’rata aktar mgħaġġla minn dik fl-UE27. “Pjan Strateġiku għall-Prevenzjoni ta’ Tluq Bikri mill-Iskola f’Malta 2014” jipproponi l-pass importanti għall-ħatra ta’ kumitat inter-ministerjali biex jindirizza din il-kwistjoni.

L-ibbuljar joħnoq it-tagħlim. Il-proporzjon ta’ tfal Maltin li jkunu bbuljati kull ġimgħa (22%) kienet ogħla mill-medja internazzjonali (20%) skont il-PIRLS 2011 (R&D Department, MEDE, 2013b). Tul il-proċess kollu ta’ konsultazzjoni pubblika għall-iskop ta’ din l-istrateġija, din is-sitwazzjoni serja kienet enfasizzata mill-għalliema, ħaddiema fis-settur soċjali u tfal. Tfal li jkunu bbuljati jikbru f’adulti li jkunu f’riskju akbar li jbatu minn anżjetà, dipressjoni u ħsibijiet suwiċidjali u dawk li jibbuljaw x’aktarx li iżjed tard f’ħajjithom jispiċċaw juru mġiba kriminali.

Il-prattika ta’ lezzjonijiet privati wara l-iskola hija mifruxa sewwa f’Malta. Din għandha l-vantaġġi tagħha peress li toffri iżjed opportunitajiet ta’ tagħlim. Iżda n-nuqqas ta’ possibilità li xi studenti jkollhom dan it-tagħlim privat minħabba limitazzjonijiet finanzjarji jxekkel lil dawn milli jkomplu javvanzaw fl-edukazzjoni. Barra dan, sigħat twal bilqiegħda u l-istress iħallu effetti negattivi li jagħmluha ferm aktar diffiċli speċjalment għal dawk vulnerabbli li diġà jkollhom opportunitajiet inqas biex jagħmlu tajjeb għal dan l-impatt minħabba nuqqas ta’ mezzi biex jieħdu sehem f’attivitajiet ekstra-kurikulari.

62 POLITIKA STRATEĠIKA GĦAL:TNAQQIS FIL-FAQAR U GĦAL INKLUŻJONI SOĊJALI 2014-2024

Aktar parteċipazzjoni fit-tagħlim matul il-ħajja u għall-adulti3It-tagħlim matul il-ħajja huwa fost l-aqwa għodod biex ikun evitat il-faqar. Avviċinament finanzjat tajjeb, demokratiku u inklużiv għall-edukazzjoni jifforma l-bażi tat-tagħlim matul il-ħajja u r-riġenerazzjoni fil-komunità. Ċentri attivi ta’ tagħlim fil-komunità jgħinu biex tinkiseb dik il-bidla kulturali meħtieġa sabiex tintgħeleb il-kilba materjali u l-istress dejjem jiżdied għall-kisba ta’ status soċjali ogħla, waqt li jkattru dibattitu aktar ħaj u infurmat min-naħa taċ-ċittadini. Żvilupp u tisħib tal-ħiliet jgħinu wkoll fit-tranżizzjoni ta’ mpjiegi u fil-flessibilità tal-ħaddiema għas-suq tax-xogħol. Il-kunsilli lokali, l-għaqdiet volontarji mhux governattivi u entitajiet oħra joffru għażla varjata ta’ korsijiet edukattivi, l-aktar fl-Ingliż, il-Malti u l-IT. Hemm ukoll kunsilli lokali li joffru s-servizz ta’ libreriji fil-lokalitajiet rispettivi tagħhom. Hemm ħafna aktar x’jista’ jsir biex tiżdied il-parteċipazzjoni lokali billi l-korsijiet u l-libreriji jkunu aktar effettivi u popolari, u bil-ħolqien ta’ ċentri ta’ tagħlim għal matul il-ħajja fil-komunità. Fuq livell nazzjonali, l-istrateġija favur il-qari u l-kitba toffri opportunitajiet għal edukazzjoni matul il-ħajja, b’aċċenn fuq ħiliet bilingwi (Malti u Ingliż) u korsijiet fl-edukazzjoni finanzjarja għal kulħadd.

63

Jogħlew il-livelli ta’ studenti li jibqgħu jistudjaw u tal-kisbiet f’edukazzjoni estiża, vokazzjonali, terzjarja u t-taħriġ 4Malta tħaddan il-kunċett ta’ skejjel diċentralizzati li joffru spazji pjaċevoli u kreattivi. L-iskejjel jeħtieġ li jippromwovu rispett reċiproku, u aspettattivi għolja għal kull student, tagħlim li jkun jagħraf id-differenzi, professjonalità, kontabilità u dedikazzjoni. Il-valuri internazzjonali importanti tal-fiduċja, tar-rispett, tar-responsabbiltà, tal-fairness, taċ-ċittadinanza u tal-kura u ħarsien ikunu ċelebrati u mħeġġa regolarment. Il-ħtieġa ta’ teamwork, l-analiżi fil-ħsieb, il-koperazzjoni, ix-xewqa li tistaqsi u ssir taf, u l-innovazzjoni jkunu parti mill-kurrikulu ta’ kuljum. Ir-rilevanza tas-suġġetti ewlenin ikunu mwassla b’mod l-aktar effettiv u mill-qrib kif issuġġerita fl-Istruttura Nazzjonali tal-Kurrikulu ta’ Malta. Korsijiet vokazzjonali, forom espressivi tal-arti (żfin, mużika, drama u arti) u sports (fi skwadri jew individwali) għandhom ikunu offruti matul is-snin skolasitiċi kollha. Hemm ġabra mill-aqwa ta’ letteratura u eżempji reali ta’ dan il-metodu li juru l-effetti pożittivi tul il-ħajja li l-edukazzjoni tiġbed lejha u ssaħħaħ aktar lill-istudent billi ttejjeb il-kwalità tal-ħajja fiż-żmien tal-iskola. Għaldaqstant, edukazzjoni mhix diskriminatorja li tiffoka fuq l-istudent hija kruċjali biex dawn jattendu l-iskola u jkun hemm il-kisbiet meħtieġa.

Għadha kemm ġiet imnedija inizjattiva ġdida biex jitwettaq Programm ta’ Tagħlim Alternattiv li se jkun żviluppat fuq mogħdijiet vokazzjonali u tagħlim fuq il-post għal dawk l-istudenti li waslu fl-aħħar sena tas-sekondarja u li ma jkunux se jagħmlu l-eżamijiet tal-Livell Ordinarju. L-iskop hu li jingħataw sessjonijiet ta’ taħriġ biex jgħinu fit-tkattir ta’ self-esteem, ħiliet li joffru possibiltajiet ta’ mpjieg, esperjenza tax-xogħol, ħiliet fl-IT u esperjenzi oħra ta’ tagħlim li jkabbru s-sehem tal-istudenti waqt li jgħinuhom jakkwistaw livelli akkreditati f’diversi suġġetti.

Din l-istrateġija taqbel mal-modernizzazzjoni tas-sistema vokazzjonali f’Malta, l-aktar fil-kuntest tal-proċess edukattiv ġenerali, u tappoġġja l-apprendistat, skemi ta’ taħriġ u inizjattivi oħra ta’ tagħlim dwar ix-xogħol u fuq il-post tax-xogħol, fil-kuntest ta’ tagħlim kontinwu matul il-ħajja.

64 POLITIKA STRATEĠIKA GĦAL:TNAQQIS FIL-FAQAR U GĦAL INKLUŻJONI SOĊJALI 2014-2024

Azzjonijiet Strateġiċi tal-Politika: Edukazzjoni

Il-pedament ta’ ħajja ta’ kwalità għolja hija edukazzjoni tajba. Edukazzjoni rilevanti u li ssaħħaħ hija l-aħjar mod kif dawk il-persuni żvantaġġjati jistgħu jevitaw il-faqar. Sabiex ikun hemm kisbiet edukattivi akbar, din il-politika strateġika tressaq dawn il-prioritajiet biex:

Jissaħħu t-tagħlim matul il-ħajja, it-taħriġ vokazzjonali, u edukazzjoni informali u mhux formali billi:

• jippromwovu ċentri ta’ tagħlim matul il-ħajja fil-komunità;

• jingħata appoġġ lil apprendistati u skemi vokazzjonali, fosthom l-espansjoni ta’ tagħlim fuq il-post tax-xogħol;

• jkunu provduti servizzi ta’ pariri fuq l-għażla tajba ta’ karrieri waqt li jsir analiżi regolari tal-ħiliet neqsin;

• tkun kunsidrata l-provvista ta’ stipendji li jkopru l-edukazzjoni jew taħriġ, minbarra l-benefiċċji tal-qgħad, ta’ dawk mingħajr impjieg li jkunu se jkomplu b’edukazzjoni post-sekondarja jew terzjarja;

• tkun assigurata l-akkreditazzjoni ta’ tagħlim informali u mhux formali;

• tissaħħaħ l-edukazzjoni dwar is-saħħa sesswali bħala parti minn politika aktar wiesa ta’ edukazzjoni dwar ir-relazzjoni.

