pr cns legact am - european parliamentrr\1125495mt.docx 7/23 pe599.762v01-00 mt sena, li jagħmlu...

23
RR\1125495MT.docx PE599.762v01-00 MT Magħquda fid-diversità MT Parlament Ewropew 2014-2019 Dokument ta' sessjoni A8-0189/2017 9.5.2017 * RAPPORT dwar il-proposta għal Direttiva tal-Kunsill li temenda d- Direttiva 2006/112/KE, rigward ir-rati tat-taxxa fuq il-valur miżjud li japplikaw għall-kotba, għall-gazzetti u għall-perjodiċi (COM(2016)0758 C8-0529/2016 2016/0374(CNS)) Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji Rapporteur: Tom Vandenkendelaere

Upload: others

Post on 14-Jan-2020

2 views

Category:

Documents


0 download

TRANSCRIPT

Page 1: PR CNS LegAct am - European ParliamentRR\1125495MT.docx 7/23 PE599.762v01-00 MT sena, li jagħmlu l-VAT kwistjoni importanti li għandha tiġi indirizzata fil-livell tal-Unjoni. Emenda

RR\1125495MT.docx PE599.762v01-00

MT Magħquda fid-diversità MT

Parlament Ewropew 2014-2019

Dokument ta' sessjoni

A8-0189/2017

9.5.2017

* RAPPORT

dwar il-proposta għal Direttiva tal-Kunsill li temenda d-

Direttiva 2006/112/KE, rigward ir-rati tat-taxxa fuq il-valur miżjud li japplikaw

għall-kotba, għall-gazzetti u għall-perjodiċi

(COM(2016)0758 – C8-0529/2016 – 2016/0374(CNS))

Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji

Rapporteur: Tom Vandenkendelaere

Page 2: PR CNS LegAct am - European ParliamentRR\1125495MT.docx 7/23 PE599.762v01-00 MT sena, li jagħmlu l-VAT kwistjoni importanti li għandha tiġi indirizzata fil-livell tal-Unjoni. Emenda

PE599.762v01-00 2/23 RR\1125495MT.docx

MT

PR_CNS_LegAct_am

Tifsira tas-simboli użati

* Proċedura ta' konsultazzjoni

*** Proċedura ta' approvazzjoni

***I Proċedura leġiżlattiva ordinarja (l-ewwel qari)

***II Proċedura leġiżlattiva ordinarja (it-tieni qari)

***III Proċedura leġiżlattiva ordinarja (it-tielet qari)

(It-tip ta' proċedura jiddependi mill-bażi legali proposta mill-abbozz ta' att.)

Emendi għal abbozz ta' att

Emendi tal-Parlament f'żewġ kolonni

It-tħassir huwa indikat permezz tat-tipa korsiva u grassa fil-kolonna tax-

xellug. Is-sostituzzjoni hija indikata permezz tat-tipa korsiva u grassa fiż-

żewġ kolonni. It-test ġdid huwa indikat permezz tat-tipa korsiva u grassa fil-

kolonna tal-lemin.

L-ewwel u t-tieni linji tal-intestatura ta' kull emenda jidentifikaw il-parti tat-

test ikkonċernata fl-abbozz ta' att inkwistjoni. Meta emenda tirrigwarda att

eżistenti, li l-abbozz ta' att ikollu l-ħsieb li jemenda, l-intestatura jkun fiha

wkoll it-tielet u r-raba' linji li jidentifikaw rispettivament l-att eżistenti u d-

dispożizzjoni kkonċernata f'dak l-att.

Emendi tal-Parlament li jieħdu l-forma ta' test konsolidat

Il-partijiet tat-testi l-ġodda huma indikati permezz tat-tipa korsiva u grassa.

Il-partijiet tat-test imħassra huma indikati permezz tas-simbolu ▌ jew huma

ingassati. Is-sostituzzjoni hija indikata billi t-test il-ġdid jiġi indikat permezz

tat-tipa korsiva u grassa u billi jitħassar jew jiġi ingassat it-test sostitwit.

Bħala eċċezzjoni, it-tibdil ta' natura strettament teknika magħmul mis-

servizzi fil-preparazzjoni tat-test finali mhuwiex indikat.

Page 3: PR CNS LegAct am - European ParliamentRR\1125495MT.docx 7/23 PE599.762v01-00 MT sena, li jagħmlu l-VAT kwistjoni importanti li għandha tiġi indirizzata fil-livell tal-Unjoni. Emenda

RR\1125495MT.docx 3/23 PE599.762v01-00

MT

WERREJ

Paġna

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW .......... 6

NOTA SPJEGATTIVA ............................................................................................................ 14

OPINJONI TAL-KUMITAT GĦALL-KULTURA U L-EDUKAZZJONI ............................ 15

PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI ............................................................... 21

Page 4: PR CNS LegAct am - European ParliamentRR\1125495MT.docx 7/23 PE599.762v01-00 MT sena, li jagħmlu l-VAT kwistjoni importanti li għandha tiġi indirizzata fil-livell tal-Unjoni. Emenda

PE599.762v01-00 4/23 RR\1125495MT.docx

MT

Page 5: PR CNS LegAct am - European ParliamentRR\1125495MT.docx 7/23 PE599.762v01-00 MT sena, li jagħmlu l-VAT kwistjoni importanti li għandha tiġi indirizzata fil-livell tal-Unjoni. Emenda

RR\1125495MT.docx 5/23 PE599.762v01-00

MT

Page 6: PR CNS LegAct am - European ParliamentRR\1125495MT.docx 7/23 PE599.762v01-00 MT sena, li jagħmlu l-VAT kwistjoni importanti li għandha tiġi indirizzata fil-livell tal-Unjoni. Emenda

PE599.762v01-00 6/23 RR\1125495MT.docx

MT

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-proposta għal Direttiva tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2006/112/KE, rigward

ir-rati tat-taxxa fuq il-valur miżjud li japplikaw għall-kotba, għall-gazzetti u għall-

perjodiċi

(COM(2016)0758 – C8-0529/2016 – 2016/0374(CNS))

(Proċedura leġiżlattiva speċjali – konsultazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

– wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Kunsill (COM(2016)0758),

– wara li kkunsidra l-Artikolu 113 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

skont liema artikolu ġie kkonsultat mill-Kunsill (C8-0529/2016),

– wara li kkunsidra l-Artikolu 78c tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji u l-

opinjoni tal-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni (A8-0189/2017),

1. Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata;

2. Jistieden lill-Kummissjoni biex timmodifika l-proposta tagħha konsegwentement, skont

l-Artikolu 293(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea;

3. Jistieden lill-Kunsill biex jinfurmah jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat

mill-Parlament;

4. Jitlob lill-Kunsill biex jerġa' jikkonsultah jekk ikollu l-ħsieb li jemenda l-proposta tal-

Kummissjoni b'mod sustanzjali;

5. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-

Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

Emenda 1

Proposta għal direttiva

Premessa -1 (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni Emenda

(-1) Fl-2013, id-differenza bejn id-dħul

mistenni mill-VAT u l-VAT li fil-fatt

inġabret (l-hekk imsejħa "diskrepanza

tal-VAT") fl-Unjoni kienet ta' madwar

EUR 170 biljun, u l-frodi transfruntiera

jammontaw għal telf ta' dħul mill-VAT fl-

Unjoni ta' madwar EUR 50 biljun fis-

Page 7: PR CNS LegAct am - European ParliamentRR\1125495MT.docx 7/23 PE599.762v01-00 MT sena, li jagħmlu l-VAT kwistjoni importanti li għandha tiġi indirizzata fil-livell tal-Unjoni. Emenda

RR\1125495MT.docx 7/23 PE599.762v01-00

MT

sena, li jagħmlu l-VAT kwistjoni

importanti li għandha tiġi indirizzata fil-

livell tal-Unjoni.

Emenda 2

Proposta għal direttiva

Premessa 1

Test propost mill-Kummissjoni Emenda

(1) Id-Direttiva tal-Kunsill

2006/112/KE1 tistipula li l-Istati Membri

jistgħu japplikaw rati mnaqqsin tat-taxxa

fuq il-valur miżjud (VAT) għall-

pubblikazzjonijiet li għandhom kwalunkwe

tip ta' appoġġ fiżiku. Madankollu, rata

mnaqqsa tal-VAT ma tistax tiġi applikata

għall-pubblikazzjonijiet pprovduti

elettronikament, li għandhom jiġu ntaxxati

bir-rata ta' VAT standard.

(1) Id-Direttiva tal-Kunsill

2006/112/KE1 tistipula li l-Istati Membri

jistgħu japplikaw rati mnaqqsin tat-taxxa

fuq il-valur miżjud (VAT) għall-

pubblikazzjonijiet li għandhom kwalunkwe

tip ta' appoġġ fiżiku. Madankollu, rata

mnaqqsa tal-VAT ma tistax tiġi applikata

għall-pubblikazzjonijiet pprovduti

elettronikament, li għandhom jiġu ntaxxati

bir-rata ta' VAT standard, b'tali mod li

toħloq żvantaġġ għall-pubblikazzjonijiet

ipprovduti elettronikament u li żżomm

lura l-iżvilupp ta' dan is-suq. Dak l-

iżvantaġġ komparattiv jista' jostakola l-

iżvilupp tal-ekonomija diġitali fl-Unjoni.

____________ _____________

Id-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-

28 ta' Novembru 2006 dwar is-sistema

komuni ta' taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU L

347, 11.12.2006, p. 1).

Id-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-

28 ta' Novembru 2006 dwar is-sistema

komuni ta' taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU L

347, 11.12.2006, p. 1).

Emenda 3

Proposta għal direttiva

Premessa 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni Emenda

1a. Fir-riżoluzzjoni tiegħu tat-

13 ta' Ottubru 2011 dwar il-futur tal-

VAT1a, il-Parlament Ewropew fakkar li

waħda mill-karatteristiċi ewlenin tal-VAT

hija l-prinċipju tan-newtralità, u, għal dik

ir-raġuni, huwa sostna li "l-kotba, il-

gazzetti u r-rivisti kollha, irrispettivament

Page 8: PR CNS LegAct am - European ParliamentRR\1125495MT.docx 7/23 PE599.762v01-00 MT sena, li jagħmlu l-VAT kwistjoni importanti li għandha tiġi indirizzata fil-livell tal-Unjoni. Emenda

PE599.762v01-00 8/23 RR\1125495MT.docx

MT

mill-format tagħhom, għandhom jiġu

trattati eżattament bl-istess mod".

_________________

1a P7_TA(2011)0436.

Emenda 4

Proposta għal direttiva

Premessa 2

Test propost mill-Kummissjoni Emenda

(2) Bi qbil mal-Istrateġija għal Suq

Uniku Diġitali tal-Kummissjoni1, u biex

jibqgħu aġġornati mal-progress

teknoloġiku fl-ekonomija diġitali, l-Istati

Membri għandhom jingħataw il-fakultà li

jallinjaw ir-rati tal-VAT fuq il-

pubblikazzjonijiet pprovduti

elettronikament mar-rati tal-VAT aktar

baxxi fuq il-pubblikazzjonijiet fuq

kwalunkwe mezz ta' appoġġ fiżiku.

(2) Bi qbil mal-Istrateġija għal Suq

Uniku Diġitali tal-Kummissjoni1, u l-

ambizzjoni tagħha li tiżgura li l-Ewropa

tkun kompetittiva u fuq quddiem nett fid-

dinja fl-ekonomija diġitali, l-Istati Membri

għandhom jingħataw il-fakultà li jallinjaw

ir-rati tal-VAT fuq il-pubblikazzjonijiet

pprovduti elettronikament mar-rati tal-

VAT aktar baxxi fuq il-pubblikazzjonijiet

fuq kwalunkwe mezz ta' appoġġ fiżiku, u

b'hekk jistimulaw l-innovazzjoni, il-

ħolqien, l-investiment u l-produzzjoni ta'

kontenut ġdid, u jiffaċilitaw it-tagħlim

diġitali, it-trasferiment tal-għarfien u l-

aċċess għall-kultura fl-ambjent diġitali, u

l-promozzjoni tagħha.

