sezzjoni qari. aqra sew din is-silta u wieġeb il ... · sezzjoni qari. aqra sew din is-silta u...

20
Sezzjoni Qari . Aqra sew din is-silta u wieġeb il-mistoqsijiet. (30 marka) Pupa Miksura Nicolette kienet tħobb il-pupi. Waqt li hi kienet taqra kienet dejjem iżżomm f’ħoġorha waħda mill-pupi tagħha u toqgħod taparsi taqralha u turiha l-istampi. Il- pupa favorita ta’ Nicolette kienet waħda b’għajnejha ċelesti u xagħarha twil isfar lewn id-deheb. Minħabba f’hekk semmietha ‘Marigold’. Nicolette kienet tħobbha wisq lil Marigold u dejjem lilha kienet iżżomm waqt il-qari. (Paragrafu 1) F’Marzu li għadda Nicolette għalqet seba’ snin u n-nannu kellu rigal speċjali għaliha. Xi ġranet qabel kien qiegħed ifittex xi ħaġa ġo senduq antik li kellu fil- kamra tal-bejt, u hemm sab Golliwog. Dan hu pupu taċ-ċarruta b’wiċċu iswed, xagħru mqanfed u liebes ħwejjeġ b’ħafna kuluri. (Paragrafu 2) In-nannu kebbeb il-pupu ġo karta tar-rigali u tah lil Nicolette. Għal Nicolette dan kien pupu speċjali għax qatt ma kienet rat bħalu. Waqt li tkun taqra bdiet iżżommu f’ħoġorha u Marigold ħassitha mwarrba u bdiet tgħir għalih. “Int m’intix ħabib tagħna. Lili ħadtli posti ma’ Nicolette, avolja jien ħafna isbaħ minnek. Aħna ma rridukx magħna. Itlaq minn fejn ġejt.” (Paragrafu 3) Golliwog kien jiddispjaċieh ħafna meta kienet tkellmu hekk. Darba waħda Nicolette nsiet it-tieqa tal-kamra miftuħa, u l-purtiera bdiet ittir mar-riħ. Il-purtiera laqtet lil Marigold u waqqgħetha minn fuq l-ixkaffa. Malli ħabtet mal-art idha x- xellugija nqalgħet minn postha. Marigold tgħidx kemm bdiet tnewwaħ! Ħadd mill-pupi l-oħra ma resaq jgħinha imma Golliwog qabeż minn fuq l-ixkaffa u resaq ħdejha biex jgħinha. Marigold saret ħamra nar, “Grazzi”, qaltlu b’leħen baxx. “Skużani li kont kattiva miegħek”. (Paragrafu 4) (Kitba ta’ Carmel G. Cauchi, meħudha mis-Sagħtar Ottubru’09)

Upload: others

Post on 21-Oct-2019

5 views

Category:

Documents


0 download

TRANSCRIPT

Page 1: Sezzjoni Qari. Aqra sew din is-silta u wieġeb il ... · Sezzjoni Qari. Aqra sew din is-silta u wieġeb il-mistoqsijiet. (30 marka) Pupa Miksura Nicolette kienet tħobb il-pupi. Waqt

Sezzjoni Qari. Aqra sew din is-silta u wieġeb il-mistoqsijiet. (30 marka)

Pupa Miksura

Nicolette kienet tħobb il-pupi. Waqt li hi kienet taqra kienet dejjem iżżomm

f’ħoġorha waħda mill-pupi tagħha u toqgħod taparsi taqralha u turiha l-istampi. Il-

pupa favorita ta’ Nicolette kienet waħda b’għajnejha ċelesti u xagħarha twil isfar

lewn id-deheb. Minħabba f’hekk semmietha ‘Marigold’. Nicolette kienet tħobbha

wisq lil Marigold u dejjem lilha kienet iżżomm waqt il-qari. (Paragrafu 1)

F’Marzu li għadda Nicolette għalqet seba’ snin u n-nannu kellu rigal speċjali

għaliha. Xi ġranet qabel kien qiegħed ifittex xi ħaġa ġo senduq antik li kellu fil-

kamra tal-bejt, u hemm sab Golliwog. Dan hu pupu taċ-ċarruta b’wiċċu iswed,

xagħru mqanfed u liebes ħwejjeġ b’ħafna kuluri. (Paragrafu 2)

In-nannu kebbeb il-pupu ġo karta tar-rigali u tah lil Nicolette. Għal Nicolette

dan kien pupu speċjali għax qatt ma kienet rat bħalu. Waqt li tkun taqra bdiet

iżżommu f’ħoġorha u Marigold ħassitha mwarrba u bdiet tgħir għalih. “Int m’intix

ħabib tagħna. Lili ħadtli posti ma’ Nicolette, avolja jien ħafna isbaħ minnek.

