tas˜severitÀ - european commission...tittieħed jekk din tintlaħaq jew tinqabeż; • approċċ...

94
QAFAS TA’ VALUTAZZJONI TASSEVERITÀ IDDIRETTIVA 2010/63/UE DWAR ILPROTEZZJONI TALANNIMALI LI JINTUŻAW GĦAL SKOPIJIET XJENTIFIĊI Nieħdu ħsieb l-annimali għal xjenza aħjar Životní prostředí għall-Ambjent © Novo Nordisk

Upload: others

Post on 31-Mar-2021

0 views

Category:

Documents


0 download

TRANSCRIPT

Page 1: TAS˜SEVERITÀ - European Commission...tittieħed jekk din tintlaħaq jew tinqabeż; • Approċċ konsistenti għall-ġudizzji ġenerali dwar it-tbatija reali (ħafifa, moderata,

1

QAFAS TA’ VALUTAZZJONI TAS�SEVERITÀ

ID�DIRETTIVA 2010/63/UE DWAR IL�PROTEZZJONI TAL�ANNIMALI LI JINTUŻAW GĦAL SKOPIJIET XJENTIFIĊI

Nieħdu ħsieb l-annimaligħal xjenza aħjar

Životní prostředígħall-Ambjent

© N

ovo

Nor

disk

Page 2: TAS˜SEVERITÀ - European Commission...tittieħed jekk din tintlaħaq jew tinqabeż; • Approċċ konsistenti għall-ġudizzji ġenerali dwar it-tbatija reali (ħafifa, moderata,

Werrej

Dokument ta’ ħidma dwar qafas ta’ valutazzjoni tas-severità ..................................... 1-20

Eżempji biex jintwera l-proċess ta’ klassifikazzjoni tas-severità, ............................ 22-91

il-valutazzjoni ta’ kuljum u l-valutazzjoni tas-severità reali

Page 3: TAS˜SEVERITÀ - European Commission...tittieħed jekk din tintlaħaq jew tinqabeż; • Approċċ konsistenti għall-ġudizzji ġenerali dwar it-tbatija reali (ħafifa, moderata,

Awtoritajiet Nazzjonali Kompetenti għall-implimentazzjoni tad-

Direttiva 2010/63/UE dwar il-protezzjoni tal-annimali li jintużaw għal

skopijiet xjentifiċi

Dokument ta’ ħidma dwar qafas ta’ valutazzjoni tas-severità

Brussell, il-11-12 ta’ Lulju 2012

Il-Kummissjoni stabilixxiet Grupp ta’ Ħidma tal-Esperti (GĦE) għall-valutazzjoni tas-

severità tal-proċeduri biex titħaffef l-implimentazzjoni tad-Direttiva 2010/63/UE dwar il-

protezzjoni tal-annimali li jintużaw għal skopijiet xjentifiċi. L-Istati Membri u l-

organizzazzjonijiet tal-partijiet interessati ewlenin kollha ġew mistiedna jinnominaw esperti

biex jieħdu sehem fix-xogħol.

Il-GĦE għall-valutazzjoni tas-severità ltaqa’ darbtejn: f’Diċembru 2011 b’enfasi fuq annimali

ġenetikament modifikati, u f’Mejju 2012 meta ddiskuta qafas ġenerali għall-valutazzjoni tas-

severità reali esperjenzata mill-annimali fil-proċeduri.

Dan id-dokument huwa r-riżultat tal-ħidma taż-żewġ laqgħat tal-GĦE, id-diskussjonijiet mal-

Istati Membri kif ukoll il-kontribut ġuridiku mill-Kummissjoni dwar il-fehim ta’ qafas ta’

valutazzjoni tas-severità, il-komponenti, il-parteċipanti u l-għodod ta’ ħidma u l-metodi

tiegħu. Ġie approvat mill-Awtoritajiet Nazzjonali Kompetenti għall-implimentazzjoni tad-

Direttiva 2010/63/UE matul il-laqgħa tagħhom tal-11-12 ta’ Lulju 2012.

Ċaħda ta’ responsabbiltà:

Dan li ġej huwa maħsub bħala gwida biex tassisti lill-Istati Membri u oħrajn milqutin

minn din id-Direttiva biex jaslu għal fehim komuni tad-dispożizzjonijiet li jinsabu fid-

Direttiva. Il-kummenti kollha għandhom jitqiesu fi ħdan il-kuntest tad-

Direttiva 2010/63/UE dwar il-protezzjoni tal-annimali li jintużaw għal skopijiet

xjentifiċi.

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea biss hija intitolata tinterpreta d-dritt tal-UE

b’awtorità li torbot legalment.

1

Page 4: TAS˜SEVERITÀ - European Commission...tittieħed jekk din tintlaħaq jew tinqabeż; • Approċċ konsistenti għall-ġudizzji ġenerali dwar it-tbatija reali (ħafifa, moderata,

Werrej:

L-artikoli relatati tad-Direttiva 2010/63/UE .............................................................................. 3

Sfond ġenerali ............................................................................................................................ 3

Kunsiderazzjonijiet ġenerali għal valutazzjoni tas-severità ....................................................... 4

Kunsiderazzjonijiet ta’ qabel l-istudju ....................................................................................... 5

Indikaturi tas-severità................................................................................................................. 6

Kategoriji ta’ livell għoli ........................................................................................................ 6

Fatturi li għandhom jitqiesu fil-valutazzjoni tas-severità reali ............................................. 7

Kif tiġi żgurata konsistenza fil-valutazzjoni u l-assenjament tas-severità reali ......................... 9

L-iżvilupp ta’ skeda ta’ valutazzjoni speċifika għall-proċedura .......................................... 10

Konsistenza fil-valutazzjoni tas-severità reali ..................................................................... 10

Min għandu jipprovdi kontribut għall-valutazzjoni tas-severità reali? .................................... 12

Għodod tal-monitoraġġ, il-midja u kunsiderazzjonijiet oħrajn ................................................ 12

Appendiċi I - Glossarju tal-Osservazzjonijet Kliniċi .............................................................. 14

Appendiċi II - Qari kuntestwali, linji gwida u riżorsi online dwar il-valutazzjoni tal-benesseri

tal-annimali li jsiru proċeduri xjentifiċi fuqhom ...................................................................... 17

2

Page 5: TAS˜SEVERITÀ - European Commission...tittieħed jekk din tintlaħaq jew tinqabeż; • Approċċ konsistenti għall-ġudizzji ġenerali dwar it-tbatija reali (ħafifa, moderata,

L-artikoli relatati tad-Direttiva 2010/63/UE

L-Artikolu 4(3) “L-Istati Membri għandhom jiżguraw ir-raffiniment tat-trobbija, iż-

żamma u l-kura, u tal-metodi li jintużaw fi proċessi, sabiex jeliminaw jew inaqqsu

kemm jista’ jkun kwalunkwe wġigħ, tbatija, skonfort jew ħsara dejjiema possibbli

għall-annimali.”

L-Artikolu 15(1) “L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-proċessi kollha jiġu

kklassifikati bħala "mingħajr irkupru", "ħafif", "moderat", jew "sever" fuq bażi ta’

każ b’każ bl-użu tal-kriterji ta’ assenjazzjoni li jinsabu fl-Anness VIII.”

L-Artikolu 16(1)(d) “[l-użu mill-ġdid] huwa f’konformità mal-parir veterinarju

b’kont meħud tal-esperjenza tul il-ħajja tal-annimal.”

L-Artikolu 54(2) “Kull sena, l-Istati Membri għandhom jiġbru u jippubblikaw

informazzjoni statistika dwar l-użu ta’ annimali fi proċessi, inkluż informazzjoni dwar

is-severità vera tal-proċessi u dwar l-oriġini u l-ispeċijiet ta’ primati mhux umani

użati fil-proċessi. …”

Sfond ġenerali

Id-Direttiva 2010/63/UE dwar il-protezzjoni tal-annimali li jintużaw għal skopijiet xjentifiċi

teħtieġ li ssir valutazzjoni prospettiva dwar is-severità ta’ kull proċedura fi Proġett

(Artikolu 15) u li tiġi assenjata klassifikazzjoni tas-severità, li tista’ tkun jew “mhux ta’

rkupru”, “ħafifa”, “moderata” jew “severa”. L-Anness VIII jipprovdi gwida dwar il-fatturi li

għandhom jitqiesu fil-kunsiderazzjoni tas-severità prospettiva u jipprovdi xi eżempji f’kull

kategorija ta’ severità.

L-Artikolu 54 dwar ir-rapportar jeħtieġ li għal informazzjoni statistika, is-severità reali tal-

uġigħ, it-tbatija, id-diffikultà jew il-ħsara dejjiema esperjenzati mill-annimal jiġu rrapportati

(għall-kuntrarju tal-valutazzjoni prospettiva, jew tbassir, tas-severità li ssir fil-mument tal-

evalwazzjoni tal-proġett). Barra minn hekk, is-severità reali ta’ kwalunkwe proċedura

preċedenti ser tkun kunsiderazzjoni importanti fid-determinazzjoni ta’ jekk annimal jistax

jerġa’ jintuża f’iktar proċeduri (Artikolu 16).

Dawn il-miżuri jipprovdu opportunitajiet biex jitjiebu l-kwalità tax-xjenza u l-benesseri

permezz ta’ reviżjoni prospettiva ta’ proposti ta’ proġetti u, permezz ta’ inklużjoni tat-tbatija

reali mġarrba mill-annimal, għandhom jipprovdu trasparenza u fehim aħjar tal-impatt tal-

proċeduri xjentifiċi fuq il-benesseri tal-annimali.

Il-benefiċċji ewlenin tal-valutazzjoni prospettiva, il-monitoraġġ, il-valutazzjoni u r-

reġistrazzjoni tas-severità reali jinkludu

Opportunitajiet b’mod partikolari biex jiġi implimentat ir-Raffinament u titnaqqas it-

tbatija, għad li normalment id-diskussjonijiet prospettivi jipprovdu wkoll opportunità

biex jiġi kkunsidrat jekk l-użu tal-annimal huwiex neċessarju (Sostituzzjoni) u jekk

id-disinn tal-istudju huwiex xieraq biex jiġi minimizzat l-użu tal-annimali (Tnaqqis);

Titjib fil-benessi tal-annimali, eż. jekk it-tbatija hija rikonoxxuta u ttaffietx qabel;

3

Page 6: TAS˜SEVERITÀ - European Commission...tittieħed jekk din tintlaħaq jew tinqabeż; • Approċċ konsistenti għall-ġudizzji ġenerali dwar it-tbatija reali (ħafifa, moderata,

Trasparenza mtejba, peress li l-istatistiki għandhom jirriflettu aħjar il-kostijiet proprji

tal-benesseri għall-annimali;

Komunikazzjoni mtejba bejn dawk responsabbli għall-użu, l-indukrar u l-monitoraġġ

tal-annimali;

Kontribut għall-valutazzjoni retrospettiva tal-proġetti meta titwettaq (Artikolu 39);

Kwalità mtejba tad-dejta xjentifika minħabba benesseri aħjar;

Żieda fl-għarfien dwar l-valutazzjoni tas-severità u s-sinjali kliniċi, li ser tippromwovi

konsistenza aħjar fil-valutazzjonijiet – diment li l-approċċi u r-riżultati jitqassmu, eż.

permezz ta’ ġurnali, gruppi ta’ diskussjoni u laqgħat;

Kontribut f’korsijiet ta’ taħriġ għal riċerkaturi, teknoloġisti tal-annimali u veterinarji

tal-annimali tal-laboratorju, jekk ir-riżultati jintużaw biex jipprovdu eżempji;

Informazzjoni bbażata fuq evidenza li tista’ tintuża f'valutazzjonijiet prospettivi tad-

danni u l-benefiċċji għal proġetti simili fil-ġejjieni.

Kunsiderazzjonijiet ġenerali għal valutazzjoni tas-severità

Il-kunsiderazzjoni tas-severità fi ħdan proċedura għandha tkun proċess kontinwu li jibda

b’disinn tal-istudju inizjali, permezz tal-monitoraġġ ta’ kuljum speċifiku għall-istudju ta’

annimali matul il-proġett, għall-valutazzjoni tas-severità “reali” mat-tlestija tal-istudju, li

jipprovdi opportunitajiet biex jiġu identifikati rfinamenti oħrajn għal iktar studji.

VALUTAZZJONI TAS-SEVERITÀ - PROĊESS KONTINWU

Appendiċi IIMaterjal ta' referenza

għall-valutazzjoniu l-għoti ta' punteġġ

IPPJANAR TAL-PROĠETTI

Appendiċi IKategoriji ta' livell għoli

bħala l-bażi għall-iżvilupp ta‘ skedi ta’punteġġ speċifiċi

għall-proġett u proċedura

Valutazzjoni u għoti ta’punteġġi tas-severità attwali

MATUL IL-PROĠETT

Informazzjoni statistika

Valutazzjoni retrospettiva

tal-proġett

Appendiċi IIMaterjal ta' referenza għal

l-iżvilupp ta‘ skedi ta’punteġġ speċifiċi

għall-proġett u proċedura

Eżempju(i) ta’ valutazzjoni tas-severità speċifika għall-proġett/proċedura inkluż l-iskedi tal-valutazzjoni minn jum għal jum, l-għodod tal-għoti ta’ punteġġi, għażliet ta’ metodi ta’ monitoraġġ u valutazzjoni finali.