65

Ikunu indirizzati l-inugwaljanzi fl-edukazzjoni u titjieb il-kwalità tal-edukazzoni għal kulħadd billi:

• jissaħħu s-servizzi offruti wara l-ħinijiet tal-iskola, summer clubs u ċentri tal-kura u l-ħarsien tat-tfal;

• jinħolqu spazji ta’ edukazzjoni koperattiva għall-famiji l-aktar fost komunitajiet żvantaġġjati;

• titjieb il-ħila fil-qari u l-kitba (anki dik diġitali u finanzjarja);

• ikun indirizzat l-assentiżmu u t-tluq bikri mill-iskejjel permezz tal-prevenzjoni, l-intervent u miżuri ta’ kumpens;

• titkattar l-idea ta’ stil ħolistiku ta’ għajxien san permezz ta’ aktar għarfien u servizzi ta’ intervent f’waqtu kontra l-ibbuljar u sfidi oħra ta’ mġiba;

• ikunu żviluppati standards ġodda ta’ edukazzjoni inklużiva bħala parti minn rapport nazzjonali dwar il-progress f’dawk li huma ħidmiet ta’ inklużjoni;

• tisħiħ tas-sistema tal-istipendji edukattivi pro-rata mal-għoli tal-ħajja u billi tiżdied l-għajnuna (supplimentari) għal studenti li jkunu ġejjin minn familji bi dħul baxx u minn Għawdex.

66 POLITIKA STRATEĠIKA GĦAL:TNAQQIS FIL-FAQAR U GĦAL INKLUŻJONI SOĊJALI 2014-2024

Tkun immodernizzata s-sistema edukattiva u titjieb it-tmexxija tagħha billi:

• jitkattru l-pjani ta’ edukazzjoni diċentralizzata u i ndividwalizzata;

• jitjiebu l-kompetenza u l-professjonalità tal-edukaturi;

• ikunu riveduti u rivalutati l-kurrikula u s-servizzi edukattivi biex ikunu jirriflettu realtajiet ġodda;

• tkun appoġġjata l-politika ta’ whistle-blower fl-iskejjel sabiex ikunu mħarsa id-drittijiet tal-istudenti u l-impjegati.

3.4. Saħħa u Ambjent

“Il-foqra jkollhom ħajja iqsar u jimirdu ferm aktar ta’ sikwit mill-għonja.” (WHO, 2003).“Il-kundizzjonijiet soċjo-ekonomiċi ta’ persuna jolqtu s-saħħa u l-benessere

tagħha matul il-ħajja u jistgħu jwasslu għal numru ta’ inugwaljanzi fis-saħħa. Il-konsegwenzi fuq is-servizzi tas-saħħa, il-prodottività u d-dħul tal-Gvern huma tali li l-ebda soċjetà ma tista’ ma tieħux azzjoni. Meta jkunu indirizzati dawn l-inugwaljanzi għalhekk ikun mistenni li jkun hemm titjib fil-benessere individwali u tas-soċjetà, kif ukoll, b’mod ġenerali, il-koeżjoni soċjali.

Ir-riċerka internazzjonali turi li l-mard u l-imwiet huma aktar milqutin minn kif u kemm hu mqassam il-ġid milli mil-livell tal-ġid totali f’soċjetà. L-inugwaljanza fid-dħul hija marbuta ma’ aspettattiva iktar baxxa ta’ ħajja, rati ogħla ta’ mwiet fost it-tfal, statura iqsar , inqas ħarsien tas-saħħa personali, inqas piż tat-trabi tat-twelid, AIDS u dipressjoni (Wilkinson & Pickett, 2010, p.81).

67

L-akbar priorità hija li l-pajjiżi jassiguraw li jkun hemm bidu tajjeb għall-ħajja għal kull tifel u tifla u li jonqsu l-inugwaljanzi fejn tidħol is-saħħa matul il-kors kollu tal-ħajja. Fi ħdan strateġija usa ta’ mpjiegi ġusti, xogħol għal kulħadd u t-tkattir ta’ komunitajiet sani u sostenibbli, l-aqwa strateġiji ta’ sistemi ta’ saħħa possibbli għall-poplu tagħna huma dawk li prinċipalment iħarsu lejn il-prevenzjoni, intervent f’waqtu, riabilitazzjoni ħolistika, inklużjoni attiva u appoġġ. L-European Health Interview Survey 2008 għal Malta juri rati tabilħaqq baxxi ta’ mpjieg fost persuni li jbatu minn mard kroniku. Ma’ dawn, persuni li jbatu minn korrimenti u mard mentali jsibu aktar diffikultajiet fejn jidħlu l-impjiegi u/jew l-impjieg mill-ġdid.

Fir-rigward tal-kura tas-saħħa, ir-riċerka turi li ħtiġijiet mhux milqugħa huma marbuta sewwa ma’ dħul baxx. Fl-2011, fost l-UE27, ġie rapportat li 10% tal-ewwel kwintal (l-iktar wieħed baxx) fil-għadd ta’ viżti mediċi li ma sarux jikkompara ma’ 4% meta mqabbel mal-ħames kwintal (l-ogħla). Fil-każ ta’ Malta, il-perċentwali komparattivi huma iktar baxxi l-aktar minħabba l-provvista ta’ servizzi mediċi b’xejn. Madankolu, fl-2011, kien hemm differenza ċara u persistenti fid-dħul meta l-ħtiġijiet f’dik li hi kura tas-saħħa għan-nies bi dħul aktar baxx (4.2%) kienet kważi d-doppju (2.4%) ta’ dik għal persuni bi dħul ogħla (Eurostat, 2013)19 .

Minkejja ċ-ċokon territorjali, Malta għad għandha l-inugwaljanzi soċjo-ekonomiċi tagħha. L-analiżi xjentifika tal-inugwaljanza fil-qasam tas-saħħa f’Malta għadha fil-bidu tagħha bi ħtieġa ta’ aktar investiment, investigazzjoni u monitoraġġ sostnut. Eżempju ċar li jista’ jingħata huwa n-nuqqas ta’ informazzjoni uffiċjali dwar is-saħħa tal-immigranti.

Dan li ġej huwa analiżi tal-varjazzjonijiet reġjonali fir-rigward ta’ viżti mediċi mhux

19 Malta: Self-Reported Unmet Need for Medical Examination by Income. Meħud minn fuq http://epp.eurostat.ec.europa.eu/portal/page/portal/statistics/search_databasezzz

68 POLITIKA STRATEĠIKA GĦAL:TNAQQIS FIL-FAQAR U GĦAL INKLUŻJONI SOĊJALI 2014-2024

milħuqa. L-ogħla perċentwal tal-popolazzjoni li għandha ’l fuq minn 65 sena tinsab fir-reġjun t’Għawdex u Kemmuna (G&C), l-istess-reġjun li għandu wkoll l-akbar inċidenza ta’ ħtiġijiet mhux milħuqa għal din il-kategorija ta’ età. Għal dawk ta’ età minn 16-il sena ’l fuq, l-akbar inċidenza għal ħtiġijiet mhux milħuqa tinsab fir-reġjun tan-naħa t’isfel tal-Port (SH) (ara Skeda 4). Ir-reġjun tan-naħa t’isfel tal-Port turi wkoll l-ogħla AROPE (ara Skeda 2).

Region

Naħa t’isfel tal-Port

Naħa ta’ fuq tal-Port

Xlokk il-Lvant Punent T ramuntana Għawdex u

Kemmuna Total

Persuni ta’ 65+ (% tal-popolazzjoni fid-dis-trett)*

16.6 19.1 12.9 15.5 13.6 19.3 16.3

Persuni ta’ 65+ li m’għamlux viżti mediċi jew ħadu kura (% tal- popolazzoni 65+ fid-distrett)

2.4 (u) 2.0 (u) 1.4 (u) 2.8 (u) 1.9 (u) 3.4 (u) 2.8

Persuni ta’ 16+ li m’għamlux viżti mediċi jew ħadu kura (% tal- popolazzoni 16+ fid-distrett)

2.5 1.9 1.4 1.1 (u) 1.3 (u) 1.5 (u) 1.7

*Perċentwal ta’ persuni ta’ 65 sena jew aktar fid-distrett relattiv. Il-figuri murija bbażati fuq sostenn baxx ta’ tagħrif. Sors: SILC 2013 (NSO, 2014).

Skeda 4: Differenzi reġjonali f’Malta 2013

69

Matul dawn l-aħħar ftit snin, is-sehem tal-infiq minn but il-pazjent f’Malta kienet qed tikber b’rata aktar mgħaġġla min-nefqa ġenerali tal-Gvern fuq is-saħħa. Dan il-fenomenu ma ġiex rapportat x’imkien ieħor fl-UE (Figura 8).

Figura 8: In-Nefqa minn But il-Pazjent

Sors: WHO (2013); National Health Accounts (NHA).

70 POLITIKA STRATEĠIKA GĦAL:TNAQQIS FIL-FAQAR U GĦAL INKLUŻJONI SOĊJALI 2014-2024

Iż-żieda fl-infiq personali u d-differenza fil-ħtiġijiet mhux milħuqa ta’ kura tas-saħħa jistgħu jkunu ta’ theddida għall-ugwaljanza fl-aċċess għall-kura tas-saħħa. Jekk din ix-xejra tissokta, aktar u aktar nies, l-aktar dawk li jagħmlu parti mill-gruppi l-aktar vulnerabbli, se jkunu qegħdin jesperjenzaw ħtiġijiet mhux milħuqa ta’ kura fis-saħħa, u l-aċċess tagħhom għas-servizzi tas-saħħa inġenerali jista’ jkun kompromess.