Aħna ma rridukx magħna. Itlaq minn fejn ġejt.” (Paragrafu 3)

Golliwog kien jiddispjaċieh ħafna meta kienet tkellmu hekk. Darba waħda

Nicolette nsiet it-tieqa tal-kamra miftuħa, u l-purtiera bdiet ittir mar-riħ. Il-purtiera

laqtet lil Marigold u waqqgħetha minn fuq l-ixkaffa. Malli ħabtet mal-art idha x-

xellugija nqalgħet minn postha. Marigold tgħidx kemm bdiet tnewwaħ! Ħadd

mill-pupi l-oħra ma resaq jgħinha imma Golliwog qabeż minn fuq l-ixkaffa u resaq

ħdejha biex jgħinha. Marigold saret ħamra nar, “Grazzi”, qaltlu b’leħen baxx.

“Skużani li kont kattiva miegħek”. (Paragrafu 4)

(Kitba ta’ Carmel G. Cauchi, meħudha mis-Sagħtar Ottubru’09)

Page 2: Sezzjoni Qari. Aqra sew din is-silta u wieġeb il ... · Sezzjoni Qari. Aqra sew din is-silta u wieġeb il-mistoqsijiet. (30 marka) Pupa Miksura Nicolette kienet tħobb il-pupi. Waqt

A. Mistoqsijiet:

1. X’ġugarell kellha għal qalbha Nicolette?

__________________________________________________________________

2. X’kienet tagħmel Nicolette meta kienet tkun qed taqra?

__________________________________________________________________

3. Meta tiċċelebra għeluq sninha Nicolette?

__________________________________________________________________

4. Minn fejn sab ir-rigal għal Nicolette n-nannu?

__________________________________________________________________

5. Iddeskrivi dan il-pupu fi kliemek.

__________________________________________________________________

__________________________________________________________________

6. Min ma ħax gost b’Golliwog? Għaliex?

__________________________________________________________________

7. Kif kien iħossu Golliwog meta Marigold kienet tkellmu bil-goff?

__________________________________________________________________

8. Xi ġralha darba waħda Marigold?

__________________________________________________________________

9. Min mar jgħinha?

__________________________________________________________________

Page 3: Sezzjoni Qari. Aqra sew din is-silta u wieġeb il ... · Sezzjoni Qari. Aqra sew din is-silta u wieġeb il-mistoqsijiet. (30 marka) Pupa Miksura Nicolette kienet tħobb il-pupi. Waqt

10. X’tgħallimt minn din l-istorja?

________________________________________________________________

_______________________________________________________ (10 marki)

B.Mis-Silta:

i. Sib 2 nomi proprji: __________________ ____________________(2)

ii. Sib 2 nomi komuni:__________________ ____________________(2)

iii. Sib 2 aġġettivi li jiddeskrivu x-xagħar ta’ Marigold:

_____________________ ______________________ (2)

iv. Agħmel sinjal taħt il-verbi:

In-Nannu kebbeb il-pupu ġo karta tar-rigali u tah lil Nicolette. (2)

v. Aqleb fil-femminil.

In-nannu sab pupu taċ-ċarruta b’wiċċu iswed. (4)

________________________________________________________

vi. Aqleb fil-plural.