____________ _____________

COM(2015) 0192 finali COM(2015) 0192 finali

Emenda 5

Proposta għal direttiva

Premessa 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni Emenda

2a. Jekk l-Istati Membri jitħallew

japplikaw rati mnaqqsa, rati mnaqqsa

ħafna jew rati żero għal pubblikazzjonijiet

stampati u għal pubblikazzjonijiet

elettroniċi, dan għandu jiżgura t-

trasferiment ta' benefiċċji ekonomiċi lill-

konsumaturi - u b'hekk jippromwovi l-

qari - kif ukoll lill-pubblikaturi, biex

Page 9: PR CNS LegAct am - European ParliamentRR\1125495MT.docx 7/23 PE599.762v01-00 MT sena, li jagħmlu l-VAT kwistjoni importanti li għandha tiġi indirizzata fil-livell tal-Unjoni. Emenda

RR\1125495MT.docx 9/23 PE599.762v01-00

MT

b'hekk jitħeġġeġ l-investiment f'kontenut

ġdid u, fil-każ ta' gazzetti u rivisti,

titnaqqas id-dipendenza fuq ir-reklamar.

Emenda 6

Proposta għal direttiva

Premessa 3

Test propost mill-Kummissjoni Emenda

(3) Fil-Pjan ta' Azzjoni dwar il-VAT9,

il-Kummissjoni qalet li l-pubblikazzjonijiet

ipprovduti elettronikament għandhom

ikunu jistgħu jibbenefikaw mill-istess rata

ta' VAT preferenzjali bħall-

pubblikazzjonijiet li jkollhom xi mezz ta'

appoġġ fiżiku. Biex dan l-għan jintlaħaq,

jeħtieġ li tkun prevista l-possibbiltà għal

kull Stat Membru li japplika rata mnaqqsa

ta' VAT, jew rati mnaqqsin ħafna għall-

forniment tal-kotba, tal-gazzetti u tal-

perjodiċi, dan jinkludi l-possibbiltà li

jingħataw l-eżenzjonijiet bil-possibbiltà tat-

tnaqqis tal-VAT li tkun tħallset fl-istadju

preċedenti.

(3) Fil-Pjan ta' Azzjoni dwar il-VAT9,

il-Kummissjoni qalet li l-pubblikazzjonijiet

ipprovduti elettronikament għandhom

ikunu jistgħu jibbenefikaw mill-istess rata

ta' VAT preferenzjali bħall-

pubblikazzjonijiet li jkollhom xi mezz ta'

appoġġ fiżiku. Biex dan l-għan jintlaħaq,

jeħtieġ li tkun prevista l-possibbiltà għal

kull Stat Membru li japplika rata mnaqqsa

ta' VAT, jew rati mnaqqsin ħafna għall-

forniment tal-kotba, tal-gazzetti u tal-

perjodiċi, dan jinkludi l-possibbiltà li

jingħataw l-eżenzjonijiet bil-possibbiltà tat-

tnaqqis tal-VAT li tkun tħallset fl-istadju

preċedenti. Din il-proposta hija bi qbil

mal-objettiv li l-Istati Membri jingħataw

aktar libertà biex jiffissaw ir-rati tal-VAT

tagħhom fil-qafas ta' sistema tal-VAT

definittiva u bbażata fuq id-destinazzjoni.

_________________ _________________

9 COM(2016) 148 finali 9 COM(2016) 148 finali

Emenda 7

Proposta għal direttiva

Premessa 3a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni Emenda

3a. F'konformità mal-Pjan ta' Azzjoni

dwar il-VAT, l-għan ta' din id-Direttiva

huwa li jkun hemm sistemi tal-VAT aktar

sempliċi, aktar reżistenti għall-frodi u

favorevoli għan-negozji fl-Istati Membri

kollha, kif ukoll li jinżamm il-pass mal-

Page 10: PR CNS LegAct am - European ParliamentRR\1125495MT.docx 7/23 PE599.762v01-00 MT sena, li jagħmlu l-VAT kwistjoni importanti li għandha tiġi indirizzata fil-livell tal-Unjoni. Emenda

PE599.762v01-00 10/23 RR\1125495MT.docx

MT

ekonomija diġitali u mobbli tal-lum.

Emenda 8

Proposta għal direttiva

Premessa 5

Test propost mill-Kummissjoni Emenda

(5) Biex jevitaw l-użu estensiv ta' rati

tal-VAT imnaqqsin għall-kontenut

awdjoviżiv, l-Istati Membri għandhom

jingħataw il-fakultà li japplikaw rata

mnaqqsa għall-kotba, għall-gazzetti u

għall-perjodiċi biss jekk dawn il-

pubblikazzjonijiet, kemm li għandhom

mezz ta' appoġġ fiżiku, kif ukoll li huma

pprovduti elettronikament, ma jikkonsistux

kompletament jew b'mod predominanti

minn kontenut ta' mużika jew ta' vidjo.

(5) Biex jevitaw l-użu estensiv ta' rati

tal-VAT imnaqqsin għall-kontenut

awdjoviżiv, l-Istati Membri għandhom

jingħataw il-fakultà li japplikaw rata

mnaqqsa għall-kotba, għall-gazzetti u

għall-perjodiċi biss jekk dawn il-

pubblikazzjonijiet, kemm li għandhom

mezz ta' appoġġ fiżiku, kif ukoll li huma

pprovduti elettronikament, ma jikkonsistux

kompletament jew b'mod predominanti

minn kontenut ta' mużika jew ta' vidjo.

Filwaqt li titqies l-importanza li jiġi

ffaċilitat l-aċċess għall-kotba, il-gazzetti u

l-perjodiċi għal persuni neqsin mid-dawl,

b'vista batuta jew b'diffikultajiet oħrajn

biex jaqraw materjal stampat skont it-

tifsira tad-Direttiva ... tal-Parlament

Ewropew u tal-Kunsill1a, il-kotba, il-

gazzetti u l-perjodiċi elettroniċi adattati u

awdjo għandhom jiġu mifhuma li ma

jikkonsistux għalkollox jew b'mod

predominanti minn kontenut ta' mużika

jew ta' vidjo. Għaldaqstant, ir-rati

mnaqqsa tal-VAT jistgħu jiġu applikati

wkoll għal dawn il-formati.