Xejriet f’dak li hu mard

Iċ-Ċensiment dwar il-Popolazzjoni u d-Djar 2011: Rapport Finali (NSO, 2014) juri li 20% tal-popolazzjoni, jew 83,102 ruħ, għaddew minn marda fit-tul, diżabilità u jew kundizzjoni kronika. Huwa previst b’mod ċar xejriet akbar ta’ mard fost il-familji Maltin. Aktar minn 35,000 persuna mistennija jkunu jbatu mid-dijabete fl-2050. Fejn jidħol il-mard tal-qalb, fosthom l-attakk tal-qalb, mistenni jitla’ b’150% sal-2050. Fir-rigward tal-osteoarthritis, din hija bla dubju l-iktar kundizzjoni komuni minn dawn it-tlett kundizzjonijiet kroniċi, b’madwar 50,000 ruħ milqutin minnha fil-preżent li potenzjalment jistgħu jitilgħu għal 70,000 sas-sena 2050. Każi ġodda ta’ kankru, kif ukoll imwiet mill-kankru, ukoll huma previsti li jiżdiedu fis-snin li ġejjin. Hu stmat li madwar persuna minn kull tlieta tiżviluppa l-kankru f’xi stadju ta’ ħajjitha waqt li wieħed minn kull erbgħa jmut.

Dawn il-previżjonijiet ma jkoprux il-mard addizjonali kkaġunat minn ħxuna żejda (obeżità). Bil klassifikazzjoni tat-Task Force Internazzjonali dwar l-Obeżità li sar fuq 880 tifel u tifla ta’ bejn l-10 u l-11-il sena minn Jannar sa Mejju 2012 fl-iskejjel u r-reġjuni kollha, 34% minnhom instabu li kellhom piż żejjed jew ħoxnin wisq (Decelis, Jago & Fox, 2012). L-evidenza xjentifika tindika li dawn it-tfal se jkunu qegħdin jgħaddu minn iżjed mard kumulattiv matul ħajjithom. Ir-rabta bejn dħul baxx u l-inċidenza tal-obeżità hija sinifikanti.

Ma’ dan, l-evidenza turi li ħaddiema bi dħul aktar baxx huma aktar esposti għal riskji minn kimiċi, ħsejjes, pożizzjonijiet u movimenti diffiċli waqt ix-xogħol u aċċidenti. Riskji ta’ saħħa u inugwaljanzi marbutin ma’ xogħol, djar u ambjent iwasslu għal aktar faqar. In-nuqqas ta’ ppjanar għal ambjent favur it-tfal, aċċess għal spazji siguri u mħaddra, u arja nadifa jikkawża ħsara għan-nies iżda b’mod partikolari għal dawk żvantaġġjati, l-anzjani u ż-żgħażagħ.

Il-previsti t’hawn fuq juru rata akbar ta’ mard fost persuni vulnerabbli u, sussegwentement, infiq akbar fis-sistema ta’ kura u ħarsien tas-saħħa. L-assigurazzjoni ta’ aċċess ugwali u l-investiment f’miżuri ta’ prevenzjoni u fil-kura primarja huma prioritajiet kruċjali. Malta diġà għarfet il-ħtieġa li tagħti priorità lill-prevenzjoni kif jidher minn numru ta’ strateġiji mnedija f’dawn l-aħħar snin. It-twettiq ta’ dawn l-istrateġiji huwa għalhekk tal-akbar importanza.

71

Investiment fil-Kura Primarja

Malta għandha proporzjon għoli fin-nefqa fuq is-saħħa pubblika li tmur fuq kura sekondarja u nefqa relattivament baxxa fuq kura primarja. Jidher ċar li s-sistema ta’ kura u ħarsien tas-saħħa għandha tiffoka aktar fuq il-kura primarja u l-prevenzjoni milli fuq kura sekondarja. Il-faċilitajiet fl-isptar għaddejjin minn problemi ta’ ffullar u l-popolazzjoni li qed tixjieħ tista’ tkun qed iżżid il-pressjoni fuq is-sistema. Isir investiment dirett biex speċjalisti mill-isptar joħorġu fil-komunità fejn dawk żvantaġġjati u l-anzjani huma konċentrati, u b’hekk tkun qed titnaqqas il-pressjoni fuq l-ispazju tas-sodod fl-isptar, issir dijanjożi aktar mgħaġġla u tingħata kura aktar effettiva, biex indirettament tnaqqas l-effetti tal-faqar u d-deprivazzjoni.

Riformi Ewlenin fis-Saħħa

Matul dawn l-aħħar snin Malta investiet sewwa fis-settur tas-saħħa. Bħala eżempji nistgħu nsemmu l-ftuħ tal-isptar il-ġdid Mater Dei fl-2007, l-introduzzjoni tal-Ispiżjar tal-Għażla Tiegħek (POYC) fil-lokalitajiet kollha ta’ Malta u Għawdex sabiex ikun faċilitat it-tqassim tal-mediċini b’xejn, u l-bini taċ-Ċentru tal-Onkoloġija li mistenni jitlesta fl-2014. Saru sforzi biex ikunu żviluppati aktar servizzi ta’ kura fil-komunità, kura fit-tul u servizzi għas saħħa mentali. L-Att il-ġdid dwar is-Saħħa Mentali, li jippromwovi d-drittijiet tal-pazjenti bi problemi ta’ saħħa mentali u jappoġġja skemi ta’ kura fil-komunità, kien approvat fl-2013. Teżisti ħtieġa kbira biex ikun hemm, kemm jista’ jkun malajr, tranżizzjoni ta’ pazjenti miżmuma f’istituzzjonijiet ta’ kura akuta għal kura fil-komunità biex hekk ikun hemm aktar inklużjoni soċjali u ri-integrazzjoni.Fl-2013 ġie approvat ukoll l-Att dwar is-Saħħa, Att importanti ħafna u li permezz tiegħu tħassret l-Ordinananza dwar id-Dipartiment tas-Saħħa (1937). Dan ħoloq struttura moderna li tifred il-politika mir-regolamentazzjoni u l-operat. Għall-ewwel darba, dan l-Att irrikonoxxa d-drittijiet tal-pazjent fi strument legali.

L-aċċenn fuq il-prevenzjoni u s-servizzi fil-komunità wassal għal progress f’setturi bħall-iżvilupp ta’ programmi ta’ screening għall-kankru. Sa mill-2009 kienu mnedija numru ta’ pjani u strateġiji nazzjonali biex ikunu indirizzati kwistjonijiet ewlenin fis-saħħa pubblika, l-aktar dwar il-kankru, l-obeżità, is-saħħa sesswali u mard li ma jittiħidx. Qed tkun imfassla wkoll Strateġija Nazzjonali li tkun tkopri s-Sistemi tas-Saħħa kollha sabiex tkun tista’ tingħata direzzjoni ġenerali.

72 POLITIKA STRATEĠIKA GĦAL:TNAQQIS FIL-FAQAR U GĦAL INKLUŻJONI SOĊJALI 2014-2024

Il-prevenzjoni, l-intervent f’waqtu u diċentralizzazzjoni għandhom jingħataw priorità fi ħdan sistema moderna tas-saħħa, sabiex ikunu provduti servizzi ta’ kwalità skont il-bżonn. L-iżvilupp sostenibbli m’huwiex possibbli mingħajr l-inklużjoni sħiħa ta’ soċjetà f’saħħitha. It-tnaqqis fl-inugwaljanzi fejn tidħol is-saħħa ambjentali huwa ċentrali għal din l-istrateġija. Bil-għan li titkattar is-saħħa personali u ambjentali, u hekk ikunu qed jitjiebu l-prospetti ta’ persuni vulnerabbli f’dan ir-rigward, din il-politika strateġika tressaq dawn il-prioritajiet biex:

Azzjonijiet Strateġiċi tal-Politika: Saħħa u Ambjent

Ikun assigurat l-aċċess għal kura fis-saħħa ta’ kwalità billi:

• jkun appoġġjat it-twettiq ta’ Strateġija Nazzjonali dwar is-Sistemi tas-Saħħa, bil-qafas leġiżlattiv relatat, inkluż l-Att dwar is-Saħħa Mentali li ġie approvat uffiċjalment ricentament, u l-Att il-ġdid dwar is-Saħħa, inkluż iċ-Charter tad-Drittijiet u r-Responsabbiltajiet tal-Pazjenti;

• jissokta t-twettiq tal-istrateġiji nazzjonali dwar is-saħħa fil-każ tal-kankru, l-obeżità u s-saħħa sesswali billi jkun hemm il- ħidma neċessarja mal-ministeri relevanti sabiex jiġu indirizzati l-inugwaljanzi fis-saħħa;

• jkunu provduti servizzi ta’ kwalità għolja speċjalizzati fil-kura akuta tas-saħħa mentali, possibilment bl-inklużjoni ta’ tim ta’ intervent bikri, u b’kura multi-dixxiplinarja mmirata li tagħti kura effettiva u appoġġ bil- ħsieb li jkun hemm ritorn fil- komunità;

• jitniedu riformi sistematiċi u sostenibbli biex jilqgħu għal sfidi bħal mediċini out-of-stock, listi twal ta’ stennija u ffullar fl- isptar.