Komunikazzjonitajba fost dawkkollha involuti

Konsistenza fl-osservazzjonijiet/persunal imħarreġ

Ftiehem fuq azzjonijietmeta jiġu osservati

sinjali ta’ uġigħ, tormentjew tbatija

Żviluppa valutazzjonitas-severità

speċifika għall-proġett, speċi

u razza

WARA L-ANALIŻI U R-RESPONS GĦALL-

PROĠETT

Respons għal studjifuturi

Żgura li l-persunalbil-ħiliet kollhameħtieġa huwa

inkluż fil-proċess

Iddeċiedi fuq għododta’ monitoraġġ,

frekwenza,tip ta’ punteġġ

Monitoraġġ effettivminn jum għal jum

Input għal analiżijiettematiċi

Analiżi bla waqfiental-protokoll tal-valutazzjoni

kif meħtieġ

Riflessjoni fuqopportunitajiet oħrajn

għall-implimentazzjoni ta’ 3R

B’dan l-approċċ, hemm opportunità ikbar biex jiġi żgurat li l-prinċiju tas-Sostituzzjoni,

Tnaqqis u Raffinament (bl-Ingliż 3Rs) jitqies u jiġi implimentat bla heda, li l-komunikazzjoni

bejn dawk kollha involuti ser titjieb u li l-konsistenza ser tissaħħaħ.

4

Page 7: TAS˜SEVERITÀ - European Commission...tittieħed jekk din tintlaħaq jew tinqabeż; • Approċċ konsistenti għall-ġudizzji ġenerali dwar it-tbatija reali (ħafifa, moderata,

Valutazzjoni effettiva tas-severità teħtieġ

• Approċċ tat-‘tim’, b’kontribut min-nies b’kompetenza, esperjenza u

prijoritajiet differenti, eż. riċerkaturi, teknoloġisti tal-annimali u persunal tal-

indukrar, il-veterinarju li jattendi;

• Ippjanar tajjeb;

• Issoktar xieraq tal-edukazzjoni u t-taħriġ tal-persunal kollu involut;

• Sistemi ta’ valutazzjoni tas-severità ta’ kuljum li huma mfasslin kif xieraq

għall-ispeċi, ir-razza u l-proġett, inklużi osservazzjonijiet informati u strutturati

ta’ annimali f’livelli xierqa (eż. frekwenza miżjuda matul u wara l-proċeduri);

• Protokolli effettivi u informati sew għall-valutazzjoni tal-imġiba u s-sinjali

kliniċi;

• Analiżi tal-osservazzjonijiet biex jittieħed ġudizzju informat dwar l-għamla u l-

livell ta’ tbatija;

• Sensibilizzazzjoni dwar is-severità ta’ kull proċedura u x’azzjoni għandha

tittieħed jekk din tintlaħaq jew tinqabeż;

• Approċċ konsistenti għall-ġudizzji ġenerali dwar it-tbatija reali (ħafifa,

moderata, severa) għar-rapportar statistiku;

• Riflessjoni fuq kemm ġew implimentati b’mod effettiv it-3R u jekk jistax isir

titjib għal iktar studji fil-ġejjieni.

Kunsiderazzjonijiet ta’ qabel l-istudju

Il-proċess għall-iżgurar li s-severità huwa minimizzat matul il-proċeduri xjentifiċi jibda fl-

istadju ta’ disinjar, meta jiġi kkunsidrat jekk huwiex neċessarju u ġġustifikat l-użu ta’

annimali ħajjin biex jintlaħqu l-għanijiet xjentifiċi.

Meta l-użu ta’ annimali ħajjin ikun neċessarju u ġġustifikat, importanti li jkun żgurat

li jingħażel mudell xieraq u li d-disinn tal-istudju jkun robust;

L-aspetti kollha tal-istudju li jistgħu jikkaġunaw uġigħ, tbatija, diffikultà jew ħsara

dejjiema għandhom jiġu identifikati, u għandha tingħata kunsiderazzjoni dwar kif

jistgħu jiġu minimizzati l-effetti tagħhom, pereżempju billi jiġi kkonsultat it-tagħrif,

il-kollegi, it-teknoloġisti tal-annimali, il-veterinarju u l-Korp għall-Benesseri tal-

Annimali, jekk xieraq;

Il-klassifikazzjoni prospettiva rakkomandata dwar is-severità assenjata lill-proċeduri

għandha tkun imsejsa fuq l-ogħla severità antiċipata għal kwalunkwe annimal fl-

istudju;

Għandu jiġi żviluppat pjan għall-osservazzjoni tal-annimali li jkun xieraq u mfassal

għall-istudju. Terminoloġija standardizzata li tista’ tinftiehem minn dawk kollha

involuti fl-istudju ser ittejjeb il-konsistenza fir-rapportar u l-interpretazzjoni;

Importanti li jiġi żgurat li hemm biżżejjed membri tal-persunal imħarrġin u

kompetenti biex jagħmlu l-istudju, u jimmonitorjaw u jindukraw l-annimali.

5

Page 8: TAS˜SEVERITÀ - European Commission...tittieħed jekk din tintlaħaq jew tinqabeż; • Approċċ konsistenti għall-ġudizzji ġenerali dwar it-tbatija reali (ħafifa, moderata,

Indikaturi tas-severità

Hemm imġiba u sinjali kliniċi li jistgħu jintużaw biex tiġi vvalutata s-severità tal-proċeduri

‘fil-post tal-gaġġa’ (jew tank, gallinar, eċċ.). It-terminoloġija użata biex jiġu deskritti

għandha tkun tinftiehem minn dawk kollha involuti fl-użu, il-monitoraġġ u l-indukrar tal-

annimali. Għal kwalunkwe sistema ta’ valutazzjoni tas-severità, huwa essenzjali li jkun

hemm ftehim sod dwar is-saħħa, l-imġiba u l-istatus tal-benesseri normali tal-ispeċi (razza,

fejn applikabbli) taħt osservazzjoni.

L-għan għandu jkun li:

tinkiseb l-aħjar kwalità possibbli tal-ħajja għall-annimal;

jiġi żgurat li kwalunkwe tbatija dovuta għall-proċeduri xjentifiċi hija rikonoxxuta u

minimizzata, iżda

tinżamm konsistenza mal-objettivi xjentifiċi.

Kwalunkwe sistema ta’ valutazzjoni għandha tindividwalizza b’mod effettiv devjazzjoni

minn qagħda normali tas-saħħa u benesseri, biex l-osservatur ikun jista’ jirreġistra u jagħti

valutazzjoni ċara u konsistenti ta’ kull annimal.

Jista’ jintuża approċċ ġerarkiku sempliċi biex jiġi definit protokoll tal-valutazzjoni tas-

severità li huwa mfassal kif xieraq għall-ispeċi, ir-razza, l-individwi u l-proċedura. Il-proċess

għad-definizzjoni ta’ protokoll ta’ valutazzjoni fil-post tal-gaġġa għandu jidentifika

kwalunkwe effett avvers li jista’ jseħħ tul l-esperjenza tal-ħajja tal-annimal, inklużi l-post tat-

trobbija, it-trobbija, l-indukrar u t-tqandil, kif ukoll effetti avversi dovuti għall-proċeduri

xjentifiċi u l-konsegwenzi tagħhom. Kunsiderazzjoni ta’ dawn l-effetti avversi kollha

għandha tidentifika indikaturi li jistgħu jintużaw biex jiġi vvalutat b’mod effettiv il-benesseri

tal-annimal fil-post tal-gaġġa. Dawn l-indikaturi għandhom jitfasslu skont l-ispeċi, ir-razza u

l-proċeduri sperimentali li jkunu applikati. Għandhom ikunu faċli biex jinftiehmu, jiġu

identifikati u rreġistrati b’mod konsistenti wkoll. Madankollu, importanti li jiġi żgurat li

hemm ukoll il-faċilità li jinqabad u jiġi rreġistrat kwalunkwe effett avvers, pereżempju f’test

ħieles.

Kategoriji ta’ livell għoli

Hawnt taħt hawn elenkat sett ta’ kategoriji ta’ ‘livell għoli’ fundamentali li japplikaw għall-

ispeċijiet kollha bħala punt ta’ tluq għall-produzzjoni ta’ lista komprensiva ta’ indikaturi

speċifiċi għal kull proċedura jew programm ta’ indukrar tal-annimali. L-għan huwa li tiġi

prodotta lista speċifika għall-istudju ta’ indikaturi suffiċjenti biex jiġi minimizzat ir-riskju li

ma jinqabadx xi sinjal ta’ tbatija, bla ma titfassal sistema kumplessa wisq li tkun burokratika

żżejjed u li tieħu wisq żmien.

6

Page 9: TAS˜SEVERITÀ - European Commission...tittieħed jekk din tintlaħaq jew tinqabeż; • Approċċ konsistenti għall-ġudizzji ġenerali dwar it-tbatija reali (ħafifa, moderata,

Il-kategoriji ta’ livell għoli huma:

Id-dehra

Il-funzjonijiet tal-ġisem

L-ambjent

L-atteġġamenti

Indikaturi speċifiċi għall-proċedura

Osservazzjonijiet ħielsa (osservazzjonijiet relevanti oħrajn)

L-indikaturi fi ħdan kull waħda minn dawn il-kategoriji jistgħu jiġu adattati għal kwalunkwe

speċi. Għandhom jintużaw biex tiġi prodotta lista ta’ karatteristiċi osservabbli li jistgħu jiġu

vvalutati minn individwu mħarreġ kif xieraq, sabiex jagħti ġudizzju fuq is-saħħa ġenerali u l-

istatus tal-benesseri tal-annimal.

Dawn l-indikaturi għandhom jiġu diskussi u jintgħażlu flimkien mal-persuna/i responsabbli

għas-sorveljanza tal-benesseri tal-annimali, u l-Korp għall-Benesseri tal-Annimali, jekk

xieraq. Imbagħad għandhom jintużaw biex jiġu żviluppati sistemi ta’ żamma tar-rekords fil-

post tal-gaġġa speċifiċi għall-istudju għal osservazzjoni ta’ kuljum, monitoraġġ u

valutazzjoni.

L-Appendiċi I jipprovdi eżempju ta’ kif dawn il-kategoriji ta’ livell għoli jistgħu jkomplu

jinqasmu iktar u jintużaw biex jiġu żviluppati kriterji xierqa ta’ osservazzjoni, billi tintuża

terminoloġija deskrittiva komuni.

L-Appendiċi II jipprovdi informazzjoni dwar linji gwida u riżorsi online li jistgħu jassistu fl-

iżvilupp ta’ valutazzjonijiet xierqa tal-benesseri għall-annimali li jsiru proċeduri xjentifiċi

fuqhom.

Fatturi li għandhom jitqiesu fil-valutazzjoni tas-severità reali

Ta’ min jinnota li, skont is-sitwazzjoni speċifika, hemm għadd ta’ elementi li jistgħu jħallu

impatt pożittiv u negattiv fuq is-severità, u jridu jiġu kkunsidrati d-differenzi bejn l-ispeċi

wkoll.

Il-valutazzjoni tas-severità reali għandha ssir fuq bażi individwali u ta’ każ b’każ, billi

jintużaw l-osservazzjonijiet meħudin mill-annimali matul il-monitoraġġ ta’ kuljum. Fejn

ikunu xierqa u disponibbli, jistgħu jintużaw parametri oħrajn meħtieġa għall-finijiet ta’

studju. Pereżempju, indikaturi li ma jistgħux jiġu osservati (bħat-temperatura tal-ġisem, il-piż

tal-ġisem, parametri bijokimiċi jew dejta bijotelemetrika bħar-rata ta’ tħabbit il-qalb) jistgħu

jkunu meħtieġa wkoll għall-istudju u għandhom jittieħdu f’kunsiderazzjoni għall-valutazzjoni

tas-severità jekk jistgħu jipprovdu informazzjoni addizzjonali u relevanti.

Is-severità reali li trid tiġi rrapportata għall-annimal individwali għandha tkun tal-ogħla livell

esperjenzat matul il-proċedura u mhux imsejsa fuq is-severità fi tmiem il-proċedura. L-

evalwazzjoni lanqas ma għandha titqies bħala sempliċi proċess addittiv eż. numru ta’

7

Page 10: TAS˜SEVERITÀ - European Commission...tittieħed jekk din tintlaħaq jew tinqabeż; • Approċċ konsistenti għall-ġudizzji ġenerali dwar it-tbatija reali (ħafifa, moderata,

proċeduri ħfief = severità moderata. Għandha tkun imsejsa wkoll fuq valutazzjoni ġenerali

tal-esperjenza tal-annimal mill-bidu sa tmiem il-proċedura.

Il-lista ta’ hawn taħt tipprovdi eżempji tat-tip ta’ elementi li għandhom jiġu kkunsidrati u

ponderati meta tiġi vvalutata s-severità reali.

Proċedura, teknika

Kirurġika / mhux kirurġika;

Livell u durata tal-irbit;

Nuqqas ta’ użu ta’ analġeżija/anesteżija meta, kieku, kienet tkun meħtieġa waħda

minn dawn jew it-tnejn li huma;

Mudell jew proċedura ġdid/a;

Elementi ambjentali (inklużi l-post tat-trobbija u restrizzjonijiet fuq l-ikel/ilma);

Stress /diffikultà;

Proċeduri mtennija u intervalli bejniethom (hemm bżonn li jitqiesu wkoll il-frekwenza

u taħlita tal-interventi “taħt il-livell limitu”);

Użu mill-ġdid jew użu ssoktat.

