sena tal-fidi_it-tieni parti
DESCRIPTION
Din hi l-ewwel Katekezi dwar il-Fidi. Fiha ssibu: Xellug: riflessjoni Lemin: silta mill-Katekizmu tal-Knisja Kattolika. Kull nhar ta' Sibt, se jizdid il-materjal u ghalhekk inheggek biex taghmel uzu minnu.TRANSCRIPT
Is-Sena tal-Fidi Kateke ż i11.10.12 – 24.11.13
Mill-bidu, il-Katekeżi kien maħsub biex:
-> jkun hemm dixxipli;
-> isibu għajnuna fil-
ħajja
tal-fidi;
-> bil-fidi ikollom ħajja
f’ Ġesù;
-> imrawwmin fil-ħajja
nisranija;
-> jinbena l-Ġisem ta’
Kristu.
Is-Sena tal-Fidi Katekeżi11.10.12 – 24.11.13
Il-bżonn tal-Katekeżi
-> trawwim fil-fidi
għall-
kulħadd;
-> tagħlim tad-duttrina
Nisranija;
-> tagħlim organiku u
sistematiku;
-> tagħlim li jwassal
għall-
milja tal-ħajja
Nisranija.
Mela, hemm rabta
intrinsika bejn il-
katekeżi u l-fidi.
Is-Sena tal-Fidi Katekeżi11.10.12 – 24.11.13
Il-Katekiżmu espożizzjoni ta’:
-> essenza u
fondament
tad-duttrina Kattolika;
-> fidi u morali
-> fid-dawl tal-Konċilju
u
t-Tradizzjoni tal-Knisja.
Il-Katekiżmu huwa sors
ta’ kif tikber fil-fidi kif
temmen
il-Knisja skont it-
tagħlim u t-Tradizzjoni
tagħha.
Is-Sena tal-Fidi Katekeżi11.10.12 – 24.11.13
-> Il-Fidi u l-
Magħmudija għandhom
iwasslu għax-Xhieda
(jien xhud ta’ Kristu);
-> Il-Katekiżmu juri
x’inhi r-
Rivelazzjoni...i.e. Alla li
juri lilu nnifsu lil
bniedem; Alla li jidħol
fl-istorja tal-bniedem;
Alla li jgħamel l-ewwel
pass u jersaq lejn il-
bniedem li huwa ħalaq;
Is-Sena tal-Fidi Katekeżi11.10.12 – 24.11.13
-> Fl-istess waqt, hemm bżonn li l-bniedem jagħti risposta, iwieġeb lil Alla;
-> Din it-tweġiba tal-
bniedem jgħamilha bil-
Fidi;
-> Bil-Fidi, l-bniedem
jgħaraf ‘l Alla bħala (i)
Il-Prinċipju;
(ii) Salvatur; u
(iii) Dak li jqaddisna;
-> Dan hu t-twemmin
tagħna...dan hu l-Kredu
li nistqarru kull nhar ta’
Ħadd.
Is-Sena tal-Fidi Katekeżi11.10.12 – 24.11.13
Għan tal-Katekiżmu:
• X’inhi d-duttrina;• Għarfien fil-fond tal-fidi;• Il-milja tal-fidi;• Il-Fidi trabbi għeruq; u • Fidi viżibbli permezz
tax-xhieda.
Mela, l-Katekiżmu huwa sors ta’ għarfien, sosten u applikazzjoni ta’ dak li jien nemmen. Dan it-twemmin insibu fil-Katekiżmu u għalhekk nista’ nserraħ moħħi li huwa tajjeb.
Is-Sena tal-Fidi Katekeżi11.10.12 – 24.11.13
Il-Fidi:
• Xi tfisser li ‘temmen’?
Din hi mistoqsija mportanti
qabel ma ngħamel l-istqarrija
tal-fidi jew niċċelebra
l-Litruġija.
Is-Sena tal-Fidi Katekeżi11.10.12 – 24.11.13
Il-Fidi:• Twegiba lil Alla
F’min?• Lil Alla li juri lilu nnifsu
Għaliex?• Huwa Alla li jagħti raġuni tal-għixien u l-eżistenza tagħna
Il-bniedem ma jistgħax jibqa’ indifferenti quddiem Alla u dak li uriena fuqu nnifsu.
