qari mill- ittra ta’ san pawl appostlu lill - kolossin

28
Qari mill-Ittra ta’ San Pawl Appostlu lill- Kolossin Kol 3, 12-17 Ilbsu l- imħabba.

Upload: alyson

Post on 23-Feb-2016

460 views

Category:

Documents


3 download

DESCRIPTION

Qari mill- Ittra ta’ San Pawl Appostlu lill - Kolossin. Kol 3, 12-17. Ilbsu l-imħabba . Ħuti , intom il-magħżulin ta’ Alla, il-qaddisin u l-maħbubin tiegħu . Ilbsu mela sentimenti ta’ ħniena , tieba, umiltà, ħlewwa u sabar. Stabru b’xulxin, u, jekk xi ħadd minnkom. - PowerPoint PPT Presentation

TRANSCRIPT

Page 1: Qari  mill- Ittra  ta’  San Pawl  Appostlu lill -  Kolossin

Qari mill-Ittra ta’

San Pawl Appostlu lill- Kolossin

Kol 3, 12-17

Ilbsu l-imħabba.

Page 2: Qari  mill- Ittra  ta’  San Pawl  Appostlu lill -  Kolossin

Ħuti, intom il-magħżulin ta’ Alla, il-qaddisin u l-maħbubin tiegħu. Ilbsu mela sentimenti ta’ ħniena, tieba, umiltà, ħlewwa usabar. Stabru b’xulxin, u, jekk xi ħadd minnkom

Page 3: Qari  mill- Ittra  ta’  San Pawl  Appostlu lill -  Kolossin

ikollu xi jgħid ma’ ħaddieħor, aħfru lil xulxin; bħalma l-Mulej ħafer lilkom, hekk agħmlu intom ukoll.U fuq kollox ilbsu l-imħabba, li hi l-qofol

Page 4: Qari  mill- Ittra  ta’  San Pawl  Appostlu lill -  Kolossin

tal-perfezzjoni. Ħallis-sliem ta’ Kristu jsaltan fi qlubkom, dak is-sliem li għalih kontu msejħa biex issiru ġisem wieħed. U ta’ dan roddu ħajr lil Alla!Ħalli l-kelma ta’ Kristu

Page 5: Qari  mill- Ittra  ta’  San Pawl  Appostlu lill -  Kolossin

tgħammar sħiħa fikom; għallmu bl-għerf kollu u widdbu lil xulxin b’salmi u innijiet u b’għana spiritwali, u b’radd il-ħajr kantaw f’qalbkom innijiet lil Alla. Kulma tagħmlu

Page 6: Qari  mill- Ittra  ta’  San Pawl  Appostlu lill -  Kolossin

jew tgħidu, agħmlu kollox f’isem il-Mulej Ġesù, u roddu ħajr lil Allal-Missier permezz tiegħu.

Page 7: Qari  mill- Ittra  ta’  San Pawl  Appostlu lill -  Kolossin

Il-Kelma tal-Mulej.R:/ Irroddu ħajr lil Alla

Page 8: Qari  mill- Ittra  ta’  San Pawl  Appostlu lill -  Kolossin

Salm Responsorjali

R:/ Kulma jieħu nifs, ħa jfaħħar

il-Mulej!

Page 9: Qari  mill- Ittra  ta’  San Pawl  Appostlu lill -  Kolossin

Faħħru ’l Alla fit-tempju mqaddes tiegħu,faħħruh fil-firxa

tas-smewwiet qawwija tiegħu!

Page 10: Qari  mill- Ittra  ta’  San Pawl  Appostlu lill -  Kolossin

Faħħruh għall-għemejjel kbar tiegħu,

faħħruh għall-kobor tiegħu bla tarf!

Page 11: Qari  mill- Ittra  ta’  San Pawl  Appostlu lill -  Kolossin

R:/ Kulma jieħu nifs, ħa jfaħħar il-Mulej!

Page 12: Qari  mill- Ittra  ta’  San Pawl  Appostlu lill -  Kolossin

Faħħruh bid-daqq tat-tromba,

faħħruh bl-arpa u ċ-ċetra!Faħħruh bit-tanbur u

biż-żfin,faħħruh bid-daqq tal-kordi

u tas-sfafar!

Page 13: Qari  mill- Ittra  ta’  San Pawl  Appostlu lill -  Kolossin

R:/ Kulma jieħu nifs, ħa jfaħħar il-Mulej!

