seba’ sena il-malti (il-qari u l-kitba) il-Ħin: sagħtejn · 2018-07-30 · il-malti – il-qari...

12
Il-Malti – Il-Qari u l-Kitba – Is-Seba’ Sena – L5 sa L7 – 2018 Paġna 1 minn 12 ID-DIPARTIMENT GĦALL-KURRIKULU, RIĊERKA, INNOVAZZJONI U TAGĦLIM TUL IL-ĦAJJA Id-Direttorat għall-Programmi ta’ Tagħlim u Assessjar It-Taqsima tal-Assessjar Edukattiv L-Eżamijiet Annwali tal-Iskejjel Medji 2018 IS-SEBA’ SENA IL-MALTI (Il-Qari u l-Kitba) IL-ĦIN: Sagħtejn L-Isem u l-Kunjom: __________________________________________ Il-Klassi: _______ Għall-istudent/a: 1. Wieġeb il-mistoqsijiet kollha kif mitlub/a. 2. Ortografija, punteġġjatura, sintassi, ideat u preżentazzjoni tajbin jgħinuk biex tikseb riżultati aħjar. Għall-għalliema: Il-MARKI It-Taħdit 10 Is-Smigħ 10 Il-Qari u l-Kitba 80 IT-TOTAL 100 Taqsima A B Ċi Ċii Ċiii Di Dii TOTAL Marka 14 10 10 10 10 8 18 80 Marka tal-Istudent/a Kummenti: ________________________________________________________________ ________________________________________________________________ ________________________________________________________________ ________________________________________________________________ ________________________________________________________________ IL-LIVELLI 5 – 6 – 7

Upload: others

Post on 30-May-2020

13 views

Category:

Documents

0 download

TRANSCRIPT

Page 1: SEBA’ SENA IL-MALTI (Il-Qari u l-Kitba) IL-ĦIN: Sagħtejn · 2018-07-30 · Il-Malti – Il-Qari u l-Kitba – Is-Seba’ Sena – L5 sa L7 – 2018 Paġna 3 minn 12 Taqsima A

Il-Malti – Il-Qari u l-Kitba – Is-Seba’ Sena – L5 sa L7 – 2018 Paġna 1 minn 12

ID-DIPARTIMENT GĦALL-KURRIKULU,

RIĊERKA, INNOVAZZJONI U TAGĦLIM TUL IL-ĦAJJA

Id-Direttorat għall-Programmi ta’ Tagħlim u Assessjar

It-Taqsima tal-Assessjar Edukattiv

L-Eżamijiet Annwali tal-Iskejjel Medji 2018

IS-SEBA’ SENA IL-MALTI (Il-Qari u l-Kitba) IL-ĦIN: Sagħtejn

L-Isem u l-Kunjom: __________________________________________

Il-Klassi: _______

Għall-istudent/a:

1. Wieġeb il-mistoqsijiet kollha kif mitlub/a.

2. Ortografija, punteġġjatura, sintassi, ideat u preżentazzjoni tajbin jgħinuk biex

tikseb riżultati aħjar.

Għall-għalliema:

Il-

MA

RK

I It-Taħdit 10

Is-Smigħ 10

Il-Qari u l-Kitba 80

IT-TOTAL 100

Taqsima A B Ċi Ċii Ċiii Di Dii TOTAL

Marka 14 10 10 10 10 8 18 80

Marka

tal-Istudent/a

Kummenti:

________________________________________________________________

IL-LIVELLI

5 – 6 – 7

5 – 6 – 7 – 8

Page 2: SEBA’ SENA IL-MALTI (Il-Qari u l-Kitba) IL-ĦIN: Sagħtejn · 2018-07-30 · Il-Malti – Il-Qari u l-Kitba – Is-Seba’ Sena – L5 sa L7 – 2018 Paġna 3 minn 12 Taqsima A

Paġna 2 minn 12 Il-Malti – Il-Qari u l-Kitba – Is-Seba’ Sena – L5 sa L7 – 2018

IS-SILTA TAL-FEHIM MILL-QARI

Aqra sewwa din is-silta u wieġeb il-mistoqsijiet dwarha.