73

Ikun provdut servizz ħolistiku fil-livelli kollha tal-kura tas-saħħa:

• kordinazzjoni aħjar bejn is-servizzi tas-saħħa, tal-edukazzjoni, tas-servizzi soċjali, tal-probation, tas-servizzi legali, il- ġudikatura u l-pulizija sabiex ikun hemm identifikazzjoni bikrija u jingħataw kura u trattament effettiv;

• tkun żviluppata l-kapaċità ta’ timijiet interdixxiplinarji fil-komunità b’aċċenn fuq dawk l-inħawi l-aktar fil-bżonn;

• tkun żviluppata firxa ta’ servizzi psikjatriċi integrati u ta’ kwalità għal tfal u adoloxxenti fil-komunità, idealment fi sptar ġenerali sabiex ikun hemm inqas lok għal stigma.

Ikunu promossi prattiċi li jkollhom lin-nies bħala ċ-ċentru u li jkunu favur is-saħħa ambjentali:

• it-twettiq sħiħ u monitoraġġ tal-progress fl-Att il-ġdid dwar is-Saħħa, inkluż iċ-Charter tad-Drittijiet u Responsabbiltajiet tal-Pazjenti;

• titjib fil-kordinazzjoni lejn il-provvista ta’ saħħa ambjentali għal kulħadd, bħal arja u baħar nodfa; inħawi urbani siguri u b’aktar spazji miftuħa; l-ambjent naturali; tnaqqis fit-tniġġis u l-ħsejjes; u riġenerazzjoni sostenibbli tal-komunità.

74 POLITIKA STRATEĠIKA GĦAL:TNAQQIS FIL-FAQAR U GĦAL INKLUŻJONI SOĊJALI 2014-2024

Tkun assigurata riċerka kontinwa sabiex tkun tista’ tingħata kura bbażata fuq l-evidenza:

• ikunu stabbiliti linji bażi għal Malta dwar l-inugwaljanza fis-saħħa permezz ta’ investiment fi strutturi sostenibbli ta’ monitoraġġ;

• ikun hemm rivalutazzjoni u titjib kontinwu fis-servizzi tas- saħħa permezz ta’ konsultazzjoni maċ-ċittadini.

75

3.5. Servizzi Soċjali

“Irridu nassiguraw: il-provvista ta’ servizzi soċjali adegwati għal persuni u familji fil-bżonn; il-provvista ta’ djar diċenti li jsaħħu l-komunitajiet; il-provvista ta’ servizzi ta’ kura u ħarsien soċjali; opportunitajiet indaqs għal kulħadd irrispettivament mill-ġeneru, orjentazzjoni sesswali, razza u/jew reliġjon; u ħajja ta’ kwalità aħjar għal kull ċittadin Malti.” (Dikjarazzjoni tal-Missjoni tal-Ministeru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali)“

3.5.1. Servizzi ta’ Ħarsien Soċjali

L-investiment fil-kura u l-ħarsien soċjali jirrifletti l-valuri li pajjiż ikollu fir-rigward tal-ġustizzja soċjali u ekonomika. Meta jindirizzaw il-problemi li jikkawżaw il-faqar u l-esklużjoni soċjali permezz ta’ miżuri ta’ tqassim aktar ġust, dawn is-servizzi jistgħu jgħinu fil-bini tal-kapital soċjali personali u fit-titjib tal-prospetti ta’ inklużjoni ta’ dak li jkun. Is-servizzi pubbliċi ewlenin fis-sistema ta’ kura u ħarsien soċjali huma mmexxija mill-Fondazzjoni għal Servizzi ta’ Kura u Ħarsien Soċjali (FSWS), li permezz tal-aġenziji tagħha APPOĠĠ, SAPPORT u SEDQA rispettivament jipprovdu servizzi speċifiċi ta’ kura u ħarsien soċjali lil tfal u familji fil-bżonn, persuni b’diżabilità u persuni bi sfidi ta’ mġiba vvizzjata.

76 POLITIKA STRATEĠIKA GĦAL:TNAQQIS FIL-FAQAR U GĦAL INKLUŻJONI SOĊJALI 2014-2024

Fejn jidħlu t-tfal, l-għan ewlieni tal-Ministeru responsabbli mill-kura u l-ħarsien soċjali hu li kull tifel u tifla jistgħu jgawdu mid-dritt għal protezzjoni u parteċipazzoni adegwati biex hekk ikun massimizzat l-iżvilupp personali u soċjali tagħhom. Fil-preżent il-Gvern jinsab fil-proċess li jifformula Politika Nazzjonali dwar it-Tfal u Att dwar it-Tfal li jkun jinkorpora Charter tad-Drittijiet tat-Tfal, li se jkunu fundamentali fit-twettiq ta’ dan l-iskop.

Id-domanda għal servizzi ta’ kura u ħarsien soċjali qegħda tiżdied, pereżempju b’madwar 100 każ ġdid ta’ abbuż fuq it-tfal irrappurtati lill-aġenzija APPOĠĠ kull xahar. L-aktar abbuż komuni jidher li huwa l-abbuż fiżiku. Fid-dawl ta’ dan, is-Servizzi ta’ Ħarsien tat-Tfal (CPS) jgħarfu l-importanza tal-edukazzjoni għall-ġenituri dwar trobbija pożittiva. L-aġenzija APPOĠĠ hija mpenjata wkoll bit-tneħħija minn ta’ tfal minn istituzzjonijiet ta’ kura barra mid-dar permezz tal-faċilitizzazzjoni ta’ proċessi ta’ fostering u adozzjoni.

F’Mejju 2014 kien hemm total ta’ 451 tifel u tifla li kienu qed jingħataw protezzjoni permezz ta’ care orders – żieda kbira fuq is-seba’ snin ta’ qabel. Skont il-Bord għall-Pariri dwar it-Tfal u ż-Żgħażagħ (2014), ir-raġunijiet ewlenin għall-ħruġ ta’ care order jinkludu: traskuraġni; abbuż fiżiku, emozzjonali u/jew sesswali; kwistjonijiet oħra soċjali; u persuni mhux akkumpanjati li għamlu talba għall-ażil li kienu jiffurmaw kważi terz (156) minn dawn it- tfal.

Fl-istess xahar, kien hemm madwar 500 tifel u tifla taħt kura barra mid-dar (APPOĠĠ, 2014). Din il-figura, li ma tinkludix il-174 wild ta’ persuni li qed jitolbu l-ażil u jgħixu f’ċentri miftuħin, irduppjat f’dawn l-aħħar għaxar snin. Minkejja l-użu kontinwu ta’ riżorsi limitati tal-pajjiż, xorta waħda m’humiex jintlaħqu l-bżonnijiet ta’ 302 tifel u tifla li hemm jistennew is-servizzi ta’ ħarsien u l-95 oħra li qegħdin jistennew li jkunu fostered (APPOĠĠ, Mejju 2014). Barra minn dan, hemm servizzi soċjali oħra li jeħtieġu espansjoni meta wieħed iqis li f’Mejju 2014 kien hemm 64 persuna jiħtieġu appoġġ psikoloġiku u 22 familja jistennew biex jattendu sessjonijiet ta’ terapija għal familja minn SEDQA (FSWS, Mejju 2014). L-istess fejn tidħol l-aġenzija SAPPORT li għandha lista ta’ stennija li turi li hemm 106 ruħ li għandhom bżonn is-servizzi ta’ matul il-jum minħabba diżabilità (FSWS, Mejju 2014).

Iċ-Ċensiment dwar il-Popolazzjoni u d-Djar 2011: Rapport Finali (NSO, 2014) jsemmi li 7.2% tal-popolazzjoni, jew 30,183 ruħ, li jbatu minn xi forma ta’ diżabilità jew diffikultà, u li minnhom madwar terz (32%) jirrapurtaw diżabilità fiżika, 23.6% nuqqas totali jew parzjali tal-viżta, u 23.3% kundizzjonijiet ta’ saħħa mentali. Fl-2013, 14,283 ruħ li jirrappreżentaw 3.4%20 tal-popolazzjoni kollha kienu reġistrati mal-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b’Diżabilità (KNPD) li jbatu minn diżabilità fiżika u/jew mentali. Għalkemm l-inċidenza ta’ diżabilità fiżika għandha t-tendenza tikber mal-età, jidher li sfidi intellettwali u psikoloġiċi l-aktar li jinsabu hu fost l-adulti u b’mod partikolari l-minuri.

77

Ta’ min jinnota li nies bi sfidi fiżiċi u/jew mentali jsibuha diffiċli biex jidħlu fis-suq tax-xogħol. Infatti, minkejja t-tnaqqis li kien hemm reġistrat matul dawn l-aħħar snin fil-għadd ta’ persuni b’diżabilità jfittxu x-xogħol, u minkejja r-rekwiżit legali minn dawk li jimpjegaw biex ikollhom tal-inqas 2% tar-riżorsi umani tagħhom minn fost persuni b’diżabilità, f’Ġunju 2014 kien għad hemm 493 persuna b’diżabilità attivament ifittxu x-xogħol, li minnhom 82.4% kienu rġiel waqt li 17.6% kienu nisa (NSO, 24 Lulju 2014, p.3). Fid-dawl ta’ dan kollu, Malta hija mpenjata biex ittejjeb l-opportunitajiet edukattivi, ta’ mpjieg, u ta’ għajxien indipendenti, kif ukoll li tinforza r-rekwiżiti legali li jippromwovu impjiegi ta’ kwalità għal persuni b’diżabilità.