__________________

1a Direttiva ... tal-Parlament Ewropew u

tal-Kunsill dwar ċerti użi permessi ta'

xogħlijiet u materjal ieħor protett bid-

drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati

għall-ġid tal-persuni għomja, b'diżabbiltà

fil-vista jew li b'xi mod ieħor għandhom

diffikultà biex jaqraw materjal stampat u

li temenda d-Direttiva 2001/29/KE dwar l-

armonizzazzjoni ta' ċerti aspetti ta'

drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati fis-

soċjetà tal-informazzjoni

(COM(2016) 596 final, 2016/0278 (COD))

Page 11: PR CNS LegAct am - European ParliamentRR\1125495MT.docx 7/23 PE599.762v01-00 MT sena, li jagħmlu l-VAT kwistjoni importanti li għandha tiġi indirizzata fil-livell tal-Unjoni. Emenda

RR\1125495MT.docx 11/23 PE599.762v01-00

MT

(ĠU ..., p. ...).

Emenda 9

Proposta għal direttiva

Premessa 5a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni Emenda

5a. Il-fatt li l-Istati Membri jingħataw

il-libertà li japplikaw rati tal-VAT

imnaqqsa jew imnaqqsa ħafna għall-

kotba elettroniċi, il-gazzetti elettroniċi u l-

perjodiċi elettroniċi jista' joħloq

opportunità ta' marġni ta' profitt ġodda

għall-pubblikaturi u ta' investiment

f'kontenut ġdid, meta mqabbel mal-

mudell attwali li jiddependi ħafna fuq ir-

reklamar. Fil-livell tal-Unjoni għandu

wkoll jingħata bidu għal riflessjoni aktar

ġenerali fuq il-mudell ta' finanzjament

tal-kontenut elettroniku.

Emenda 10

Proposta għal direttiva

Premessa 6a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni Emenda

6a. Il-flessibbiltà mogħtija lill-Istati

Membri fil-kuntest tal-proposta attwali bl-

ebda mod ma tippreġudika r-reġim

definittiv tal-VAT biex jiġi varat u li fil-

kuntest tiegħu kull żieda fil-flessibbiltà

tkun teħtieġ tiġi bbilanċjata mal-impatt

fuq il-funzjonament tas-suq uniku, il-

kamp ta' applikazzjoni għall-frodi tal-

VAT, iż-żieda fl-ispejjeż tan-negozju u r-

riskju ta' kompetizzjoni inġusta.

Page 12: PR CNS LegAct am - European ParliamentRR\1125495MT.docx 7/23 PE599.762v01-00 MT sena, li jagħmlu l-VAT kwistjoni importanti li għandha tiġi indirizzata fil-livell tal-Unjoni. Emenda

PE599.762v01-00 12/23 RR\1125495MT.docx

MT

Emenda 11

Proposta għal direttiva

Premessa 6b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni Emenda

6b. Għalkemm din id-Direttiva

tippermetti lill-Istati Membri jirrettifikaw

sitwazzjoni ta' trattament inugwali, hija

ma tneħħix il-ħtieġa għal sistema aktar

ikkoordinata, effiċjenti u sempliċi ta' rati

mnaqqsa tal-VAT b'inqas eċċezzjonijiet.

Emenda 12

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 3

Direttiva 2006/112/KE

Anness III – punt 6

Test propost mill-Kummissjoni Emenda

(6) il-forniment, li jinkludi s-self mil-

libreriji, ta' kotba, gazzetti u perjodiċi li

mhumiex pubblikazzjonijiet kompletament

jew b'mod predominanti ddedikati għar-

reklamar u minbarra l-pubblikazzjonijiet li

kompletament jew b'mod predominanti

jikkonsistu minn kontenut ta'mużika jew ta'

vidjo;

(6) il-forniment, li jinkludi s-self mil-

libreriji, ta' kotba, gazzetti u perjodiċi li

mhumiex pubblikazzjonijiet kompletament

jew b'mod predominanti ddedikati għar-

reklamar u minbarra l-pubblikazzjonijiet li

kompletament jew b'mod predominanti

jikkonsistu minn kontenut ta'mużika jew ta'

vidjo; inklużi opuskoli, fuljetti u materjal

simili stampat, kotba għat-tfal bl-istampi,

tat-tpinġija jew tat-tpinġija bil-kulur,

mużika stampata jew f'forma ta'

manuskritt, mapep u mapep idrografiċi

jew mapep simili.

Ġustifikazzjoni

Fid-Direttiva attwali, il-kategoriji msemmija hawn fuq huma inklużi fl-Anness III, punt (6).

Fit-test propost mill-Kummissjoni, dawn il-kategoriji ma jissemmewx aktar. Għaldaqstant,

sabiex jiġu evitati interpretazzjonijiet differenti mill-Istati Membri, il-Kummissjoni għandha

tikkjarifika jekk id-Direttiva proposta tapplikax ukoll għal opuskoli, fuljetti u oġġetti simili

stampati, kotba għat-tfal bl-istampi, tat-tpinġija jew tat-tpinġija bil-kulur, mużika stampata

jew f'forma ta' manuskritt, mapep u mapep idrografiċi jew mapep simili.

Emenda 13

Page 13: PR CNS LegAct am - European ParliamentRR\1125495MT.docx 7/23 PE599.762v01-00 MT sena, li jagħmlu l-VAT kwistjoni importanti li għandha tiġi indirizzata fil-livell tal-Unjoni. Emenda

RR\1125495MT.docx 13/23 PE599.762v01-00

MT

Proposta għal direttiva

Artikolu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni Emenda

Artikolu 2a

Monitoraġġ

Il-Kummissjoni Ewropea għandha, sa...

tliet snin wara d-dħul fis-seħħ ta' din id-

Direttiva, tipproduċi rapport li jidentifika

l-Istati Membri li jkunu adottaw rati tal-

VAT imnaqqsa jew imnaqqsa ħafna għall-

kotba, il-gazzetti u l-perjodiċi u l-

ekwivalenti elettroniċi tagħhom, u tevalwa

l-impatt ta' dawk il-miżuri f'termini ta'

implikazzjonijiet baġitarji u l-iżvilupp tas-

settur kulturali.