Dak kien żmien!

Niftakar kelli madwar disa’ snin. Qabel ma ddoqq il-qanpiena tal-iskola biex

kulħadd isib postu fil-bitħa għat-talba ta’ filgħodu, kellna d-drawwa ninġabru

fil-ġnien ta’ maġenb il-knisja, ninqasmu f’żewġ timijiet u nilagħbu logħba ballun

bis-serqa. (par.1)

Niftakar lil Pawla li kellha ħanut fil-pjazza. Magħha kien hemm bintha traqqa’

l-ħwejjeġ u tirranġa l-kfief. Fost l-affarijiet li

kienu jbigħu kellhom il-blalen taċ-ċarruta,

magħmulin mill-bċejjeċ tad-drapp li

jibqgħalhom. Il-magna tal-ħjata li kienet

misjuqa b’pedala żżaqżaq kienet tinstema’

mit-triq. Riġlejha ma kienu jistrieħu qatt,

telgħin u neżlin, daqqa tfassal ġlekk u daqqa

tħit xi libsa tal-preċett. (par.2)

B’sold konna nixtru ballun, u jekk nitolbuha

aktar minn wieħed għal meta jiċċarrat,

tagħtina skont. It-timijiet kienu jaħsbu għal

quddiem u jixtru ħafna, għaliex ix-xuttijiet

kienu qawwija, il-pettijiet ħoxnin u l-art

imħarbta. (par.3)

Niftakar f’Ġanninu, tifel daqsi jgħix f’kerrejja ma’ zijietu, għax ommu, Alla

jaħfrilha, ħallietu żgħir u missieru dejjem imsiefer. Dejjem kont tisimgħu

jirrakkonta dak li jgħaddi minnu d-dar, mhux ta’ b’xejn li t-tfal jikxfu l-għawar.

(par.4)

Kull meta żewġ subien fuq tagħhom kienu jiġbru madwarhom żewġ gruppi żgħar

ta’ tfal, biex jagħmlu żewġ timijiet, Ġanninu qatt ma kien jintgħażel. Jekk tim

jispiċċa b’xi ħadd nieqes, dlonk wieħed miż-żewġ mexxejja jaqbeż u jgħid lill-bqija

b’nofs ħajra, “Lil Ġanninu ħuduh b’xejn!” Ġanninu, b’għajnejh iħarsu ’l isfel, kien

ikollu jifraħ bl-għażla u jidħol fuq qalbu għal-logħob u jitħabat għall-ballun kif jaf.

(par.5)

adattament minn Fjuri li ma jinxfux ta’ Oliver Friggieri

Page 3: SEBA’ SENA IL-MALTI (Il-Qari u l-Kitba) IL-ĦIN: Sagħtejn · 2018-07-30 · Il-Malti – Il-Qari u l-Kitba – Is-Seba’ Sena – L5 sa L7 – 2018 Paġna 3 minn 12 Taqsima A

Il-Malti – Il-Qari u l-Kitba – Is-Seba’ Sena – L5 sa L7 – 2018 Paġna 3 minn 12

Taqsima A. Il-Fehim mill-Qari

Wieġeb il-mistoqsijiet fi kliemek skont is-silta li qrajt.

1. Mit-titlu tas-silta, it-tfulija tal-awtur tidher li kienet

a. ta’ dwejjaq. b. sabiħa u sempliċi. (marka)

2. L-awtur qed jikteb it-tifkiriet ta’ meta kellu madwar ___________________ snin.

(marka)

3. X’jagħmlu s-soltu t-tfal hekk kif iddoqq il-qanpiena tal-iskola filgħodu?

_____________________________________________________________ (marka)

4. Xi tfisser li t-tfal kienu jilagħbu “logħba ballun bis-serqa”?

a. Jisirqu ballun biex jilagħbu.

b. Kienu jilagħbu għal ħin qasir.