It-tieqa tal-kamra kienet miftuħa. (4)

________________________________________________________

Ċ. Agħti kelma waħda flok dawn il-kliem:

i. mqanfed (paragrafu 2) - __________________________ (1)

ii. ċarruta (paragrafu 2) - _________________________(1)

iii. kebbeb ġo karta tar-rigali (paragrafu 3) - ________________________(1)

iv. tnewwaħ (paragrafu 4) - _____________________(1)

Page 4: Sezzjoni Qari. Aqra sew din is-silta u wieġeb il ... · Sezzjoni Qari. Aqra sew din is-silta u wieġeb il-mistoqsijiet. (30 marka) Pupa Miksura Nicolette kienet tħobb il-pupi. Waqt

Sezzjoni Kitba.

Djalogu bejn żewġt itfal dwar il-ġugarelli

tagħhom. Kompli dan id-djalogu.

Pawlu: ____________________________________________________________

Toni: Inħobb nilgħab bil-mudelli ta’ karozzi differenti.

Pawlu: ____________________________________________________________

Toni: Inżommhom ġo vetrina fil-kamra tiegħi.

Pawlu: Jien inħobb nilgħab logħob differenti fuq il-kompjuter.

Toni: ______________________________________________________________

Pawlu: Kuljum wara li nlesti x-xogħol tal-iskola.

Toni: Trid nilagħbu ftit ma’ xulxin?

Pawlu: ____________________________________________________________

Toni: L-ewwel nilagħbu ftit fuq il-kompjuter u wara nurik il-karozzi tiegħi. Tajjeb?

Pawlu: ____________________________________________________________

(10 marki – 2 marki għal kull tweġiba)

Page 5: Sezzjoni Qari. Aqra sew din is-silta u wieġeb il ... · Sezzjoni Qari. Aqra sew din is-silta u wieġeb il-mistoqsijiet. (30 marka) Pupa Miksura Nicolette kienet tħobb il-pupi. Waqt

Komponiment: (20 marka)

Ikteb paragrafu ta’ 10 sentenzi fuq wieħed minn dawn:

1. Meta kont marida.

2. Ġurnata għand in-nanna.

3. Jien għasfur.

(Iddeskrivi x’tip ta’ għasfur int, fejn toqgħod, x’tagħmel matul il-ġurnata, minn fejn issib l-ikel)

4. Ommi ħarġet. Missieri kellu jlestilna l-ikel għal nofsinhar. Ħares lejn l-

istampa u għid x’ġara.

Page 6: Sezzjoni Qari. Aqra sew din is-silta u wieġeb il ... · Sezzjoni Qari. Aqra sew din is-silta u wieġeb il-mistoqsijiet. (30 marka) Pupa Miksura Nicolette kienet tħobb il-pupi. Waqt

__________________________________________________________________

__________________________________________________________________

__________________________________________________________________

__________________________________________________________________

__________________________________________________________________

__________________________________________________________________

__________________________________________________________________

__________________________________________________________________

__________________________________________________________________

__________________________________________________________________

__________________________________________________________________

__________________________________________________________________

__________________________________________________________________

__________________________________________________________________

__________________________________________________________________

__________________________________________________________________

__________________________________________________________________

__________________________________________________________________

__________________________________________________________________

__________________________________________________________________

Page 7: Sezzjoni Qari. Aqra sew din is-silta u wieġeb il ... · Sezzjoni Qari. Aqra sew din is-silta u wieġeb il-mistoqsijiet. (30 marka) Pupa Miksura Nicolette kienet tħobb il-pupi. Waqt

Answer Sheet

A. Mistoqsijiet:

1. Nicolette kienet tħobb ħafna l-pupi.

2. Waqt li kienet taqra kienet iżżomm xi pupa fuq ħoġorha.

3. Nicolette tiċċelebra għeluq sninha f’Marzu.

4. In-nannu sab ir-rigal ġo senduq antik fil-kamra ta’ fuq il-bejt.

5. Golliwog hu pupu taċ-ċarruta b’wiċċu iswed, xagħru mqanfed u liebes ħwejjeġ b’ħafna kuluri.

6. Marigold ma ħaditx gost b’Golliwog għax bdiet tgħir għalih.

7. Golliwog kien jiddispjaċieh ħafna meta kienet tkellmu hekk.

8. Golliwog mar jgħin lil Marigold.

9. Li m’għandna nwarrbu lil ħadd għax nistgħu niġu bżonn kulħadd.

B. Mis-Silta:

i. Jistgħu jvarjaw.

ii. Jistgħu jvarjaw.iii. Twil, isfar.

iv. In-Nannu kebbeb il-pupu ġo karta tar-rigali u tah lil Nicolette.

v. In-nanna sabet pupa taċ-ċarruta b’wiċċha iswed.

vi. It-twieqi tal-kmamar kienu miftuħin.