Page 14: PR CNS LegAct am - European ParliamentRR\1125495MT.docx 7/23 PE599.762v01-00 MT sena, li jagħmlu l-VAT kwistjoni importanti li għandha tiġi indirizzata fil-livell tal-Unjoni. Emenda

PE599.762v01-00 14/23 RR\1125495MT.docx

MT

NOTA SPJEGATTIVA

Skont id-Direttiva attwali tal-VAT (id-Direttiva tal-Kunsill 2006/12/KE), servizzi li jingħataw

b'mod elettroniku, inklużi l-pubblikazzjonijiet elettroniċi, jistgħu biss jiġu intaxxati bir-rata

standard tal-VAT minima ta' 15 %. Fir-rigward ta' pubblikazzjonijiet stampati, madankollu, l-

Istati Membri huma liberi li japplikaw rata mnaqqsa tal-VAT (minimu ta' 5 %). Xi Stati

Membri saħansitra kisbu derogi li jippermettulhom japplikaw rati mnaqqsin ħafna (inqas

minn 5 %) jew rati żero.

Tali differenza fit-trattament bejn pubblikazzjonijiet stampati u dawk elettroniċi saret inqas u

inqas ġustifikabbli hekk kif l-ekonomija diġitali kompliet tiżviluppa. Għalhekk, il-

Kummissjoni tipproponi li temenda d-Direttiva tal-VAT u tagħti lill-Istati Membri kollha l-

għażla li japplikaw l-istess rati mnaqqsin, rati mnaqqsin ħafna jew rati żero għall-

pubblikazzjonijiet ipprovduti elettronikament kif kienu diġà disponibbli għall-

pubblikazzjonijiet stampati.

Il-forniment ta' kontenut li hu purament magħmul minn mużika jew minn vidjo jibqa' jiġi

ntaxxat bir-rata standard tal-VAT, u l-istess fil-każ ta' pubblikazzjonijiet li jikkonsistu b'mod

predominanti minn kontenut ta' mużika u ta' vidjo. Mingħajr preġudizzju għas-setgħat

interpretattivi tal-Qorti tal-Ġustizzja, il-proposta ma tinterferixxix fid-diskrezzjoni tal-Istati

Membri biex jispeċifikaw it-termini ta' "kotba, gazzetti u perjodiċi" u "b'mod predominanti

jikkonsistu minn".

Ir-rapporteur jilqa' b'mod favorevoli din il-proposta mmirata biex tikkoreġi l-inugwaljanza fit-

trattament tal-VAT għall-pubblikazzjonijiet stampati u elettroniċi, li wasslet għal trattament

tat-taxxa ferm inqas favorevoli għall-pubblikazzjonijiet elettroniċi. Huwa jikkondividi l-

opinjoni tal-Kummissjoni f'dan il-qasam li tissepara din il-kwistjoni mill-proposta ġenerali li

jmiss dwar ir-rati u jħeġġeġ lill-Kunsill biex jadotta malajr din l-emenda leġiżlattiva li ilha

ħafna mistennija.

Page 15: PR CNS LegAct am - European ParliamentRR\1125495MT.docx 7/23 PE599.762v01-00 MT sena, li jagħmlu l-VAT kwistjoni importanti li għandha tiġi indirizzata fil-livell tal-Unjoni. Emenda

RR\1125495MT.docx 15/23 PE599.762v01-00

MT

26.4.2017

OPINJONI TAL-KUMITAT GĦALL-KULTURA U L-EDUKAZZJONI

għall-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji

dwar il-proposta għal Direttiva tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2006/112/KE, rigward ir-

rati tat-taxxa fuq il-valur miżjud li japplikaw għall-kotba, għall-gazzetti u għall-perjodiċi

(COM(2016)0758 – C8-0529/2016 – 2016/0374(CNS))

Rapporteur għal opinjoni: Bogdan Andrzej

ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA

Għan u kamp ta' applikazzjoni

Il-proposta tal-Kummissjoni hija parti minn pakkett usa' dwar il-VAT imfassal biex ir-regoli

tal-VAT jiġu adattati għar-realtajiet ta' ekonomija dejjem aktar diġitali. Il-pakkett kollu kemm

hu jfittex li jnaqqas l-ispejjeż tal-konformità u l-kumplessità għan-negozji, inaqqas it-telf fid-

dħul minħabba n-nuqqas ta' konformità għall-Istati Membri u jiżgura li n-negozji tal-UE ma

jkunux żvantaġġati meta mqabbla ma' negozji mhux tal-UE minħabba r-regoli tal-VAT fuq

prodotti importati. Il-pakkett kien diġà tħabbar fl-Istrateġija tas-Suq Uniku Diġitali u l-Pjan ta'

Azzjoni dwar il-VAT.

Il-proposta speċifika biex tiġi emendata d-Direttiva 2006/112/KE ("id-Direttiva dwar il-

VAT") tippermetti lill-Istati Membri japplikaw l-istess rata tal-VAT kemm għal

pubblikazzjonijiet elettroniċi (pereżempju, kotba elettroniċi, gazzetti elettroniċi u perjodiċi

elettroniċi) kif ukoll għal pubblikazzjonijiet stampati. Skont ir-regoli eżistenti, il-

pubblikazzjonijiet elettroniċi huma meqjusa bħala "servizzi fornuti b'mod elettroniku" u

għaldaqstant huma soġġetti għal rata tat-taxxa minima ta' 15 %. Min-naħa l-oħra, l-Istati

Membri jistgħu jimponu taxxa fuq il-pubblikazzjonijiet fiżiċi b'rata mnaqqsa (minimu ta'

5 %), filwaqt li xi Stati Membri ngħataw id-dritt li jinżlu għal inqas minn 5 % (rati mnaqqsa

ħafna) jew anke li japplikaw rati żero għal ċerti pubblikazzjonijiet.