ċ. Min kien jirbaħ kien jieħu l-ballun hu. (marka)

5. Semmi żewġ affarijiet li kienet tagħmel bint Pawla fil-ħanut:

i. __________________________________________________________

ii. _________________________________________________________ (2 marki)

6. Minn xiex kienu jsiru l-blalen li kienu jixtru t-tfal?

____________________________________________________________ (marka)

7. Ikteb il-frażi li turi li jekk jixtru iktar minn ballun wieħed kienu jħallsu prezz irħas.

____________________________________________________________ (marka)

8. Semmi żewġ raġunijiet għaliex it-timijiet kienu jixtru iktar minn ballun wieħed

taċ-ċarruta.

i. ______________________________________________________

ii. ______________________________________________________ (2 marki)

9. X’jgħidilna l-awtur dwar il-ġenituri ta’ Ġanninu?

____________________________________________________________________

____________________________________________________________ (2 marki)

10. Il-qawl “it-tfal jikxfu l-għawar” ifisser li t-tfal

a. ma jafux iżommu sigrieti.

b. mhux ta’ min jafdahom.

ċ. jigdbu ħafna. (marka)

11. Kif taħseb li kien iħossu Ġanninu meta jintgħażel biex jilgħab?

____________________________________________________________ (marka)

______

14

Page 4: SEBA’ SENA IL-MALTI (Il-Qari u l-Kitba) IL-ĦIN: Sagħtejn · 2018-07-30 · Il-Malti – Il-Qari u l-Kitba – Is-Seba’ Sena – L5 sa L7 – 2018 Paġna 3 minn 12 Taqsima A

Paġna 4 minn 12 Il-Malti – Il-Qari u l-Kitba – Is-Seba’ Sena – L5 sa L7 – 2018

Taqsima B. Il-Grammatika

1a. Aqta’ linja taħt il-verb ta’ din is-sentenza:

“Il-pedala tal-magna tal-ħjata żżaqżaq.” marka

b. Agħti l-Mamma tal-verb li sibt. _______________________ marka

ċ. Agħti l-Għerq tal-verb li sibt. _______________________ marka

2. Agħżel il-kelma t-tajba billi taqta’ l-linja taħtha.

Qabel (jidħlu / jitħlu) l-iskola, it-tfal kienu jmorru jilagħbu. marka

3. Poġġi l-artiklu fil-vojt:

Pawla għamlitli ___-roqgħa li għandi fil-qalziet il-griż. marka

4.

Poġġi l-verb fl-Imperattiv/il-Kmand:

Is-surmast qal lit-tfal: “(d-ħ-l) ______________ ġewwa u stennew

fil-bitħa.”

marka

5.

Aqleb il-verb ta’ din is-sentenza fil-Passat / Perfett:

Kulħadd jixtri l-blalen mingħand Pawla tal-pjazza.

________________________

marka

6.

Imla l-vojt bil-verb fl-Imperfett / Preżent li joħroġ mill-għerq

mogħti:

Aħna (s-j-b) _____________ postna fil-bitħa.

marka

7. Aqta’ linja taħt il-kelma li fiha konsonanti dgħajfa:

Kellna d-drawwa ninġabru fil-ġnien ta’ maġenb il-knisja. marka

8.

Aqleb il-verb ta’ din is-sentenza fil-futur:

“Jekk tim jispiċċa b’xi ħadd nieqes...”

“Jekk tim __________________ b’xi ħadd nieqes...”

marka

_____

10

Page 5: SEBA’ SENA IL-MALTI (Il-Qari u l-Kitba) IL-ĦIN: Sagħtejn · 2018-07-30 · Il-Malti – Il-Qari u l-Kitba – Is-Seba’ Sena – L5 sa L7 – 2018 Paġna 3 minn 12 Taqsima A

Il-Malti – Il-Qari u l-Kitba – Is-Seba’ Sena – L5 sa L7 – 2018 Paġna 5 minn 12

Taqsima Ċ. Il-Letteratura

Ċi. Il-Poeżija (Nadriet 1 ta’ Tarċisju Zarb) (10 marki)

1. Dawn huma żewġ strofi mill-poeżija

Lil Ommi ta’ Rużar Briffa.