Is-Sena tal-Fidi Katekeżi11.10.12 – 24.11.13
Alla personali; il-Grazzja, il-Fidi u r-Raġuni
• Alla ta’ lill-bniedem il-fakultà li jagħarfu.• Alla personali• Alla u l-bniedem f’relazzjoni• Alla li jagħti l-grazzja• Fidi u Raġuni mhux kontra xulxin
Alla li ħalaq il-bniedem tah ukoll il-grazzja biex jagħarfu u jkollu relazzjoni personali miegħu. Il-Fidi u r-raġuni flimkien: esperjenza ta’ Alla.
Is-Sena tal-Fidi Katekeżi11.10.12 – 24.11.13
Il-Fidi u l-Patt il-Ġdid
• Il-wegħda ta’ Alla hi għal dejjem;• Ma hemmx revelazzjoni oħra;• Dehra glorjuża ta’ Ġesú;• Revelazzjoni ntemmet (dak li ried jgħidilna Alla diġa qalulna);• Il-fidi nisranija li tgħini nifhem u nara tul iż-żminijiet. (reading the signs of times)
66. “Il-Patt il-Ġdid hu definittiv ugħal dejjem, għalhekk iż-żmiental-ekonomija nisranija qatt ma huse jgħaddi, u m’għandniexnistennew ebda rivelazzjonipubblika ġdida f’dan iż-żmien qabelid-dehra glorjuża ta’ Sidna ĠesùKristu”.Iżda, għalkemm ir-Rivelazzjonintemmet, għad ma ħarigx beraħgħal kollox kull ma fiha, hi l-fidinisranija li trid tifhem u tara, bil-modil-mod tul iż-żminijiet, kull ma fihar-Rivelazzjoni.
Is-Sena tal-Fidi Katekeżi11.10.12 – 24.11.13
Rivelazzjoni u Fidi Waħda
• Il-qofol u l-unika Rivelazzjoni huwa Ġesú Kristu hekk kif urieh il-Missier u kif twassalulna l-Knisja, li tagħha, Ġesú hu r-Ras.
• Kull veritá oħra li nisimgħu minn sorsi oħra, ma jistgħux jiġu aċċettati mill-fidili.
• Aħna mħeġġin li nkunu nafu l-fidi tagħna: F’min Nemmen.
67. Il-fidi nisranija ma tistax
taċċetta xi
“rivelazzjonijiet” li
jippretendu jgħaddu jew
jikkoreġu r-Rivelazzjoni li
tagħha l-qofol hu Kristu.
Hu l-każ ta’ xi reliġjonijiet
mhux insara, u wkoll ta’ xi
setet ta’ żmienna li
jibbażaw ruħhom fuq
rivelazzjonijiet bħal dawn.
Is-Sena tal-Fidi Katekeżi11.10.12 – 24.11.13
Depositum Fidei
• Il-Fidi (teżor): Tradizzjoni u Skrittura;• Fdat mill-Appostli lill-Knisja;• Jintrabat flimkien mar-ragħajja;• Fit-tagħlim tal-Appostli, fl-għaqda bejn kulħadd, fil-qsim tal-ħobż u fit-talb;• Fil-ħarsien, fil-ħajja u fl-istqarrija tal-fidi, ikun hemm għaqda singulari.
• Il-Knisja ġiet afdata b’dan it-Teżor (fidi) u li dan insiebuh kemm fit-Tradizzjoni Appostolika kif ukoll fl-iSkrittura...Dawn huma Font Wieħed tar-Rivelazzjoni.
84. “It-teżor imqaddes” (1 Tim
6,20; 2 Tim 1,12-14) tal-fidi (depositum fidei), li jinsab fit-Tradizzjoni u fl-Iskrittura Mqaddsa, ġie fdat mill-Appostli lill-Knisja kollha. “Il-poplu qaddis ta’ Alla kollu, huwa u jintrabat ma’ dan il-wirt, flimkien mar-ragħajja tiegħu, jibqa’ dejjem sħiħ fit-tagħlim tal-Appostli, fl-għaqda bejn kulħadd, fil-qsim tal-ħobż u fit-talb, hekk li fil-ħarsien, fil-ħajja u fl-istqarrija tal-fidi li twasslitlu, ikun hemm, bejn ir-ragħajja u l-fidili, għaqda fl-ispirtu tassew singulari”.