Kif l-involviment fis-suq tax-xogħol u inklużjoni attiva jikkontribwixxu għall-benessere ħolistiku ta’ persuni b’diżabilità, hekk ukoll l-anzjanità attiva hija ta’ benefiċċju għal persuni ta’ età ikbar. Għaldaqstant, bil-għan li titjieb il-kwalità tal-ħajja ta’ dawn in-nies kollha, l-Istrateġija għal Anzjanità Attiva 2014-2020 ta’ Malta tfittex li tkabbar ir-rata ta’ mpjiegi għal persuni li għandhom 50 sena jew aktar, il-parteċipazzjoni tagħhom fis-soċjetà, u l-opportunitajiet tagħhom għal għajxien indipendenti. Aktar minn hekk, l-istrateġija tippromwovi l-benessere u l-inklużjoni tal-anzjani permezz ta’ aċċess aktar wiesgħa għal benefiċċji ta’ ħarsien soċjali u integrazzjoni effettiva fi ħdan il-komunità ta’ madwarhom.

Il-provvista ta’ servizzi ta’ kura u ħarsien soċjali ta’ kwalità għolja biex jintlaħqu l-ħtiġijiet tal-gruppi vulnerabbli kollha li jinkludu iżda jmorru lil hinn minn dawk imsemmija hawn fuq, hija komponent fundamentali fl-istrateġiji favur it-tnaqqis tal-faqar u t-tkattir tal-inklużjoni soċjali. Il-familja trid tkun il-bażi ta’ kura, waqt li s-servizzi għandhom ikunu mfasslin u integrati bil-ħsieb li jkun hemm effettività akbar kemm f’termini tanġibbli kif ukoll finanzjarji.

L-għaqdiet volontarji tabilħaqq jipprovdu servizzi mill-aqwa u l-Gvern huwa mpenjat li jsaħħaħ sħubija pubblikasoċjali biex ikunu assigurati l-istabilità, l-effettività tal-infieq u l-espansjoni tas-servizzi fil-komunità. Koperazzjoni akbar mas-settur privat u soċjali f’forma aktar strutturata ta’ djalogu intersettorali, orizzontali u minn isfel għal fuq hija essenzjali sabiex jissaħħu l-prattiċi attwali u titkattar l-effettività tas-servizzi.

20 Imsejsa fuq il-figura proviżorja tal-popolazzjoni Maltija sal-31 ta’ Diċembru 2013 li kienet tlaħħaq 425,384 ruħ.

78 POLITIKA STRATEĠIKA GĦAL:TNAQQIS FIL-FAQAR U GĦAL INKLUŻJONI SOĊJALI 2014-2024

Azzjonijiet Strateġiċi tal-Politika: Servizzi ta’ Ħarsien Soċjali

Sabiex ikun hemm titjib fis-settur tal-kura u ħarsien soċjali/sistema ta’ protezzjoni soċjali, din il-politika strateġika tipproponi dawn il-prioritajiet biex:

• ikunu diċentralizzati u integrati s-servizzi fuq livell ta’ komunità permezz ta’ servizzi multi-dixxiplinarji preventivi u ta’ intervent bikri;

• ikun sensitizzat il-pubbliku sabiex tinqered l-istigma kontra persuni li jkunu għaddejjin minn faqar u esklużjoni soċjali;

• ikunu indirizzati l-listi ta’ stennija u numru ta’ każijiet u tiġi stabilita sistema aħjar ta’ prioritizzazzjoni;

• tkun imkattra l-professjonalità tal-impjegati fis-settur tal-ħarsien soċjali waqt li jkunu nkoraġġiti jkomplu jaħdmu u javvanzaw fis-settur;

• jissaħħaħ il-ħolqien u l-monitoraġġ ta’ standards u proċeduri fil- ħarsien soċjali;

• ikunu żviluppati politika u prattiċi msejsa fuq l-evidenza bil- għan li jindirizzaw il-ħtiġijiet u l-isfidi ġodda permezz ta’ tisħiħ fir-riċerka u studji ta’ evalwazzjoni;

• ikunu ri-evalwati sħubijiet pubbliċi-privati u forom oħra ta’ sistemi ta’ ħarsien soċjali li jeżistu fis-suq;

• inħallu u nsaħħu lil min juża s-servizzi biex jasal għal deċiżjonijiet infurmati dwar il-provvista ta’ għajnuna, servizzi jew kura li jirċievi waqt li nsaħħu l-fehma u l- parteċipazzjoni tagħhom fl-iżvilupp, it-twettiq u l-evalwazzjoni tas-servizzi.

79

Minbarra din il-politika universali, din il-politika strateġika nazzjonali tħeġġeġ ukoll metodi aktar immirati lejn gruppi vulnerabbli speċifiċi sabiex ittejjeb il-benessere ta’:

Tfal u Żgħażagħ

Jitkattru l-prospetti ta’ inklużjoni soċjali ta’ tfal u żgħażagħ billi:

• jissaħħu s-servizzi ta’ outreach u ta’ prevenzjoni sabiex ikun hemm identifikazzjoni u interventi bikrija fil-każ ta’ tfal u żgħażagħ l-aktar fir-riskju;

• jitwaqqfu ċentri residenzjali ta’ kriżi biex jilqgħu tfal abbużati u li sfaw traskurati;

• tissaħħaħ il-provista ta’ postijiet fil-komunità għal tfal li jirċievu kura barra d-dar permezz tal-faċilitizzazzjoni tal- adozzjoni, il-fostering u servizzi fil-komunità waqt li tingħata għajnuna lil dawk li jkunu ħerġin mill-kura residenzjali;

• jitkattru l-parteċipazzjoni soċjali u x-xogħol volontarju fost iż-żgħażagħ waqt li tkun faċilitata t-tranżizzjoni mill- edukazzjoni għas-suq tax-xogħol;

• ikun estiż it-twaqqif tal-Youth Hubs.

80 POLITIKA STRATEĠIKA GĦAL:TNAQQIS FIL-FAQAR U GĦAL INKLUŻJONI SOĊJALI 2014-2024

Anzjani

Jitkattar il-benessere tal-anzjani billi:

• jitjiebu u jkunu estiżi s-servizzi ta’ kura ġerjatrika fil-komunità;

• jitkattru swieq tax-xogħol inklużivi u jitniedu inċentivi għall-anzjani biex jidħlu fis-suq tax-xogħol u/jew jibqgħu fl-impjieg partikolarment fejn jidħlu intrapriżi soċjali;

• ikunu introdotti regoli u protokolli ċari u taħt monitoraġġ serju fid- djar residenzjali biex ikun assigurat l-ogħla livell ta’ kura;

• ikun żviluppat indiċi tal-kwalità tal-ħajja għall-anzjani;

• jitkattru l-anzjanità attiva u s-solidarjetà inter-ġenerazzjonali;

• ikun assigurat dħul adegwat u sostenibbli għal persuni ta’ età akbar.

81

Gruppi Vulnerabbli Oħra

Tkun imħeġġa l-ugwaljanza fl-opportunitajiet u mkattar il-benessere ta’ gruppi vulnerabbli billi:

• isir investiment fir-riabilitazzjoni u r-ri-integrazzjoni ta’ persuni li jkunu għadhom kemm ħarġu mill-faċilità korrettiva;

• titjieb l-integrazzjoni tal-immigranti u dawk li jkunu għamlu talba għall-ażil;

• jitwettqu l-Leġiżlazzjoni tad-Drittijiet għal Diżabilità u l-linji gwida proċedurali;

• tkun indirizzata l-imġiba vvizzjata permezz tat-tisħiħ tas-servizzi preventivi u riabilattivi barra d-dar;

• jitwasslu programmi ta’ pariri individwalizzati u awtorizzazzjoni għal familji b’ġenitur wieħed/waħda;

• jidħlu fil-liġi pieni aktar ħorox għal kull forma ta’ abbuż kontra gruppi vulnerabbli (fosthom tfal, żgħażagħ u anzjani).

82 POLITIKA STRATEĠIKA GĦAL:TNAQQIS FIL-FAQAR U GĦAL INKLUŻJONI SOĊJALI 2014-2024

3.5.2. Djar

Komponent importanti fis-sistema ta’ servizzi soċjali huma d-djar, peress li kundizzjonijiet diċenti ta’ għajxien huma fundamentali għal livell ta’ ħajja adegwat. Fil-fatt hemm nefqa pubblika allokata għal dan l-iskop.

Malta għandha rata għolja ta’ persuni li huma sidien ta’ darhom. Madankollu, l-biċċa l-kbira tas-sidien żgħażagħ illum jinsabu maqbudin fin-nassa ta’ dejn fit-tul u jistgħu jkunu taħt stress biex ilaħħqu mal-pagamenti tad-dejn. Il-fatt li ħafna żgħażagħ jagħżlu li jixtru darhom huwa parzjalment kaġun tar-rati għoljin għall-kiri ta’ postijiet privati kif ukoll tal-kultura li tħares lejn il-propjetà minnha nnifisha bħala investiment. Fl-2013 kien hemm 3,304 talbiet mhux milqugħa għal akkomodazzjoni soċjali meta fl-istess perjodu kien hemm ftit aktar minn 1,000 ruħ li kienu qed jibbenefikaw minn sussidji fuq il-kirjiet tagħhom u kważi 1,000 familja kienu qegħdin jgħixu fi djar b’kundizzjonijiet mhux adegwati.

