qari mill-ktieb tal-eżodu eżodu 32,15-24.30-34

30
Qari mill- ktieb tal- Eżodu Eżodu 32,15-24.30-34 Dan il-poplu għamel dnub kbir, għax għamlu alla tad-deheb.

Upload: wayne

Post on 14-Jan-2016

130 views

Category:

Documents


0 download

DESCRIPTION

Qari mill-ktieb tal-Eżodu Eżodu 32,15-24.30-34 Dan il-poplu għamel dnub kbir , għax għamlu alla tad- deheb. F’dak iż-żmien , Mosè dar u niżel minn fuq il-muntanja biż-żewġ twavel tax- xhieda f’idejh , miktuba minn naħa u minn oħra . It- twavel kienu xogħol Alla ; u l- kitba. - PowerPoint PPT Presentation

TRANSCRIPT

Page 1: Qari  mill-ktieb  tal-Eżodu Eżodu  32,15-24.30-34

Qari mill-ktieb tal-Eżodu

Eżodu 32,15-24.30-34

Dan il-poplu għamel dnub kbir, għax għamlu alla

tad-deheb.

Page 2: Qari  mill-ktieb  tal-Eżodu Eżodu  32,15-24.30-34

F’dak iż-żmien, Mosè dar u niżel minn fuq il-muntanja biż-żewġ twavel tax-xhieda f’idejh, miktuba minn naħa u minn oħra. It-twavel kienu xogħol Alla; u l-kitba

Page 3: Qari  mill-ktieb  tal-Eżodu Eżodu  32,15-24.30-34

kienet kitbet Alla, minquxa fuq it-twavel. Malli Ġożwè sama’ l-għagħa tan-nies, qal lil Mosè:“Hemm ħoss ta’ xi taqbida

fil-kamp.”Iżda Mosè wieġeb:

Page 4: Qari  mill-ktieb  tal-Eżodu Eżodu  32,15-24.30-34

“Mhux ħoss l-għajjat ta’ rebħa; mhux ħoss l-għajjat

ta’ telfa. Imma l-ħoss ta’ għana li qiegħed nisma’.”

Malli qorob lejn il-kamp u ra l-għoġol u ż-żfin, Mosè xegħel bil-korla, tajjar

Page 5: Qari  mill-ktieb  tal-Eżodu Eżodu  32,15-24.30-34

it-twavel minn idejh, ukissirhom taħt il-muntanja. U qabad l-għoġol, li kienu għamlu, u ħarqu fin-nar; saħqu sakemm għamlu trab, u ħalltu mal-ilma, u sqieh lil ulied Iżrael.

Page 6: Qari  mill-ktieb  tal-Eżodu Eżodu  32,15-24.30-34

U Mosè qal lil Aron:“X’għamillek dan il-poplu biex ġibt din il-ħtija kbira

fuqu?”Aron wieġeb:“Tixgħelx il-qilla, Sidi! Int

taf li dan il-poplu hu

Page 7: Qari  mill-ktieb  tal-Eżodu Eżodu  32,15-24.30-34

miġbud għall-ħażen. Qaluli:<Agħmlilna allat li

jimxu quddiemna, għax dan Mosè, il-bniedem li

tellagħna mill-Eġittu, ma nafux x’sar minnu.>

U jien għedtilhom:

Page 8: Qari  mill-ktieb  tal-Eżodu Eżodu  32,15-24.30-34

<Min għandu xi deheb, jinżgħu u jagħtihuli.>

Imbagħad jien tfajtu fin-nar u ħareġ dan l-għoġol.”

L-għada Mosè kellem lill-poplu u qallu:“Għamiltu dnub kbir. Issa

Page 9: Qari  mill-ktieb  tal-Eżodu Eżodu  32,15-24.30-34

nitla’ ħdejn il-Mulej, għandi mnejn naqlgħalkom

il-maħfra.”Għalhekk Mosè raġa’ mar għand il-Mulej u qallu:“Ah! Dan il-poplu għamel

dnub kbir, għax għamlu alla

Page 10: Qari  mill-ktieb  tal-Eżodu Eżodu  32,15-24.30-34

tad-deheb. Issa, jekk tridtaħfrilhom, aħfrilhom;

imma jekk ma taħfrilhomx ħassarni mill-ktieb li inti

ktibt!”Il-Mulej wieġeb lill-Mosè:“Mill-ktieb tiegħi nħassar

Page 11: Qari  mill-ktieb  tal-Eżodu Eżodu  32,15-24.30-34

lill-bniedem li jidneb. Murissa, mexxi lill-poplu għal fejn għedtlek. Ara, l-anġlu

tiegħi jimxi quddiemek; iżda jasal jum meta nżurhom u

nikkastigahom għal dnubiethom.”