Speċi, razza, stadju tal-iżvilupp, esperjenza preċedenti

Din għandha tkun kunsiderazzjoni importanti – hemm bżonn li jinftiehmu l-

bijoloġija u l-imġiba tal-ispeċi u r-razza (u kultant indivdwali) sabiex tkun tista’

titbassar u tiġi vvalutata s-severità b’mod effettiv;

L-ispeċi u r-razza;

L-oriġini tal-annimal, eż. imrobbi għal għan partikolari, ferali jew salvaġġ;

Is-sors (inklużi l-kundizzjonijiet preċedenti tal-post tat-trobbija) u t-trasport;

Il-ġenotip, il-fenotip, is-sess, l-età, l-istatus immuni;

L-imġiba naturali u l-bijoloġija (eż. l-importanza relattiva ta’ sensi differenti, bħad-

dawl għal primati u x-xamm għal rodituri, u kif dawn jistgħu jkunu affettwati

f’ambjent ta’ laboratorju);

Post ta’ trobbija tal-annimal waħdu/fi grupp - ġustifikazzjoni biex annimali soċjali

jitrabbew f’post waħedhom, jew biex ikunu separati minn gruppi stabiliti fit-terminu

qasir jew fit-tul;

Ir-ritmi tal-ħajja ta’ kuljum, eż. l-impatt tat-twettiq binhar ta’ proċeduri xjentifiċi jew

tat-trobbija fuq annimali ta’ billejl;

Separazzjoni materna fl-ispeċi kollha, inklużi rodituri;

Il-ħila konjittiva, il-koxjenza, il-memorja, il-perċezzjoni tal-effetti tal-proċeduri.

Frekwenza, intensità

Ma hemm ebda rabta diretta bejn il-frekwenza u s-severità, jiġifieri frekwenza ogħla

mhux bilfors tfisser severità ikbar. Dan għaliex l-effett fuq is-severità ta’ proċeduri

jew tekniki ripetuti jiddependi fuq għadd ta’ fatturi, bħall-intensità ta’ kull intervent,

id-durata tiegħu, l-ispeċi u l-esperjenza tal-individwu;

8

Page 11: TAS˜SEVERITÀ - European Commission...tittieħed jekk din tintlaħaq jew tinqabeż; • Approċċ konsistenti għall-ġudizzji ġenerali dwar it-tbatija reali (ħafifa, moderata,

Meta l-interventi jkunu ripetuti, ikun hemm il-potenzjal li jindraw, u dan jista’ jnaqqas

is-severità, eż. fi primat mhux bniedem li fuqu jsiru proċeduri ħfief. Għall-kuntrarju,

ir-repetizzjoni tista’ żżid is-severità, eż. minħabba antiċipazzjoni ta’ proċedura

stressanti, jew bidu ta’ iperalġeżija jekk tkun involuta l-kirurġija;

Il-potenzjal għal taħriġ ta’ rinfurzar pożittiv, jew ‘premji’ wara proċeduri;

Għandu jiġi rreġistrat l-ogħla livell ta’ severità u mhux is-severità tal-‘livell ta’

rkupru’.

Durata tal-effett

Id-durata hija marbuta mal-intensità (u għalhekk anki mas-severità);

Jekk huwiex possibbli li jintużaw punti ta’ tmiem umanitarji jew xjentifiċi.

Effettività tal-rafinamenti

Analġeżija, anesteżija u kura wara l-operazzjoni xierqa;

Arrikkiment – kemm arrikkiment ambjentali u trobbija fi grupp ta’ annimali soċjali;

Post tat-trobbija, trobbija u kura – jekk huwiex possibbli li dawn jiġu rfinati skont l-

aħjar prattika kurrenti, jew jekk il-proċedura teħtieġx restrizzjonijiet bħal limitazzjoni

għal gaġeġ iżgħar (eż. gaġeġ tal-metaboliżmu), art bil-grilja jew espożizzjoni għal

kundizzjonijiet ambjentali li jistgħu jikkaġunaw stress;

Taħriġ tal-annimal biex jikkoopera, jew issirlu iktar faċli biex jidra l-proċeduri;

Effettività tal-protokolli ta’ valutazzjoni fil-post tal-gaġġa.

Severità kumulattiva

L-esperjenza tal-ħajja sħiħa tal-annimal, li fiha restrizzjonijiet fuq il-ħila ta’ rfinar tal-

post tat-trobbija, jew il-bżonn għal qbid, maniġġ u trażżin eċċ. li jistgħu jaffettwaw

spiss is-severità, trid tittieħed f’kunsiderazzjoni fi ħdan proċedura li tinvolvi numru ta’

passi/interventi;

Proċeduri preċedenti, fil-każ ta’ użu mill-ġdid.

L-esperjenza tal-ħajja sħiħa, inklużi elementi bħas-sors (eż. ‘ftim’ bikri) u t-trasport,

trid tittieħed f’kunsiderazzjoni meta jiġi kkunsidrat l-użu mill-ġdid.

Kif tiġi żgurata konsistenza fil-valutazzjoni u l-assenjament tas-severità reali

Ġeneralment ikun hemm bżonn ta’ kontribut fil-fażi ta’ tfassil tal-istudju minn xjentisti

relevanti, teknoloġisti tal-annimali, veterinarji u persunal tal-indukrar biex ikun żgurat li

hemm id-dejta xierqa disponibbli biex tkun tista’ tittieħed deċiżjoni informata dwar is-

severità reali fi tmiem il-proċedura. L-assenjament finali ta’ kategorija tas-severità reali ser

ikun ir-riżultat ta’ analiżi tar-rekords ta’ osservazzjonijiet fil-post tal-gaġġa tal-imġiba, is-

sinjali kliniċi u parametri relevanti oħrajn.

L-elementi li jikkontribwixxu għall-konsistenza jinkludu:

- L-inkorporazzjoni ta’ ħafna kompetenzi, esperjenzi u prijoritajiet – approċċ ta’ tim;

9

Page 12: TAS˜SEVERITÀ - European Commission...tittieħed jekk din tintlaħaq jew tinqabeż; • Approċċ konsistenti għall-ġudizzji ġenerali dwar it-tbatija reali (ħafifa, moderata,

- Taħriġ fl-użu tal-protokoll ta’ valutazzjoni ta’ kuljum (inkluża t-terminoloġija komuni

użata biex jiġu deskritti osservazzjonijiet);

- Kompetenza fuq is-saħħa, il-benesseri u l-imġiba tal-annimali;

- Analiżi regolari tal-eżiti;

- Komunikazzjoni bejn dawk kollha responsabbli mit-twettiq tal-istudju u l-monitoraġġ

tal-annimali (ġerarkika, kontroġerarkika, bejn u fi ħdan);

- Sorveljanza (lokali (eż. il-Korp għall-Benesseri tal-Annimali), reġjonali, nazzjonali,

fl-UE).

Il-kwistjonijiet ewlenin li ġejjin għandhom jitqiesu li jiżguraw konsistenza fil-valutazzjoni

tas-severità reali:

L-iżvilupp ta’ skeda ta’ valutazzjoni speċifika għall-proċedura

Skedi ta’ valutazzjoni mfasslin għall-ispeċi, ir-razza u l-istudju għandhom

ikunu żviluppati u għandu jintlaħaq qbil fuqhom qabel jibda l-proġett;

L-informazzjoni relevanti kollha disponibbli għandha tintuża b’mod effettiv fl-

iżvilupp ta’ skedi ta’ valutazzjoni speċifiċi għall-istudju, pereżempju

esperjenza preċedenti, riżultati ta’ studji in vitro jew in silico, tiftixiet ta’

tagħrif, informazzjoni minn studji pilota u sinjali kliniċi osservati fi bnedmin

jew annimali oħrajn;

Informazzjoni dwar liema parametri jeħtieġ ikunu osservati u kif għandu jsir

il-monitoraġġ għandha tkun disponibbli fil-post tal-gaġġa;

Il-klassifikazzjoni tal-livell ta’ severità prospettiva ser ‘tiddetta’ b’mod

parzjali l-livell ta’ involviment meħtieġ fil-livell operazzjonali, jekk hemmx

bżonn ta’ approċċ f’tim matul il-monitoraġġ, u min għandu jkun involut fl-

osservazzjonijiet proprji u l-proċess ta’ reġistrazzjoni. Dawn li żviluppaw il-

protokoll ta’ valutazzjoni speċifiku għall-istudju għandhom iwettqu u/jew

jikkonfermaw l-assenjament finali propju tas-severità;

Skont il-kumplessità tal-istudju, jistgħu jkunu utli skedi separati ta’

valutazzjoni għal komponenti separati, eż. skeda standard tal-kura għall-

kirurġija/perioperattiva użata flimkien ma’ valutazzjoni tal-protokoll tal-

istudju mfassla b’mod speċifiku;

F’xi każijiet, l-iskedi ta’ valutazzjoni speċifiċi għall-istudju jistgħu jindikaw

ukoll bżonn li tkun inkluża informazzjoni relevanti għall-ġestjoni tal-kolonja,

eż. dejta dwar it-tgħammir u t-trobbija tal-annimali ĠA.

Konsistenza fil-valutazzjoni tas-severità reali

Il-valutazzjoni tas-severità reali ssir fi tmiem il-proċedura u teħtieġ li tittieħed deċiżjoni

fuq is-severità ġenerali li fil-fatt tkun esperjenzata mill-annimal, fuq il-bażi tal-

valutazzjonijiet ta’ kuljum u wara li jittieħdu f’kunsiderazzjoni l-proċeduri li saru.

10

Page 13: TAS˜SEVERITÀ - European Commission...tittieħed jekk din tintlaħaq jew tinqabeż; • Approċċ konsistenti għall-ġudizzji ġenerali dwar it-tbatija reali (ħafifa, moderata,

Approċċ użat spiss fosthom huwa li jiġu definiti l-livell ‘ħafif’, ‘moderat’ u

‘sever’ għal kull wieħed mill-indikaturi użati fil-valutazzjonijiet ta’ kuljum, u

mbagħad tittieħed deċiżjoni dwar is-severità ta’ dawn fuq il-bażi ta’ każ b’każ;

Bħal fil-monitoraġġ ta’ kuljum, importanti li l-kriterji ta’ valutazzjoni

proprja jitfasslu skont il-proċedura, l-ispeċi u r-razza; eż. telf ta’ 10 % fil-

piż tal-ġisem ser ikollu implikazzjonijiet ferm differenti għas-saħħa u l-

benesseri ta’ far żgħir li għadu qed jikber; ġurdien adult b’tumur li qed jikber

malajr; jew kelb adult.

Il-kunsiderazzjoni tal-perjodu ta’ żmien li matulu jseħħu wħud minn dawn l-

indikaturi hija fattur essenzjali wkoll, b’mod partikolari fir-rigward tat-telf fil-

piż u l-konsum ta’ ikel/ilma.

Il-valutazzjoni ser issir billi jintużaw ir-rekords ta’ valutazzjoni ta’ kuljum, tittieħed

f’kunsiderazzjoni l-proċedura mwettqa fuq l-annimal, kemm damu l-effetti avversi u jekk

l-annimal reġax intuża jew le. Għad li dan bilfors li jinvolvi ċertu grad ta’ soġġettività,

taħriġ xieraq tal-osservatur għandu jkollu l-għan li jnaqqas din is-soġġettività.

L-assenjazzjoni tas-severità reali jekk l-annimali jinstabu mejtin

Jekk annimal jinstab mejjet, jiġifieri mhux ewtanizzat, dan jista’ jkun jew bħala

konsegwenza tal-proċedura sperimentali, jew kawżi oħrajn mhux relatati1;

Is-severità reali għall-annimali misjuba mejtin għandha tiġi rrapportata bħala ‘severa’

sakemm ma tkunx tista’ tittieħed deċiżjoni informata li l-annimal ma esperjenzax

tbatija severa qabel il-mewta;

Jekk huwa improbabbli li l-mewta kienet preċeduta minn tbatija severa, il-

klassifikazzjoni tas-severità reali għandha tirrifletti l-esperjenza magħrufa qabel il-

mewta. Ser ikun hemm bżonn li jittieħdu f’kunsiderazzjoni xierqa fatturi bħall-

frekwenza tal-monitoraġġ, l-użu ta’ analġeżija, eċċ.;

“ħsara (dejjiema)” tista’ tiġi esperjenzata biss minn annimal ħaj.

Eżempji biex jintwera l-proċess tal-klassifikazzjoni tas-severità, il-valutazzjoni ta’ kuljum

u l-valutazzjoni tas-severità reali finali għandhom jiġu żviluppati u jitqiegħdu għad-

dispożizzjoni tal-komunità xjentifika.

1 Għall-finijiet ta’ rapportar statistiku, is-severità reali għandha tkun primarjament relatata mas-severità tal-

proċeduri sperimentali u mhux ma’ inċidenti mhux relatati bħal tifqigħat ta’ mardiet jew għargħar f’gaġeġ.

Dawn it-tipi ta’ inċidenti huma relatati ma’ problemi tas-saħħa jew mal-prattiki ta’ trobbija u kura tal-annimali,

mhux ħsara dovuti għal proċeduri, iżda, madankollu, dawn għandhom jiġu rreġistrati, investigati iktar u

għandhom jingħataw segwitu sabiex jiġi evitat milli jerġgħu jseħħu.

11

Page 14: TAS˜SEVERITÀ - European Commission...tittieħed jekk din tintlaħaq jew tinqabeż; • Approċċ konsistenti għall-ġudizzji ġenerali dwar it-tbatija reali (ħafifa, moderata,

Min għandu jipprovdi kontribut għall-valutazzjoni tas-severità reali?

