talb ta’ san Ġorġ preca

64
Talb ta’ San Ġorġ Preca

Upload: beverly-baldwin

Post on 30-Dec-2015

266 views

Category:

Documents


2 download

DESCRIPTION

Talb ta’ San Ġorġ Preca. NIRB Ħ U L-ĦAŻIN BIT-TAJJEB. Is-Suppervja. I s-suppervja titkeċċa bl- umiltà. - PowerPoint PPT Presentation

TRANSCRIPT

Page 1: Talb ta’  San  Ġorġ Preca

Talb ta’ San Ġorġ

Preca

Page 2: Talb ta’  San  Ġorġ Preca

NIRBĦU L-ĦAŻIN BIT-TAJJEB

Page 3: Talb ta’  San  Ġorġ Preca

Is-SuppervjaIs-Suppervja

Page 4: Talb ta’  San  Ġorġ Preca

Is-suppervja titkeċċa bl-

umiltàumiltà..

Page 5: Talb ta’  San  Ġorġ Preca

Is-Sinjur tagħna Ġesù Kristu jgħid: “Tifhmu x’għamiltilkom? Intom issejħuli ‘Mgħallem’ u ‘Mulej’, u sewwa tgħidu, għax hekk jien. Mela jekk jien, il-Mulej u l-Imgħallem, ħsiltilkom riġlejkom, għandkom intom ukoll taħslu riġlejn xulxin; għax jien tajtkom mera biex kif għamilt jien, tagħmlu intom ukoll.” (Ġw 13, 13-15)

Page 6: Talb ta’  San  Ġorġ Preca

Mill-ktieb ta’ San Ġorġ Preca, L-Isptar ta’ Kristu: San Pawl jgħallem li min jaħseb li huwa xi ħaġa filwaqt li mhuwa xejn, dan iqarraq bih innifsu. Immela huwa umli min huwa persważ li huwa mhuwa xejn: u supperv min huwa persważ li huwa xi ħaġa.

Page 7: Talb ta’  San  Ġorġ Preca

Wieħed jaħseb li huwa xi ħaġa minħabba l-għerf, jew il-ġmiel jew minħabba l-kapaċità jew minħabba r-rikkezzi jew minħabba xi setgħa jew minħabba xi don ieħor naturali jew anki sopranaturali u intant hu ma jipperswadix ruħu li xejn ma kien ikollu kieku Alla ma ħalqux u ħallieh fix-xejn tiegħu.

Page 8: Talb ta’  San  Ġorġ Preca

Żomm tajjeb fik bis-sinċerità li kollox huwa minnAlla, li kollox mill-ħila ta’ Alla, u kollox għal Alla. Lil Alla waħdu unur u glorja għal dejjem ta’ dejjem. Ammen.

Page 9: Talb ta’  San  Ġorġ Preca

Ġesù Nazzarenu, Mgħallem wieħed tal-bnedmin, agħtina l-grazzja li ma niddisturbawx lil qalbna bis-sentimenti tas-suppervja. Ammen.

Page 10: Talb ta’  San  Ġorġ Preca

Aħwa tiegħi, nipproponu li naħarbu dejjem il kumpanija tas-suppervi.

Page 11: Talb ta’  San  Ġorġ Preca

Mulej ħnienaMulej ħnienaMulej ħniena

Page 12: Talb ta’  San  Ġorġ Preca

Ix-XeħħaIx-Xeħħa

Page 13: Talb ta’  San  Ġorġ Preca

Ix-xeħħa titkeċċa bil-

ġene-ġene-rożirożitàtà

Page 14: Talb ta’  San  Ġorġ Preca

Is-Sinjur tagħna Ġesù Kristu jgħid:

”’Iblah! Dal-lejl tkun mitlub trodd ruħek: u kulma ħejjejt ta’ min ikun?’ Hekk jiġrilu min jaħżen għalih innifsu u mhux għani ma’ Alla.” (Lq 12, 20-21)

Page 15: Talb ta’  San  Ġorġ Preca

Minn L-Isptar ta’ Kristu:

L-akbar delitt li sar fid-dinja sar minħabba x-xeħħa. Ġuda ta f’idejn l-għedewwa ta’ Kristu lil Kristu Ġesù nnifsu biex ikun maqtul. L-Ispirtu s-Santu jgħallem li fid-dinja xejn ma hawn aktar ħażin milli wieħed iħobb il-flus.