Ċ. Agħti kelma waħda flok dawn il-kliem:

i. mqanfed (paragrafu 2) - imgerfex

ii. ċarruta (paragrafu 2) - drapp

iii. kebbeb ġo karta tar-rigali (paragrafu 3) - geżwer

iv. tnewwaħ (paragrafu 4) - tibki

Page 8: Sezzjoni Qari. Aqra sew din is-silta u wieġeb il ... · Sezzjoni Qari. Aqra sew din is-silta u wieġeb il-mistoqsijiet. (30 marka) Pupa Miksura Nicolette kienet tħobb il-pupi. Waqt

Oral.

l-Ewwel Taħriġ: It-Tħejjija.

Minuta - Mhux Assessjat.

L-interlokutur jistaqsi dawn il-mistoqsijiet fl-ordni li jidhru.

1. Student A: Bonġu ...……., fi xħin qomt dalgħodu?

Student B: Bonġu ………, fi xħin irqadt filgħaxija?

2. Student A: X’ħadt għall-kolazzjoni dalgħodu?

Student B: X’ġibt ikel miegħek l-iskola llum?

3. Student A: Kif inhu t-temp?

Student B: X’tagħmel wara l-iskola?

4. Student A: Għandek ħutek? Ikbar jew iżgħar minnek?

Student B: Xi tħobb tilgħab mal-ħbieb tiegħek?

5. Student A: Liema hu l-ikel favorit tiegħek? Taħseb li hu tajjeb għal saħħtek?

Student B: Tħobbhom il-vaganzi? Kif tqattagħhom?

Page 9: Sezzjoni Qari. Aqra sew din is-silta u wieġeb il ... · Sezzjoni Qari. Aqra sew din is-silta u wieġeb il-mistoqsijiet. (30 marka) Pupa Miksura Nicolette kienet tħobb il-pupi. Waqt

It-Tieni Taħriġ - L-intervista 3 Minuti.

L-interlokutur jistaqsi dawn il-mistoqsijiet fl-ordni li jidhru.

Student A: X’jismek u x’kunjomok? Spellili ismek.

Student B: Kemm-il sena għandek? Meta tiċċelebra għeluq sninek?

L-interlokutur jgħid lil Student A - “Se nistaqsik xi mistoqsijiet dwar il-ġugarelli tiegħek”.

1. Liema huwa l-aktar ġugarell għal qalbek?

2. Iddeskrivi dan il-ġugarell fi kliemek.

3. Min tak dan il-ġugarell u meta qlajtu?

4. Fejn iżżommu meta ma tkunx qed tilgħab bih?

5. Kif tilgħab b’dan il-ġugarell?

L-interlokutur jgħid lil Student B – “Se nistaqsik xi mistoqsijiet dwar il-ħabib

tiegħek”

1. Għandek xi ħabib/a speċjali?

2. Fejn tiltaqa’ miegħu/magħha?

3. Meta sirt tafu/tafha?

4. Xi tħobbu tilagħbu flimkien?

5. Semmi xi kwalitajiet sbieħ li għandu/għandha?

Page 10: Sezzjoni Qari. Aqra sew din is-silta u wieġeb il ... · Sezzjoni Qari. Aqra sew din is-silta u wieġeb il-mistoqsijiet. (30 marka) Pupa Miksura Nicolette kienet tħobb il-pupi. Waqt

It-Tielet Taħriġ - Stampa Waħda 3 minuti

L-interlokutur jgħid – “Ħarsu lejn din l-istampa. Se nistaqsikom xi mistoqsijiet dwarha”.

L-interlokutur jistaqsi l-ewwel mistoqsija lil Student A u t-tieni lil Student B u jibqa’ sejjer hekk b’mod li t-tnejn jieħdu sehem indaqs fit-test sakemm il-ħin ta’ 3 minuti jiskadi.