Page 12: Qari  mill-ktieb  tal-Eżodu Eżodu  32,15-24.30-34

Il-Kelma tal-Mulej.R:/ Irroddu ħajr lil Alla

Page 13: Qari  mill-ktieb  tal-Eżodu Eżodu  32,15-24.30-34

Salm Responsorjali

R:/ Roddu ħajr lill-Mulej, għax hu

tajjeb

Page 14: Qari  mill-ktieb  tal-Eżodu Eżodu  32,15-24.30-34

Għamlu għoġol ħdejn il-Ħoreb,

qiemu xbieha tal-metall imdewweb.

Page 15: Qari  mill-ktieb  tal-Eżodu Eżodu  32,15-24.30-34

Bidlu ’l Alla, il-glorja tagħhom,

ma’ xbieha ta’ gendus jiekol il-ħaxix.

Page 16: Qari  mill-ktieb  tal-Eżodu Eżodu  32,15-24.30-34

R:/ Roddu ħajr lill-Mulej, għax hu tajjeb

Page 17: Qari  mill-ktieb  tal-Eżodu Eżodu  32,15-24.30-34

U nsew ’l Alla li salvahom,li għamel ħwejjeġ kbar

fl-Eġittu,għeġubijiet f’art ta’ Ħam,ħwejjeġ tal-biża’ fil-Baħar

tal-Qasab.

Page 18: Qari  mill-ktieb  tal-Eżodu Eżodu  32,15-24.30-34

R:/ Roddu ħajr lill-Mulej, għax hu tajjeb

Page 19: Qari  mill-ktieb  tal-Eżodu Eżodu  32,15-24.30-34

Kien għamel il-ħsieb li jeqridhom,

li ma kienx għal Mosè, il-magħżul tiegħu,

Page 20: Qari  mill-ktieb  tal-Eżodu Eżodu  32,15-24.30-34

li waqaf fis-selħa tas-sur quddiemu

biex iberrdu u ma jeqridhomx.

Page 21: Qari  mill-ktieb  tal-Eżodu Eżodu  32,15-24.30-34

R:/ Roddu ħajr lill-Mulej, għax hu tajjeb

Page 22: Qari  mill-ktieb  tal-Eżodu Eżodu  32,15-24.30-34

Hallelujah, Hallelujah Għax ried il-Missier, wilidna bil-kelma

tal-verità, biex inkunu l-ewwel frott tal-ħlejjaq

tiegħu.Hallelujah, Hallelujah

Page 23: Qari  mill-ktieb  tal-Eżodu Eżodu  32,15-24.30-34

Qari mill-Evanġelju

skont San MattewMt 13, 31-35

R:/ Glorja lilek Mulej

Iż-żerriegħa tal-mustarda ssir siġra, hekk li l-għasafar tal-ajru

jiġu jbejtu fil-friegħi tagħha

Page 24: Qari  mill-ktieb  tal-Eżodu Eżodu  32,15-24.30-34

F’dak iż-żmien, Ġesù ġab lill-folla parabbola oħra u qalilhom:

“Is-Saltna tas-Smewwiettixbah lil żerriegħa

tal-mustarda li wieħed raġel ikun qabad u żeragħha

Page 25: Qari  mill-ktieb  tal-Eżodu Eżodu  32,15-24.30-34

fil-għalqa tiegħu. Hija tabilħaqq l-iżgħar waħda

fost iż-żrieragħ kollha, iżda, meta tikber, tkun

l-akbar waħda fost il-ħxejjex u ssir siġra, hekk li l-għasafar tal-ajru jiġu

Page 26: Qari  mill-ktieb  tal-Eżodu Eżodu  32,15-24.30-34

jbejtu fil-friegħi tagħha.”Qalilhom parabbola oħra:“Is-Saltna tas-Smewwiet

tixbah lil ftit ħmira li waħda mara tkun qabdet u

ħalltet ma’ tliet sigħan dqiq sa ma tkun għolliet

Page 27: Qari  mill-ktieb  tal-Eżodu Eżodu  32,15-24.30-34

il-għaġna kollha.”Dan kollu Ġesù qalu bil-parabboli lin-nies, u mingħajr xi parabbola ma kienx ikellimhom, biex hekk iseħħ dak li kien ingħad permezz tal-profeta

Page 28: Qari  mill-ktieb  tal-Eżodu Eżodu  32,15-24.30-34

meta qal:“Niftaħ fommi

bil-parabboli, nitkellem fuq ħwejjeġ moħbija sa mit-twaqqif tad-dinja.”

Page 29: Qari  mill-ktieb  tal-Eżodu Eżodu  32,15-24.30-34

Il-Kelma tal-Mulej

R:/ It-tifħir lilek Kristu

Page 30: Qari  mill-ktieb  tal-Eżodu Eżodu  32,15-24.30-34

ĦSIEB