Page 14: Qari  mill- Ittra  ta’  San Pawl  Appostlu lill -  Kolossin

Faħħruh bid-daqq qawwi taċ-ċimbali,

faħħruh bid-damdim taċ-ċimbali!

Kulma jieħu nifs,ħa jfaħħar il-Mulej!

Page 15: Qari  mill- Ittra  ta’  San Pawl  Appostlu lill -  Kolossin

R:/ Kulma jieħu nifs, ħa jfaħħar il-Mulej!

Page 16: Qari  mill- Ittra  ta’  San Pawl  Appostlu lill -  Kolossin

Hallelujah, Hallelujah Hallelujah

Jekk inħobbu ’l xulxin, Alla jgħammar fina,

u mħabbtu ssib il-milja tagħha fina.

Hallelujah, Hallelujah

Page 17: Qari  mill- Ittra  ta’  San Pawl  Appostlu lill -  Kolossin

QariMill-Evanġelju ta’ San Luqa

Lq 6, 27-38

Glorja lilek Mulej

Ħennu, bħalma hu ħanin Missierkom.

Page 18: Qari  mill- Ittra  ta’  San Pawl  Appostlu lill -  Kolossin

F’dak iż-żmien, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu:

“Lilkom, li qegħdintisimgħuni, ngħidilkom:

Ħobbu l-għedewwa tagħkom, agħmlu l-ġid lil

min jobgħodkom,

Page 19: Qari  mill- Ittra  ta’  San Pawl  Appostlu lill -  Kolossin

bierku lil min jisħetkom, itolbu għal min

iżeblaħkom. Min jagħtik bil-ħarta fuq naħa waħda,

dawwarlu wiċċek ħalli jagħtik fuq in-naħa l-oħra;

min jeħodlok

Page 20: Qari  mill- Ittra  ta’  San Pawl  Appostlu lill -  Kolossin

il-mantar, anqas il-libsa ma għandek tiċħadlu.

Agħti lil kull min jitolbok; u min jeħodlok xi ħaġa tiegħek, titlobhilux lura.

Kif tridu li l-bnedmin jagħmlu lilkom, hekk

Page 21: Qari  mill- Ittra  ta’  San Pawl  Appostlu lill -  Kolossin

ukoll agħmlu intom lilhom. Jekk intom tħobbu lil min iħobbkom, xi ħlas jista’

jkollkom?Għax il-midinbin ukoll

iħobbu lil min iħobbhom. U jekk tagħmlu l-ġid

Page 22: Qari  mill- Ittra  ta’  San Pawl  Appostlu lill -  Kolossin

lil min jagħmel il-ġid lilkom, xi ħlas jista’ jkollkom? Għax dan jagħmluh saħansitra

l-midinbin. U jekk tisilfu xi ħaġa lil min

tistennewh iroddhielkom

Page 23: Qari  mill- Ittra  ta’  San Pawl  Appostlu lill -  Kolossin

lura, xi ħlas jista’ jkollkom? Il-midinbin

ukoll jisilfu lill-midinbin, bil-ħsieb li jieħdu lura

daqshekk ieħormingħandhom. Imma

intom ħobbu

Page 24: Qari  mill- Ittra  ta’  San Pawl  Appostlu lill -  Kolossin

l-għedewwa tagħkom, agħmlu l-ġid, isilfu bla ma tistennew xi ħaġa lura, u l-ħlas tagħkom ikun kbir;

u tkunu wlied Alla l-Għoli, li hu tajjeb mal-ingrati u

Page 25: Qari  mill- Ittra  ta’  San Pawl  Appostlu lill -  Kolossin

l-ħżiena. Ħennu, bħalma hu ħanin

Missierkom. Tiġġudikawx, u ma tkunux

iġġudikati; tikkundannawx, u ma tkunux ikkundannati;

Page 26: Qari  mill- Ittra  ta’  San Pawl  Appostlu lill -  Kolossin

aħfru, u ssibu l-maħfra; agħtu, u jingħatalkom.

Kejl tajjeb, marsus, mheżżeż sewwa u mburġat iqegħdulkom f’ħoġorkom;għax bl-istess kejl li tkejlu

intom jitkejjel lilkom.”

Page 27: Qari  mill- Ittra  ta’  San Pawl  Appostlu lill -  Kolossin

Il-Kelma tal-Mulej

R:/ It-tifħir lilek Kristu

Page 28: Qari  mill- Ittra  ta’  San Pawl  Appostlu lill -  Kolossin

ĦSIEB