seba’ sena il-malti (il-qari u l-kitba) il-Ħin: …...paġna 2 minn 12 il-malti – il-qari u...

13
Il-Malti Il-Qari u l-Kitba Is-Seba’ Sena – L7 sa L8 2017 Paġna 1 minn 12 ID-DIRETTORAT GĦAL KWALITÀ U STANDARDS FL-EDUKAZZJONI Id-Dipartiment tat-Tmexxija tal-Kurrikulu It-Taqsima tal-Assessjar Edukattiv L-Eżamijiet Annwali 2017 IS-SEBA’ SENA IL-MALTI (Il-Qari u l-Kitba) IL-ĦIN: Sagħtejn L-Isem u l-kunjom: ____________________________________ Il-Klassi: ________________ Għall-istudent/a: 1. Wieġeb il-mistoqsijiet kollha kif mitlub/a. 2. Ortografija, punteġġjatura, sintassi, ideat u preżentazzjoni tajbin jgħinuk biex tikseb riżultati aħjar. Għall-għalliema: Il-MARKI It-Taħdit 10 Is-Smigħ 10 Il-Qari u l-Kitba 80 IT-TOTAL 100 Taqsima A B Ċi Ċii Ċiii Di Dii TOTAL Marka 14 10 10 10 10 8 18 80 Marka tal-Istudent/a Kummenti: ___________________________________________________________________________________ ___________________________________________________________________________________ ___________________________________________________________________________________ IL-LIVELLI 7 8

Upload: others

Post on 13-Jan-2020

60 views

Category:

Documents

4 download

TRANSCRIPT

Page 1: SEBA’ SENA IL-MALTI (Il-Qari u l-Kitba) IL-ĦIN: …...Paġna 2 minn 12 Il-Malti – Il-Qari u l-Kitba – Is-Seba’ Sena – L7 sa L8 – 2017 IS-SILTA TAL-FEHIM MILL-QARI Aqra

Il-Malti – Il-Qari u l-Kitba – Is-Seba’ Sena – L7 sa L8 – 2017 Paġna 1 minn 12

ID-DIRETTORAT GĦAL KWALITÀ U STANDARDS FL-EDUKAZZJONI

Id-Dipartiment tat-Tmexxija tal-Kurrikulu

It-Taqsima tal-Assessjar Edukattiv

L-Eżamijiet Annwali 2017

IS-SEBA’ SENA IL-MALTI (Il-Qari u l-Kitba) IL-ĦIN: Sagħtejn

L-Isem u l-kunjom: ____________________________________ Il-Klassi: ________________

Għall-istudent/a:

1. Wieġeb il-mistoqsijiet kollha kif mitlub/a.

2. Ortografija, punteġġjatura, sintassi, ideat u preżentazzjoni tajbin jgħinuk biex tikseb riżultati

aħjar.

Għall-għalliema:

Il-M

AR

KI

It-Taħdit 10

Is-Smigħ 10

Il-Qari u l-Kitba 80

IT-TOTAL 100

Taqsima A B Ċi Ċii Ċiii Di Dii TOTAL

Marka 14 10 10 10 10 8 18 80

Marka

tal-Istudent/a

Kummenti:

___________________________________________________________________________________

IL-LIVELLI

7 – 8

5 – 6 – 7 – 8

Page 2: SEBA’ SENA IL-MALTI (Il-Qari u l-Kitba) IL-ĦIN: …...Paġna 2 minn 12 Il-Malti – Il-Qari u l-Kitba – Is-Seba’ Sena – L7 sa L8 – 2017 IS-SILTA TAL-FEHIM MILL-QARI Aqra

Paġna 2 minn 12 Il-Malti – Il-Qari u l-Kitba – Is-Seba’ Sena – L7 sa L8 – 2017

IS-SILTA TAL-FEHIM MILL-QARI

Aqra sewwa din is-silta u wieġeb il-mistoqsijiet dwarha.