1. X’qed tara fl-istampa?

2. Fejn taħseb li qiegħed it-tifel?

3. Iddeskrivi t-tifel.

4. Kif qed iħossu t-tifel? Għaliex?

5. Min taħseb li hi l-persuna li hemm ħdejh? Għaliex?

6. Kemm taħseb li għandu żmien it-tifel?

7. X’taħseb li għamel it-tifel dakinhar?

8. X’taħseb li ħa t-tifel biex iħossu aħjar?

9. Inti ġieli kont marid? Kif tħossok?

10. X’toqgħod tagħmel meta tkun marid?

Page 11: Sezzjoni Qari. Aqra sew din is-silta u wieġeb il ... · Sezzjoni Qari. Aqra sew din is-silta u wieġeb il-mistoqsijiet. (30 marka) Pupa Miksura Nicolette kienet tħobb il-pupi. Waqt
Page 12: Sezzjoni Qari. Aqra sew din is-silta u wieġeb il ... · Sezzjoni Qari. Aqra sew din is-silta u wieġeb il-mistoqsijiet. (30 marka) Pupa Miksura Nicolette kienet tħobb il-pupi. Waqt

Ir-Raba’ Taħriġ - Stampi dwar Tema 3 minuti.

L-interlokutur jgħid – Ħarsu lejn l-istampa l-kbira.

Turi lill-familja waqt ħarġa fil-kampanja.

Issa ħarsu lejn l-istampi ż-żgħar ta’ taħt.

“Liema minn dawn għandhom x’jaqsmu ma’ din l-istampa? Għaliex?”

“Liema minn dawn m’għandhomx x’jaqsmu? Għaliex?

L-interlokutur jistieden lil Student A biex jagħżel stampa u jitkellem dwarha, imbagħad idur fuq Student B u jistaqsih jagħmel l-istess.

F’każ li l-istudenti jeżitaw, l-interlokutur għandu jipponta hu jew hi lejn stampi li l-istudenti jkunu għadhom ma tkellmux dwarhom u jgħid, “U din għandha x’taqsam?”

Page 13: Sezzjoni Qari. Aqra sew din is-silta u wieġeb il ... · Sezzjoni Qari. Aqra sew din is-silta u wieġeb il-mistoqsijiet. (30 marka) Pupa Miksura Nicolette kienet tħobb il-pupi. Waqt
Page 14: Sezzjoni Qari. Aqra sew din is-silta u wieġeb il ... · Sezzjoni Qari. Aqra sew din is-silta u wieġeb il-mistoqsijiet. (30 marka) Pupa Miksura Nicolette kienet tħobb il-pupi. Waqt
Page 15: Sezzjoni Qari. Aqra sew din is-silta u wieġeb il ... · Sezzjoni Qari. Aqra sew din is-silta u wieġeb il-mistoqsijiet. (30 marka) Pupa Miksura Nicolette kienet tħobb il-pupi. Waqt

Taħriġ mis-smigħ – Karta tal-għalliema.

Introduzzjoni

Jitqassmu l-karti bil-mistoqsijiet u t-tfal jintalbu jiktbu isimhom u kunjomhom.

L-Għalliem tgħid lit-tfal li:-

1. => il-karta għandha tinżamm wiċċha ’l isfel.

=> ser tinqralhom silta fuq “Il-Kaxxa tal-Kuluri”.

=> għandhom jisimgħu b’attenzjoni waqt dan l-ewwel qari.

=> ma jwieġbu xejn u ma jiktbu xejn waqt dan il-qari.

3 minuti

2. => jaqilbu l-karta bil-mistoqsijiet wiċċha ’l fuq.

=> l-għalliema taqralhom għal darba l-mistoqsijiet waqt li t-tfal

jaqrawhom f’qalbhom u ma jiktbu xejn.

3 minuti

3. => jaqilbu l-karta tal-mistoqsijiet wiċċha ’l isfel u jisimgħu t-

tieni qari tat-test.

=> ma jwieġbu xejn u ma jiktbu xejn waqt dan it-tieni qari.

3 minuti

4. => għandhom jerġgħu jaqilbu l-karta wiċċha ’l fuq.