Benninni, benninni,

Nessini kull diqa,

Benninni bħal meta

kont ċkejken fin-nieqa,

U l-għanja tennili 5

— il-għanja ta’ dari —

Tat-tfajjel imqareb

Mitluf ġewwa x-xagħri.

a. Xi xtaq il-poeta mingħand ommu?

i. Li ssakkru ġewwa biex ma jiltaqax ma’ problemi.

ii. Li taqsam miegħu l-imħabba u l-ħlewwa li kellu fi tfulitu.

iii. Li meta jkun ir-riħ u l-maltemp, ommu toffrilu kenn. (marka)

b. Kull vers tal-istrofi li jidhru hawn fuq fih

i. 5 sillabi.

ii. 6 sillabi.

iii. 7 sillabi. (marka)

2a. Oliver Friggieri, fil-poeżija ”Il-Bikja tal-Buskett”, jistħajjel ħarruba xiħa qed

tkellmu fuq problema serja. X’kienet din il-problema?

i. Li qed imorru ħafna nies il-Buskett.

ii. Biex l-art ma tinqeridx bil-bini.

iii. Li mhix qed tagħmel xita biżżejjed. (marka)

b. Il-poeta fl-istess poeżija jistħajjel ukoll li l-ġebel tal-Buskett jitkellem. X’tissejjaħ din

il-figura tad-diskors?

i. personifikazzjoni

ii. apostrofi

iii. similitudni (marka)

_____

30

Page 6: SEBA’ SENA IL-MALTI (Il-Qari u l-Kitba) IL-ĦIN: Sagħtejn · 2018-07-30 · Il-Malti – Il-Qari u l-Kitba – Is-Seba’ Sena – L5 sa L7 – 2018 Paġna 3 minn 12 Taqsima A

Paġna 6 minn 12 Il-Malti – Il-Qari u l-Kitba – Is-Seba’ Sena – L5 sa L7 – 2018

3. Minbarra San Franġisk, min hu l-karattru ewlieni l-ieħor fil-poeżija San Franġisk u

l-Gamiem ta’ Ġużè Delia?

________________________________________________________________ (marka)

4. Fis-sunett ’Bjuda’, Dun Karm isemmi għadd ta’ postijiet li fihom jara l-bjuda. Semmi

wieħed minnhom u ikteb fi kliemek fejn Dun Karm jara l-bjuda.

_______________________________________________________________________

_______________________________________________________________________

_______________________________________________________________ (2 marki)

5. Dawn huma żewġ strofi mill-poeżija

Raħal Twelidi ta’ Karmenu Vassallo.

Jien kont u għadni – jien kont u nibqa’,

raħal twelidi – miegħek marbut:

xejn akbar minnek – xejn isbaħ minnek

ma nsib jew nara – sakemm immut.

Għallimtni nagħder – u nħobb lil għajri; 5

għallimtni nimxi – fit-triq tad-dawl;

għallimtni naqdi – dmiri nisrani;

għallimtni s-Sewwa – li tak San Pawl.

a. Tul il-poeżija, il-poeta qed jitkellem: i. mal-ħbieb tiegħu.

ii. mar-raħal fejn twieled .

iii. mal-knisja fejn joqgħod. (marka)

b. Immarka b’sinjal żewġ kwalitajiet sbieħ li l-poeta tgħallem minn raħal twelidu.

l-imħabba lejn il-bnedmin

is-suppervja

(2 marki)

il-mistħija

il-fidi li kellu f’Alla

Page 7: SEBA’ SENA IL-MALTI (Il-Qari u l-Kitba) IL-ĦIN: Sagħtejn · 2018-07-30 · Il-Malti – Il-Qari u l-Kitba – Is-Seba’ Sena – L5 sa L7 – 2018 Paġna 3 minn 12 Taqsima A

Il-Malti – Il-Qari u l-Kitba – Is-Seba’ Sena – L5 sa L7 – 2018 Paġna 7 minn 12

Ċii. In-Novelli (Arja Friska 1: Antoloġija ta’ Novelli) (10 marki)

Wieġeb il-mistoqsijiet kollha.

