taqbiliet maltin (it-tieni parti) malti.skola.mt
DESCRIPTION
Taqbiliet Maltin (it-tieni parti) http://malti.skola.edu.mt. Anġolin!. - Anġolin! Anġolin! Ġej vapur. - Minn fejn ġej? - Mill-Ħamrun. - Meta jasal taħt il-mina jagħmel, Xiqq! paqq! pumm!. Ċetta Ċettina. Ċetta Ċettina daħlet fil-kċina, kixfet il-borma - PowerPoint PPT PresentationTRANSCRIPT
Taqbiliet Maltin(it-tieni parti)
http://malti.skola.edu.mt
Anġolin!Anġolin!
- Anġolin! Anġolin! Ġej vapur.
- Minn fejn ġej? - Mill-Ħamrun.
- Meta jasal taħt il-mina jagħmel, Xiqq! paqq! pumm!
Ċetta ĊettinaĊetta Ċettina
Ċetta Ċettinadaħlet fil-kċina,kixfet il-borma
u serqet għaġina.
Ċetta FurfiċettaĊetta Furfiċetta
Ċetta furfiċetta l-għarus tagħha parrukkier.Qatgħalha xagħarha kollu
U ħallielha nokklu quddiem.
Ġanni l-bidwiĠanni l-bidwi
Ġanni l-bidwi razzett għandu, fih irabbi l-annimali
mogħża u ħmara fih insibu kif ukoll xi sitt majjali.
Għandu żiemel abjad kollu,baqra smina u tal-ħalib,
tiġieġ, flieles u kelb iswed, li ta’ dawn huwa l-ħabib.
Johnny ĠontaJohnny Ġonta
Johnny Ġontafi mnieħru għandu ponta;
Ponta mhux musmar,naqqarhielu d-dundjan!
KatarinKatarin
Katarin ġibtlek lampuka.Katarin kebbes in-nar.Katarin iftaħ it-tieqa,
ħalli joħroġ id-duħħan.
Il-FestinIl-Festin
Kien hemm waħda mara l-Imdina,li għamlet festin f’għeluq sninha.
Imma ħbieb ma stidnitx,għax nies ma riditx,
u stiednet sittax-il xadina.
Carmel G. Cauchi
Il-QaqoċċIl-Qaqoċċ
Naf mara li tħobb il-qaqoċċ tnax tiekol kull kwarta bl-arloġġ,
u biex ma taħlix il-qxur ma tarmix
imma tħithom u tagħmel papoċċ.
Carmel G. Cauchi
Pawlu PasparawluPawlu Pasparawlu
Pawlu Pasparawlu,taħt is-sodda jisparawlu.
Sparawlu tliet darbietu qattgħulu l-qalziet.
Tar-RizziTar-Rizzi
Tar-rizzi waqa’ l-baħarTal-imħar qabeż għalih!
Tar-rizzi tela’ jiġri,Tal-imħar baqa’ fil-qiegħ!
SulfarinaSulfarina
Sulfarina mara ċkejknagħandha tfal tnejn u ħamsin.
Hija żżommhom ġewwa kaxxa dejjem hemm, dejjem reqdin.
It-Tifla tal-KampanjaIt-Tifla tal-KampanjaJien tifla tal-kampanjal-iskola ma mmur qatt.Id-dar nilgħab ma’ ħuti,jew fl-għalqa nagħżaq l-art.Do re mi fa fa faDo re mi fa fa faDo re mi fa so la si do.
Bl-imgħażqa fuq spallejja,b’xi biċċa ħobż f’idejja,maktur marbut ma’ rasi,biex nilqa’ x-xemx għaddejja.Do re mi fa fa faDo re mi fa fa faDo re mi fa so la si do.
Kemm nixtieq li kont reġina,Biex inkun inkurunata.Iżda jiena tifla fqira,fl-għalqa niżra’ l-patata.Do re mi fa fa faDo re mi fa fa faDo re mi fa so la si do.
Il-Bewsa tan-NannaIl-Bewsa tan-Nanna
Waqt li Toninu, kien qiegħed jaqra,b’qattus maġenbu, u kelb daqs naqra,
daħlet in-nanna, inkiss inkissu tatu bewsa, kif kien imiss!
Anastasju Cuschieri
Wieħed, tnejn, tlieta... Wieħed, tnejn, tlieta... (Ċetta) (Ċetta)
Wieħed, tnejn, tlieta.Ċetta kemm hi kwieta.Erbgħa, ħamsa, sitta.Ċetta kemm hi fitta.
Sebgħa, tmienja, disgħa.Ċetta tħobb il-wisa’.Għaxra, ħdax, tnax,
Trid tiġri u ma tistax!
Brother Henry
Wieħed, tnejn, tlieta... Wieħed, tnejn, tlieta... (Paċikk) (Paċikk)
Wieħed, tnejn, tlieta,Paċikk qabeż mit-tieqa.
Ġie fuq blata,weġġa’ l-patata.