Qalb tad-deheb

Il-qawl Malti jgħid “Il-flus imorru u jiġu”. Hekk irraġunaw is-Sinjuri Catrambone meta daħlu għal

missjoni li kellha ssalva ħafna ħajjiet ta’ nies. (par.1)

Reġina u Chris Catrambone ma kinux magħrufa mal-poplu Malti u mad-dinja qabel involvew ruħhom

f’att umanitarju kbir. Kif spjegat f’intervista li kellha s-Sinjura Catrambone, huma kienu fil-Mediterran

fuq il-jott lussuż tagħhom igawdu l-vaganzi meta lemħu xi ħaġa fil-baħar. Staqsew u saru jafu li kienet

ġakketta li probabbli kienet ta’ persuna li kienet tilfet ħajjitha fil-Mediterran meta kienet qed taqsam

mill-Afrika ta’ Fuq lejn l-Ewropa flimkien ma’ eluf oħra li messithom l-istess xorti. (par.2)

Wara din l-esperjenza semgħu lill-Papa Franġisku jagħmel appell dwar waħda mit-traġedji li seħħew

qrib Lampedusa, sabiex min jista’ jgħin f’din

is-sitwazzjoni tal-biki joffri l-għajnuna tiegħu. Dan kien

il-punt tat-tluq sabiex huma jibdew il-missjoni msejħa

MOAS (Migrant Offshore Aid Station). Kif jispjega

l-isem stess, dan huwa stazzjon li jagħti l-għajnuna lil

persuni li jsibu ruħhom f’diffikultà meta d-dgħajjes

tagħhom ikunu qegħdin jaqsmu l-Mediterran. Biex

jagħmlu dan huma xtraw il-Phoenix, vapur li issa huwa ċ-ċentru ta’ din l-operazzjoni. (par.3)

Skont is-Sur Catrambone, il-mod kif qed jgħinu f’dawn is-sitwazzjonijiet hu xi ħaġa li ħadd qatt għadu

m’għamel bħalha. Dan għaliex għall-ewwel darba qed jużaw vapur ċivili u mhux militari għal

operazzjoni ta’ din ix-xorta u wkoll għax qed jużaw vapur armat b’teknoloġija avvanzata ħafna. (par.4)

Meta l-Phoenix jiltaqa’ ma’ dgħajsa mimlija bl-immigranti fl-ibħra internazzjonali, il-vapur jagħmel

kuntatt mal-awtoritajiet l-aktar fil-qrib kif inhu obbligat li jagħmel u jistenna struzzjonijiet. Waqt din

l-istennija, jagħti l-għajnuna li jista’ lil dawk fil-bżonn. Imma fiċ-ċirkostanza li d-dgħajsa tkun qed

tagħmel l-ilma jew f’periklu ieħor, il-Phoenix itella’ n-nies abbord sakemm tasal fuq il-post il-patrol

boat tal-pajjiż li se toħodhom l-art. (par.5)

L-għan l-aktar importanti ta’ din il-missjoni hu li n-nies li jkunu fil-periklu jkunu salvati u l-ebda ħajja

ma tintilef għax kull ħajja hija prezzjuża ħafna. (par.6)

Page 3: SEBA’ SENA IL-MALTI (Il-Qari u l-Kitba) IL-ĦIN: …...Paġna 2 minn 12 Il-Malti – Il-Qari u l-Kitba – Is-Seba’ Sena – L7 sa L8 – 2017 IS-SILTA TAL-FEHIM MILL-QARI Aqra

Il-Malti – Il-Qari u l-Kitba – Is-Seba’ Sena – L7 sa L8 – 2017 Paġna 3 minn 12

Taqsima A. Il-Fehim mill-Qari (14-il marka)

Wieġeb il-mistoqsijiet fi kliemek skont is-silta li qrajt.

1. X’kienu qegħdin jagħmlu fil-Mediterran il-koppja Catrambone?

_________________________________________________________________________ (marka)

2. Skont l-informazzjoni mogħtija fit-tieni paragrafu, taħseb li l-koppja Catrambone kienu fqar jew

sinjuri? Agħti raġuni għat-tweġiba tiegħek.