Għaldaqstant, il-proposta tipproponi aġġustamenti tekniċi żgħar għad-Direttiva dwar il-VAT

biex tippermetti lill-Istati Membri japplikaw rati mnaqqsa, rati mnaqqsa ħafna jew rati żero ta'

VAT għall-pubblikazzjonijiet elettroniċi.

Il-pożizzjoni tar-Rapporteur

Page 16: PR CNS LegAct am - European ParliamentRR\1125495MT.docx 7/23 PE599.762v01-00 MT sena, li jagħmlu l-VAT kwistjoni importanti li għandha tiġi indirizzata fil-livell tal-Unjoni. Emenda

PE599.762v01-00 16/23 RR\1125495MT.docx

MT

Ir-rapporteur jilqa' l-proposta, li tirrifletti l-fehma li l-Parlament ilu jħaddan żmien twil, li d-

distinzjoni fil-liġi tal-VAT bejn il-pubblikazzjonijiet fiżiċi u dawk elettroniċi mhijiex

sostenibbli fl-era diġitali. Il-leġiżlazzjoni l-ġdida għandha tistabbilixxi ċarezza fil-mezzi tax-

xandir u s-suq tal-kotba, tgħin lin-negozji jesploraw mudelli ġodda (bħal offerti li

jikkombinaw kotba fiżiċi u kotba elettroniċi, li qabel kienu impossibbli) u fl-aħħar mill-aħħar

tbaxxi l-prezzijiet għall-konsumaturi, u b'hekk ittejjeb l-aċċess għall-kontenut kulturali.

Ir-Rapporteur ippropona żewġ emendi mmirati għall-proposta tal-Kummissjoni. L-ewwel

waħda tenfasizza li l-ħolqien ta' kundizzjonijiet ekwi fir-rigward tar-regoli tal-VAT bejn il-

formats ta' pubblikazzjonijiet fiżiċi u elettroniċi għandu jgħin biex tingħata spinta lill-

innovazzjoni u l-investiment fil-kontenut kreattiv u b'hekk itejjeb l-aċċess inġenerali għall-

beni kulturali u l-materjal edukattiv. Ir-Rapporteur jissottolinja, f'dan il-kuntest, ir-rwol

dejjem jikber tad-distribuzzjoni ta' kontenut diġitali kulturali u kreattiv fil-faċilitazzjoni tal-

aċċess għal materjali kulturali u li tippermetti lill-awturi u l-fornituri tal-kontenut jilħqu

udjenzi ġodda u akbar. It-tieni waħda tikkostitwixxi biss punt ta' kjarifika. Bħalma l-

pubblikazzjonijiet awdjo huma attwalment ittrattati għall-finijiet tal-VAT bl-istess mod bħall-

pubblikazzjonijiet fiżiċi klassiċi, il-verżjonijiet adattati u awdjo ta' pubblikazzjonijiet

elettroniċi għandhom jiġu ttrattati bl-istess mod bħall-pubblikazzjonijiet elettroniċi ordinarji.

Dan huwa importanti biex jiġi żgurat li l-persuni neqsin mid-dawl, b'vista batuta jew li

għandhom diffikultà biex jaqraw materjal stampat ikunu jistgħu jibbenefikaw minn din il-

bidla fir-regoli tal-VAT. Il-Kummissjoni ċċarat li, skont din il-proposta, il-pubblikazzjonijiet

elettroniċi adattati u awdjo jikkwalifikaw għal rati ta' VAT imnaqqsa. Għaldaqstant, l-emenda

għall-premessa hi inkluża biex tenfasizza dan il-punt u tispjega l-ħsieb warajh.

EMENDI

Il-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni jistieden lill-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u

Monetarji, bħala l-kumitat responsabbli, sabiex jieħu inkunsiderazzjoni l-emendi li ġejjin fir-

rapport tiegħu:

Emenda 1

Proposta għal direttiva

Premessa 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni Emenda

1a. Fir-riżoluzzjoni tiegħu dwar il-

futur tal-VAT1a, il-Parlament Ewropew

fakkar li waħda mill-karatteristiċi ewlenin

tal-VAT hija l-prinċipju tan-newtralità, u,

għal dik ir-raġuni, huwa sostna li "l-

kotba, il-gazzetti u r-rivisti kollha,

irrispettivament mill-format tagħhom,

għandhom jiġu trattati eżattament bl-

Page 17: PR CNS LegAct am - European ParliamentRR\1125495MT.docx 7/23 PE599.762v01-00 MT sena, li jagħmlu l-VAT kwistjoni importanti li għandha tiġi indirizzata fil-livell tal-Unjoni. Emenda

RR\1125495MT.docx 17/23 PE599.762v01-00

MT

istess mod".

_________________

1a P7_TA(2011)0436.

Emenda 2

Proposta għal direttiva

Premessa 2

Test propost mill-Kummissjoni Emenda

(2) Bi qbil mal-Istrateġija għal Suq

Uniku Diġitali8 tal-Kummissjoni, u biex

jibqgħu aġġornati mal-progress

teknoloġiku fl-ekonomija diġitali, l-Istati

Membri għandhom jingħataw il-fakultà li

jallinjaw ir-rati tal-VAT fuq il-

pubblikazzjonijiet pprovduti

elettronikament mar-rati tal-VAT aktar

baxxi fuq il-pubblikazzjonijiet fuq

kwalunkwe mezz ta' appoġġ fiżiku.

(2) Bi qbil mal-Istrateġija għal Suq

Uniku Diġitali8 tal-Kummissjoni, u biex

jibqgħu aġġornati mal-progress

teknoloġiku fl-ekonomija diġitali, sabiex

jiġu stimulati l-innovazzjoni, il-ħolqien, l-

investiment u l-produzzjoni ta' kontenut

ġdid, u sabiex jiġi faċilitat it-tagħlim

diġitali, it-trasferiment tal-għarfien u l-

aċċess għall-kultura u l-promozzjoni

tagħha fl-ambjent diġitali, jenħtieġ li l-

Istati Membri jingħataw il-fakultà li

jallinjaw ir-rati tal-VAT fuq il-

pubblikazzjonijiet ipprovduti

elettronikament mar-rati tal-VAT aktar

baxxi fuq il-pubblikazzjonijiet fuq

kwalunkwe mezz ta' appoġġ fiżiku.

