santa emilja de vialar

8
Santa Emilja De Vialar. By Abigail Stivala.

Upload: yeriel

Post on 16-Jan-2016

53 views

Category:

Documents


1 download

DESCRIPTION

Santa Emilja De Vialar. By Abigail Stivala. . Santa Emilja De Vialar. - PowerPoint PPT Presentation

TRANSCRIPT

Page 1: Santa  Emilja  De  Vialar

Santa Emilja De Vialar.

By Abigail Stivala.

Page 2: Santa  Emilja  De  Vialar

Santa Emilja De Vialar

• Emilja De Vialar twieldet f`familja sinjura ġo Gaillac fi Franza. Emilja kienet l-ikbar fil-familja imma kellha żewġt aħwa iżgħar minnha. Il-ġenituri ta` Emilja kienu kattoliċi imma minħabba ir- Rivoluzzjoni Franċiza, kellhom jgħammdu lil Emilja bil-moħbi u ommha għallmitha ir-reliġjon fid-dar.

Page 3: Santa  Emilja  De  Vialar

Santa Emilja De Vialar

• Meta mietet ommha, Emilja marret ‘boarding school` meta kellha 13-il sena imma reġġħet marret lura Gaillac meta kellha ħmistax-il sena. Hemm għallmet liz-zgħazagħ fuq Ġesu`. Missier Emilja riedha tiżżewweġ, imma hi xtaqet issir soru u tiddedika ħajjitha lil Alla. Emilja saret qaddisa fl-1951 u hija l-qaddisa patruna tan-nisa mhux miżżewġin.

Page 4: Santa  Emilja  De  Vialar

Santa Emilja De Vialar

• Emilja għamlet ħilitha biex tgħin lin-nies kif setgħet. Kienet tagħti ikel u mediċini lill-fqar u saħansitra kienet anke ddaħħalhom ġo darha biex tgħinhom. Darba waħda, il-fqar kienu jeħtieġu xkora dqiq. Billi ma kien hemm ħadd biex jgħinha terfagħha, Emilja għamlet sforz kbir u refgħet l-ixkora tad-dqiq waħedha. Ir-rizżultat ta` dan l-isforz kien li infetqet u baqgħet issofri mill-ftuq tul ħajjitha kollha.

Page 5: Santa  Emilja  De  Vialar

Santa Emilja De Vialar

• Fl-1832, Emilja telqgħet mid-dar u waqqfet il-kongregazzjoni tagħha. L-isem li tat lill-kongregazzjoni tagħha kien dak tas-sorijiet ta` San Ġużepp tal-Apparizjoni għax kien laqatha l-fatt li, wara Marija, San Ġuzepp kien l-ewwel wieħed li sar jaf bil-misteru tal-Inkarnazzjoni. Santa Emilja u is-sorijiet tal-kongrgazzjoni tagħha ddedikaw ħajjithom jgħinu lill-fqar, lin-nies bla edukazzjoni, l-imġewħin u l-morda.

Page 6: Santa  Emilja  De  Vialar

Santa Emilja De Vialar

• Santa Emilja mietet fl-eta` ta` 59 sena, minn kumplikazzjonijiet ta` ftuq li sofriet f`żgħożitha waqt li kienet qed tgħin lill-fqar.

• Sa meta mietet, kienet waqqfet tnejn u erbgħin fondazzjoni tal-Ordni tagħha mifruxin f`artijiet differenti.

Page 7: Santa  Emilja  De  Vialar

Santa Emilja De Vialar

• Santa Emilja De Vialar hija importanti ħafna għalina għax hija l-fundatriċi tal-iskola tagħna. Ġiet Malta fl-1842 u waqqfet l-ewwel dar tagħha.

• F`Marzu tal-1842, twaqqfet l-ewwel ġebla ta St. Joseph Convent Sliema ( Il-kunvent ta` San Ġuzepp f` tas-Sliema ) u l-iskola nfettħet għall-istudenti fl- 1881.

Page 8: Santa  Emilja  De  Vialar

Tmiem