L-osservazzjoni u r-reġistrazzjoni tal-effetti spiss ikunu proċessi separati mill-

assenjament tas-severità reali;

Għandhom jiġu stabiliti responsabbiltajiet ċari biex ikun żgurat monitoraġġ

effettiv ta’ kuljum tal-annimali, bl-appoġġ u s-sorveljanza xierqa;

Għandu jkun hemm fis-seħħ proċess ta’ verifika biex tkun promossa l-

konsistenza, eż. billi jitqabblu l-punteġġi tal-valutazzjonijiet li saru minn

persuni differenti;

Ir-rwoli fir-rigward tal-osservanza u l-monitoraġġ tal-annimali u t-twettiq tal-

valutazzjonijiet tas-severità għandhom ikunu flessibbli u aġġustabbli fuq il-

bażi tal-kumplessità u s-severità tal-istudju inkwistjoni – għad li r-

responsabilità legali għall-iżgurar li t-tbatija tinqabad u tiġi minimizzata tibqa’

tal-persuna msemmija fl-awtorizzazzjoni tal-proġett;

Il-Korpi għall-Benesseri tal-Annimali għandu jkollhom rwol fil-livell ta’

stabiliment ukoll biex tkun żgurata konsistenza;

Il-Kumitati Nazzjonali u l-Awtoritajiet Kompetenti jistgħu jikkontribwixxu

wkoll għall-promozzjoni tal-konsistenza.

Għodod tal-monitoraġġ, il-midja u kunsiderazzjonijiet oħrajn

L-użu ta’ skedi ta’ valutazzjoni għandu jiġi kkunsidrat fl-istadju ta’ ppjanar

tal-proġetti;

L-iskedi ta’ valutazzjoni għandhom ikunu sempliċi kemm jista’ jkun, iżda

dettaljati kemm hemm bżonn, u mfasslin għat-tip ta’ studju;

Skedi ta’ valutazzjoni żviluppati qabel jistgħu jintużaw jekk dawn ikunu

xierqa għall-istudju, l-ispeċi u r-razza;

Iż-żamma ta’ rekords elettroniċi tista’ tgħin biex tkun żgurata konsistenza u

faċilità tal-aċċess għall-informazzjoni kollha relevanti;

L-użu ta’ lingwa u terminoloġija standard huwa rakkomandat;

Id-dejta rreġistrata għandha tkun oġġettiva kemm jista’ jkun;

Il-vantaġġi u l-iżvantaġġi ta’ sistemi ta’ osservazzjoni (i) li joħorġu punteġġi u

(ii) ‘binarju’ (fejn l-indikaturi jiġu mmarkati bħala ‘preżenti’ jew ‘assenti’)

għandhom jitqiesu fuq bażi ta’ każ b’każ;

It-tipi kollha ta’ rekords ta’ osservazzjoni għandhom jinkludu faċilità biex

jiżdied test ħieles, kif ukoll indikaturi predeterminati, sabiex ikunu jistgħu jiġu

rreġistrati osservazzjonijiet mhux mistennija;

Taħriġ effettiv għall-persunal kollu relevanti huwa essenzjali sabiex tkun

koperta b’mod speċifiku l-valutazzjoni tas-severità u l-benesseri kif ukoll it-

tekniki ta’ monitoraġġ;

Għandu jiġi stabilit pjan ta’ komunikazzjoni li jkopri l-persunal kollu

relevanti; dan għandu jinkludi mekkaniżmu biex jiġu komunikati minnufih

12

Page 15: TAS˜SEVERITÀ - European Commission...tittieħed jekk din tintlaħaq jew tinqabeż; • Approċċ konsistenti għall-ġudizzji ġenerali dwar it-tbatija reali (ħafifa, moderata,

riżultati mhux mistennija lill-individwi xierqa kollha u, skont kif applikabbli,

lill-Awtorità Kompetenti;

Il-monitoraġġ għandu jkun proporzjonat għall-effetti antiċipati – ġeneralment,

proċeduri li jistgħu jikkaġunaw tbatija ‘severa’ ser ikunu jeħtieġu monitoraġġ

iktar spiss u dettaljat;

Għandu jkun hemm kriterji ċari għall-intervent, pereżempju, jekk ikunu

osservati parametri partikolari jew jekk ikun hemm livell tat-tbatija li jqarreb

dak predeterminat. Il-persunal kollu relevanti għandu jkun jaf x’inhuma dawn

il-kriterji, ikunu jafu x’jagħmlu u lil min jikkuntattjaw jekk iseħħu.

Jekk il-proċess ta’ valutazzjoni tas-severità jkun implimentat b’mod effettiv, l-annimali

u l-persunal kollu involut fl-indukrar u l-użu tagħhom, ser jibbenefikaw minn

benesseri, validità xjentifika u trasparenza mtejbin.

Komunikazzjoni interna u esterna tajba dwar il-proċess ta’ valutazzjoni tas-severità u

dwar l-applikazzjoni tat-3R ser issarraf f’saħansitra iktar benefiċċji.

13

Page 16: TAS˜SEVERITÀ - European Commission...tittieħed jekk din tintlaħaq jew tinqabeż; • Approċċ konsistenti għall-ġudizzji ġenerali dwar it-tbatija reali (ħafifa, moderata,

Appendiċi I

Glossarju tal-Osservazzjonijet Kliniċi

Is-suċċess ta’ kwalunkwe skema ta’ valutazzjoni tas-severità jiddependi fuq l-għażla tal-indikaturi tal-benesseri li:

• jkunu rikonoxxibbli minnufih u b’mod affidabbli;

• jkunu effettivi fil-forniment ta’ miżuri tajbin tal-benesseri;

• jkunu rilevanti għall-istudju xjentifiku, l-ispeċi u r-razza (fejn xieraq);

• jkunu prattiċi biex jitwettqu u ma jiddisturbawx wisq lill-annimal u

• jkunu xierqa għal kejl, interpretazzjoni u analiżi konsistenti.

Għaldaqstant, approċċ komuni għar-reġistrazzjoni ta’ osservazzjonijiet kliniċi huwa għan mixtieq peress li ser jgħin fl-iżvilupp ta’ approċċi

konsistenti għall-klassifikazzjoni tas-severità. Dan jiffaċilita t-tqabbil tas-sejbiet kliniċi bejn studji, u jinforma lil dawk involuti fil-valutazzjoni

tas-severità.

L-osservazzjonijiet huma strutturati fuq is-sitt kategoriji ta’ livell għoli li ġejjin:

Dehra / Funzjonijiet tal-Ġisem / Ambjent / Atteġġamenti / Indikaturi speċifiċi għall-proċedura / Osservazzjonijiet ħielsa

Kategoriji ta’ livell

għoli

Oqsma enfasizzati meta jiġu osservati

annimali

Indikaturi speċifiċi x’jiġu ssorveljati

Dehra Kundizzjoni tal-ġisem Tnaqqis/żieda fil-piż

Obeż

Irqiq

Punteġġ tal-kundizzjoni tal-ġisem, jekk disponibbli

Kundizzjoni tal-pil u l-ġilda

Piloerezzjoni

Mhux mirqum/imberfel

14

Page 17: TAS˜SEVERITÀ - European Commission...tittieħed jekk din tintlaħaq jew tinqabeż; • Approċċ konsistenti għall-ġudizzji ġenerali dwar it-tbatija reali (ħafifa, moderata,

Pil żejtni

Telf ta’ pil

Deidratazzjoni – tikmix tal-ġilda

Ġrieħi fuq il-ġilda – nefħa; tiċrit; ulċera; korriment/ferita

Tilwin tar-rawt jew l-urina

Tnixxija Okulari; nażali; uroġenitali; tilwin tal-porfirina f’ċerti speċi eż. far

Għajnejn

F’ħofra jew ‘bla ħajja’

Magħluqin/nofshom magħluqin

Ħsara/korriment fl-għajn (eż. ulċera tal-kornea)

Ħalq

Tbeżliq

Malokklużjoni/snien kibru wisq

Oħrajn

‘Wiċċ muġugħ’ – eż. għajnejn nofshom magħluqin u nefħa fuq l-imnieħer

fil-ġrieden

Diqa fl-addome

Parti tal-ġisem minfuħa, eż. addome minfuħ

Funzjonijiet tal-

ġisem

Respirazzjoni

Nifs mgħaġġel (takipnea)

Nifs tqil (iperpnea)

Nifs tqil ħafna (dispnea)

Tħarħir jew ħoss ieħor mat-teħid tan-nifs

Konsum ta’ ikel/ilma Miżjud/imnaqqas

Temperatura tal-ġisem

Miżjuda/imnaqqsa; temperatura tal-ġisem imkejla jekk disponibbli (eż.

permezz ta’ mikroċippa jew apparat telemetriku, termometrija b’kuntatt jew

mingħajr kuntatt); kulur tal-estremitajiet fir-rodituri

Sensi Indeboliment fil-vista, is-smigħ jew il-bilanċ

Ambjent Ambjent magħluq, inkluż kwalunkwe

eskrement, materjal tat-tibjit, oġġetti

ta’ arrikkiment

Preżenza jew konsistenza tar-rawt

Inkontinenza urinarja, eż. minħabba poliurja

Preżenza ta’ vomtu jew demm

Jekk annimal jużax oġġetti ta’ arrikkiment eż. materjal tat-tijbit, blokok tal-

magħad

15

Page 18: TAS˜SEVERITÀ - European Commission...tittieħed jekk din tintlaħaq jew tinqabeż; • Approċċ konsistenti għall-ġudizzji ġenerali dwar it-tbatija reali (ħafifa, moderata,

Atteġġamenti Interazzjoni soċjali

Bidla minn temperament normali - interazzjonijiet apprensivi/aggressivi

ma’ annimali oħrajn; ansjetà (eż. risponsi ta’ ħarba mmarkati, ħabi)

Iżolat jew maqtugħ minn annimali oħrajn fi grupp soċjali

Atteġġamenti mhux mixtieqa

Imġiba ripetittiva/ sterjotipika

Tgerrim tal-pil (rodituri), trikotillomanija

Aggressjoni miżjuda lejn bnedmin jew annimali oħrajn

Pożizzjoni tal-ġisem u mobilità

Pożizzjoni tal-ġisem anormali

Mixja anormali; zappip; nuqqas ta’ ċaqliq/letarġija/nuqqas ta’ rieda ta’

tħarrik jekk stimolat

Ċaqliq mhux koordinat

Addome mħattab; ras mgħawġa

Oħrajn

Rogħda

Attakki/konvulżjonijiet/spażmi

Tleħħin; spontanju jew invokat. (Nota - Ċerti speċijiet, eż. rodituri,

normalment ileħħnu fil-medda ultrasonika; u b’hekk, tleħħin li jinstema’

huwa ta’ tħassib partikolari. Is-soltu, lanqas it-tleħħin tal-fniek ma

jinstema’ mill-bnedmin sakemm l-annimal ma jkunx f’diffikultà).

Indikaturi speċifiċi

għall-proċedura

Dawn huma identifikati fuq il-bażi tal-

proġett individwali, l-effetti avversi

tiegħu u l-indikaturi mistennija tagħhom

Pereżempju, f’mudell tal-EAE dawn jistgħu jinkludu: telf ta’ ton fid-denb,

dgħufija fir-riġlejn ta’ wara, dgħufija fir-riġlejn ta’ quddiem, paraliżi, telf

tal-funzjoni tal-awrina

Osservazzjonijiet

ħielsa

Skema ta’ valutazzjoni tas-severità dejjem għandha tinkludi faċilità biex tittieħed nota ta’ kwalunkwe osservazzjoni ta’

impatti negattivi mhux mistennija fuq il-benesseri.

16

Page 19: TAS˜SEVERITÀ - European Commission...tittieħed jekk din tintlaħaq jew tinqabeż; • Approċċ konsistenti għall-ġudizzji ġenerali dwar it-tbatija reali (ħafifa, moderata,

Appendiċi II

Qari kuntestwali, linji gwida u riżorsi online dwar il-valutazzjoni tal-benesseri tal-

annimali li jsiru proċeduri xjentifiċi fuqhom

American College of Laboratory Animal Medicine (ACLAM) (2006) Guidelines for the

Assessment and Management of Pain in Rodents and Rabbits, li jistgħu jitniżżlu minn

http://www.tinyurl.com/65ez5vh

Riżorsa ta’ taħriġ ta’ Assessing the Health and Welfare of Laboratory Animals (AHWLA).

Ara http://www.ahwla.org.uk/index.html

Canadian Council on Animal Care (CCAC) Welfare assessment. Ara http://www.ccac.ca/ u

agħfas fuq Three Rs Microsite, imbagħad fittex ‘welfare assessment’ (bl-Ingliż jew Franċiż)

Categorising the severity of scientific procedures on animals - Summary and reports from

three round-table discussions editjat minn Jane A. Smith u Maggy Jennings f’isem il-Grupp

Boyd u l-RSPCA, Lulju 2004

Ippubblikat minn RSPCA Research Animals Department

FELASA Working Group on the Reporting of Clinical Signs in Laboratory Animals (2012) –

(fl-istamperija)

Institute for Laboratory Animal Research (ILAR) (2008) Recognition and Alleviation of

Distress in Laboratory Animals. Washington, DC: National Academies Press

Institute for Laboratory Animal Research (ILAR) (2009) Recognition and Alleviation of Pain

in Laboratory Animals. Washington, DC: National Academies Press. Ara

http://dels.nas.edu/animal_pain/

Johansen R, Needham JR, Colquhoun DJ, et al. (2006) Guidelines for health and welfare

monitoring of fish used in research. Laboratory Animals 40: 323–340

Joint Working Group on Refinement (2011) A guide to defining and implementing protocols

for the welfare assessment of laboratory animals. Laboratory Animals 45: 1-13

Leach MC et al. (2008) Identification of appropriate measures for the assessment of

laboratory mouse welfare. Animal Welfare 17: 161-170

National Centre for the Three Rs (NC3Rs) Welfare assessment. Ara

http://www.nc3rs.org.uk/welfareassessment

National Health and Medical Research Council (2008) Guidelines to Promote the Wellbeing

of Animals Used for Scientific Purposes: The Assessment and Alleviation of Pain and

17

Page 20: TAS˜SEVERITÀ - European Commission...tittieħed jekk din tintlaħaq jew tinqabeż; • Approċċ konsistenti għall-ġudizzji ġenerali dwar it-tbatija reali (ħafifa, moderata,

Distress in Research Animals. Canberra: Il-Gvern Awstraljan. Ara http://www.nhmrc.gov.au

u fittex “pain and distress”

L-Organizzazzjoni għall-Kooperazzjoni u l-Iżvilupp Ekonomiċi (OECD) (2000). Guidance

Document on the Recognition, Assessment, and Use of Clinical signs as humane endpoints

for experimental animals used in safety evaluation. OECD Environmental Health and Safety

Publications Series on Testing and Assessment Nru 19. Pariġi: OECD

Wells DJ, Playle LC, Enser WEJ, et al. Assessing the welfare of genetically altered mice.