Page 16: Talb ta’  San  Ġorġ Preca

X’inhu iktar ħażin minn dan id-delitt li l-Iben t’Alla ġie msallab għall-mewt!San Pawl jikteb li l-għerq ta’ kull ħażen hija r-regħba għall-flus. Kristu stagħġeb kemm hija ħaġa tqila li jidħlu fis-saltna tas-smewwiet dawk li għandhom il-flus.

Page 17: Talb ta’  San  Ġorġ Preca

X’jiswew għall-bniedem is-somom kbar ta’ flus ħlief biex wieħed iħares lejhom u li jgħajjat: “Jiena qiegħed nikkonserva dan il-ġid kollu għal ħaddieħor?” Tmut u l-werrieta jifirħu!

Page 18: Talb ta’  San  Ġorġ Preca

Ġesù Nazzarenu, Mgħallem wieħed tal-bnedmin, agħtina l-grazzja li ma nħobbux il-flus għall kbir periklu li fihom tat-telfien ta’ dejjem. Ammen.

Page 19: Talb ta’  San  Ġorġ Preca

Aħwa tiegħi, nipproponu li ma nibżgħux għal butna biex ninqdew bil-ġid temporali għall kultura tal-erwieħ.

Page 20: Talb ta’  San  Ġorġ Preca

Kristu ħnienaKristu ħnienaKristu ħniena

Page 21: Talb ta’  San  Ġorġ Preca

Iż-ŻinaIż-Żina

Page 22: Talb ta’  San  Ġorġ Preca

Iż-żina titkeċċa bil-

kastitkastitàà

Page 23: Talb ta’  San  Ġorġ Preca

Is-Sinjur tagħna Ġesù Kristu jgħid:

”Smajtu dak li ntqal: ‘La tiżnix.’ Imma jien ngħidilkom: Kull min iħares lejn mara biex jixtieqha, diġà għamel adulterju magħha f’qalbu.

Page 24: Talb ta’  San  Ġorġ Preca

Jekk għajnek il leminija tfixklek, aqlagħha u armiha bogħod minnek; aħjar għalik li tintilef biċċa waħda minn ġismek, milli ġismek kollu jmur fl-infern.” (Mt 5, 27-29)

Page 25: Talb ta’  San  Ġorġ Preca

Minn Is-Sena tas-Sinjur:

Ibni, xejn la taħseb li xi ħadd jista’ jżomm lilu nnifsu kast mingħajr ma jaħrab l-okkażjoni prossima u mingħajr ma jitlob ‘l Alla l-forza biex jirreżisti kontra l-ġibdiet għall-pjaċiri tal-ġisem.

Page 26: Talb ta’  San  Ġorġ Preca

Minn ll-Vuċi tal-Kustodju: Bniedem kast, li mingħajr dubju jara l-ġmiel ta’ din il-virtù, biex jgħożżha fih jindokra s-sensi tiegħu u speċjalment l-għajnejn tiegħu, u bi kbira attenzjoni u moderazzjoni jużahom meta jkun jenħtieġ; jimmortifika bis-sawm ‘il ġismu biex iżommu sottomess għad-direzzjoni tar-raġuni.

Page 27: Talb ta’  San  Ġorġ Preca

Ġesù Nazzarenu, Sultan tal-Lhud, agħtina l-grazzja li li nindukraw is-sensi tagħna biex int ma toħroġ qatt minn qalbna. Ammen.

Page 28: Talb ta’  San  Ġorġ Preca

Aħwa tiegħi, nipproponu li ma nitkellmu qatt, lanqas inkantaw, lanqas niktbu, u lanqas nisimgħu ħwejjeġ kontra l-imqaddsa purità.

Page 29: Talb ta’  San  Ġorġ Preca

Mulej ħnienaMulej ħnienaMulej ħniena

Page 30: Talb ta’  San  Ġorġ Preca

Il-KorlaIl-Korla

Page 31: Talb ta’  San  Ġorġ Preca

Il-korla titkeċċa bil-

manswetudmanswetudnini

Page 32: Talb ta’  San  Ġorġ Preca

Is-Sinjur tagħna Ġesù Kristu jgħid:“Smajtu dak li ntqal: ‘Għajn b’għajn u sinna b’sinna.’ Imma jien ngħidilkom biex ma teqfulux il-ħażin; imma min jagħtik daqqa ta’ ħarta fuq ħaddek il-lemini, dawwarlu l-ieħor ukoll, u min irid iħarrkek biex jeħodlok il-libsa, agħtih il-mantar ukoll; u jekk xi ħadd idejqek mil wieħed, mur miegħu tnejn.” (Mt 5, 38-41)

Page 33: Talb ta’  San  Ġorġ Preca

MinnTaħdit għat-Tfal: Biex issir manswet l-ewwel nett itlob ‘l Alla li jagħti żgur, b’xhud tan-natura, l-ispirtu t-tajjeb lil min jitlobhulu; agħmilha ma’ nies mansweti, kif jgħid l-Ispirtu s-Santu: ‘Mal-qaddis issir qaddis.’ Keċċi malajr minn moħħok kull ħsieb li jinkwetak u li jħawdek u kun dejjem moderat fl okkupazzjonijiet.