Is-Sena tal-Fidi Katekeżi11.10.12 – 24.11.13
Il-Maġisteru u l-Kelma ta’ Alla
• Il-Kelma ta’ Alla fuq kollox;• Il-Maġisteru għall-qadi tal-Kelma;• Il-Maġisteru:
jisma, iħarisha, ifissirha bit-tjieba, bil-qdusija, bil-fedeltá
• Nemmnu li dak li irrevelalna Alla nnifsu permezz tal-Kelma, (l-iSkrittura kollha), nemmnuh bhala dak li jrid Alla li nemmnu biex insalvaw.
86. “Għalhekk dan il-Maġisteru,mhux aqwa mill-Kelma ta’ Allaimma hu għall-qadi tagħha, billijgħallem dak biss li ġie trasmess,għaliex b’ordni ta’ Alla u bl-għajnuna tal-Ispirtu s-Santu, irid jisma’ din il-Kelma bi tjieba, iħarisha bi qdusija u jfissirha b’fedelta sħiħa, u minn dan id-depożitu waħdieni tal-fidijrid jieħu dak kollu li jipproponibiex jitwemmen bħala rivelat minn Alla”.
Is-Sena tal-Fidi Katekeżi11.10.12 – 24.11.13
Il-Maġisteru tal-Knisja
• L-awtoritá li ġejja minn Kristu;• Jiddefinixxi dommi ta’ Fidi;• Li torbot b’rabta ta’ Fidi;• Veritajiet li jinsabu fir-Rivelazzjoni; jew• li għandhom rabta necessarja magħhom.
Il-Maġisteru jservi l-Kelma (Logos) ta’ Alla u li ma jgħidx xejn ġdid ħlief dak li ġie fdat lilna permezz tar-Rivelazzjoni ta’ Ġesú Kristu.
88. Il-Maġisteru tal-Knisja jħaddem għal kollox l-awtorità li għandu minnKristu, meta jiddefinixxi xi dommi, jiġifieri meta jipproponi b’sura li torbot il-poplu nisrani b’rabta ta’ fidili ma jistax jerġa’ lura minnha, xi veritajiet li jinsabu fir-rivelazzjoni jew meta wkoll jipproponi b’mod definittiv xi veritajiet li għandhomrabta neċessarja magħhom.
Is-Sena tal-Fidi Katekeżi11.10.12 – 24.11.13
Il-ħajja spiritwali, Fidi u Dommi.
• Rabta bejn dak li nemmen, dak li ngħix u dak it-tgħalim tal-fidi;• Fidi li trid tiġi mdawwla mit-tgħalim;• Meta ngħixu dak li nemmnu l-fhema tagħna (għarfien) tkunu miftuha permezz tad-dawl li jagħtuna d-dommi tal-fidi.
Skont il-Vanġelu ta’ Ġwanni 8,31-32 insibu lil Ġesù jfakkarna dwar xi tfisser tkun dixxiplu tiegħu.
89. Hemm rabta organika bejn il-ħajja spiritwali tagħna u d-dommi. Dawn huma dwal fil-mixi tal-fidi tagħna, li jdawluh u jiżgurawh. Minn naħa l-oħra, jekk ħajjitna hi dritta, kemm il-fehma tagħna u kemm qalbna jkunu miftuħin biex jilqgħu d-dawl tad-dommi tal-fidi (Ġw 8,31-32).
Is-Sena tal-Fidi Katekeżi11.10.12 – 24.11.13
Il-ġerarkija fid-dommi tal-Fidi
• Rabta bejn id-dommi tal-Fidi• Kristu hu l-Milja tal-Fidi• Hemm ġerarkija ta’ veritajiet
Il-veritajiet tal-fidi nisranija għandhom posthom fit-twemmin nisrani. Dan għaliex hemm veritajiet li huma għola fl-ordni ġerarkika minn oħrajn.
Eże. : li wieħed jemmen li Alla huwa Trinitá hija ħafna għola milli nemmen li għamilt dnub venjal.
90. Ir-rabtiet bejniethom u l-koerenza tad-dommi nistgħu nsibuhom fir-Rivelazzjoni kollha kemm hi tal-Misteru ta’ Kristu. “Hemm ordni jew ‘ġerarkija’ fil-veritajiettad-duttrina kattolika, għax ir-rabta ta’ kull veritá mal-pedament tal-fidi nisranija m’hijiex listess”.
