qari mill-i ttra lil-lhud . lhud 3, 7-14
DESCRIPTION
Qari mill-I ttra lil-Lhud . Lhud 3, 7-14. Ag ħ mlu l- qalb lil xulxin , sakem inkunu g ħ adna nistg ħ u nig ħ du ‘ illum ’. Ħuti : kif jgħid l- Ispirtu s- Santu : “Jekk illum tisimgħu leħnu , la twebbsux qalbkom bħal f’jum l- irvell , jum it- tiġrib fid- deżert , fejn ġarrbuni. - PowerPoint PPT PresentationTRANSCRIPT
Qari mill-Ittra lil-Lhud.
Lhud 3, 7-14
Agħmlu l-qalb lil xulxin, sakem inkunu għadna nistgħu nigħdu ‘illum’
Ħuti: kif jgħid l-Ispirtu s-Santu:“Jekk illum tisimgħu leħnu, la twebbsux qalbkom bħal f’jum l-irvell, jum it-tiġrib fid-deżert, fejn ġarrbuni
missirjietkom biex jippruvawni, u raw kulma għamilt jien tul erbgħin
sena. Għalhekk jien stmerrejtha lil din
il-ġenerazzjoni, u għedt: <Dawn dejjem
mitlufin f’qalbhom; huma ma għarfux triqati. Hekk ħlilft waqt il-korla tiegħi:
Ma jidħlux fil-mistrieħ tiegħi>”
Ħuti, araw li f’ebda
wieħed minnkom ma jkun hemm qalb imħassra bin-nuqqas ta’ twemmin li jwassal għall-firda minn Alla l-ħaj. Imma agħmlu l-qalb lil xulxin kuljum,
sakemm inkunu għadna nistgħu ngħidu ‘illum’, biex ħadd minnkom ma jiġġarraf mid-dnub u jwebbes qalbu. Għax aħna għanda sehem fi Kristu
jekk inżommu sħiħa sal-aħħar it-tama li kellna fil-bidu.
Il-Kelma tal-Mulej.R:/ Irroddu ħajr lil Alla
Salm Responsorjali
R:/ Isimgħu leħen il-Mulej la
twebbsux qalbkom.
Ejjew inqimuh u ninxteħtu quddiemu,
għarkubbtejna quddiem il-Mulej li ħalaqna!
Għaliex hu Alla tagħna, u aħna l-poplu tal-mergħa
tiegħu u n-nagħaġ tiegħu.
R:/ Isimgħu leħen il-Mulej: la
twebbsux qalbkom.
Mhux li kontu llum tisimgħu leħnu!
“La twebbsux qalbkom bħal f’Meriba,
bħal dakinnhar f’Massa, fid-deżert,
meta ġarrbuni u ttantawni missirjietkom,
għalkemm raw dak li jien għamilt
R:/ Isimgħu leħen il-Mulej: la
twebbsux qalbkom.
Għal erbgħin sena domt nistmellu dan in-nisel; u jien għidt, <Qalbu,
mħassra dan il-poplu, u triqati ma jagħrfux.>
Għalhekk ħlift fl-għadab tiegħi:
Ma jidħlux fil-mistrieħ tiegħi!”
R:/ Isimgħu leħen il-Mulej: la
twebbsux qalbkom.
Hallelujah, Hallelujah Halleluljah
Ġesù xandar l-Evanġelju tas-Saltna u jfejjaq kull
xorta ta’ mard u dgħufija fost il-poplu.
Hallelujah, Hallelujah
QariMill-Evanġelju ta’
San MarkMk 1, 45-50
R:/ Glorja lilekMulej
Il-lebbra marritlu u ġismu ndaf.
F’dak iż-żmien, resaq fuq Ġesù wieħed lebbrużjitolbu bil-ħerqa, inxteħet għarkubbtejh quddiemu u qallu:“Jekk trid, tista’ tfejjaqni!”
Imqanqal mill-ħniena, Ġesù medd idu fuqu, messu u qallu:
“Irrid, kun imnaddaf.”U minnufih il-lebbra marritlu u ġismu ndaf. U widdbu bis-sħiħ, bagħtu
malajr u qallu:“Qis li ma tgħid xejn, lil
ħadd; iżda mur uri ruħek lill-qassis, u agħmel offerta
għall-fejqan tiegħek kif ordna Mosè, biex
tkunilhom ta’ xhieda.”
Iżda dak, meta telaq, beda jxandar ma’ kullimkienu jxerred l-aħbar, hekk li Ġesù f’ebda belt ma sata’ iżjed jidħol bid-dieher,imma kien jibqa’ barra
fil-kampanja; u kienu jmorru ħdejh nies minn kullimkien.
Il-Kelma tal-Mulej
R:/ It-tifħir lilek Kristu
ĦSIEB