=> għandhom iwieġbu billi jagħmlu sing taħt it-tweġiba t-tajba.

=> jimmarkaw waħda biss għal kull mistoqsija.

4 minuti

5. => se jinqralhom it-test għat-tielet darba.

=> jistgħu jkomplu xi mistoqsijiet li ħallew barra waqt it-tielet

qari.

4 minuti

6. => jiċċekjaw it-tweġibiet, ikomplu dawk li m’għamlux u jkunu

ċerti li mmarkaw waħda bħala tweġiba

3 minuti

Page 16: Sezzjoni Qari. Aqra sew din is-silta u wieġeb il ... · Sezzjoni Qari. Aqra sew din is-silta u wieġeb il-mistoqsijiet. (30 marka) Pupa Miksura Nicolette kienet tħobb il-pupi. Waqt

Il-Kaxxa tal-Kuluri

Nicolette kellha ħuha iżgħar minnha. Kien jismu Clive u kien ftit imqareb u rasu iebsa. Lejla waħda Nicolette sabet wieħed mill-kotba tagħha nieqes u dritt waħħlet fi Clive. Qalet li kien hu li ħadulha. Imma Clive qal li ma kienx hu. Nicolette m’emmnitux u riedet tpattihielu. B’rabja kbira fuqha daħlet fil-kamra tiegħu, ħatfitlu l-kaxxa tal-kuluri minn fuq il-mejda u marret bihom fil-kamra tagħha. Fetħet it-tieqa, u battlithom mill-kaxxa għal ġol-għalqa żdingata li kien hemm wara d-dar. Clive tgħidx kemm beka u l-mama’ rrabjat ħafna ma’ Nicolette.

Nicolette mill-ewwel iddispjaċieha għal dak li għamlet f’mument ta’ rabja. Xtaqet ħafna terġa ġġib lura l-kuluri ta’ Clive imma dawn kienu xterdu u nħbew qalb il-ħaxix ħażin li kien hemm fl-għalqa. Imma Nicolette kif setgħet tidħol f’dik l-għalqa?

Dexter, pupu baħri, kien segwa l-istorja kollha u l-għada, waqt li t-tfal kienu l-iskola, sejjaħ lill-pupi l-oħra madwaru u qalilhom x’kien ġara. Imbagħad fissrilhom x’kellu f’moħħu u l-pupi qablu li jgħinuh. Qabdu l-liżar tas-sodda ta’ Nicolette u barmuh qisu ħabel Telgħu fuq xulxin sakemm laħqu l-ħoġor tat-tieqa u dendlu l-liżar għal ġol-għalqa. Imbagħad waqt li l-pupi l-oħra żammew il-liżar mit-tarf, Dexter iddendel miegħu u niżel fl-għalqa. Dam ftit ifittex il-kuluri imma fl-aħħar sabhom kollha. Poġġiehom kollha fil-but tal-qalziet u reġa’ tela’ mal-liżar għal ġol-kamra.

Dexter ġabar il-kaxxa tal-kuluri li kienet għadha fl-art, ixxabbat mal-pumi tal-iskrivanija u hemm ħalla l-kaxxa bil-kuluri. Sadattant il-pupi l-oħra kienu firxu l-liżar lura fuq is-sodda. Meta t-tfal ġew lura mill-iskola, Nicolette telgħet fil-kamra tagħha u rat il-liżar imċaqlaq. Għalhekk resqet biex tirranġah u hemm wara s-sodda sabet il-ktieb il-mitluf! Kien waqgħalha wara s-sodda meta kienet qed taqrah qabel raqdet. Imbagħad lemħet il-kaxxa tal-kuluri fuq l-iskrivanija u ħadet sorpriża. Ma setgħetx tifhem kif kienu ġew hemm.

Qabdet il-kaxxa tal-kuluri u l-ktieb u niżlet b’kollox ħdejn ommha. Clive kien hemm ukoll. Nicolette skużat ruħha ma’ Clive u spjegat li kienet sabet il-ktieb. Il-mama’ ħadet gost meta rat lil Nicolette tammetti li kienet żbaljat. “Il-kastig se naħfirhulek għax ammettejt u tlabt skuża. Nispera li ma terġax”, qaltilha ommha.

