qari mill-i ttra lil-lhud . lhud 7, 1-3, 15-17
DESCRIPTION
Qari mill-I ttra lil-Lhud . Lhud 7, 1-3, 15-17. Int qassis għal dejjem b ħ al Melkisedek. Ħuti : Melkisedek , sultan ta’ Salem u qassis ta’ Alla l- għoli , xħin Abraham kien ġej lura mix- xebgħa li kien - PowerPoint PPT PresentationTRANSCRIPT
Qari mill-Ittra lil-Lhud.
Lhud 7, 1-3, 15-17.
Int qassis għal dejjem bħal Melkisedek
Ħuti: Melkisedek, sultan ta’ Salem u qassis ta’ Alla l-għoli, xħin Abraham kien ġej lura mix-xebgħa li kien ta lis-slaten, ħareġ jiltaqa’ miegħu u bierku; lilu mbagħad Abraham tah
sehem minn kollox, bħala għexur.Isem Melkisedek ifisser l-ewwel nett <sultan tal-ġustizzja>, imbagħad <sultan ta’ Salem>, jiġifieri, <sultan tas-sliem.>
Hu jidher bla missier, bla missier, bla omm, bla nisel, qisu la għandu bidu u lanqas tmiem ta’ ħajtu. Imma, biex ikun jixbah lill-Iben ta’ Alla, jibqa’ qassis għal dejjem.
Dan jidher wisq aktar ċar fil-każ li l-qassis l-ieħor, li jiġi, ikun jixbah lil Melkisedek, hu li sar qassis mhux b’liġi tan-nisel tal-ġisem, imma bil-qawwa ta’ ħajja li ma
tintemmx. Għax għalih tixhed l-iskrittura: <Int qassis għal dejjem bħal Melkisedek.>
Il-Kelma tal-Mulej.R:/ Irroddu ħajr lil Alla
Salm Responsorjali
R:/ Inti qassis għal dejjem bħal Melkisedek
Il-kelma tal-Mulej lil Sidi:“Oqgħod fuq il-leminti
sa ma nqiegħed l-għedewwa tiegħekmirfes taħt riġlejk.”
R:/ Inti qassis għal dejjem bħal Melkisedek
Ix-xettru tal-qawwa tiegħek
jibgħat il-Mulej minn Sijon:
aħkem f’nofs l-għedewwa tiegħek.
R:/ Inti qassis għal dejjem bħal Melkisedek
Tiegħek is-setgħa sa minn twelidek
fuq l-għoljiet imqaddsa,sa minn qabel is-sebħ
bħan-nida jien nissiltek.
R:/ Inti qassis għal dejjem bħal Melkisedek
Ħalef il-Mulej, u ma jisgħobx bih:
“Int qassis għal dejjem bħal Mekisedek.”
R:/ Inti qassis għal dejjem bħal Melkisedek
Hallelujah, Hallelujah Hallelujah
Ġesù xandar l-Evanġelju tas-Saltna u fejjaq kull
xorta ta’mard u dgħufija fost il-poplu.
Hallelujah, Hallelujah
QariMill-Evanġelju ta’
San MarkMk 3, 1-6
R:/ Glorja lilekMulej
X’jiswa li tagħmel nhar ta’ Sibt, issalva ħajja jew toqtolha?
F’dak iż-żmien, Ġesù raġa’ daħal fis-sinagoga,u kien hemm raġel li kellu idu niexfa. U qagħdu jgħassulu jekk ifejqux f’jum is-Sibt, biex ikollhom fuqiex jixluh.
Imma hu qal lir-raġel li kellu idu niexfa:
“Qum, ejja fin-nofs.”Imbagħad staqsa lilhom:“X’jiswa li tagħmel nhar
ta’ Sibt, ġid jew deni? Issalva ħajja jew toqtolha?”
Iżda huma baqgħu siekta.U xeħet ħarsa qalila madwaru fuqhom, imnikket għall-aħħar minħabba l-ebusija ta’ qalbhom, u qal lir-raġel:
“Midd idek!”
Dak meddha, u idu reġgħet ġiet f’saħħitha.U l-Fariżej ħarġu, minnufih bdew jiftiehmumal-Erodjani kontra tiegħu, kif jeqirduh.
Il-Kelma tal-Mulej
R:/ It-tifħir lilek Kristu
ĦSIEB