In-nuqqas ta’ djar bi prezz li wieħed ikun jiflaħ għalih ipoġġi lil min hu vulnerabbli f’aktar riskji. Ngħidu aħna vittmi ta’ vjolenza domestika, persuni separati li jkollhom jgħixu bilfors taħt l-istess saqaf, nies bi sfidi ta’ saħħa fiżikai u/jew mentali li jkunu jixtiequ jitilqu minn faċilitajiet istituzzjonali jew li ma jifilħux ilaħħqu ma’ kirjiet għoljin, u n-numru dejjem jikber ta’ persuni fuq benefiċċji ta’ invalidità inadegwati huma f’riskju akbar li jispiċċaw mingħajr saqaf fuq rashom u esklużi milli jkollhom djarhom.

In-nuqqas ta’ mezzi jista’ jkun ukoll il-kawża ta’ djar b’kundizzjonijiet mhux adegwati, karatterizzati minn iffullar, inaċċessibilità, nuqqas ta’ manutenzjoni u tiswija, il-ħolqien ta’ kerrejja, u l-qtugħ tas-servizzi tad-dawl u l-ilma. Infatti skont l-istħarriġ SILC 2013 (NSO, 2014), 93,920 ruħ ma jifilħux jagħmlu tajjeb għal infiq mhux mistenni u 50,616 jinsabu maqbudin b’lura fuq ħlasijiet ta’ pagamenti fuq id-dar u kirjiet, kontijiet tad-dawl u l-ilma, ħlasijiet bin-nifs u ħlasijiet fuq self ieħor. Barra dan, l-istess statistika turi li 19.5% tal-familji Maltin huma deprivati materjalment.

Djar b’kundizzjonijiet mhux adegwati, li ssibhom l-aktar fost familji bi dħul baxx u b’forom ta’ deprivazzjonijiet diversi, mhux biss x’aktarx iwasslu għal riskju akbar ta’ faqar u/jew esklużjoni soċjali (EHIS, 2013, p.37), imma jistgħu jwasslu wkoll għal korrimenti u mard (Krierger & Higgins, 2002).

L-iskeda hawn taħt turi kif 2,749 familja għandhom inqas minn kamra għal kull persuna fid-dar. F’60,291 dar (38.7% tan-numru totali ta’ djar) hemm inqas minn żewġt ikmamar għal kull persuna.

83

Skeda 5: Familji skont in-Numru ta’ Kmamar għal kull Persuna 2013

Sors: SILC 2013 (NSO, 2014).

Kmamar għal kull persuna Numru ta’ familji % total

Inqas minn 1 2,749 1.8

1.0-1.9 57,542 36.9

2.0-2.9 43,045 27.6

3.0-3.9 20,178 12.9

4.0-4.9 12,495 8.0

5.0+ 20,137 12.9

Total 156,147 100.0

Bil-għan li tkun indirizzati l-problema ta’ nies bla dar u esklużi milli jkollhom dar, kif ukoll biex jiżdiedu djar adegwati u li wieħed jiflaħ iħallas għalihom, din il-politika strateġika tipproponi dawn il-prioritajiet biex:

• jiżdiedu u jkunu mtejjba l-akkomodazzjonijiet soċjali u jsiru aktar effiċjenti f’dik li hija enerġija;

• issir riġenerazzjoni ħolistika tal-inħawi urbani permezz ta’ tisbiħ u restawr ta’ postijiet vojti;

• titkattar politika tad-djar li tinkoraġġixxi komunita` mħallta billi jittieħdu inkonsiderazzjoni d-dimensjonijiet ta’ età, soċjo ekonomiċi u inter-kulturali;

• issir analiżi proattiva tal-ispazju bħala parti minn ippjanar ta’ investiment soċjali integrat; u

• ikunu riassessjati u rievalwati l-iskemi attwali ta’ sussidju u tkun ikkunsidrata l-introduzzjoni ta’ skema ta’ benefiċċju fuq id-djar għal dawk l-aktar vulnerabbli.

Dan ix-xenarju juri ċar l-importanza li tiżdied il-provvista ta’ djar diċenti bi prezz jew rata ta’ kiri li dak li jkun jiflaħ għalihom billi jkunu rranġati u rrestawrati binjiet li jinsabu vojta jew mhux okkupati, kif ukoll billi jkunu riġenerati l-inħawi tal-madwar sabiex jitjieb l-ambjent u jitkattru stili ta’ ħajja aktar sana.

Azzjonijiet Strateġiċi tal-Politika: Djar

84 POLITIKA STRATEĠIKA GĦAL:TNAQQIS FIL-FAQAR U GĦAL INKLUŻJONI SOĊJALI 2014-2024

3.6. Kultura

“Kulħadd għandu d-dritt li jipparteċipa fid-dinja tal-kultura, u din il-parteċipazzjoni attiva hija aspett neċessarju tal-identità u d-dinjità umana ta’ dak li jkun, bil-benefiċċji li ġġib magħha għall-benessere u l-kwalità tal-ħajja tas-soċjetà ġenerali.” (Il-Politika Kulturali Nazzjonali: Malta, 2011:18)“Il-kultura tista’ tkun definita b’mod wiesa’ minn żewġ aspetti, li huma t-tradizzjoni

nazzjonali u l-attivitajiet kulturali li joħorġu taħt diversi forom tal-arti. Kull wieħed minn dawn iż-żewġ aspetti jista` jħalli effett fuq nies vulnerabbli u dawk fir-riskju ta’ faqar jew esklużjoni soċjali.

Element essenzjali tal-kultura jirrigwardja x-xejriet stabiliti fil-ħajja tal-komunità. Minkejja liI-kultura Maltija għad għandha aspetti ta’ soċjeta` tradizzjonali, il-kultura mgħixa tinsab għaddejja fi proċess ta’ tranżizzjoni. Il-Maltin jagħtu importanza kbira lill-ħajja tal-familja. Il-familja tiġi l-ewwel fost l-aktar fatturi importanti fil-ħajja tan-nies, bis-saħħa tiġi t-tieni, u x-xogħol u r-reliġjon it-tielet (Kummissoni Ewropea, 2006). Is-soċjetà Maltija tgħożż ħafna l-familja u l-ħbieb, l-għajxien san u kura tajba tas-saħħa. Hemm domanda kbira għal aktar bilanċ fil-ħajja u żvilupp aktar sostenibbli u favur l-ambjent.

Il-familja tradizzjonali estiża u eterosesswali għadha l-forma prevalenti ta’ familja Maltija21 , iżda qegħdin isiru aktar komuni forom oħra u arranġamenti differenti ta’ għajxien bħal djar b’persuna waħda tgħix fihom22, familji b’ġenitur wieħed/waħda23, koppji tal-istess ġeneru u koabitazzjoni. Qed iseħħ tibdil fundamentali fil-mod ta’ għajxien hekk kif aktar nisa qegħdin joħorġu jaħdmu jew jieħdu ħsieb qraba anzjani.

Il-kultura tax-xogħol hija qawwija f’Malta bi tradizzjoni twila ta’ bżulija u solidarjetà. Il-versatilità fil-konfront ta’ bidliet esterni mhux mistennija u l-kompetizzjoni għal xogħol ta’ kwalità hija karatteristika fil-kultura tal-gżejjer. L-ispirtu imprenditorjali huwa mifrux sewwa u huma ħafna l-kapijiet ta’ familja li għandhom aktar minn impjieg wieħed. L-apatija lejn ix-xogħol hija karatteristika li ssibha biss fost sezzjoni żgħira tal-popolazzjoni, ħafna drabi riflessjoni ta’ sfidi ta’ saħħa mentali, jew il-vizzju ta’ stil ta’ ħajja sedentarja kif, per eżempju, jiġri bil-logħob fuq il-kompjuter.

21 82.5% tal-familji bit-tfal huma koppji miżżewġin, 8.3% huma separati (Ċensiment tal-Popolazzjoni u d-Djar 2011: Rapport Finali, NSO

2014).

22 22.6% ta’ residenti privati jew 34,637 ruħ jgħixu waħedhom (Ċensiment tal-Popolazzjoni u d-Djar 2011: Rapport Finali, NSO 2014).

23 16.5% tal-familji (19,587) għandhom ġenitur wieħed/waħda (Ċensiment tal-Popolazzjoni u d-Djar 2011: Rapport Finali, NSO 2014).

85

Ir-reliġjon għad għandha pożizzjoni dominanti, anki jekk qiegħda tnin, fil-ħajja soċjali ta’ Malta. Madankollu, il-festi reliġjużi għadhom igawdu l-popolarità u qegħdin kull ma jmorru jsiru parti mill-kultura turistika. Gruppi soċjali li qegħdin jinbtu b’mod sinifikanti minn sfond kulturali, etniku u reliġjuż differenti, flimkien mal-proċess aċċellerat ta’ sekularizzazzjoni, wasslu għall-ħolqien ta’ konfigurazzjoni ġdida tas-soċjetà Maltija bl-isfidi, kwistjonijiet u opportunitajiet li din ġġib magħha. Dawn il-karatteristiċi kulturali jaffetwaw kemmlill-foqra u vittmi tal-esklużjoni soċjali kif ukoll lill-għonja u dawk soċjalment integrati minkejja d-differenza dejjem tikber bejniethom.