Verżjoni sħiħa fuq http://www.nc3rs.org.uk/gamice. Sommarju f’Laboratory Animals 40:

111–114

Workman P et al. (2010) Guidelines for the welfare and use of animals in cancer research.

British Journal of Cancer 102: 1555-1577, li tista’ tniżżlu minn

http://www.ncbi.nlm.nih.gov/pmc/articles/PMC2883160/?tool=pubmed

1.2 Ġurnali utli suġġeriti għal iktar informazzjoni

Applied Animal Behaviour Science http://www.applied-

ethology.org/applied_animal_behaviour_science.html

Animal Technology and Welfare http://www.iat.org.uk/publications/atw.htm

Animal Welfare http://www.ufaw.org.uk/animal.php

Contemporary Topics in

Laboratory Animal Science and

Journal of the American Association

for Laboratory Animal Science

http://www.aalas.org/publications/index.aspx#ct

Lab Animal u Lab Animal

Europe

http://www.labanimal.com/laban/index.html

http://www.labanimaleurope.eu/

Laboratory Animals http://la.rsmjournals.com/

1.3 Kliem kjavi suġġerit għal tiftixiet ta’ tagħrif

Il-kliem kjavi li ġej jista’ jgħin meta tfittex informazzjoni dwar il-valutazzjoni tas-severità:

affett

valutazzjoni tal-

benefiċċji u d-

danni

indikaturi pożittivi skala tas-severità

18

Page 21: TAS˜SEVERITÀ - European Commission...tittieħed jekk din tintlaħaq jew tinqabeż; • Approċċ konsistenti għall-ġudizzji ġenerali dwar it-tbatija reali (ħafifa, moderata,

benesseri tal-

annimali

punt ta’ tmiem

umanitarju benesseri pożittiv imġiba tal-marda

tbatija tal-annimali ħtiġijiet

valutazzjoni

kwalitattiva tal-

atteġġament

stress

valutazzjoni valutazzjoni

oġġettiva kwalità tal-ħajja tbatija

skumdità uġigħ raffinament valutazzjoni tal-

benesseri

turment valutazzjoni tal-

uġigħ skedi tal-punteġġ

indikatur tal-

benesseri

valutazzjoni tad-

dannu kejl tal-uġigħ sistema ta’ punteġġ

riżultati tal-

benesseri

Referenzi relatati mal-klassifikazzjoni tas-severità reali

CCAC (1998) Guidelines on: Choosing an Appropriate Endpoint in Experiments Using

Animals for Research, Teaching and Testing. Canadian Council on Animal Care, disponibbli

fuq: http://www.ccac.ca/en_/standards/guidelines (Ingliż) u

http://www.ccac.ca/fr_/normes/lignes_directrices (Franċiż)

FELASA Working Group on Pain and Distress (1994) Pain and distress in laboratory rodents

and lagomorphs. Laboratory Animals 28: 97-112

Jones HRP, Oates J u Trussell BA (1999) An applied approach to the assessment of severity.

In: Hendriksen CFM. & Morton DB (eds), Humane Endpoints in Animal Experiments for

Biomedical Research. Proċedimenti tal-Konferenza Internazzjonali, 22-

25 ta’ Novembru 1998, Zeist, Il-Pajjiżi l-Baxxi. Royal Society for Medicine Press Ltd.,

Londra pp 40-47

LASA /APC (2008) Final Report of a LASA/APC Working Group to Examine the Feasibility

of Reporting Data on the Severity of Scientific Procedures on Animals. Disponibbli fuq:

http://www.lasa.co.uk/publications.html

Morton, DB u Hau J (2011) Kapitlu 18: Welfare assessment and humane endpoints. Fil-

Handbook of Laboratory Animal Science, 3rd

Edition, Volume 1 Essential Principles and

Practices. Hau J u Schapiro, SJ (ed.), CRC Press LLC, USA, pp 535-572

19

Page 22: TAS˜SEVERITÀ - European Commission...tittieħed jekk din tintlaħaq jew tinqabeż; • Approċċ konsistenti għall-ġudizzji ġenerali dwar it-tbatija reali (ħafifa, moderata,

Prescott MJ, Morton DB, Anderson D, Buckwell A, Heath S, Hubrecht R, Jennings M, Robb

D, Ruane B, Swallow J u Thompson P (2004) Refining dog husbandry and care, Eighth

report of the BVAAWF/FRAME/RSPCA/UFAW Joint Working Group on Refinement.

Laboratory Animals 38 Suppl 1: S1:1-S1:94

Wolfensohn S u Lloyd M (2003) Handbook of Laboratory Animal Management and Welfare,

3rd

Edition. Blackwell Publishing Ltd, Oxford (qed titħejja r-raba’ edizzjoni)

(L-aħħar żjariet tal-URLs saru fl-24 ta’ Mejju 2012.)

20

Page 23: TAS˜SEVERITÀ - European Commission...tittieħed jekk din tintlaħaq jew tinqabeż; • Approċċ konsistenti għall-ġudizzji ġenerali dwar it-tbatija reali (ħafifa, moderata,

21

Page 24: TAS˜SEVERITÀ - European Commission...tittieħed jekk din tintlaħaq jew tinqabeż; • Approċċ konsistenti għall-ġudizzji ġenerali dwar it-tbatija reali (ħafifa, moderata,

Eżempji biex jintwera l-proċess ta’ klassifikazzjoni tas-severità,

il-valutazzjoni ta’ kuljum u l-valutazzjoni tas-severità reali

Brussell, il-11 ta’ Jannar 2013

Id-Dokument ta’ Ħidma dwar Qafas ta' Valutazzjoni tas-Severità prodott mill-Grupp ta’ Ħidma tal-Esperti tal-Kummissjoni Ewropea u

approvat mill-Awtoritajiet Nazzjonali Kompetenti għall-implimentazzjoni tad-Direttiva 2010/63/UE dwar il-protezzjoni tal-annimali li

jintużaw għal skopijiet xjentifiċi fil-laqgħa tagħhom ta’ Lulju 2012 irrakkomanda l-iżvilupp ta’ eżempji biex jintwera l-“proċess ta’

klassifikazzjoni tas-severità, il-valutazzjoni ta’ kuljum u l-valutazzjoni finali tas-severità reali” u li dawn għandhom jitqiegħdu għad-

dispożizzjoni tal-komunità xjentifika.

Bħala segwitu, il-Grupp ta’ Ħidma tal-Esperti pproduċa eżempji varji biex juri kif il-proċess deskritt fid-Dokument ta’ Ħidma jista’ jiġi

applikat għal proċeduri differenti. Dawn huma maħsubin sabiex jgħinu lill-Awtoritajiet Kompetenti, lill-utenti, lit-teknoloġisti tal-annimali,

lill-veterinarji u lill-persunal l-ieħor kollu rilevanti biex jiġi żgurat li l-uġigħ, it-tbatija u l-iskumdità jitbassru b’mod effettiv, jiġu

rikonoxxuti, jittejbu, fejn possibbli, u jiġu vvalutati b’mod konsistenti matul il-proċeduri. Dan id-dokument ġie approvat mill-Awtoritajiet

Nazzjonali Kompetenti għall-implimentazzjoni tad-Direttiva 2010/63/UE fil-laqgħa tagħhom tat-23-24 ta’ Jannar 2013.

Huwa kruċjali li jitqiesu għadd ta’ fatturi importanti meta jintużaw dawn l-eżempji:

Wieħed jassumi li tiġi implimentata prassi tajba tul il-proċess kollu fir-rigward tal-post tat-trobbija, it-trobbija u l-indukrar; il-

proċeduri ta’ raffinament; l-edukazzjoni u t-taħriġ; il-valutazzjoni tal-kompetenza; is-sejbien u l-applikazzjoni ta’ informazzjoni

attwali dwar is-sostituzzjoni, it-tnaqqis u r-raffinament; u d-disinn sperimentali.

22

Page 25: TAS˜SEVERITÀ - European Commission...tittieħed jekk din tintlaħaq jew tinqabeż; • Approċċ konsistenti għall-ġudizzji ġenerali dwar it-tbatija reali (ħafifa, moderata,

It-tip ta’ skedi tal-punteġġ inklużi fi ħdan l-eżempji huma maħsubin sabiex jikkumplimentaw – u mhux jieħdu post – il-ġudizzju

ta' persunal imħarreġ, kompetenti u empatetiku. L-għan huwa li jkunu jistgħu jsiru osservazzjoni, żamma tar-rekords u

valutazzjoni iktar sistematiċi u oġġettivi tat-tbatija, iżda li ma jissostitwux il-ġudizzju professjonali.

Kull eżempju huwa relatat ma’ sitwazzjoni ipotetika iżda realistika. Ma jkunx xieraq li jiddaħħal id-dettall kollu li jkun disponibbli

fil-prattika, iżda hemm biżżejjed dettalji inklużi sabiex jiġi spjegat kif ġie applikat il-proċess.

Kif iddikjarat fid-Dokument ta’ Ħidma, huwa essenzjali li l-valutazzjoni tas-severità tinxtarr u titfassal b’mod partikolari għall-

ispeċi, ir-razza u l-proċedura kif issir fl-istabbiliment tal-utent individwali. Fuq dik il-bażi, il-Grupp tal-Esperti jirrakkomanda bi

ħġaru sabiex ma jintużawx it-tabelli u s-sistemi tal-iskedi tal-punteġġ fl-eżempji kif inhuma, lanqas għall-istess proċeduri. Il-

protokolli ta’ valutazzjoni tas-severità għandhom jiġu rieżaminati b’mod regolari għall-effettività, u jiġu riveduti skont il-bżonn.

L-eżempji huma soġġetti għal reviżjoni wkoll, hekk kif jiżdied l-għarfien dwar l-indikaturi ta’ wġigħ, tbatija u skumdità u hekk kif

jinbidlu l-approċċi għall-valutazzjoni u l-klassifikazzjoni tas-severità. Kull wieħed huwa mmarkat b’data; jekk jogħġbok ivverifika l-

websajt tal-KE http://ec.europa.eu/ambjent/chemicals/lab_animals/interpretation_en.htm għall-aġġornamenti.

Jintlaqgħu tajjeb ħafna kummenti dwar l-utilità tal-eżempji u suġġerimenti sabiex jiddaħħlu iktar proċeduri; jekk jogħġbok ibgħat

il-kummenti lil [email protected]

23

Page 26: TAS˜SEVERITÀ - European Commission...tittieħed jekk din tintlaħaq jew tinqabeż; • Approċċ konsistenti għall-ġudizzji ġenerali dwar it-tbatija reali (ħafifa, moderata,

Werrej:

Mudell 1 – Studji tal-Onkoloġija .............................................................................................................................................................. 25

Mudell 1(a) Żamma ta’ linji ta’ ċelluli ta’ Tumuri tal-Bniedem fi ġrieden għarwenin immunokompromessi ....................... 26

Mudell 1(b) L-effikaċja ta’ aġenti farmaċewtiċi ġodda fuq it-tkabbir tat-tumur ..................................................................... 32

Mudell 2 – Enċefalite Awtoimmuni Sperimentali (EAE) fil-ġrieden ....................................................................................................... 40

Mudell 3 – Artrite ..................................................................................................................................................................................... 49

Mudell 4 – Puplesija ................................................................................................................................................................................. 60

Mudell 5 – Il-Produzzjoni ta’ Antikorpi Poliklonali fil-Fniek .................................................................................................................. 72

Mudell 6 - Il-Produzzjoni u ż-Żamma ta’ Annimali Ġenetikament Alterati (ĠA) ................................................................................... 79

Mudell – GeneAtm1a(Funding)Lab

................................................................................................................................................... 81

Mudell –Tg(ĠeneB)Labcode

........................................................................................................................................................ 87

Mudell – ĠeneĊtm1a(Funding)Lab

................................................................................................................................................... 89

24

Page 27: TAS˜SEVERITÀ - European Commission...tittieħed jekk din tintlaħaq jew tinqabeż; • Approċċ konsistenti għall-ġudizzji ġenerali dwar it-tbatija reali (ħafifa, moderata,

Eżempji li juru l-proċess tas-severità

Mudell 1 – Studji tal-Onkoloġija (1a u 1b)

Aġġornat l-aħħar: 05/02/2013

1. Mudelli tal-Annimali fl-Istudji tal-Onkoloġija (1a u 1b)

Kuntest ġenerali: Evalwazzjoni ta’ aġenti ġodda kontra l-kanċer in vivo

Il-kanċer huwa kawża kbira tal-mewt fil-pajjiżi żviluppati u t-tixjiħ tal-popolazzjoni umana bilfors li ser iwassal għal żieda fil-piż tal-marda. Fl-

2010, il-probabilità ta' mewt relatata mal-kanċer fl-UE qabel l-età ta’ sebgħin sena kienet ta’ madwar waħda minn kull sebgħa. Għaldaqstant,

hemm bżonn li jiġu żviluppati mediċini ġodda u iktar effettivi għall-kura tal-kanċer. Il-benefiċċji ser jinvolvu t-tnaqqis tal-mortalità tal-kanċer u

t-titjib tal-kwalità tal-ħajja għal dawk li jiżviluppaw kanċer fil-ġejjieni.