Is-Sena tal-Fidi Katekeżi11.10.12 – 24.11.13
Ix-Xirka tal-Insara u l-Fidi
• Is-sens sopranaturali tal-fidi (jitraxxendi n-natura), jiġifieri, meta l-poplu kollu ta’ dawk li jemmnu, mill-isqof sa lanqas fost il-lajċi, jkunu qed jemmnu l-istess ħaġa dwar: (i) il-fidi; u (ii) morali (dak li jgħixu); • Ma tistgħax titqarraq għax hemm din l-unitá tal-poplu ta’ Alla dwaru.
Dan ifisser li, ġaladarba wieħed jitwarrab mill-Knisja, hemm ċans li jista’ jiġi mqarraq fuq il-livell tal-fidi u tal-morali f’ħajtu.
92. “Ix-xirka tal-nsara” ...ma tistax titqarraq fil-fidi, dan turih permezz tas-sens sopranaturali tal-fidi li għandu l-poplu kollu ta’ Alla, meta l-fidili kollha, “mill-Isqfijiet sa lanqas wieħed fost il-lajċi”, juru li jaqblu lkoll flimkien f’dak li għandu x’jaqsam mal-fidi u mal-morali.
Is-Sena tal-Fidi Katekeżi11.10.12 – 24.11.13
Is-sens tal-Fidi u l-Ħajja
• Hemm rabta intrinsika bejn dak li wieħed jemmen u dak li jghix. Hija l-Knisja ta’ Ġesú Kristu, li lilHa ġiet fdata il-fidi mill-Appostli u s-suċċessuri tagħhom, li se tgħin lil fidili billi tgħallimhom u tfissrilhom il-fidi vera.
93. “Permezz ta’ dan is-sens tal-fidi, imqanqal u msaħħaħ mill-Ispirtu tal-Verità, il-poplu kollu ta’ Alla, immexxi minn dawk li għandhom is-setgħa li jgħallmu,...jintrabat għal dejjem mal-fidi mogħtija darba lill-qaddisin, jifhimha aktar fil-fond, ifissirha kif jixraq u jgħixha aktar f’ħajtu”.
Is-Sena tal-Fidi Katekeżi11.10.12 – 24.11.13
L-Ispirtu s-Santu bħala Għajnuna ta’ Għarfien ta’Alla
• L-Ispirtu s-Santu huwa “Il-Mulej li jagħti l-ħajja”. Huwa jgħin lil dak li jemmen biex jikber fil-fidi. Għalhekk, waqt li naħsbu u nfittxu dwar il-Kelma ta’ Alla, l-Ispirtu s-Santu jagħtina għarfien aktar fil-fond skont dik il-veritá li ġiet rivelata lilna minn Ġesú Kristu.
94. Bl-għajnuna tal-Ispirtu s-Santu, fil-ħajja tal-Knisja tista’ tikber kemm l-intelliġenza tar-realtajiet kif ukoll tal-kliem tal-wirt tal-fidi: “bil-kontemplazzjoni u l-istudju ta’ dawk kollha li jemmnu huma u jaħsbu fuqhom bejnhom u bejn ruħhom”; b’mod partikulari “r-riċerka teoloġika twassal għall-għarfien aktar fil-fond tal-verità rivelata”.
Is-Sena tal-Fidi Katekeżi11.10.12 – 24.11.13
Il-fidi Nisranija hija marbuta mal-Persuna ta’ Ġesù Kristu
• Il-Kelma ta’ Alla saret ‘laħam’• Il-Kelma ta’ Alla hija Ġesù Kristu, l-Iben il-Waħdieni• Il-ħajja nisranija hija din il-ħajja ta’ Ġesù u ma Ġesù; mal-Kelma• L-Ispirtu s-Santu li Hu l-Mulej li jagħti l-ħajja, Huwa jdawlilna moħħna biex ngħamlu din l-esperjenza ta’ Ġesù kuljum fil-ħajja tagħna.
108. Iżda, l-fidi Nisranija m’hijiex “xi reliġjon ta’ ktieb”. Il-Kristjaneżmu huwa r-reliġjon tal-“Kelma” ta’ Alla, Kelma li “m’hijiex xi kelma miktuba u mbikkma, iżda l-Kelma (il-Verb) magħmula bniedem u ħajja”. Biexil-Kotba Mqaddsa ma jibqgħux ittra mejta, jeħtieġ li Kristu, il-Kelma ta’ dejjem ta’ Alla l-ħaj, permezz tal-Ispirtu s-Santu, “jiftħilna moħħnabiex nifhmu l-Iskrittura” (Lq 24,45).