Jenħtieġ li d-dħul miġbur permezz tal-

allinjament tar-rati tal-VAT elettroniċi u

fiżiċi jiġi investit mill-ġdid biex jiġi żgurat

it-tkabbir tas-settur.

__________________ __________________

8 COM(2015) 0192 finali 8 COM(2015) 0192 finali

Emenda 3

Proposta għal direttiva

Premessa 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni Emenda

2a. Jekk l-Istati Membri jitħallew

japplikaw rati mnaqqsa, rati mnaqqsa

ħafna jew rati żero għal pubblikazzjonijiet

stampati u għal pubblikazzjonijiet

elettroniċi, jenħtieġ li jiġi żgurat it-

Page 18: PR CNS LegAct am - European ParliamentRR\1125495MT.docx 7/23 PE599.762v01-00 MT sena, li jagħmlu l-VAT kwistjoni importanti li għandha tiġi indirizzata fil-livell tal-Unjoni. Emenda

PE599.762v01-00 18/23 RR\1125495MT.docx

MT

trasferiment ta' benefiċċji ekonomiċi lill-

konsumaturi - u b'hekk jiġi promoss il-

qari - kif ukoll lill-pubblikaturi, biex

b'hekk jitħeġġeġ l-investiment f'kontenut

ġdid u, fil-każ ta' gazzetti u rivisti,

titnaqqas id-dipendenza fuq ir-reklamar.

Emenda 4

Proposta għal direttiva

Premessa 5

Test propost mill-Kummissjoni Emenda

(5) Biex jevitaw l-użu estensiv ta' rati

tal-VAT imnaqqsin għall-kontenut

awdjoviżiv, l-Istati Membri għandhom

jingħataw il-fakultà li japplikaw rata

mnaqqsa għall-kotba, għall-gazzetti u

għall-perjodiċi biss jekk dawn il-

pubblikazzjonijiet, kemm li għandhom

mezz ta' appoġġ fiżiku, kif ukoll li huma

pprovduti elettronikament, ma jikkonsistux

kompletament jew b'mod predominanti

minn kontenut ta' mużika jew ta' vidjo.

(5) Biex jevitaw l-użu estensiv ta' rati

tal-VAT imnaqqsin għall-kontenut

awdjoviżiv, l-Istati Membri għandhom

jingħataw il-fakultà li japplikaw rata

mnaqqsa għall-kotba, għall-gazzetti u

għall-perjodiċi biss jekk dawn il-

pubblikazzjonijiet, kemm li għandhom

mezz ta' appoġġ fiżiku, kif ukoll li huma

pprovduti elettronikament, ma jikkonsistux

kompletament jew b'mod predominanti

minn kontenut ta' mużika jew ta' vidjo.

Filwaqt li titqies l-importanza li jiġi

ffaċilitat l-aċċess għall-kotba, il-gazzetti u

l-perjodiċi għal persuni neqsin mid-dawl,

b'vista batuta jew b'diffikultajiet oħrajn

biex jaqraw materjal stampat skont it-

tifsira tad-Direttiva ... tal-Parlament

Ewropew u tal-Kunsill1a, il-kotba, il-

gazzetti u l-perjodiċi elettroniċi adattati u

awdjo għandhom jiġu mifhuma li ma

jikkonsistux għalkollox jew b'mod

predominanti minn kontenut ta' mużika

jew ta' vidjo. Għaldaqstant, ir-rati

mnaqqsa tal-VAT jistgħu jiġu applikati

wkoll għal dawn il-formati.

__________________

1a Direttiva ... tal-Parlament Ewropew u

tal-Kunsill dwar ċerti użi permessi ta'

xogħlijiet u materjal ieħor protett bid-

drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati

għall-ġid tal-persuni għomja, b'diżabbiltà

Page 19: PR CNS LegAct am - European ParliamentRR\1125495MT.docx 7/23 PE599.762v01-00 MT sena, li jagħmlu l-VAT kwistjoni importanti li għandha tiġi indirizzata fil-livell tal-Unjoni. Emenda

RR\1125495MT.docx 19/23 PE599.762v01-00

MT

fil-vista jew li b'xi mod ieħor għandhom

diffikultà biex jaqraw materjal stampat u

li temenda d-Direttiva 2001/29/KE dwar l-

armonizzazzjoni ta' ċerti aspetti ta'

drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati fis-

soċjetà tal-informazzjoni

(COM(2016) 596 final, 2016/0278 (COD))

(ĠU ..., p. ...).

Page 20: PR CNS LegAct am - European ParliamentRR\1125495MT.docx 7/23 PE599.762v01-00 MT sena, li jagħmlu l-VAT kwistjoni importanti li għandha tiġi indirizzata fil-livell tal-Unjoni. Emenda

PE599.762v01-00 20/23 RR\1125495MT.docx

MT

PROĊEDURA TAL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

Titolu Ir-rati tat-taxxa fuq il-valur miżjud li japplikaw għall-kotba, għall-

gazzetti u għall-perjodiċi

Referenzi COM(2016)0758 – C8-0529/2016 – 2016/0374(CNS)

Kumitat responsabbli

Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

ECON

16.1.2017

Opinjoni mogħtija minn

Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

CULT

16.1.2017

Rapporteur għal opinjoni

Data tal-ħatra

Bogdan Andrzej Zdrojewski

15.2.2017

Eżami fil-kumitat 22.3.2017

Data tal-adozzjoni 25.4.2017

Riżultat tal-votazzjoni finali +:

–:

0:

30

0

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali Isabella Adinolfi, Dominique Bilde, Andrea Bocskor, Nikolaos

Chountis, Angel Dzhambazki, Jill Evans, María Teresa Giménez

Barbat, Giorgos Grammatikakis, Petra Kammerevert, Andrew Lewer,

Svetoslav Hristov Malinov, Curzio Maltese, Stefano Maullu, Luigi

Morgano, Momchil Nekov, John Procter, Michaela Šojdrová, Yana

Toom, Helga Trüpel, Sabine Verheyen, Julie Ward, Theodoros

Zagorakis, Bogdan Andrzej Zdrojewski, Milan Zver, Krystyna Łybacka

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali Norbert Erdős, Elena Gentile, Dietmar Köster, Ilhan Kyuchyuk, Emma