Page 34: Talb ta’  San  Ġorġ Preca

Żomm dejjem is-silenzju, speċjalment meta inti aġitat, u idra agħder id debbolizzi u l-miżerji tal-bniedem. Fl-aħħar nett, ġib quddiem għajnejk l-eżempji li ħallewlna l-qaddisin fuq din il-virtù, speċjalment lil Kristu, li minxur fuq is-salib talab għal min sallbu.

Page 35: Talb ta’  San  Ġorġ Preca

Ġesù Nazzarenu, Sultan tal-Lhud, agħtina l-grazzja li nkunu bħalek veri ħrief, bogħod mill-korla u mill- vendetti. Ammen.

Page 36: Talb ta’  San  Ġorġ Preca

Aħwa tiegħi, nipproponu li ma nissaħħnux iżżejjed f’kawża ġusta kontra l-proxxmu.

Page 37: Talb ta’  San  Ġorġ Preca

Kristu ħnienaKristu ħnienaKristu ħniena

Page 38: Talb ta’  San  Ġorġ Preca

L-ikel u xorb L-ikel u xorb żejjedżejjed

Page 39: Talb ta’  San  Ġorġ Preca

L-ikel u xorb

żejjed jitkeċċa

bil-

qiesqies

Page 40: Talb ta’  San  Ġorġ Preca

Is-Sinjur tagħna Ġesù Kristu jgħid:“Ħarsu rwieħkom li ma jitqalux bl-ikel żejjed, bis-sokor u bil-ħafna tħassib tal-ħajja, u jiġi fuqkom dak il jum għal għarrieda, bħal nassa; għax jiġi fuq in nies kollha ta’ fuq wiċċ l-art kollha. Mela ishru dejjem u itolbu biex ikun jistħoqqilkom taħarbu dan kollu li għandu jiġri u tieqfu quddiem Bin il Bniedem.” (Lq 2 1,34-36)

Page 41: Talb ta’  San  Ġorġ Preca

Minn L-Isptar ta’ Kristu: “Kun af li ħadd ma jista’ jgħix ħajja spiritwali jekk ma jgħakkisx il-gula. Dan it-tgħakkis ma jfissirx li inti m’għandekx tiekol jew tixrob, għax dawn huma neċessarji għall-ħajja tal-ġisem, imma jfisser li inti għandek tiekol u tixrob biex tgħix, mhux imma biex tieħu biss gost bl-ikel u bix-xorb.

Page 42: Talb ta’  San  Ġorġ Preca

Mal-ikel u x-xorb hemm dejjem il-gost bl-ikel u bix-xorb li skont in natura jagħti għajnuna biex wieħed jinnutrixxi ruħu. L-Ispirtu s-Santu jgħallimna li bosta tilfu s-saħħa ta’ ġisimhom bl-ikel u x-xorb iż-żejjed; iżda bil-qies wieħed itawwal il-ħajja tiegħu.

Page 43: Talb ta’  San  Ġorġ Preca

Ġesù Nazzarenu, Mgħallem wieħed tal-bnedmin, agħtina l-grazzja li sija nieklu, sija nixorbu, sija nagħmlu xi ħaġa oħra, kollox nagħmlu għall- glorja t’Alla. Ammen.

Page 44: Talb ta’  San  Ġorġ Preca

Aħwa tiegħi, nipproponu li nimxu dejjem fit-tiq tan-nofs, mingħajr eċċessi u mingħajr difetti.

Page 45: Talb ta’  San  Ġorġ Preca

Mulej ħnienaMulej ħnienaMulej ħniena

Page 46: Talb ta’  San  Ġorġ Preca

L-GħiraL-Għira

Page 47: Talb ta’  San  Ġorġ Preca

L-għira titkeċċa bl-

imħabimħabbaba

Page 48: Talb ta’  San  Ġorġ Preca

Is-Sinjur tagħna Ġesù Kristu jgħid:

”Dan hu l-kmandament tiegħi, li tħobbu lil xulxin bħalma ħabbejtkom jien. Imħabba akbar minn din ħadd ma għandu, li jagħti wieħed ħajtu għal ħbiebu.” (Gw 15,12-13).