Bħalissa jintużaw mudelli tal-annimali fl-iżvilupp ta’ mediċini ġodda għat-trattament tal-kanċer, minbarra mmudellar bil-kompjuter u

metodoloġiji in vitro bħal assaġġi fuq kolturi taċ-ċelluli. Ladarba s-selettività u l-attività tal-komposti jiġu kkonfermati in vitro, fl-annimali jiġu

ttestjati biss dawk il-komposti li juru karatteristiċi favorevoli. Isiru studji tat-tollerabilità bi gruppi żgħar ta’ annimali biex tiġi stabbilita d-doża

massima tollerata (MTD) u l-idoneità tal-iskeda tad-dożaġġ qabel studji ikbar dwar l-effikaċja.

Is-severità tal-effetti fuq l-annimali ser tkun tiddependi fuq il-mudelli u l-iskop tal-istudju. Pereżempju, iż-żamma ta’ linji ta’ ċelluli tat-tumur

ma għandux ikollha impatt importanti fuq it-trattament xieraq diment li tkun osservata prassi tajba matul il-proċess sħiħ inklużi l-monitoraġġ

xieraq tal-annimali u l-adozzjoni ta’ punti aħħarin umanitarji bikrija. Madankollu, studji biex jiġi vvalutat trattament ġdid f’mudelli metastatiċi

aktarx li jinvolvu tħassib iktar sinifikanti dwar it-trattament xieraq minħabba żvilupp ta’ tumuri multipli u l-effetti avversi probabbli ta’ mediċini

ċitotossiċi.

25

Page 28: TAS˜SEVERITÀ - European Commission...tittieħed jekk din tintlaħaq jew tinqabeż; • Approċċ konsistenti għall-ġudizzji ġenerali dwar it-tbatija reali (ħafifa, moderata,

Ġew ippubblikati għadd ta’ linji gwida għat-trattament xieraq u l-użu tal-annimali fir-riċerka dwar il-kanċer, pereżempju fil-British Journal of

Cancer (Workman et al. 2010). Dawn jipprovdu ħarsa ġenerali dettaljata lejn id-diversi mudelli ta’ tumuri tal-annimali li huma disponibbli, l-

impatt li dawn ikollhom fuq l-annimali u kif tista’ tiġi minimizzata t-tbatija.

Hawnhekk qed jiġu pprovduti żewġ eżempji li juru mudelli tal-annimali tal-onkoloġija bi klassifikazzjonijiet ta' severità differenti.

Referenza

Workman et al. (2010) Guidelines for the welfare and use of animals in cancer research.British Journal of Cancer (2010) 102(11), 1555 – 1577;

jista’ jitniżżel b’xejn minn http://www.ncbi.nlm.nih.gov/pmc/articles/PMC2883160/pdf/6605642a.pdf

1 (a) - Żamma ta’ linji ta’ ċelluli ta’ Tumuri tal-Bniedem fi ġrieden għarwenin immunokompromessi

Ċerti linji ta’ ċelluli ta’ tumuri tal-bniedem ma jirrepplikawx b’mod li jista’ jitqies affidabbli fil-koltura u jkun hemm il-ħtieġa okkażjonali li linji

ta’ ċelluli tal-bniedem jiġu karatterizzati u miżmuma f’mudell in vivo ksenoġeniku.

Studju

30 ġurdien raġel għarwenin BALB/C ser jitlaqqmu taħt il-ġilda fil-ġenb tax-xellug b’sospensjoni ċellulari 10³ HCT 116 f’0.1 ml soluzzjoni

fiżjoloġiku. L-annimali ser jitqiegħdu fi grupp f’Gaġeġ b’Ventilazzjoni Individwali (IVCs) b’materjal ta’ liter u tibjit. It-trattament xieraq tal-

annimali ser jiġi vvalutat ta’ kuljum u l-annimali ser jintiżnu kull erbat ijiem. L-individwi ser jiġu palpati għal tumuri kull jumejn, u kwalunkwe

tumur li jiġi identifikat ser jitkejjel b’kalipers kull jumejn. L-annimali ser jiġu ewtanizzati fil-jum 15 għall-ġbir tat-tumuri.

26

Page 29: TAS˜SEVERITÀ - European Commission...tittieħed jekk din tintlaħaq jew tinqabeż; • Approċċ konsistenti għall-ġudizzji ġenerali dwar it-tbatija reali (ħafifa, moderata,

Valutazzjoni prospettiva inizjali u kunsiderazzjoni tar-raffinamenti speċifiċi u tal-punti aħħarin umanitarji

Dan l-istudju x’jinvolvi

li jsir fuq l-annimali?

X’ser jesperjenzaw l-annimali?

Kemm tista’ tiġi kkaġunata tbatija?

X’jista’ jagħmilha agħar?

It-tbatija kif ser titnaqqas għall-minimu?

Effetti avversi Metodoloġija u interventi Punti aħħarin

Żamma ta’ ġrieden

immunokompromessi

L-annimali huma suxxettibbli għal

infezzjoni

Jittrabbew f’IVCs u l-prassi tat-

trobbija titfassal biex jiġi

minimizzat ir-riskju ta’

kontaminazzjoni

L-annimali jitrabbew fi gruppi u jiġi

pprovdut arrikkiment ambjentali

biex jonqos l-istress

It-trobbija u l-kura ser jiġu

rieżaminati jekk jiġi osservat xi

sinjal ta’ skumdità, aggressjoni jew

imġiba anormali

Kwalunkwe annimal li juri sinjali

ta’ mard ser jinqatel

Tilqima taħt il-ġilda ta’

ċelluli tat-tumur

Skumdità temporanja wara t-tilqima It-tilqima ssir darba biss

Ser jiġi injettat volum xieraq

(massimu ta’ 0.2ml)

L-annimali ser jiġu ssorveljati mill-

qrib matul il-perjodu eżatt wara t-

L-annimali ser jinqatlu b’mod

dinjituż jekk wara t-tilqima jiġu

osservati diffikultà jew skumdità

f’livelli ogħla minn wieħed ħafif

mingħajr irkupru rapidu (ferm rari)

27

Page 30: TAS˜SEVERITÀ - European Commission...tittieħed jekk din tintlaħaq jew tinqabeż; • Approċċ konsistenti għall-ġudizzji ġenerali dwar it-tbatija reali (ħafifa, moderata,

Analiżi

L-annimali huma mistennija jesperjenzaw biss skumdità ĦAFIFA u jinqatlu jekk tfeġġ xi problema tas-saħħa jew tat-trattament xieraq ikbar

minn dan il-livell.

Għaldaqstant xieraq li jkun hemm klassifikazzjoni tas-severità prospettiva ta’ xi tfisser ĦAFIFA.

Eżempju ta’ skeda ta’ osservazzjoni mimlija hija inkluża fi tmiem dan il-mudell

Osservazzjonijiet kliniċi

Tfasslet skeda tal-punteġġ bażika li ffokat fuq id-daqs tat-tumur, il-piż tal-ġisem, il-pożizzjoni tal-ġisem u l-mixja, għaliex kienu mistennija biss

ftit sinjali kliniċi oħrajn. Ġie inkluż spazju għal sinjali kliniċi mhux mistennija sabiex jitniżżlu f'forma ta' test liberu. Entrata ta' NAD (ebda

anormalità identifikata) tikkonferma li l-annimali ġew ikkontrollati u ma ġiet osservata ebda anormalità. Hawn taħt hawn inkluż eżempju.

Riżultati

Ma ġie rreġistrat ebda telf ta’ piż sinifikanti f’xi wieħed mill-annimali.

F'5 annimali ma ġie osservat ebda żvilupp ta’ tumuri.

tilqima

Tkabbir ta’ tumur Jista’ jikkaġuna skumdità jew jaffettwa

l-imġiba jew it-tħarrik normali

Tumur jista’ jsir infettat jew ulċerat

(iżda ma għandux jimmetastatizza)

It-tkabbir tat-tumur ser jitkejjel kull

jumejn

L-iskema ta’ monitoraġġ ser

tinkludi osservazzjoni bir-reqqa tal-

pożizzjoni tal-ġisem, il-mixja u tad-

daqs u l-kundizzjoni tat-tumur

L-annimal ser jinqatel jekk it-tumur

julċera, jew ixekkel l-imġiba, il-

pożizzjoni jew it-tħarrik normali,

jew jekk jaqbeż dijametru ta’ 1.2

cm (Workman et al. 2010)

28

Page 31: TAS˜SEVERITÀ - European Commission...tittieħed jekk din tintlaħaq jew tinqabeż; • Approċċ konsistenti għall-ġudizzji ġenerali dwar it-tbatija reali (ħafifa, moderata,

F'25 annimal, żviluppaw tumuri fuq il-ġenb. Dawn it-tumuri ma xekklux l-imġiba normali, u kien ta' daqs massimu ta’ 1 cm fl-14-il Jum

meta l-annimali ġew ewtanizzati skont il-protokoll tal-istudju għall-ġbir tat-tumuri.

F’gaġġa minnhom kien hemm imġiba aggressiva u ġlied; annimal minnhom kellu ġrieħi minn gidmiet fuq id-denb u d-dahar u ġie separat

f’gaġġa individwali, il-ġrieħi ġew diżinfettati lokalment kuljum sakemm fiequ u l-annimal inżamm sa tmiem il-proċedura.

Valutazzjoni tas-Severità Reali

29 annimal temmew l-istudju b’xejn iktar minn tbatija ħafifa relatata mat-tilqima u t-tkabbir ta’ tumuri.

Is-severità reali għalihom tqieset ĦAFIFA. Annimal minnhom kellu ġrieħi minn gidmiet li ġew ikkontrollati b’mod effettiv. F’dan l-

annimal, kien hemm xi tbatija addizzjonali minħabba aggressjoni, iżda din ma kinitx relatata mal-proċedura. Dawn l-inċidenti ġew indirizzati

b’mod effettiv u t-tbatija ġiet minimizzata. Għad li l-livell ta’ tbatija esperjenzata minn dan l-annimal kien moderat, peress li dan l-inċident

ma kienx relatat mal-proċedura, is-severità reali relatata mal-proċedura li kellha tiġi rrapportata tqieset ĦAFIFA.

Eżempju ta’ skeda ta’ osservazzjoni (mimlija għal każ ipotetiku)

Tkabbir ta’ Tumur fi Ġrieden Għarwenin – Proċedura u Skeda ta’ Osservazzjoni

Gaġġa 1 – Ġrieden numri 1-5

Data Proċedura Daqs tat-

tumur (cm)

Piż (g) Osservazzjonijiet Kliniċi - iċċekkja bir-reqqa l-

pożizzjoni tal-ġisem u l-mixja

28/02 Tilqima taħt

il-ġilda

1- 21

2- 22

3- 21

Ebda sinjal ta’ problemi ta' trattament xieraq wara

t-tilqim

29

Page 32: TAS˜SEVERITÀ - European Commission...tittieħed jekk din tintlaħaq jew tinqabeż; • Approċċ konsistenti għall-ġudizzji ġenerali dwar it-tbatija reali (ħafifa, moderata,

4 -22

5- 22

01/03 Ebda Anormalità Identifikata (NAD)

02/03 Palpazzjoni NAD

03/03 NAD

04/03 Palpazzjoni 1- 21

2- 22

3- 21

4 -22

5- 22

NAD

05/03 NAD

06/03 Palpazzjoni NAD

07/03 Xi mġiba aggressiva; ebda ferita apparenti

08/03 Kejl tad-

daqs tat-

tumur

1 – 0.1

2 – 0.1

3 – 0.1

4 – ebda

1- 21

2- 22

3- 21

4 -22

Il-ġurdien 1 kellu ġrieħi minn gdim fuq id-denb u

d-dahar – trattament lokali; ittieħed f’post tat-

trobbija waħdu. Kaxxa għat-tibjit ġiet ipprovduta

għall-annimal f’post tat-trobbija waħdu iżda

tneħħiet mill-gaġġa bl-erba’ ġrieden l-oħra f’każ li

din kienet qed tikkaġuna aggressjoni

30

Page 33: TAS˜SEVERITÀ - European Commission...tittieħed jekk din tintlaħaq jew tinqabeż; • Approċċ konsistenti għall-ġudizzji ġenerali dwar it-tbatija reali (ħafifa, moderata,

tumur

5 – 0.2

5- 22

09/03 Ġrieħi diżinfettati għall-ġurdien 1, qed ifiqu sew;

ebda sinjal ta’ aggressjoni bejn l-annimali li fadal

10/03 Kejl tad-

daqs tat-

tumur

1 – 0.2

2 – 0.1

3 – 0.1

4 – ebda

tumur

5 – 0.2

Ġrieħi diżinfettati għall-ġurdien 1

11/03 Ġrieħi diżinfettati għall-ġurdien 1

12/03 Kejl tad-

daqs tat-

tumur

1- 0.4

2 – 0.3

3 – 0.3

4 – ebda

tumur

5 – 0.5

1- 22

2- 22

3 - 21

4 -21

5- 23

Ġrieħi mfejqin għall-ġurdien 1, id-diżinfezzjoni

twaqqfet.