1. IL-ĠENNIEN ta’ Ġorg Borġ

Agħżel it-tweġiba t-tajba.

a. Il-ġennien kien qalbu tajba għax kien

i. jirrakkonta l-istejjer lit-tfal.

ii. jaqsam dak li jkollu ma’ ħaddieħor.

iii. għadu jiflaħ jieħu ħsieb is-siġar.

iv. kien jiekol il-larinġ. (marka)

b. It-tfal għamlu praspura lill-ġennien meta

i. ħbewlu l-imgħażqa.

ii. garawlu larinġa għal rasu.

iii. waddbulu l-ġebel u laqtuh.

iv. tawh qatgħa. (marka)

ċ. Taħseb li t-tfal iddispjaċiehom għall-praspura li kienu għamlu lill-ġennien? Kif taf?

_________________________________________________________________

_________________________________________________________________

_________________________________________________________________

__________________________________________________________ (3 marki)

2. L-IMĦATRA TAL-ĦALLELIN ta’ Dun Xand Cortis

a. Immarka żewġ kwalitajiet li l-iktar jiddeskrivu l-karattru ta’ Randu skont kif jidher f’din

in-novella.

intelliġenti kattiv ma kontx tidħak

bih kif trid

ma kienx jaf b’ħażen lest li jgħin lil

ħaddieħor ħalliel

(2 marki)

Page 8: SEBA’ SENA IL-MALTI (Il-Qari u l-Kitba) IL-ĦIN: Sagħtejn · 2018-07-30 · Il-Malti – Il-Qari u l-Kitba – Is-Seba’ Sena – L5 sa L7 – 2018 Paġna 3 minn 12 Taqsima A

Paġna 8 minn 12 Il-Malti – Il-Qari u l-Kitba – Is-Seba’ Sena – L5 sa L7 – 2018

b. Mit-tliet imħatri li għamlu l-ħallelin, liema kienet l-iktar waħda li għoġbitek u għaliex?

_______________________________________________________________________

_______________________________________________________________________

_______________________________________________________________ (3 marki)

Ċiii. Ir-Rumanz (Zito Zandarell ta’ Carmel G. Cauchi) (10 marki)

Immarka jekk hux Veru jew Falz skont dak li ġara f’din l-istorja.

VERU FALZ

1. Hector Brincat u Zito kienu ħbieb kbar tant li Hector xtaq li Zito jibqa’ l-iskola.

2. Lorella kienet ħadet l-għasfur magħha l-iskola, billi kien hemm xi tfal li ma kinux jafu x’kien kanarin.

3. Hector Brincat qaleb lil xi tfal u ta daqqa qawwija lill-gaġġa tal-għasfur.

4. Dawl aħmar deher ħiereġ minn taħt il-flokk ta’ Zito.

5. Zito fejjaq l-għasfur li kien kważi mejjet billi qagħad jonfoħlu.

(5 marki)

6. Agħżel ŻEWĠ messaġġi li wassal Zito qabel ma telaq lejn il-pjaneta tieħu Terrapaċis.

a. Min ma jaqbilx miegħek, tagħtix kasu.

b. Il-flus mhumiex l-aqwa valur.

ċ. Għandna naħdmu biex fid-dinja jkun hawn aktar ġustizzja u paċi.

d. Għandna nħobbu u naċċettaw lil kulħadd kif inhu.

(2 marki)

7. Fir-rumanz insibu xi karattri, bħal Rocky Rospo, Salvina, Saborra u s-Surġent Magro li

moħħhom biex jagħmlu l-ħsara lil ħaddieħor. Agħżel WIEĦED minnhom u ikteb fejn u kif

dan il-karattru għamel jew ipprova jagħmel id-deni lil ħaddieħor.

_______________________________________________________________________

_______________________________________________________________________

_______________________________________________________________________

_______________________________________________________________ (3 marki)

Page 9: SEBA’ SENA IL-MALTI (Il-Qari u l-Kitba) IL-ĦIN: Sagħtejn · 2018-07-30 · Il-Malti – Il-Qari u l-Kitba – Is-Seba’ Sena – L5 sa L7 – 2018 Paġna 3 minn 12 Taqsima A

Il-Malti – Il-Qari u l-Kitba – Is-Seba’ Sena – L5 sa L7 – 2018 Paġna 9 minn 12

Taqsima D. Il-Kitba

Di. Il-Malti Komunikattiv (8 marki)

Agħżel waħda minn a JEW b.

a. Inti membru fil-Kumitat Tfal favur l-Ambjent tar-raħal ta’ Ħal Fjur. Ikteb avviż ta’

bejn 40 u 60 kelma dwar attività li se ssir favur l-ambjent tal-istess raħal.