________________________________________________________________________________

________________________________________________________________________ (2 marki)

3. Wara li s-Sinjuri Catrambone skoprew x’kien qiegħed jiġri minn ħafna nies li kienu qegħdin

jippruvaw jaqsmu l-Mediterran, x’kien li kompla ħeġġiġhom biex jagħmlu xi ħaġa?

________________________________________________________________________________

__________________________________________________________________________ (marka)

4. Xi ddeċidew li jagħmlu s-Sinjuri Catrambone biex joffru l-għajnuna tagħhom?

________________________________________________________________________________

__________________________________________________________________________ (marka)

5. Skont is-Sur Catrambone, x’inhuma ż-żewġ affarijiet li jagħmlu din l-operazzjoni fuq il-baħar

differenti minn oħrajn?

________________________________________________________________________________

________________________________________________________________________ (2 marki)

6. X’inhu obbligat li jagħmel il-Phoenix, hekk kif jiltaqa’ ma’ dgħajsa mimlija bl-immigranti?

________________________________________________________________________________

________________________________________________________________________ (2 marki)

7. “Waqt din l-istennija, jagħti l-għajnuna li jista’ lil dawk fil-bżonn” (par. 5). Semmi żewġ tipi ta’

għajnuna li taħseb li jista’ jagħti l-ekwipaġġ tal-Phoenix lill-immigranti.

________________________________________________________________________________

________________________________________________________________________ (2 marki)

8. Xi jrid jgħid il-kittieb bil-kliem “messithom l-istess xorti”?

__________________________________________________________________________(marka)

9. X’jiġifieri “d-dgħajsa tkun qed tagħmel l-ilma”?

__________________________________________________________________________ (marka)

10. Fisser il-qawl “Il-flus imorru u jiġu”.

________________________________________________________________________________

_________________________________________________________________________ (marka)

___

14

Page 4: SEBA’ SENA IL-MALTI (Il-Qari u l-Kitba) IL-ĦIN: …...Paġna 2 minn 12 Il-Malti – Il-Qari u l-Kitba – Is-Seba’ Sena – L7 sa L8 – 2017 IS-SILTA TAL-FEHIM MILL-QARI Aqra

Paġna 4 minn 12 Il-Malti – Il-Qari u l-Kitba – Is-Seba’ Sena – L7 sa L8 – 2017

Taqsima B. Il-Grammatika (10 marki)

1. Mit-tielet paragrafu sib partiċella

magħquda ma’ artiklu.

(marka)

_______________________________________________

2. ...l-ebda ħajja ma tintilef...(par.6)

Ikteb din il-frażi fil-Perfett.

(marka)

_______________________________________________

3.

Wara din l-esperjenza semgħu...

(par.3).

Ikteb il-verb fl-Imperfett maskil

singular.

(marka)

_______________________________________________

4.

“Il-flus imorru u jiġu.”

Ikteb in-nom minn dan il-qawl.

(marka)

_______________________________________________

5. Mill-ħames paragrafu sib verb

fit-temp futur.

(marka)

_______________________________________________

6.

Ikteb l-għerq ta’ dan il-kliem:

a. saru (par.2) (marka)

6a._____________________________________________

b. jista’ (par.3)

ċ. jagħti (par.3)

(marka)

6b.____________________________________________

(marka)

6ċ._____________________________________________

7.

Oħroġ nom mill-verbi b’tipa skura:

a. ... li kienet tilfet ħajjitha...(par.2)

b. ... joffri l-għajnuna tiegħu. (par.3)

(marka)

7a.____________________________________________

(marka)

7b.____________________________________________

___

10

Page 5: SEBA’ SENA IL-MALTI (Il-Qari u l-Kitba) IL-ĦIN: …...Paġna 2 minn 12 Il-Malti – Il-Qari u l-Kitba – Is-Seba’ Sena – L7 sa L8 – 2017 IS-SILTA TAL-FEHIM MILL-QARI Aqra