Page 49: Talb ta’  San  Ġorġ Preca

Minn L-Isptar ta’ Kristu: Minħabba l-għira, Kajin qatel lil ħuh Abel; għall għira l-Lhud qatlu ‘l-innoċenti Ġesù. U innota fejn twassal l-għira lil min hu marid biha: l-għira hija tant spirtu ħażin li wieħed jifraħ bid-deni tal-proxxmu, waqt li jmissu jibki u jsewwed qalbu; u jiddispjaċih għall- ġid tal-proxxmu, waqt li jmissu jifraħ, kif jgħallimna l-Ispirtu s-Santu: li nifirħu ma’ min hu ferħan u nibku ma’ min hu mbikki.

Page 50: Talb ta’  San  Ġorġ Preca

Meta tħoss fik l-għira għal xi ħadd, aħseb li dak il ġid ġie fuqu għax tahulu Alla, u aħseb li kull bniedem huwa ħuk, u li huwa suġġett għas-swied il-qalb, għall-mard u għall-mewt, biex b’hekk tnissel f’qalbek l-imħabba lejh.

Page 51: Talb ta’  San  Ġorġ Preca

Ġesù Nazzarenu, Sultan tal-Lhud, agħtina l-grazzja li nabborru b’mod speċjali l-għira, billi nifirħu dejjem bil-ġid u nagħlu bid-deni tal-proxxmu. Ammen.

Page 52: Talb ta’  San  Ġorġ Preca

Aħwa tiegħi, nipproponu li ma nħallu qatt l-għira ttellifna l-paċi ta’ qalbna.

Page 53: Talb ta’  San  Ġorġ Preca

Kristu ħnienaKristu ħnienaKristu ħniena

Page 54: Talb ta’  San  Ġorġ Preca

L-GħażżL-Għażż

Page 55: Talb ta’  San  Ġorġ Preca

L-għażż jitkeċċa bil-

bbżulijażulija

Page 56: Talb ta’  San  Ġorġ Preca

Is-Sinjur tagħna Ġesù Kristu jgħid:

”Ja qaddej ħażin u għażżien, taf li jien irrid naħsad fejn ma żrajtx u niġma’ fejn ma xerridx! Kien imissek mela tqiegħed flusi għand il-bankiera biex, meta niġi, nieħu dak li hu tiegħi bl-imgħax”.

Page 57: Talb ta’  San  Ġorġ Preca

Ħudulu t-talent u agħtuh lil dak li għandu għaxra... u l-qaddej, li mhu tajjeb għal xejn, itfgħuh fid-dlam ta’ barra; hemm ikun hemm biki u tagħżiż ta’ snien.”

Page 58: Talb ta’  San  Ġorġ Preca

Minn L-Isptar ta’ Kristu:

M’għandekx tħallat għażż ma’ mistrieħ; il mistrieħ huwa meħtieġ għas-saħħa u għax xogħol, filwaqt li l-għażż huwa ta’ ħsara għall ħajja spiritwali u għall-ħajja temporali.

Page 59: Talb ta’  San  Ġorġ Preca

Minn Taħdit għat-Tfal: Alla għallem lil Adam biex jitbiegħed mill-għażż meta qallu li bl-għaraq ta’ ġbinu huwa jiekol il għajxien tiegħu. L-Ispirtu s-Santu jgħallem li l-għażż għallem bosta ħażen u għallem ukoll illi min jgħix għażżien huwa iblah fuq li huwa iblah u barra minn dan jimtela bil-għaks u bil bżonnijiet.

Page 60: Talb ta’  San  Ġorġ Preca

Minn L-Isptar ta’ Kristu:

Bniedem bieżel jistmerr id-dnub minħabba l-okkupazzjoni fid-dmir tiegħu; bniedem bieżel jirbaħ kull tfixkil u kull diffikultà li magħhom jiltaqa’ u bil-bżulija tiegħu jippersevera sal-aħħar fil-ħajja t-tajba.

Page 61: Talb ta’  San  Ġorġ Preca

Ġesù Iben uniġenitu ta’ Alla u tal-verġni Marija, agħtina l-grazzja li ma ngħixu qatt fil-għażż, veru għajn ta’ kull vizzju. Ammen.

Page 62: Talb ta’  San  Ġorġ Preca

Aħwa tiegħi, nipproponu li ma noqogħdu qatt fil-għażż.

Page 63: Talb ta’  San  Ġorġ Preca

Mulej ħnienaMulej ħnienaMulej ħniena

Page 64: Talb ta’  San  Ġorġ Preca