Punti li jistgħu jgħinuk ...

X’tip ta’ attività se tkun?

Meta se ssir?

Fi x’ħin se ssir? filgħodu, filgħaxija

Fejn se ssir?

Min hu mistieden?

JEW

b. Inti membru fil-Kunsill tal-Istudenti tal-iskola tiegħek. Ikteb avviż ta’ bejn 40 u 60

kelma dwar attività li beħsiebkom torganizzaw fis-sajf u li l-qligħ minnha se jmur

għall-karità.

Punti li jistgħu jgħinuk ...

X’tip ta’ attività se tkun?

Meta se ssir?

Fi x’ħin se ssir? filgħodu jew filgħaxija

Fejn se ssir?

Min hu mistieden?

Immarka n-numru tal-avviż magħżul a b

___________________________________________________________________________________

26

Page 10: SEBA’ SENA IL-MALTI (Il-Qari u l-Kitba) IL-ĦIN: Sagħtejn · 2018-07-30 · Il-Malti – Il-Qari u l-Kitba – Is-Seba’ Sena – L5 sa L7 – 2018 Paġna 3 minn 12 Taqsima A

Paġna 10 minn 12 Il-Malti – Il-Qari u l-Kitba – Is-Seba’ Sena – L5 sa L7 – 2018

Dii. Il-Komponiment (18-il marka)

Agħżel WIEĦED mit-titli li jolqtok u ikteb komponiment ta’ madwar 100 kelma fil-linji

pprovduti.

L-ewwel agħmel il-pjan. Taħt kull titlu għandek xi għajnuniet.

1. Narrattiv: Meta mort lura fiż-żmien.

Għajnuniet:

f’liema żmien mort?

ma’ min kont?

ma’ min iltqajt?

xi ġralek?

kif spiċċat l-avventura?

2. Deskrittiv: Meta ltqajt ma’ persuna famuża li kont ilni nixtieq nara.

Għajnuniet:

min hi l-persuna?

għaliex hi famuża?

għaliex xtaqt tiltaqa’ magħha?

kif ħassejtek meta ltqajt magħha?

kif ġibt ruħek / x’għidtilha?

3. Argumentattiv: L-għalliema m’għandhomx jagħtu xogħol tad-dar (HW) lill-istudenti

biex ikollhom aktar ċans jipprattikaw l-isports. Taqbel? Għaliex?

Għajnuniet:

għalfejn taħseb li għandu jservi x-xogħol tad-dar?

taħseb li qed jingħata wisq?

kemm taħseb li huwa importanti li nieħdu ħsieb saħħitna?

għandu xi valur speċjali l-isports għall-iżvilupp ta’ tfal tamparek?

Page 11: SEBA’ SENA IL-MALTI (Il-Qari u l-Kitba) IL-ĦIN: Sagħtejn · 2018-07-30 · Il-Malti – Il-Qari u l-Kitba – Is-Seba’ Sena – L5 sa L7 – 2018 Paġna 3 minn 12 Taqsima A

Il-Malti – Il-Qari u l-Kitba – Is-Seba’ Sena – L5 sa L7 – 2018 Paġna 11 minn 12

Spazju biex tagħmel il-pjan tal-kitba tiegħek.

Immarka n-numru tal-komponiment magħżul 1 2 3

Page 12: SEBA’ SENA IL-MALTI (Il-Qari u l-Kitba) IL-ĦIN: Sagħtejn · 2018-07-30 · Il-Malti – Il-Qari u l-Kitba – Is-Seba’ Sena – L5 sa L7 – 2018 Paġna 3 minn 12 Taqsima A

Paġna 12 minn 12 Il-Malti – Il-Qari u l-Kitba – Is-Seba’ Sena – L5 sa L7 – 2018

TMIEM IL-KARTA