Page 17: Sezzjoni Qari. Aqra sew din is-silta u wieġeb il ... · Sezzjoni Qari. Aqra sew din is-silta u wieġeb il-mistoqsijiet. (30 marka) Pupa Miksura Nicolette kienet tħobb il-pupi. Waqt

Taħriġ mis-Smigħ Il-Kaxxa tal-Kuluri (20 marka )

Aqta’ sinjal taħt it-tweġiba t-tajba.

1. Ħu Nicolette kien jismu a) Clive.

b) Dexter.

ċ) Karl.

2. Nicolette ma sabitx a) il-pupa.

b)il-kuluri.

ċ)il-ktieb.

3. Dexter huwa a) il-kelb ta’ Nicolette.

b) pupu baħri.

ċ) ħabib ta’ Nicolette.

4. Kif niżel fl-għalqa Dexter? a) Iddendel mal-liżar mit-tieqa.

b) Qabeż iċ-ċint tal-għalqa.

ċ) Għadda minn ġo toqba fil-ġnien.

5. Fejn sabet il-ktieb Nicolette? a) Fuq l-iskrivanija.

b) Wara s-sodda.

ċ) Fuq is-sodda.

Page 18: Sezzjoni Qari. Aqra sew din is-silta u wieġeb il ... · Sezzjoni Qari. Aqra sew din is-silta u wieġeb il-mistoqsijiet. (30 marka) Pupa Miksura Nicolette kienet tħobb il-pupi. Waqt

6. X’għamlet Nicolette xħin sabet il-ktieb u l-kuluri?

a) Marret tilgħab.

b) Bdiet taqra u tpenġi.

ċ) Marret titlob skuża lil ħuha.

7. X’għamlet il-mama’ wara li rat lil Nicolette tiskuża ruħha?

a) Ħafritilha l-kastig.

b) Bdiet tgħajjat aktar magħha.

ċ) Ħadet gost.

8. X’nitgħallmu minn din l-istorja? a) Niġġieldu ma’ ħutna.

b) Nitolbu maħfra meta niżbaljaw.

ċ) Nieħdu l-affarijiet ta’ ħutna.

9. Meta nirċievu xi kastig? a) Meta nagħmlu xi ħaġa ħażina.

b) Fil-Milied.

ċ) Meta nitolbu maħfra.

10. Għalqa żdingata hija: a) Għalqa mimlija ħaxix ħażin.

b) Għalqa mimlija siġar tal-frott.

ċ) Għalqa mimlija annimali.

(Numri 1-10 = 2 marki)

Page 19: Sezzjoni Qari. Aqra sew din is-silta u wieġeb il ... · Sezzjoni Qari. Aqra sew din is-silta u wieġeb il-mistoqsijiet. (30 marka) Pupa Miksura Nicolette kienet tħobb il-pupi. Waqt

Taħriġ mis-Smigħ Answer sheet

Il-Kaxxa tal-Kuluri

1. Ħu Nicolette kien jismu a) Clive.

2. Nicolette ma sabitx ċ)il-ktieb.

3. Dexter huwa b) pupu baħri.

4. Kif niżel fl-għalqa Dexter? a) Iddendel mal-liżar mit-tieqa.

5. Fejn sabet il-ktieb Nicolette? b) Wara s-sodda.

6. X’għamlet Nicolette xħin sabet il-ktieb u l-kuluri? ċ )Marret titlob skuża lil

ħuha.

7. X’għamlet il-mama’ wara li rat lil Nicolette tiskuża ruħha? a) Ħafritilha l-

kastig.

8. X’nitgħallmu minn din l-istorja? b) Nitolbu maħfra meta niżbaljaw.

9. Meta nirċievu xi kastig? a) Meta nagħmlu xi ħaġa ħażina.

10. Għalqa żdingata hija: a) Għalqa mimlija ħaxix ħażin.

Page 20: Sezzjoni Qari. Aqra sew din is-silta u wieġeb il ... · Sezzjoni Qari. Aqra sew din is-silta u wieġeb il-mistoqsijiet. (30 marka) Pupa Miksura Nicolette kienet tħobb il-pupi. Waqt