Il-Malti – Il-Qari u l-Kitba – Is-Seba’ Sena – L7 sa L8 – 2017 Paġna 5 minn 12

Taqsima Ċ. Il-Letteratura (30 marka)

Ċi. Il-Poeżija (Nadriet 1 ta’ Tarċisju Zarb) (10 marki)

1. Dawn huma żewġ strofi mill-poeżija Il-Bikja tal-Buskett ta’ Oliver Friggieri.

Għad tindunaw xħin tilmħu,

barrani ċass għaddej,

ifittex lil pajjiżkom

meqrud, u jkun għalxej’

Din art missirijietkom,

mhix tagħkom, tmissuhiex,

uliedkom għad jistaqsu:

għaliex, għaliex, għaliex?

a. F’din il-poeżija lil min qiegħda tkellem il-ħarruba x-xiħa?

__________________________________________________________________________ (marka)

b. Għaliex taħseb li fit-tieni strofa l-poeta jirrepeti l-kelma “ għaliex”?

__________________________________________________________________________ (marka)

ċ. Agħti eżempju ta’ żewġ kelmiet li jirrimaw.

__________________________________________________________________________ (marka)

2. Wieġeb dawn il-mistoqsijiet fuq il-poeżiji li studjajt din is-sena.

a. Fil-poeżija Lil Ommi għaliex il-poeta jitlob lil ommu tbennu?

___________________________________________________________________________________

_____________________________________________________________________________ (marka)

_____

30

Page 6: SEBA’ SENA IL-MALTI (Il-Qari u l-Kitba) IL-ĦIN: …...Paġna 2 minn 12 Il-Malti – Il-Qari u l-Kitba – Is-Seba’ Sena – L7 sa L8 – 2017 IS-SILTA TAL-FEHIM MILL-QARI Aqra

Paġna 6 minn 12 Il-Malti – Il-Qari u l-Kitba – Is-Seba’ Sena – L7 sa L8 – 2017

b. F’Ritratt ta’ Toninu man-nanna għaliex in-nanna tidher imdejqa?

________________________________________________________________________________

__________________________________________________________________________ (marka)

ċ. Dun Karm f’min jara l-qofol tal-bjuda fl-aħħar strofa tal-poeżija Bjuda?

________________________________________________________________________________

__________________________________________________________________________ (marka)

d. X’parir jagħtina l-poeta fil-poeżija Il-Ħolma t’Alla meta mmorru nimxu fil-kampanja?

________________________________________________________________________________

__________________________________________________________________________ (marka)

3. Mill-poeżiji t’hawn taħt, agħżel WAĦDA li laqtitek u għid x’taħseb li jrid jgħidilna/tgħidilna

l-poeta jew poetessa. (3 marki)

distanza – Tarċisju Zarb, Il-Ħerża – Marjanu Vella, Tristis Est Anima Mea – Rużar Briffa,

Dik Mewġa! – Anastasju Cuschieri, Xmara Ħamra, Bruka Xiħa – Victor Fenech,

Raħal Twelidi – Karmenu Vassallo, Il-Kebbies Tal-Fanali – Anton Buttigieg,

Xita – Mary Meylak.

F’din il-poeżija ___________________________________________________________________

Page 7: SEBA’ SENA IL-MALTI (Il-Qari u l-Kitba) IL-ĦIN: …...Paġna 2 minn 12 Il-Malti – Il-Qari u l-Kitba – Is-Seba’ Sena – L7 sa L8 – 2017 IS-SILTA TAL-FEHIM MILL-QARI Aqra

Il-Malti – Il-Qari u l-Kitba – Is-Seba’ Sena – L7 sa L8 – 2017 Paġna 7 minn 12

Ċii. In-Novelli (Arja Friska 1: Antoloġija ta’ Novelli) (10 marki)

Agħżel ŻEWĠ novelli u wieġeb il-mistoqsijiet dwarhom.

1. L-imħatra tal-ħallelin ta’ Dun Xand Cortis

Kieku Randu m’emminx lill-aħħar ħalliel u ma qabiżx il-baħar għall-borża, ikteb fi kliemek kif

taħseb li kien ikun it-tmiem ta’ din in-novella.