13/03 NAD

31

Page 34: TAS˜SEVERITÀ - European Commission...tittieħed jekk din tintlaħaq jew tinqabeż; • Approċċ konsistenti għall-ġudizzji ġenerali dwar it-tbatija reali (ħafifa, moderata,

14/03 Ewtanażja u

ġbir tat-

tumur.

1 (b) L-effikaċja ta’ aġenti farmaċewtiċi ġodda fuq it-tkabbir tat-tumur - Proċedura b’bosta stadji

L-istudju huwa maħsub sabiex tiġi vvalutata l-effikaċja ta’ aġenti ġodda fit-tnaqqis jew it-twaqqif tat-tkabbir taċ-ċelluli tat-tumur. It-tumur irid

ikun ġie stabbilit sew qabel ma tkun tista’ tinbeda l-kura (normalment dijametru ta’ 0.5 cm ikun biżżejjed) – minħabba d-durata tal-istudju, ċerti

tumuri jistgħu jiżviluppaw sa dijametru massimu ta’ 1.2 cm, normalment fil-grupp ta’ kontroll li ngħata l-veikolu. Mediċini ċitotossiċi aktarx li

jikkaġunaw xi effetti avversi għat-trattament xieraq.

30 ġurdien raġel BALB/C għarwenin ser jitlaqqmu b’ċelluli ta' tumur li jikbru bil-mod (0.1 ml). It-trattament xieraq tal-annimali ser jiġi vvalutat

kuljum u l-annimali ser jintiżnu darba fil-ġimgħa għal 3 ġimgħat konsekuttivi. It-tkabbir tat-tumur ser jitkejjel b’kalipers fil-jum 7 u fil-jum 14;

fil-jum 20, it-tumuri ser jerġgħu jitkejlu, l-annimali ser jitqassmu b’mod aleatorju u t-trattament jinbeda fil-forma ta’ tilqimiet intraperitoneali

darbtejn kuljum għal sebat ijiem.

Valutazzjoni prospettiva inizjali u kunsiderazzjoni tar-raffinamenti speċifiċi u tal-punti aħħarin umanitarji

Dan l-istudju x’jinvolvi

li jsir fuq l-annimali?

X’ser jesperjenzaw l-annimali?

Kemm tista’ tiġi kkaġunata tbatija?

X’jista’ jagħmilha agħar?

It-tbatija kif ser titnaqqas għal minimu?

Effetti avversi Metodoloġija u interventi Punti Aħħarin

Żamma ta’ ġrieden

immunokompromessi

L-annimali huma suxxettibbli għal

infezzjoni

Jitrabbew f’IVCs u l-prassi tat-

trobbija titfassal biex jiġi

minimizzat ir-riskju ta’

kontaminazzjoni

L-annimali jitrabbew fi gruppi u jiġi

Kwalunkwe annimal li juri sinjali

ta’ marda interkurrenti ser jinqatel

32

Page 35: TAS˜SEVERITÀ - European Commission...tittieħed jekk din tintlaħaq jew tinqabeż; • Approċċ konsistenti għall-ġudizzji ġenerali dwar it-tbatija reali (ħafifa, moderata,

pprovdut arrikkiment ambjentali

biex jonqos l-istress

It-trobbija u l-kura ser jiġu

rieżaminati jekk jiġi osservat xi

sinjal ta’ skumdita, aggressjoni jew

imġiba anormali

Tilqima taħt il-ġilda ta’

ċelluli tat-tumur

Skumdità temporanja wara t-tilqima It-tilqima ssir darba biss

Ser jiġi injettat volum xieraq

(massimu ta’ 0.2ml)

L-annimali ser jiġu ssorveljati mill-

qrib matul il-perjodu eżatt wara t-

tilqima

L-annimali ser jinqatlu b’mod

dinjituż jekk wara t-tilqima jiġu

osservati diffikultà jew skumdità

f’livelli ogħla minn wieħed ħafif

mingħajr irkupru rapidu (ferm rari)

Tkabbir tat-tumur Jista’ jikkaġuna skumdità jew jaffettwa

l-imġiba jew it-tħarrik normali

Tumur użat jista’ jinfetta jew julċera

(iżda ma għandux jimmetastatizza)

Osservazzjoni ta’ kuljum tal-

annimali, monitoraġġ regolari tas-

saħħa ġenerali u tat-tkabbir tat-

tumur

L-iskema ta’ monitoraġġ ser

tinkludi osservazzjoni bir-reqqa tal-

pożizzjoni tal-ġisem, il-mixja u d-

daqs u l-kundizzjoni tat-tumur

L-interventi farmaċewtiċi ser

jibdew meta t-tumur jilħaq

dijametru ta’ 0.5 cm (imkejjel

L-annimal ser jinqatel jekk it-tumur

julċera, jew ixekkel l-imġiba, il-

pożizzjoni tal-ġisem jew it-tħarrik

normali, jew jekk jaqbeż dijametru

ta’ 1.2 cm (Workman et al. 2010)

33

Page 36: TAS˜SEVERITÀ - European Commission...tittieħed jekk din tintlaħaq jew tinqabeż; • Approċċ konsistenti għall-ġudizzji ġenerali dwar it-tbatija reali (ħafifa, moderata,

Analiżi

Bħala konsegwenza tad-daqs tat-tumur, tal-potenzjal ikbar għall-ulċerazzjoni, tal-frekwenza tat-tilqim u tal-effetti avversi tal-mediċini mogħtijin,

klassifikazzjoni ta' severità prospettiva - ĦAFIFA hija xierqa f’dan il-każ.

Il-limitu tas-severità jista’ jkun ĦAFIF?

Dan hu ferm improbabbli, sakemm l-għanijiet xjentifiċi ma jkunux jisgħu jinkisbu b’punti aħħarin iktar bikrin, pereżempju billi jitnaqqas id-daqs

massimu tat-tumur. Dan ikun jimplika wkoll tilqima ta’ mediċini b’doża magħrufa li ma tikkaġuna ebda effett kliniku avvers sinifikanti. F’dawn

iċ-ċirkustanzi, severità ĦAFIFA tista’ titqies xierqa.

b’kalipers)

Tilqima

intraperitoneali ta’

aġent farmaċewtiku

ġdid

Skumdità temporanja wara t-tilqima

Mediċini ċitotossiċi jistgħu jikkaġunaw

dijarea, telf fil-piż, anoressija jew

letarġija

L-annimali ser jiġu ssorveljati mill-

qrib matul il-perjodu eżatt wara t-

tilqima

Volum massimu ta’ 10ml/kg kuljum

għal sebat ijiem

Ser jintużaw livelli minimi ta’

dożaġġ (determinati wara studji ta'

individwazzjoni tad-dożi)

Ser tintuża sistema ta’ punteġġ

kliniku biex jiġi vvalutat it-

trattament xieraq

L-annimali ser jinqatlu jekk it-telf

fil-piż jaqbeż l-20% tal-piż inizjali

tal-ġisem. L-annimali li ma jiklux

jew li jkollhom dijarea għal iktar

minn 48 siegħa ser jinqatlu

Ser jitfassal limitu superjuri għal

punteġġ kliniku bħala punt aħħari

umanitarju

34

Page 37: TAS˜SEVERITÀ - European Commission...tittieħed jekk din tintlaħaq jew tinqabeż; • Approċċ konsistenti għall-ġudizzji ġenerali dwar it-tbatija reali (ħafifa, moderata,

Osservazzjonijiet Kliniċi

Fl-aħħar ta’ dan il-mudell hemm inklużi eżempju ta’ skeda ta’ osservazzjoni u skeda tal-punteġġ tal-kampjun

Riżultati

Mit-30 ġurdien raġel BALB/C, 25 intużaw għall-evalwazzjoni tal-effikaċja; 10 annimali rċevew mediċina B b’doża H, 10 mediċini B b’doża X u

5 mediċini Ċ b’doża Y;

Valutazzjoni tas-severità reali

3 annimali ma żviluppawx tumuri u ġew ewtanizzati peress li ma setgħux jintużaw għall-esperiment - ĦAFIFA

2 annimali żviluppaw ulċera fis-sit tat-tilqim tat-tumur qabel inbeda t-trattament u ġew ewtanizzati – MODERATA

10 annimali li rċevew il-mediċina B bid-doża H kellhom tumuri li baqgħu relattivament żgħar, b’ebda telf sinifikanti ta’ piż tal-ġisem u ebda

sinjal kliniku – ĦAFIFA

7 annimali li rċevew il-mediċina B bid-doża X raw tnaqqis fid-daqs tat-tumur, telf ta’ piż tal-ġisem ta’ 15% u preżenza ta’ rawt maħlul, iżda

nżammu sa tmiem l-esperiment - MODERATA

3 annimali li rċivew il-mediċina B bid-doża X raw tnaqqis fid-daqs tat-tumur, telf ta’ BW ta’ 15% u preżenza ta’ rawt maħlul, anoressija u

kienu ferm letarġiċi; dawn inqatlu b’mod dinjituż fil-jum 25 – SEVERA

5 annimali li rċevew il-mediċina C bid-doża Y raw żieda kontinwa fid-daqs tat-tumur, żdied il-piż tal-ġisem, ma kelhom ebda sinjal kliniku

minbarra tkabbir tat-tumur. Dawn l-annimali ġew ewtanizzati meta d-daqs tat-tumur qabeż il-1.2 cm - MODERATA

35

Page 38: TAS˜SEVERITÀ - European Commission...tittieħed jekk din tintlaħaq jew tinqabeż; • Approċċ konsistenti għall-ġudizzji ġenerali dwar it-tbatija reali (ħafifa, moderata,

Eżempju ta’ skeda tal-punteġġ

Nru tal-annimal

Data 01/06 02/06 03/06 04/06

Dehra

Piż tal-ġisem

Kundizzjoni tal-pil

Funzjoni tal-ġisem

Dispnea u/jew

takipnea

Konsum tal-ikel

Ambjent

Rawt maħlul jew

dijarea

Demm fid-dijarea

Imġiba

Manipulazzjoni

Aggressjoni

36

Page 39: TAS˜SEVERITÀ - European Commission...tittieħed jekk din tintlaħaq jew tinqabeż; • Approċċ konsistenti għall-ġudizzji ġenerali dwar it-tbatija reali (ħafifa, moderata,

Mixja anormali

Pożizzjoni tal-ġisem

anormali

Nuqqas ta’ rieda ta’

tħarrik

Indikaturi speċifiċi għall-proċedura

Daqs tat-tumur

Ulċerazzjoni tat-

tumur

Tumur li jxekkel iċ-

ċaqliq

Punteġġ totali

Xi osservazzjonijiet

oħra

37

Page 40: TAS˜SEVERITÀ - European Commission...tittieħed jekk din tintlaħaq jew tinqabeż; • Approċċ konsistenti għall-ġudizzji ġenerali dwar it-tbatija reali (ħafifa, moderata,

Azzjonijiet

Punteġġ 1 Irrieżamina l-frekwenza tal-monitoraġġ

2 Ikkunsidra indukrar supplimentari, eż. fluwidi

żejda

4 Ikkonsulta veterinarju

6 Implimenta punt aħħari umanitarju

Eżempji ta’ punteġġi kliniċi

Dehra Punteġġ

Piż tal-ġisem

telf ta’ 5-10% tal-piż 1

telf ta’ 11-15 % tal-piż 2

telf ta’ 16-20% tal-piż 3

telf ta’ 20% + tal-piż HEP

Kundizzjoni tal-pil

Pil ftit imħabbel 1

Daqsxejn piloerezzjoni 2

Piloerezzjoni ċara 3

Funzjoni tal-ġisem

Takipnea (rata mgħaġġla ta’ teħid tan-nifs) 1

Dispnea (diffikultà fit-teħid tan-nifs) 3

Ambjent

Rawt maħlul jew dijarea 1

38

Page 41: TAS˜SEVERITÀ - European Commission...tittieħed jekk din tintlaħaq jew tinqabeż; • Approċċ konsistenti għall-ġudizzji ġenerali dwar it-tbatija reali (ħafifa, moderata,

Demm fid-dijarea HEP

Imġiba

Tensjoni u ansjetà matul il-manipulazzjoni 1

Diffikultà ċara waqt il-manipulazzjoni, eż.

rogħda, tleħħin, aggressività

3

Tħarrik

Mixja/pożizzjoni tal-ġisem ftit anormali 1

Mixja/pożizzjoni tal-ġisem anormali

b’mod ċar

2

Problemi sinifikanti fil-mobilità / nuqqas

ta’ rieda ta’ ċaqliq

3

Immobilità >24 siegħa HEP

Indikaturi Speċifiċi għall-Proċedura

Daqs tat-tumur >1.2cm HEP

Ulċerazzjoni tat-tumur HEP

Tumur li jxekkel iċ-ċaqliq HEP

39

Page 42: TAS˜SEVERITÀ - European Commission...tittieħed jekk din tintlaħaq jew tinqabeż; • Approċċ konsistenti għall-ġudizzji ġenerali dwar it-tbatija reali (ħafifa, moderata,

Eżempji li juru l-proċess tas-severità

Mudell 2–Enċefalite Awtoimmuni Sperimentali (EAE) fil-ġrieden

Aġġornat l-aħħar: 05/02/2013

Kunest ġenerali

L-Enċefalomjelite Awtoimmuni Sperimentali (EAE) tintuża biex timmudella bosta aspetti tal-Isklerożi Multipla (MS) f’rodituri u primati. L-MS

hija disturb newroloġiku pluriformi kumpless li jseħħ fiż-żgħażagħ. Is-sintomi tagħha jinkludu infjammazzjoni, demjelinizzazzjoni u telf

assonali. Il-mudelli tal-annimali jintużaw biex tiġi riċerkata l-fiżjopatoloġija tal-marda, u biex jiġu evalwati strateġiji protettivi jew kurattivi

potenzjali, inklużi immunomodulazzjoni, immunoprotezzjoni, riġenerazzjoni assonali u tiswija tal-mjelin. Il-karatteristiċi pluriformi-plurifażiċi

tal-MS jeħtieġu li jintużaw mudelli xierqa biex jiġu indirizzati kwistjonijiet speċifiċi relatati ma’ stadji differenti tal-marda.