Is-Sena tal-Fidi Katekeżi11.10.12 – 24.11.13
Hemm rabta sħiħa bejn, il-veritajiet tal-fidi, il-Pjan tar-Rivelazzjoni u d-doni li kull wieħed għandu.
• Il-veritajiet tal-fidi huma marbutin:• ma xulxin;• ma dak lir-Rivelalna Alla
dwaru nnifsu;• mad-doni li Alla tagħna
skont ma għoġob lilu għall-bini tal-Knisja (il-komunità nisranija)
114. Trid tingħata attenzjoni għall- “analoġija tal-fidi” (Rum 12,6). “B’analoġija tal-fidi” nifhmu, r-rabta liema bħalha tal-veritajiet tal-fidi, bejniethom u mal-pjan kollutar-Rivelazzjoni.
(Aħna għandna doni differenti skont il-grazzja li Alla tana; jekk għandna d-don tal-profezija, ħa nħaddmuh skont il-qjies tal-fidi;)
Is-Sena tal-Fidi Katekeżi11.10.12 – 24.11.13
Alla li għadu jitkellem permezz tal-Kelma Tiegħu, liema kelma hi qawwijja u b’saħħita.
• Hemm rabta intrinsika bejn il-Kelma ta’ Alla u l-qawwa tagħha u l-fidi tal-Knisja (il-Knisja – kull persuna mgħammda);
• Li għandu jkun hemm libertá biex in-nisrani jkollu aċċess għall-Iskrittura. Dan jitfa’ responsabiltà fuq in-nisrani li mhux biss ikollu l-Kelma ta’ Alla, iżda li għandu jaqraha u jgħixa.
131. “Hemm tant qawwa u saħħa fil-kelma ta’ Alla, li żżomm u tqawwi l-Knisja, isaħħaħ ulied il-Knisja fil-fidi tagħhom, tmantni lil ruħhom, u hi nixxiegħa safja li matintemm qatt fil-ħajja spiritwali tagħhom”. Jeħtieġ li l-bieb tal-Iskrittura Mqaddsa jkun miftuħ beraħ għall-insara.
Is-Sena tal-Fidi Katekeżi11.10.12 – 24.11.13
L-Ittra lil Lhud (1,1) tgħidilna li Alla kellimna b’diversi modi. Alla dejjem beda Hu l-azzjoni tad-djalogu mall-bniedem.
• Il-mod li l-bniedem jilqa’ l-istedina ta’ Alla u ta’ dak li Alla nnifsu urina fuqu nnifsu hija billi jemmen. • Il-fidi hi r-risposta tal-bniedem għas-sejħa li Alla jagħmel kontinwament.
142. Bir-rivelazzjoni tiegħu Alla li ma jidhirx, fil-kobor bla qjies ta’ Mħabbtu, jkellem lill-bnedmin qishom ħbiebu u jitħaddet magħhom biex jistedinhom jidħlu ujilqagħhom f’xirka miegħu.It-tweġiba xierqa għal dinl-istedina hi l-fidi.
Is-Sena tal-Fidi Katekeżi11.10.12 – 24.11.13
Il-fidi twassal lill-bniedem li jintelaq f’idejn Alla.
• Li wieħed ikollu l-fidi ma jfissirx li wieħed ikun qed jifhem;
• Li wieħed jafda ‘l Alla f’ ħajtu ma jfissirx li jkun jaf x’se jiġri;
• Li wieħed ikollu l-fidi f’Alla jfisser li jaf li dan Alla jħobbu sopranaturali u li jgħix ġewwa fih u huwa qrid tiegħu aktar milli wieħed hu qrib tiegħu innifsu.