Ir-relazzjoni bejn il-kultura u l-faqar tidher l-aktar fit-tendenza storika li ħafna attivitajiet kulturali jkunu aċċessibli biss għall-elite. Dan iwassal kemm għal tifqir tal-kultura kif ukoll tifqir akbar tal-komunità kollha kemm hi, partikolarment għal dawk l-aktar vulnerabbli. Il-kultura trasmessa permezz tal-arti viżiva, id-drama, iż-żfin u l-mużika, kif ukoll permezz ta’ wirt tanġibbli u intanġibbli mirqum fil-ħajja tal-komunità, jista’ jgħin fit-tkattir tal-kreattività u l-innovazzjoni fost l-istrata kollha tas-soċjetà. It-tisħiħ tal-komunità biex tapprezza u tifhem l-istorja tagħha, il-mod ta’ għajxien u l-identitajiet tagħha li dejjem jevolvu u biex tinvolvi ruħha direttament fid-dinja tal-kultura u l-wirt kulturali jkunu qed jgħinu l-promozzjoni tal-inklużjoni, il-koeżjoni u rabta fil-komunità, waqt li jkunu qed jinħolqu opportunitajiet ta’ żvilupp ekonomiku permezz ta’ xogħol u imprenditorija.

L-inugwaljanza soċjo-ekonomika f’Malta tidher l-aktar fl-inugwaljanza kulturali kif ħareġ minn studju li sar fl-2010 dwar il-parteċipazzjoni fil-festivals tal-arti sajfin, kunċerti u mużewijiet fil-Belt Valletta u madwarha (CEWG & NSO, 2012). Il-livell ta’ parteċipazzjoni fost il-popolazzjoni kien tabilħaqq żbilanċjat. Aċċess ekwu għal attivitajiet kulturali jiddependi l-aktar fuq orizzonti edukattivi aktar miftuħin bil-għan li aktar żgħażagħ vulnerabbli jkunu jistgħu jidħlu fis-settur kulturali u kreattiv li qiegħed jikber.

Il-Politika Kulturali ta’ Malta (2011) toffri struttura wiesgħa għat-tisħiħ tal-ambjenti kulturali u l-kisba ta’ parteċipazzjoni u apprezzament kulturali akbar. Din il-politika tgħolli l-kultura għall-livell ta’ priorità nazzjonali, tippromwovi s-settur kreattiv bħala pilastru ewlieni fl-ekonomija nazzjonali, u twitti t-triq li twassal għaċ-ċelebrazzjoni f’Malta tal-Kapitali Kulturali Ewropea fl-2018. Infatti, il-programm tal-Belt Valletta bħala Kapitali Kulturali Ewropea 2018 (V.18) huwa msejjes fuq l-inklużjoni u l-innovazzjoni.

B’konformità mal-iskop li jonqos in-numru ta’ persuni fil-faqar u l-esklużjoni soċjali, dan id-dokument strateġiku jafferma l-kontribut li sar bil-Politika Kulturali ta’ Malta biex ikun indirizzat ir-rwol tal-kultura fil-ġlieda kontra d-diskriminazzjoni u t-tkattir ta’ koeżjoni soċjali akbar.

86 POLITIKA STRATEĠIKA GĦAL:TNAQQIS FIL-FAQAR U GĦAL INKLUŻJONI SOĊJALI 2014-2024

Azzjonijiet Strateġiċi tal-Politika: Kultura

Il-kultura hija medium importanti ferm biex tkun imħeġġa l-parteċipazzjoni attiva, l-inklużjoni u t-tisħiħ ta’ persuni li jkunu għaddejjin mill-faqar u l-esklużjoni soċjali. Sabiex il-kultura tkun promossa fi ħdan l-idea ta’ kura u ħarsien soċjo-ekonomiku, din il-politika strateġika tipproponi dawn il-prioritajiet biex:

Jikber il-potenzjal għal ugwaljanza u inklużjoni soċjali permezz tal-kultura ta’ kuljum billi:

• ikunu mħarsa dawk ix-xejriet stabiliti fil-kultura mgħixa li jħeġġu prattiċi tajbin ta’ xogħol, solidarjetà u rispett lejn l-ambjent;

• issir rabta bejn inizjattivi għal tiġdid kulturali u proġetti ta’ riġenerazzjoni fi nħawi żvantaġġjati tal-komunità imsejsin fuq ħiliet, kapaċitajiet u identitajiet lokali;

• jiżdied id-djalogu pubbliku kulturali permezz tal-kunsilli lokali u attivitajiet kulturali għaż-żgħażagħ l-aktar dawk li jkollhom dimensjoni multi-kulturali u edukattiva bl-użu ta’ media konvenzjonali u innovattiva.

87

L-inklużjoni kulturali tinfirex billi:

• ikun hemm għarfien tal-interdipendenzi strutturali bejn is-settur kulturali u dawk ekonomiċi u soċjali, u l-benefiċċji diretti u indiretti li joħorġu minn parteċipazzjoni kulturali inklussiva u attiva fuq il-koeżjoni soċjali, imsejsa fuq ir-riċerka u l-analiżi tal-imġiba kulturali, soċjoloġika u ekonomika tal- popolazzjoni;

• jiġi promoss it-tisħiħ ta’ gruppi vulnerabbli permezz tal- forom kollha ta’ espressjoni kreattiva u ċ-ċelebrazzjoni tal- multikulturaliżmu;

• ikun faċilitat l-aċċess għal inizjattivi kulturali fis-setturi kollha tas-soċjetà biex jintgħelbu ntoppi veri jew mistħajla u li jistgħu jwasslu għall-esklużjoni u l-emarġinazzjoni tal-klassi tal- ħaddiema u gruppi oħra vulnerabbli.

Jitjiebu inizjattivi kulturali li jindirizzaw l-inklużjoni soċjali billi:

• jitwettqu mekkaniżmi finanzjarji li jinċentivaw u jawtorizzaw lill-mexxejja lokali biex iservu ta’ katalisti kulturali fil-komunità tagħhom, u jippromwovu programmi li joffru attivitajiet kulturali u kreattivi lil grupp żvantaġġjati;

• jitjiebu l-opportunitajiet għal edukazzjoni komunitarja u proġetti li jsaħħu l-fiduċja ta’ dak li jkun fih innifsu, il-ħiliet u l-kreattività;

• l-inklużjoni kulturali ssir tema mifruxa fis-servizzi pubbliċi kollha (skejjel, faċilitajiet għall-kura u l-ħarsien tas-saħħa, faċilitajiet korrettivi, u postijiet li mhux soltu jkunu marbuta mal-kultura).

4. KonklużjoniMalta hija mpenjata bis-serjetà li tnaqqas in-numru ta’ persuni f’riskju ta’ faqar jew esklużjoni soċjali bil-għan li tkun assigurata ħajja diċenti għal kulħadd. Diversi miżuri importanti diġà qed jitwettqu sabiex jintlaħaq dan l-iskop, madankollu f’dan ix-xenarju dinamiku se jkunu meħtieġa aktar inizzjativi u metodi innovattivi biex ikun assigurat li dawn l-isfidi jintlaqgħu b’mod effettiv.

Din il-“Politika Strateġika Nazzjonali għal Tnaqqis fil-Faqar u l-Inklużjoni Soċjali” ressqet għażla varjata ta’ azzjonijiet li jaqgħu taħt sitt dimensjonijiet strateġiċi differenti. Tiffoka fuq il-ġlieda kontra l-faqar u t-tkattir tal-inklużjoni soċjali permezz tal-introduzzjoni ta’ metodi ta’ politika effettiva u sostenibbli li jippromwovu l-ugwaljanza ut-tisħiħ. Waqt li tagħraf li l-kawżi prinċipali ta’ żvantaġġi soċjo-ekonomiċi huma istrutturali , din il-politika strateġika tressaq roadmap nazzjonali lejn it-tnaqqis fil-faqar u l-esklużjoni soċjali billi tagħmilhom temi ewlenin fis-setturi kollha li jmissu mat-twettiq tagħha.

Sabiex tkun tista’ tilħaq l-għanijiet tagħha għal kwalità ta’ ħajja aħjar għal kulħadd, b’mod partikolari għal dawk f’riskju ta’ faqar jew esklużjoni soċjali, Malta qed taddotta metodi li jibdew mil-livell tal-komunità u jibqgħu telgħin ’l fuq lejn livelli għola kif ukoll b’mod orizzontali bejn ministeri varji, dipartimenti, aġenziji u entitajiet mhux governattivi. Dan għandu jgħin biex jitkattru d-disinn, l-iżvilupp u l-provvista ta’ servizzi ta’ ħarsien soċjali msejsa fuq ir-realtà. Dan il-metodu konsolidat jimmarka bidla sħiħa li qed isseħħ fl-ideat, metodi u prattiċi bil-għan li titjieb il-koeżjoni soċjali u l-benessere inġenerali tas-soċjetà Maltija.

89

Din l-istrateġija hija mistennija tagħti kontribut pożittiv fil-mira ta’ Malta għall-2020 li toħroġ lil madwar 6,560 ruħ mir-riskju ta’ faqar jew esklużjoni soċjali. Barra dan, flimkien mal-impenn ta’ Malta li tiġġieled il-frodi u l-abbuż fil-livelli kollha, din l-istrateġija se tkun qed tkompli tindirizza l-bżonnijiet soċjali attwali u li qegħdin jinbidlu kontinwament lil hinn mill-2020 biex hekk tkun assigurata ġustizzja soċjo-ekonomika ikbar.