________________________________________________________________________________

________________________________________________________________________________

________________________________________________________________________________

________________________________________________________________________________

________________________________________________________________________(5 marki)

2. Il-Ġennien ta’ Ġorg Borġ

Kieku int kont wieħed minn dawk it-tfal li waddbu l-ġebla lill-ġennien, x’kont tgħid u x’kont

tagħmel xħin il-ġennien offrielek il-larinġ?

________________________________________________________________________________

________________________________________________________________________________

________________________________________________________________________________

________________________________________________________________________________

________________________________________________________________________(5 marki)

3. Demgħa ta’ Anselm Sciberras

Tkellem fuq is-sagrifiċċji u t-tbatija li għaddiet minnhom in-nanna meta kellha lil Ġużeppi.

________________________________________________________________________________

________________________________________________________________________________

________________________________________________________________________________

________________________________________________________________________________

________________________________________________________________________(5 marki)

Page 8: SEBA’ SENA IL-MALTI (Il-Qari u l-Kitba) IL-ĦIN: …...Paġna 2 minn 12 Il-Malti – Il-Qari u l-Kitba – Is-Seba’ Sena – L7 sa L8 – 2017 IS-SILTA TAL-FEHIM MILL-QARI Aqra

Paġna 8 minn 12 Il-Malti – Il-Qari u l-Kitba – Is-Seba’ Sena – L7 sa L8 – 2017

4. Ġaħan u l-ġurdien ta’ G. Mifsud Chircop

F’din il-ħrafa Ġaħan jidher bħala raġel li għandu moħħu jilħaqlu. Tkellem dwar dan.

________________________________________________________________________________

________________________________________________________________________________

________________________________________________________________________________

________________________________________________________________________________

________________________________________________________________________ (5 marki)

Ċiii. Ir-Rumanz (Zito Zandarell ta’ Carmel G. Cauchi) (10 marki)

Wieġeb il-mistoqsijiet kollha.

1. Tkellem dwar iż-żewġ żjarat li kellu Zito meta kien l-isptar u li bihom beda ġej ’il quddiem sakemm

fieq.

________________________________________________________________________________

________________________________________________________________________________

________________________________________________________________________________

________________________________________________________________________________

________________________________________________________________________(4 marki)

2. Barra l-karattru ta’ Zito, agħżel xi karattru ieħor mill-istorja ta’ Zito li tħoss li għoġbok u fil-qosor

għid għaliex għoġbok.

________________________________________________________________________________

________________________________________________________________________________

________________________________________________________________________ (3 marki)

3. Irrakkonta episodju mill-istorja ta’ Zito li fih ħassejtek tibża’.

________________________________________________________________________________

________________________________________________________________________________

________________________________________________________________________________

_________________________________________________________________________(3 marki)

Page 9: SEBA’ SENA IL-MALTI (Il-Qari u l-Kitba) IL-ĦIN: …...Paġna 2 minn 12 Il-Malti – Il-Qari u l-Kitba – Is-Seba’ Sena – L7 sa L8 – 2017 IS-SILTA TAL-FEHIM MILL-QARI Aqra

Il-Malti – Il-Qari u l-Kitba – Is-Seba’ Sena – L7 sa L8 – 2017 Paġna 9 minn 12

Taqsima D. Il-Kitba (26 marka)

Di. Il-Kitba Funzjonali (8 marki)

Agħżel waħda minn a JEW b.

a. Ikteb ittra elettronika ta’ madwar 40-60 kelma lill-preżentatur ta’ programm mużikali Id-Diski

fejn titolbu sabiex fil-programm tiegħu jdoqq aktar diski Maltin. Issuġġerilu xi ismijiet ta’ xi diski

Maltin u għidlu għaliex taħseb li se jogħġbu lis-semmiegħa tal-programm tiegħu .