143. Bil-fidi l-bniedem iħalli għal kollox f’idejn Alla l-intelliġenza u r-rieda tiegħu u, b’ruħu u ġismu jagħti l-kunsens tiegħu lil Alla, awturtar-rivelazzjoni. L-Iskrittura ssejjaħ “ubbidjenza tal-fidi” din it-tweġiba tal-bniedem lil Alla, li jirrevela lilu nnifsu “Bih aħna rċevejna l-grazzja tal-appostolat biex inwasslu għall-ubbidjenza tal-fidi l-bnedmin fost il-ġnus kollha għall-ġieħ ta' ismu. Lil dan Alla li issa rrivelalna dan il-misteru, u għarrfu lill-ġnus bil-Kitba tal-Profeti, skont l-ordni tiegħu, Alla ta' dejjem, biex iwassalhom għall-ubbidjenza tal-fidi.”
Is-Sena tal-Fidi Katekeżi11.10.12 – 24.11.13
IL-Fidi: li toqgħod minn rajk għas-sejha ta’ Alla f’ ħajtek.
• Toqgħod minn rajk;• B’mod ħieles;• Għall-Kelma ta’ Alla;• Alla li hu Veritá fih
innifsu;• Veritá garantita;• Abraham u Marija żewġ
mudelli tal-Fidi.
Meta minn rajja u b’mod ħieles noqgħod għall-Kelma ta’ Alla, allura, Kelma ta’ Veritá, jien inwelled lil Kristu ġewwa fija biex imbagħad ngħaddieh lil oħrajn.
144. Tobdi (mill-Latin “ob-audire”)fil-fidi ifisser “toqgħod minn rajkb’mod ħieles għall-kelma li tismá”, għax il-veritá tagħha hi garantitaminn Alla, il-Veritá fih innifsu. Ta’ din l-ubbidjenza Abraham humudell li tagħtina l-IskritturaMqaddsa. Fil-Verġni Marija dinl-ubbidjenza seħħet b’mod l-iktarperfett.
Is-Sena tal-Fidi Katekeżi11.10.12 – 24.11.13
Permezz tal-Fidi aħna nkunu nistgħu nobdu ‘l Alla fil-mixja tagħna miegħu.
Permezz tal-Fidi aħna nidħlu fil-ġewwieni tal-ħajja ta’ Alla u jkollna esperjenza ta’ dak Alla li ma jidihrx u ‘tad-dlam tal-Fidi.’
Permezz tal-Fidi titwieled ġewwa fina l-Kelma ta’ Alla u ngħamlu esperjenza ta’ dak li hu Divin.
Permezz tal-Fidi ngħamlu affarijiet li weħidna jew bil-qawwa naturali biss ma jirnexxilniex inwettqu.
145. L-Ittra lil-Lhud, fil-ġieħ kbir litagħti lill-fidi ta’ missirijietna,tinsisti b’mod partikulari fuq il-fidi ta’ Abraham. “Kienet il-fidi li ġagħlet lil Abraham jobdi s-sejħa ta’ Alla, meta dan qallu jmur f’art li kien se jagħtih b’wirt; u telaq bla ma kien jaf fejn kien sejjer”. Kienet il-fidi li wasslitu biex jgħix bħala barrani u frustier fl-Art imwiegħda. Kienet il-fidi li ġagħlet lil Sara tilqá l-fatt li kellha tnissel iben il-wegħda. U flaħħarnett, kienet il-fidi li wasslet lil Abraham biex joffri b’sagrifiċċju lill-ibnu l-waħdieni.
Is-Sena tal-Fidi Katekeżi11.10.12 – 24.11.13
L-Ittra lil Lhud turina ċar diversi affarijiet importanti dwar il-fidi u l-effett tagħha fil-mixja eskatoloġika tagħna.
1. Hija pedament(fuq x’hiex se nibnu);
2. Tagħtina tama(tama ġejja mill-Ispirtu s-Santu);
3. Hija prova(ċertezza u sigurtà ta’ dawn l-affarijiet);
4. Dwar ħwejjeġ li ma jidhrux.(il-Fidi hi pass lejn id-Dlam għaliex aħna qatt ma nistgħu nitkellmu jew inkun nafu kollox dwar Alla).
146. B’hekk Abraham wera x’inhi
d-definizzjoni tal-fidi mogħtija
mill-Ittra lil Lhud: “Il-fidi hija l-
pedament tal-ħwejjeġ li għandna
nittamaw, hija l-prova tal-ħwejjeġ
li ma jidhrux” (Lh 11,1).
Is-Sena tal-Fidi Katekeżi11.10.12 – 24.11.13
Ir-Rabt bejn it-TQ u t-TĠ toħroġ ċar ir-rabta li hemm bejniethom.