Permezz tal-azzjonijiet imsemmija f’din l-istrateġija u inizjattivi li hemm għaddejjin jew miżuri oħra li jistgħu jitwettqu mill-Gvern, Malta tfittex li ttejjeb il-kwalità tal-ħajja tal-popolazzjoni inġenerali u, partikolarment, ta’ persuni f’riskju ta’ faqar u esklużjoni soċjali. L-impatt ta’ dawnl-azzjonijiet, flimkien mal-indikaturi ġenerali tal-faqar, se jkunu analizzati u monitorati permezz ta’ xejriet riflessi minn indikaturi aġġornati regolarment mill-NSO, li jiffukaw fuq is-sitt dimensjonijiet tal-benessere, bħal:

• Inugwaljanza fid-dħul finanzjarju• Rata ta’ attività• Jaħdmu iżda f’riskju ta’ faqar• Rata ta’ parteċipazzjoni fl-edukazzjoni u t-taħriġ• Nuqqas ta’ attendenza fl-iskola• Ħtieġa mhux milħuqa ta’ eżami jew trattament mediku• Fir-riskju ta’ faqar qabel u wara l-kisba ta’ benefiċċji soċjali u wara l-għajnuna mogħtija mal-età tal-pensjoni• Sehem minn dawk il-familji li jilmentaw minn tniġġis, ħmieġ u problemi ambjentali oħra• Sehem minn dawk il-familji li jsibuha iebsa wisq biex ilaħħqu mal- pagamenti fuq id-dar• Parteċipazzjoni f’attivitajiet kulturali

Il-Gvern huwa mpenjat li jwaqqaf struttura nazzjonali li tkun tistabilixxi livelli (benchmark), tagħmel monitoraġġ u tevalwa l-progress lejn tnaqqis fil-faqar u t-tkattir tal-inklużjoni soċjali fir-rigward ta’ tfal, anzjani, nies qegħda u dawk foqra waqt li jaħdmu. Din l-istruttura se tkun qed tikkomplementa inizjattivi oħra lokali bħall-Fondazzjoni tal-President għall-Ġid tas-Soċjetà li twaqqfet f’Ġunju 2014.

Din il-ħidma konċentrata għandha finalment twassal għar-riżultati mixtieqa billi titkattar ħajja aħjar għal kulħadd, partikolament għal dawk l-aktar vulnerabbli.

90 POLITIKA STRATEĠIKA GĦAL:TNAQQIS FIL-FAQAR U GĦAL INKLUŻJONI SOĊJALI 2014-2024

Referenzi

Andor, L. (2013, ). Speech 13/309: “Europe’s social crisis: Is there a way out?” (p. 4). European Commissioner Responsible for Employment, Social Affairs and Inclusion. Max Planck Institute for Social Law and Social Policy, Münich. Retrieved from http://europa.eu/rapid/press-release_SPEECH-13-309_en.htm?locale=FR

APPOĠĠ (2014). Annual Statistics of Care Orders and Children in Out of Home Care. Unpublished Data.

APPOĠĠ (2014). Fostering & CPS Waiting List. Unpublished Data.

Bonesmo Fredriksen, K. (2012). Income Inequality in the European Union, p. 19. OECD Economics Department Working Papers, No. 952, OECD Publishing. Retrieved from http://dx.doi.org/10.1787/5k9bdt47q5zt-en

Caritas Malta (2012,). A Minimum Budget for a Decent Living: A research study by Caritas Malta focusing on three low income household categories. Retrieved from http://www.caritasmalta.org/AMinimumBudgetforaDecentLiving_McKay_Sammut_Farrugia_Piscopo(MinimumSize).pdf

CEWG & NSO (2012). City of Culture: Case-Study: The impact of arts and culture on city life and the national economy: Research on festivals, concerts and museums in July and August 2010 in Valletta and Floriana. Retrieved from http://www.creativemalta.gov.mt/document-repository/city-

of-culture-report

COFOG (n.d.). Malta’s General Government Expenditure by Function 2003-2012 (COFOG).

Decelis, A., Jago, R. & Fox, K. R. (2012). Objectively assessed physical activity and weight status in Maltese 11–12 year-olds. European Journal of Sports Science, 1-10. doi: 10.1080/17461391.2012.691113

Department for Health Regulation, Ministry for Health (2013). Environmental Health Inequalities in Malta, p.37. Retrieved from http://www.euro.who.int/__data/assets/pdf_file/0016/243160/Environmental-Health-Inequalities-in-Malta.pdf?ua=1

European Commission (2009). Portfolio of indicators for the monitoring of the European strategy for social protection and social exclusion — 2009 update, p.11. Retrieved from http://ec.europa.eu/social/main.jsp?catId=756&langId=en

European Commission, Directorate General for Employment, Social Affairs and Inclusion (2013). The Working Poor in the European Union: Background report for the thematic in-depth review on the 2012 SPPM ‘trend to watch’, p.12. Draft.

Eurostat (2014). EU SILC 2005-2013. Retrieved from http://epp.eurostat.ec.europa.eu/portal/page/portal/microdata/eu_silc

Eurostat (2013). EU SILC 2005-2012. Retrieved from http://epp.eurostat.ec.europa.eu/portal/page/portal/microdata/eu_silc

External Cooperation and Communication Unit,

91

NSO (2013). News Release SILC 2011: Main Dwellings and Material Deprivation. Retrieved from http://www.nso.gov.mt/statdoc/document_file.aspx?id=3616

FSWS (2014). Sedqa & Sapport Waiting List Stats as at End May 2014. Unpublished Data.

General Workers’ Union (2013). Precarious Employment in Malta: Research and Recommendations. BDC Ltd., Malta. Retrieved from http://stopprecariouswork.com/media/Precarious%20Employment%20Report%20-%20Final%20Version.pdf

Krieger & Higgins, 2002. Housing and Health: Time Again for Public Health Action. American Journal of Public Health, 92 (5): 758-768. Retrieved from http://www.ncbi.nlm.nih.gov/pmc/articles/PMC1447157/

Malta Today (2013,. Grand Harbour towns – land of the single mother [DATA]. Retrieved from http://www.maltatoday.com.mt/en/newsdetails/news/data/Grand-harbour-land-of-the-single-mother-20130610

MEDE (2014). A Strategic Plan for the Prevention of Early School Leaving in Malta 2014, p. 9. Retrieved from http://education.gov.mt/ESL/Documents/School%20Leaving%20in%20Malta.pdf

MEDE (2014). The National Employment Policy. Retrieved from http://education.gov.mt/employment/Documents/EMPLOYMENT%20POLICY%20DOC%20sml.pdf

Ministry of Finance (2013). National Reform Programme. Retrieved from http://mfin.gov.mt/en/Library/Pages/National-Reform-Programme.aspx

NSO (2014). Census of Housing and Population 2011: Final Report. Valletta: NSO Lascaris.

NSO (2014). SILC 2013. Unpublished Data.

NSO (2014). Registered Unemployed: June 2014, p.3. Retrieved from http://www.nso.gov.mt/statdoc/document_file.aspx?id=4149

NSO (2013). Demographics 2011-2013. Unpublished data.

NSO (2013). Rate of Uptake of Supplementary Benefits in the Maltese Islands. Unpublished data.

NSO (2011). Demographic Review 2010, p. 111. Valletta, NSO. Retrieved from http://www.nso.gov.mt/statdoc/document_fi le.aspx?id=3173

NSO (2002). Children. NSO: Valletta, p. 15: chart 1.10, & p.109. Retrieved from http://www.nso.gov.mt/statdoc/document_fi le.aspx?id=2071

Official Journal of the European Union (2010). COUNCIL DECISION of 21 October 2010 on guidelines for the employment policies of the Member States (2010/707/EU). Retrieved from http://eur-lex.europa.eu/legal-content/EN/ALL/?uri=CELEX:32010D0707

Parliamentary Secretariat for Tourism, the Environment and Culture (2011). National Cultural Policy: Malta 2011. Retrieved from h t t p : // w w w. m a l t a c u l t u r e . c o m /c o n t e n t .aspx?id=190610

R&D Department, MEDE (2013a). PISA 2009+: Programme for International Student Assessment: Malta Report. Retrieved from http://researchanddevelopment.gov.mt/en/

Documents/PISA%202009+%20Malta%20Report.pdf

R&D Department, MEDE (2013b). PIRLS 2011: Progress in International Reading Literacy Study: Malta Report, p. 74. Valletta, MEDE.

Shah A. (2013). Poverty Facts and Stats. Global Issues. Retrieved from http://www.globalissues.org/print/article/26

The International Labour Organization (2011). Policies and Regulations to Combat Precarious Employment, p.10. Geneva: International Labour Office.

WHO (2013). National Health Accounts (NHA). WHO, Geneva. Retrieved from http://www.who.int/nha/en/

WHO (2003). Social Determinants of Health: The solid facts (2nd ed.). Denmark, WHO Regional Office for Europe. Retrieved from http://www.euro.who.int/__data/assets/pdf_file/0005/98438/e81384.pdf

Wilkinson, R. & Pickett, K. (2010). The Spirit Level: Why Equality is Better for Everyone. Penguin Books Limited.

PHOTO: DANIEL BALZAN

RITRATT: DANIEL BALZAN