Ismek: Vanni / Vanessa Abela

Indirizz elettroniku tiegħek: [email protected]

Indirizz elettroniku tal-preżentatur: diski@ radjutajjeb.org

JEW

b. Ikteb ittra elettronika ta’ madwar 40-60 kelma lis-Sindku tal-lokal tiegħek fejn titolbu biex iżid

in-numru ta’ kotba bil-Malti fil-librerija tal-Kunsill Lokali, sabiex ir-residenti tal-lokal ikollhom

għażla akbar ta’ kotba bil-Malti. Issuġġerilu xi titli ta’ xi kotba jew awturi Maltin li taħseb li jistgħu

jħajru aktar nies biex jaqraw bil-Malti.

Ismek: Andrew / Anna Sant

Indirizz elettroniku tiegħek: [email protected]

Indirizz elettroniku tas-Sindku: [email protected]

Immarka n-numru tal-mistoqsija magħżula a b

Dii. Il-Komponiment (18-marka)

Lil:

26

Ibg

ħa

t

Lil:

Mingħand:

Suġġett:

Data:

Page 10: SEBA’ SENA IL-MALTI (Il-Qari u l-Kitba) IL-ĦIN: …...Paġna 2 minn 12 Il-Malti – Il-Qari u l-Kitba – Is-Seba’ Sena – L7 sa L8 – 2017 IS-SILTA TAL-FEHIM MILL-QARI Aqra

Paġna 10 minn 12 Il-Malti – Il-Qari u l-Kitba – Is-Seba’ Sena – L7 sa L8 – 2017

Agħżel WIEĦED mit-titli li jolqtok u ikteb komponiment ta’ madwar 250 kelma fuqu fil-linji

Dii. Il-Komponiment (18-il marka)

Agħżel WIEĦED mit-titli li jolqtok u ikteb komponiment ta’ madwar 200 kelma fil-linji pprovduti.

1. Narrattiv: Ma kinitx passiġġata li ħlomna biha!

2. Deskrittiv: L-iskola ideali li nixtieq li xi darba jkolli.

3. Argumentattiv: L-istudenti m’għandhomx jużaw aktar kotba u pitazzi biex jitgħallmu iżda jużaw

biss il-mezzi teknoloġiċi kollha bħal laptop, tablet u l-kindle. Taqbel? Iddiskuti.

Spazju biex tagħmel il-pjan tal-kitba tiegħek. (Ma jingħatawx marki għall-pjan.)

Immarka n-numru tal-komponiment magħżul 1 2 3

___________________________________________________________________________________

___________________________________________________________________________________

___________________________________________________________________________________

___________________________________________________________________________________

___________________________________________________________________________________

Page 11: SEBA’ SENA IL-MALTI (Il-Qari u l-Kitba) IL-ĦIN: …...Paġna 2 minn 12 Il-Malti – Il-Qari u l-Kitba – Is-Seba’ Sena – L7 sa L8 – 2017 IS-SILTA TAL-FEHIM MILL-QARI Aqra

Il-Malti – Il-Qari u l-Kitba – Is-Seba’ Sena – L7 sa L8 – 2017 Paġna 11 minn 12

Page 12: SEBA’ SENA IL-MALTI (Il-Qari u l-Kitba) IL-ĦIN: …...Paġna 2 minn 12 Il-Malti – Il-Qari u l-Kitba – Is-Seba’ Sena – L7 sa L8 – 2017 IS-SILTA TAL-FEHIM MILL-QARI Aqra

Paġna 12 minn 12 Il-Malti – Il-Qari u l-Kitba – Is-Seba’ Sena – L7 sa L8 – 2017

Page 13: SEBA’ SENA IL-MALTI (Il-Qari u l-Kitba) IL-ĦIN: …...Paġna 2 minn 12 Il-Malti – Il-Qari u l-Kitba – Is-Seba’ Sena – L7 sa L8 – 2017 IS-SILTA TAL-FEHIM MILL-QARI Aqra

Il-Malti – Il-Qari u l-Kitba – Is-Seba’ Sena – L7 sa L8 – 2017 Paġna 13 minn 12

TMIEM IL-KARTA