Fiż-żewġ Testamenti, il-Fidi hi protagonista qawwijja. Dan jitfa’ dawl dwar kif Alla rrevela lilu nnifsu bil-mod matul iż-żminijiet sakemm waslet “il-milja taż-żminijiet” li fieh deher Ġesu u rrevelalna aktar dwar il-Missier u l-Ispirtu s-Santu.
Għalhekk, l-Ittra lil Lhud tgħidilna li Ġesu u l-awtur tas-salvazzjoni tagħna u li l-fidi tibda u tintemm fih.
147. It-Testment il-Qadim għandugħana ta’ xhieda dwar din il-fidi.L-Ittra lil Lhud ixxandar it-tifħir tal-fidi eżemplari tax-xjuħ ta’ l-imgħoddi “li qalgħu xhieda tajba” biha. Iżda “Alla refá xi ħaġa aħjargħalina”, il-grazzja li nemmnu f’Ibnu Ġesú “li minnu tibda u fih tintemm il-fidi tagħna”
Is-Sena tal-Fidi Katekeżi11.10.12 – 24.11.13
Il-Katekiżmu qiegħed jerġa’ jippreżentalna lil Marija bħala l-mudell perfett ta’ kif persuna li temmen f’Alla u l-Kelma tiegħu għandha tgħix.
F’Marija insibu diversi virtuwijiet, fost oħrajn:
Mara ta’ talb; Mara umli; Mara li taqdi; Mara li tisma’ Mara li tobdi; Mara ta’ fiduċja Mara li temmen; Mara li taf issofri; Mara ta’ gratitudni Mara ta’ fidi.
148. Il-Verġni Marija għexet b’modl-aktar perfett l-ubbidjenza tal-fidi.Bil-fidi, Marija laqgħet it-tħabbira u lwegħda li wasslilha l-anġluGabrijel, għax emmnet li “għal Allama hemm xejn li ma jistax isir;” u aċċettat dak li qalilha l-anġlu: “Ara, jiena l-qaddejja tal-Mulej, ħa jsir minni skont kelmtek”.Eliżabetta sselmilha: “Ħienja dik liemmnet li jseħħ kull ma bagħatjgħidilha l-Mulej”. Hu minħabba din il-fidi li kull nisel isejħilha ħienja.
Is-Sena tal-Fidi Katekeżi11.10.12 – 24.11.13
Għal darboħra, il-Katekiżmu qed jippreżentalna lil Marija, Omm Ġesú bħala l-mudell ewlieni tat-Testment il-Ġdid.
Il-fidi ta’ Marija ma kienetx biss ‘tal-bnazzi’, - meta kulħadd kien jiġri wara Ġesú, speċjalment meta jgħamel xi miraklu, iżda tidher l-aktar fil-passjoni u l-mewt ta’ binha.
Hi hawnhekk li l-fidi tagħtina d-dawl meħtieġ biex tfakkarna li l-Kelma ta’ Alla ma tqarraqx u għalhekk dejjem isseħħ kif ikun qal Alla nnifsu.
149. Tul ħajjitha kollha, sal-aħħarprova li ġarrbet, meta Ġesú binha kien qed imut fuq is-salib, il-fidi tagħha qatt ma ġiet nieqsa.
Marija qatt ma waqfet li temmen li, l-kelma tal-Mulej “dejjem isseħħ.”
U għalhekk il-Knisja tqim f’Marija s-sħuħija l-aktar safja tal-fidi.
Is-Sena tal-Fidi Katekeżi11.10.12 – 24.11.13
Il-Fidi titlob rabta, liema rabta hi mal-Infinit, Alla nnifsu. Li wieħed jemmen f’Alla tfisser ukoll li qiegħed jaċċetta b’mod liberu u ħieles ir-Rivelazzjoni li Alla nnifsu tagħna.Matul iż-żminijiet, kien Alla nnifsu li uriena min Hu permezz ta’ Ġesú Kristu.Għalhekk, li wieħed ikollu l-fidi f’Alla tfisser wisq aktar milli wieħed jafda fil-bniedem.Dan jitlob mill-bniedem tal-fidi li jkollu relazzjoni personali ma Alla biex jasal biex jgħarfu, iħobbu u jservieH.