Mar għand ommu,bamblithomlu.
Mar għand missieru, kissirlu snienu.
Mar għand ir-re,garalu gabarrè.
Mar għand ir-reġina,tefgħetlu kuċċarina.
Mar għand l-ispiżjar garalu pakkett tajjar.
Mar għand it-tabib,garalu bott ħalib.Ħaduh l-isptar,
għattewh bil-liżar.Ħallewlu ż-żokra barra unaqqarhielu d-dundjan!
Ix-XufierIx-Xufier
Tiri, tiri, tanna,u aħna s’hawn wasalna.
Qus, qus, qusu x-xufier kemm hu gustuż.
Okkli, okkli, okkli,U x-xufier kemm
għandu nokkli.Ana, ana, ana,
u x-xufier kemm hu minn tagħna.Qusa, qusa, qusa,u x-xufier għandu
l-għarusa.
Iz-Zija ta’ Ħal LijaIz-Zija ta’ Ħal Lija
Darba z-zija ta’ Ħal Lijaġiet għalija filgħaxija.Oħti Pija qabdet fija
għax iz-zija ferħet bija.Jiena sfart daqs il-lumija,
qbadt qasrija tfajtha ’l ħija.Ilqatt iz-zija li din toqgħod
numru mija, Triq San Lija, ġo Ħal Lija!
Il-FestiIl-Festi
Santa Marija, il-Mosta.Il-Vitorja, in-Naxxar.
Santa Liena, Birkirkara.Tal-Grazzja, Ħaż-Żabbar.
Lajla lila!Lajla lila!
Lajla lila,ħudni miegħek.
Lajla lila,ħudni d-dar.
Teħodnix il-festa miegħek,Għaliex nibża’ mill-isparar.
San Martin San Martin (fil-11 ta’ Novembru)
Ġewż, lewż, qastan, tin,Kemm inħobbu ’l San Martin!
Ninu Ninu tal-MiliedNinu Ninu tal-Milied
Ninu Ninu tal-Milied,ommu għamlet il-qagħqiet;
Il-qagħqiet tal-qastanijaSantu Rokku tat-tiġrija.
(jew Lesti l-bhejjem għat-tiġrija)
Għax għaddew il-festi kollha,baqa’ biss Santa Marija!
Id-DuduId-DuduFis-siegħa twieled dudu.Fis-sagħtejn beda jitwal.
Fit-tlieta kellu mara.Fl-erbgħa kellu t-tfal.
Fil-ħamsa miet.Fis-sitta ħaduh.
Fis-sebgħa difnuh.Fid-disgħa qalgħuh.
Fl-għaxra sajruh.Fil-ħdax kiluh.
F'nofsillejl għadduh.
L-GħasfurL-Għasfur
L-għasfur minn tal-kampanja,minn siġra għal oħra jtir.
Jiekol it-tina l-misjurau n-nejja jħalliha ssir.
Lupu LupuLupu Lupu
- Lupu, lupuX’inti tagħmel?
- Qed inħaffer ħofra.- Il-ħofra għalfejn?
- Biex nagħmel il-misħun.- Il-misħun għalfejn?
- Biex insinn is-skieken.- Is-skieken għalfejn?
- Biex noqtolkom!
It-TiġieġaIt-Tiġieġa
It-tiġieġa biedet bajda,biditha fil-katusa.
Ma kellhiex min iġibhielhaġabithielha l-qattusa.
Taqbiliet Maltin oħra ssibhom f’dawn il-kotba:
• Carmel G. Cauchi, Pizzi Pizzi Kanna, 1978, 2006, pubblikazzjoni tal-awtur.• Carmel G. Cauchi, Onġi Onġi Onġella, 1982, 2006, pubblikazzjoni tal-awtur. • Carmel G. Cauchi, Laqt u Xiber, 2006, pubblikazzjoni tal-awtur.• Victor Fenech, DO-RE-MI – kant u logħob tat-tfal Maltin, 2006, Kotba Merill.• Guido Lanfranco, Logħob, Taqbil u Ġugarelli tat-Tfal Maltin sa Nofs is-Seklu
Għoxrin, 2006, Wise Owl. • Keith Mayl et al (edituri), Taqbiliet Maltin għall-Kbar u għaż-Żgħar, 2010,
Rhymed, Malta.
• Maria Grazia Sammut et al (edituri), Taqbil u Għanjiet/Rythm and Rhyme, 2008, il-Kulleġġ San Ġorġ Preca, l-Iskola Primarja tal-Furjana.
• Bro. Henry, Madwari 2, 1979, Pub. De La Salle.
Taf b’xi ktieb ieħor? Ibagħtilna d-dettalji tiegħu ħalli nżiduh mal-lista.
Taqbiliet oħra mmużikati ssibhom fis-sit:http://schoolnet.gov.mt/socialstudies/Rizorsi/inkantaw.htm
GRAZZI
http://malti.skola.edu.mt