McClarkin

Page 21: PR CNS LegAct am - European ParliamentRR\1125495MT.docx 7/23 PE599.762v01-00 MT sena, li jagħmlu l-VAT kwistjoni importanti li għandha tiġi indirizzata fil-livell tal-Unjoni. Emenda

RR\1125495MT.docx 21/23 PE599.762v01-00

MT

VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIET FIL-KUMITAT RESPONSABBLI

30 +

ECR Angel Dzhambazki, Andrew Lewer, Emma McClarkin, John Procter

GUE/NGL Nikolaos Chountis, Curzio Maltese

PPE Andrea Bocskor, Norbert Erdős, Svetoslav Hristov Malinov, Stefano Maullu, Sabine Verheyen, Theodoros

Zagorakis, Bogdan Andrzej Zdrojewski, Milan Zver, Michaela Šojdrová

S&D Elena Gentile, Giorgos Grammatikakis, Petra Kammerevert, Dietmar Köster, Luigi Morgano, Momchil

Nekov, Julie Ward, Krystyna Łybacka

Verts/ALE Jill Evans, Helga Trüpel

ALDE María Teresa Giménez Barbat, Ilhan Kyuchyuk, Yana Toom

EFDD Isabella Adinolfi

ENF Dominique Bilde

0 -

- -

0 0

- -

Tifsira tas-simboli użati:

+ : favur

- : kontra

0 : astensjoni

PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI

Titolu Ir-rati tat-taxxa fuq il-valur miżjud li japplikaw għall-kotba, għall-

gazzetti u għall-perjodiċi

Referenzi COM(2016)0758 – C8-0529/2016 – 2016/0374(CNS)

Data meta ġie kkonsultat il-PE 20.12.2016

Kumitat responsabbli

Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

ECON

16.1.2017

Kumitati mitluba jagħtu opinjoni

Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

IMCO

16.1.2017

CULT

16.1.2017

JURI

16.1.2017

Page 22: PR CNS LegAct am - European ParliamentRR\1125495MT.docx 7/23 PE599.762v01-00 MT sena, li jagħmlu l-VAT kwistjoni importanti li għandha tiġi indirizzata fil-livell tal-Unjoni. Emenda

PE599.762v01-00 22/23 RR\1125495MT.docx

MT

Opinjoni(jiet) mhux mogħtija

Data tad-deċiżjoni

IMCO

25.1.2017

JURI

25.1.2017

Rapporteurs

Data tal-ħatra

Tom

Vandenkendelae

re

8.12.2016

Eżami fil-kumitat 27.3.2017 3.5.2017

Data tal-adozzjoni 3.5.2017

Riżultat tal-votazzjoni finali +:

–:

0:

48

1

2

Membri preżenti għall-votazzjoni finali Pervenche Berès, Udo Bullmann, Esther de Lange, Markus Ferber,

Jonás Fernández, Brian Hayes, Gunnar Hökmark, Danuta Maria

Hübner, Cătălin Sorin Ivan, Petr Ježek, Barbara Kappel, Georgios

Kyrtsos, Alain Lamassoure, Philippe Lamberts, Werner Langen, Olle

Ludvigsson, Ivana Maletić, Costas Mavrides, Luděk Niedermayer,

Stanisław Ożóg, Dariusz Rosati, Pirkko Ruohonen-Lerner, Pedro Silva

Pereira, Peter Simon, Theodor Dumitru Stolojan, Kay Swinburne,

Michael Theurer, Ramon Tremosa i Balcells, Marco Valli, Tom

Vandenkendelaere, Cora van Nieuwenhuizen, Miguel Viegas, Jakob

von Weizsäcker, Marco Zanni

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali David Coburn, Bas Eickhout, Ashley Fox, Eva Joly, Verónica Lope

Fontagné, Paloma López Bermejo, Siegfried Mureşan, Catherine

Stihler, Nils Torvalds, Auke Zijlstra

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2))

preżenti għall-votazzjoni finali

Lucy Anderson, Jussi Halla-aho, Ska Keller, Juan Fernando López

Aguilar, Emilian Pavel, Birgit Sippel, Csaba Sógor

Data tat-tressiq 9.5.2017

VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIET FIL-KUMITAT RESPONSABBLI

48 +

ALDE Petr Ježek, Michael Theurer, Nils Torvalds, Ramon Tremosa i Balcells, Cora van Nieuwenhuizen

ECR Ashley Fox, Jussi Halla-aho, Stanisław Ożóg, Pirkko Ruohonen-Lerner, Kay Swinburne

EFDD Marco Valli

ENF Barbara Kappel

GUE/NGL Paloma López Bermejo, Miguel Viegas

Page 23: PR CNS LegAct am - European ParliamentRR\1125495MT.docx 7/23 PE599.762v01-00 MT sena, li jagħmlu l-VAT kwistjoni importanti li għandha tiġi indirizzata fil-livell tal-Unjoni. Emenda

RR\1125495MT.docx 23/23 PE599.762v01-00

MT

PPE Markus Ferber, Brian Hayes, Gunnar Hökmark, Danuta Maria Hübner, Georgios Kyrtsos, Alain Lamassoure, Werner Langen, Verónica Lope Fontagné, Ivana Maletić, Siegfried Mureşan, Luděk Niedermayer, Dariusz

Rosati, Theodor Dumitru Stolojan, Csaba Sógor, Tom Vandenkendelaere, Esther de Lange

S&D Lucy Anderson, Pervenche Berès, Udo Bullmann, Jonás Fernández, Cătălin Sorin Ivan, Olle Ludvigsson, Juan Fernando López Aguilar, Costas Mavrides, Emilian Pavel, Pedro Silva Pereira, Peter Simon, Birgit Sippel,

Catherine Stihler, Jakob von Weizsäcker

Verts/ALE Bas Eickhout, Eva Joly, Ska Keller, Philippe Lamberts

1 -

EFDD David Coburn

2 0

ENF Marco Zanni, Auke Zijlstra

Tifsira tas-simboli użati:

+ : favur

- : kontra

0 : astensjoni