150. Il-fidi hi qabel xejn rabtapersonali tal-bniedem ma’Alla, ufl-istess ħin, ukoll ħaġa waħda ma l’aċċettazzjoni ħielsa tal-veritá kollha rrivelata minn Alla. Bħalarabta ma’ Alla u aċċettazzjoni tal-veritá rrivelata minnu, il-fidi nisranija m’hijiex l-istess bħat-twemmin f’xi bniedem. Hi ħaġa xierqa u sewwa li wieħedjafda ruħu għal kollox f’Alla ujemmen bis-sħiħ kull ma’ jgħid. Iżda tkun ħaġa fiergħa u qarrieqatqiegħed fidi bħal din f’xi ħolqien
Is-Sena tal-Fidi Katekeżi11.10.12 – 24.11.13
Huwa dejjem Alla li jieħu l-inizjattiva lejn il-bniedem, ikun f’liema stat ikun.
Biex nersqu u ngħarfu ‘l Alla, Hu stess sawwab fina l-fidi; il-possibiltá biha nistgħu nemmnu fiH.
Il-fidi hi ‘don’, ‘grazzja interna’, ġejja mill-Ispirtu s-Santu; il-Mulej li jagħti l-ħajja.
B’hekk l-għajnejn tar-ruħ jinfetħu, jaraw u jemmnu.
153. Il-fidi hi don ta’ Alla, virtúsopranaturali msawba fina minnu.“Biex jistqarr din il-fidi, l-bniedemgħandu bżonn il-grazzja ta’ Alla, litkompli tgħinu fl-istqarrija tal-fidi,flimkien ma’ għajnuna internament mill-Ispirtu s-Santu; li jmiss qalb il-bniedem u jdawwarha lejn Alla, jiftaħ għajnejn ir-ruħ ujagħti lil kulħadd li jilqa’ bil-ħlewwa l-veritá u jemminha”
Is-Sena tal-Fidi Katekeżi11.10.12 – 24.11.13
L-intelliġenza li tiġi bl-għarfien u r-rieda li hi att minn naħa tal-bniedem biex jemmen jew jirrifjuta xi ħaġa, jaħdmu mal-grazzja ta’ Alla.
Il-Katekiżmu qed jerġa’ jfakkarna li huwa Alla nnifsu li hu l-bidu ta’ kull ħaġa tajba fil-bniedem u għall-bniedem.
Alla, li barra li jagħtina l-fakultajiet neċessarji, jagħtina wkoll il-grazzja sopranaturali tiegħu biex tgħinna naslu għal għan aħħari li ngħamlu r-rieda tiegħu, biex b’hekk inkunu bnedmin sħaħ u liberi.
155. Fil-fidi, l-intelliġenza u r-riedatal-bniedem jaħdmu flimkienmal-grazzja ta’ Alla. “It-twemmin hu għemil tal-intellett li jaċċetta l-veritá ta’ Alla b’ordni tar-rieda, mqanqla mill-grazzja ta’ Alla.
Is-Sena tal-Fidi Katekeżi11.10.12 – 24.11.13
Il-Motiv tat-twemmin
F’dan il-punt, il-Katekizmu jfakkarna u jaghmel cara r-raguni tal-motiv li wiehed jemmen f’Alla.
Il-Katekizmu jispjega li l-vera raguni mhix ahna il-veritajiet dwar Alla b’xi mod nistghu nifhmuhom bir-raguni, izda l-motiv li nemmen f’Alla gej minn Alla nnifsu li ma jistghax iqarraq bina u l-anqas biH Innifsu.
Ghalhekk, Alla stess mhux biss taghna ghajnuna interna tal-Ispirtu Qaddis, izda wkoll irrevela lilu nnifsu.
156. Il-motiv li jġiegħel ‘il wieħedjemmen, mhux il-fatt li l-veritajietrivelati jidhru bħala veri u jistgħujiftehmu fid-dawl tar-raġuni naturali tagħna. Aħna nemmnu “fuq lawtoritá ta’ Alla li, jirrivelalna l-veritajiet tiegħu u li, la jista’ jqarraq u lanqas jitqarraq”. “Iżda biex il-qima tal-fidi tagħna tkun taqbel mar-raġuni, Alla ried li, mal-għajnuna interna tal-Ispirtu, ikun hemm provi esterni tar-Rivelazzjoni.”