L-EAE tinvolvi l-ġenerazzjoni ta’ attività tas-sistema immuni mmirata lejn il-mjelin, li tinduċi infjammazzjoni fis-sistema nervuża ċentrali u l-

ftuħ tal-barriera ematenċefalika. Dan jista’ jikkaġuna sindromu newroloġiku sever fil-mudell tal-annimal, li għandu jiġi segwit minn irkupru

parzjali matul l-ewwel fażi kronika ta’ rikaduta/remittenza. Din il-fażi hija assoċjata ma’ infjammazzjoni u demjelinizzazzjoni riversibbli. Wara

9-10 ġimgħat, l-annimal jidħol fil-forma progressiva, li hija assoċjata ma’ demjelinizzazzjoni kronika u telf assonali. Matul din il-fażi huwa

possibbli li jiġu evalwati strateġiji terapewtiċi diferenti. Punti aħħarin umanitarji u xjentifiċi jridu jintgħażlu bir-reqqa filwaqt li jitqiesu l-miri

tal-istudju.

Referenzi

Emerson MR et al. (2009) Enhancing the ability of Experimental Autoimmune Encephalomyelitis to serve as a more rigorous model of Multiple

Sclerosis through refinement of the experimental design. Comparative Medicine59: 112-128

Miller SD et al. (2010) Experimental Autoimmune Encephalomyelitis in the mouse. Current Protocols in Immunology.88: 15.1.1 – 15.1.20

Weissert R (ed) (2012) Experimental Autoimmune Encephalomyelitis - Models, Disease Biology and Experimental Therapy. Published byIn

Tech, DOI: 10.5772/1190, http://www.intechopen.com

Wolfensohn S et al. (in prep) Reducing suffering in Experimental Autoimmune Encephalomyelitis.

40

Page 43: TAS˜SEVERITÀ - European Commission...tittieħed jekk din tintlaħaq jew tinqabeż; • Approċċ konsistenti għall-ġudizzji ġenerali dwar it-tbatija reali (ħafifa, moderata,

Studju

F’dan l-eżempju, l-EAE ser tingħata lil erba’ ġrieden Biozzi ABH irġiel u erba’ ġrieden Biozzi ABH nisa (razza użata spiss li hija mifhuma li

għandha valur tranżlazzjonali tajjeb ħafna), sabiex tiġi evalwata terapija potenzjali għall-MS. Fl-istadju inizjali tal-ippjanar tal-proġett, l-utent

iqis kull avveniment avvers possibbli għall-annimali u jidentifika l-kawżi possibbli tat-tbatija, f’taħdita mat-teknoloġist tal-annimali u l-persunal

ta’ indukrar u l-veterinarju inkarigat. Dawn jirriċerkaw ir-raffinamenti possibbli u jimplimentawhom fil-proġett. Il-ġrieden jitrabbew f’post

soċjali fi gruppi ta’ erba’ tal-istess sess. Ser tingħata attenzjoni partikolari lill-ambjent lokali, peress li l-annimali b’EAE ser ikollhom dgħufijiet

motorji sinifikanti. Ser jiġu pprovduti gaġeġ b’art solida, mifrex taċ-ċana, kennijiet adegwati u materjal tat-tibjit, u blokok tal-magħad. L-

annimali ser jiġu kkurati b’aġġuvant infjammatorju biex tiġi indotta l-EAE u ser ikunu ssorveljati matul l-irkupru u l-fażi kronika ta’

rikaduta/remittenza (9 sa 10 ġimgħat). Ladarba tkun żviluppat il-forma progressiva, il-komposti terapewtiċi kandidati ser jiġu evalwati fil-

ġrieden fi studju fuq tliet ġimgħat.

Valutazzjoni prospettiva inizjali u kunsiderazzjoni tar-raffinamenti speċifiċi u punti aħħarin umanitarji

Dan l-istudju x’jinvolvi

li jsir fuq l-annimali?

X’ser jesperjenzaw l-annimali?

Kemm tista’ tiġi kkaġunata tbatija?

X’jista’ jagħmilha agħar?

It-tbatija kif ser titnaqqas għal minimu?

Effetti avversi Metodoloġija u interventi Punti aħħarin

Bosta tilqimiet tal-

aġġuvant infjammatorju

Skumdità jew uġigħ minħabba t-tilqima

tal-ippajmar

Reazzjoni possibbli fis-sit tat-tilqima, li

tikkaġuna irritazzjoni jew skumdità

Dożi żgħar ser jingħataw b’tilqima

f’bosta siti taħt il-ġilda (mhux fuq

il-pala tas-sieq jew qiegħ id-denb)

L-aġġuvant u l-veikolu huma

formulati sabiex ikunu irritanti

b’mod minimu

L-annimali ser jiġu ssorveljati wara

t-tilqima

L-annimali ser jinqatlu b’mod

dinjituż jekk jiġu osservati wġigħ u

diffikultà f’livell ogħla minn

wieħed moderat temporanju wara t-

tilqima

41

Page 44: TAS˜SEVERITÀ - European Commission...tittieħed jekk din tintlaħaq jew tinqabeż; • Approċċ konsistenti għall-ġudizzji ġenerali dwar it-tbatija reali (ħafifa, moderata,

Għoti tal-EAE –

sindromu inizjali

newroloġiku sever

segwit minn fażi ta’

rkupru

Paraliżi, li tista’ tikkaġuna diffikultà jew

ansjetà: telf ta’ toniċità fid-denb,

dgħufija fis-saqajn ta’ wara, ipomotilità,

paraliżi tas-saqajn. Disfunzjoni urinarja

(inkontinenza jew ritenzjoni)

Il-funzjoni urinarja ser tiġi

ssorveljata billi jiġi verifikat l-

apparat tal-urina kuljum. L-apparat

tal-urina ser jingħafas b’mod

manwali meta jkun hemm bżonn

f’każijiet ta’ ritenzjoni (monitoraġġ

bir-reqqa għal sinjali ta’ wġigħ jew

diffikultà wara t-tbattil tal-apparat

tal-urina)

Jekk l-annimali jkunu inkontinenti,

il-gaġġa ser tiġi kkontrollata spiss

għal rawt u materjali tat-tibjit

imxarrbin; dawn ser jiġu sostitwiti

b'materjali friski kif ikun hemm

bżonn

ser jiġu pprovduti postijiet kennija

u materjal ta’ tibjit

HEP għal kwalunkwe mill-kriterji

li ġejjin:

Paraliżi bilaterali tas-saqajn ta’

quddiem għal >24 siegħa

Paraliżi bilaterali tas-saqajn ta’

wara għal massimu ta’ 5 ijiem

Kwalunkwe awtomutilazzjoni

Ritenzjoni urinarja

persistenti/nuqqas ta’ ħila ta’

tbattil tal-apparat tal-urina

Pareżi (telf tal-ħila tat-tħarrik;

paraliżi ħafifa)

Telf ta’ piż ta’ 35 %*

Waqfien ta’ ikel jew xorb għal

>24 siegħa wara l-bidu tal-

marda

Nuqqas ta’ rkupru minn EAE 3

ġimgħat wara l-bidu tal-marda

klinika

Sinjali kliniċi ta’ marda

interkurrenti eż. tħattib Telf ta’ piż sinifikanti (eż. sa 35 %)

Ser jiġi żgurat aċċess kostanti

għall-ilma u l-ikel imqiegħed

f’kontenituri fuq l-art tal-gaġġa

Il-piż tal-ġisem u l-kundizzjoni ser

ikunu sorveljati ta’ kuljum u ser

jiġu mmarkati bil-punteġġ b’mod

iktar spiss (kif ikun hemm bżonn)

ladarba jibda t-telf tal-piż

42

Page 45: TAS˜SEVERITÀ - European Commission...tittieħed jekk din tintlaħaq jew tinqabeż; • Approċċ konsistenti għall-ġudizzji ġenerali dwar it-tbatija reali (ħafifa, moderata,

* Telf ta’ 35 % tal-piż huwa punt aħħari estrem li jeħtieġ ġustifikazzjoni xjentifika solida. F’dan il-każ, it-telf ta’ piż sinifikanti ma jkunx jista’

jiġi evitat u l-annimali jistgħu jirkupraw minnu b’appoġġ xieraq, eż. tisħin supplimentari u għalf addizzjonali, inkluż għalf mill-id jekk ikun

hemm il-bżonn. Il-punt aħħari ta’ 35 % tfassal għal dan l-istudju partikolari bħala mod kif jitnaqqas ir-rekwiżit biex tingħata EAE f’iktar

annimali li jkunu għadhom ma ġewx esposti (naïve), li kien ikun ferm ogħla kieku intuża punt aħħari iktar ‘konvenzjonali’ (eż. 20 %).

Analiżi

Severità prospettiva ta’ SEVERA titqies xierqa peress li l-proċedura hija mistennija tikkaġuna indeboliment sever tat-trattament xieraq u l-

kundizzjoni ġenerali tal-annimali.

Ser jiġu pprovduti blokok

imxarrbin ta’ ikel u fluwidi,

b’supplimentazzjoni taħt il-ġilda

meta jkun hemm bżonn

Kors kliniku

remittenti/rikadut

Dgħufijiet newroloġiċi kroniċi Ser jitnaqqsu l-fatturi ta' stress

kollha, inklużi l-livelli ta’ storbju

It-temperatura ambjentali ser

tiżdied kemm hemm bżonn, billi

jintużaw pads tat-tisħin, materjal ta’

mifrex żejjed u materjal ta’ tibjit

L-għoti ta’ aġent

terapewtiku ġdid (matul

forma progressiva)

Skumdità minħabba t-tilqima

Effetti sekondarji jew nuqqas ta’

effikaċja tal-aġent

L-annimali ser jiġu ssorveljati mill-

qrib wara t-tilqima tal-aġent

kandidat

L-annimali ser jinqatlu b’mod

dinjituż jekk jiġi osservat xi wieħed

mill-indikaturi ta’ hawn fuq, jew

jekk ikun hemm xi effett

sekondarju dovut għall-aġent

terapewtiku l-ġdid

43

Page 46: TAS˜SEVERITÀ - European Commission...tittieħed jekk din tintlaħaq jew tinqabeż; • Approċċ konsistenti għall-ġudizzji ġenerali dwar it-tbatija reali (ħafifa, moderata,

Is-severità tista’ tkun MODERATA?

Għad li s-severità prospettiva ta’ dan il-mudell dejjem għandha tkun SEVERA għar-raġunijiet spjegati hawn fuq, il-klassifikazzjoni tas-severità

retrospettiva tista’ tkun MODERATA skont id-durata tal-istudju u l-implimentazzjoni ta’ HEP b’mod bikri kif indikat hawn.

Osservazzjonijiet kliniċi

Matul l-istudju, il-ġrieden ġew osservati mit-teknoloġisti tal-annimali u l-persunal tal-indukrar billi ntużat sistema ta’ skeda tal-punteġġ kliniku li

tfasslet għall-protokoll wara taħdita mal-utenti, it-teknoloġisti tal-annimali u l-persunal tal-indukrar u veterinarju). Dan inkluda parametri relatati

mal-piż, il-kundizzjoni tal-pil, it-toniċità tad-denb, il-kontroll tal-apparat tal-urina, il-pożizzjoni tal-ġisem wieqaf, il-mixja, il-pareżi u sinjali

avvanzati (pożizzjoni ta’ mistrieħ fuq il-ġenb; paraliżi kważi sħiħa; teħid tan-nifs mgħaġġel, bil-mod jew fil-fond). Peress li l-proġett involva

bosta proċeduri, l-annimali ġew issorveljati mill-qrib ħafna u l-utent wettaq rieżamijiet kontinwi tas-severità, b'diskussjoni mal-Korp għat-

Trattament Xieraq tal-Annimali, it-teknoloġist tal-annimali u l-veterinarju maħtur. Hawn taħt jintwera eżempju li juri skeda tal-punteġġ.

Eżempju ta’ skeda tal-punteġġ xierqa

Tabella. Skeda tal-punteġġ kliniku użata għal ġrieden bl-EAE

Data:

Dehra

Piż tal-ġisem

Kundizzjoni tal-pil

Funzjoni tal-ġisem

Kontroll tal-apparat

tal-urina

Toniċità tad-denb

44

Page 47: TAS˜SEVERITÀ - European Commission...tittieħed jekk din tintlaħaq jew tinqabeż; • Approċċ konsistenti għall-ġudizzji ġenerali dwar it-tbatija reali (ħafifa, moderata,

Teħid tan-nifs

Ambjent

Kundizzjoni tal-bejta

Imġiba

Imġiba soċjali

Mixja

Indikaturi speċifiċi għall-proċedura

Pożizzjoni ta’

mistrieħ fuq il-ġenb

Ħin tal-qagħda

wieqfa

Pareżi

Paraliżi

Osservazzjonijiet oħrajn

(Test liberu)

Noti: Kull indikatur ġie vvalutat skont is-sistema fit-tabella ta’ hawn taħt, li fiha (pereżempju) ‘1’ jiddaħħal fit-tabella ħdejn ‘toniċità tad-denb’

jekk ġie osservat tnaqqis fit-tlugħ tad-denb, u ‘2’ ħdejn ‘kundizzjoni tal-bejta’ jekk il-bejta kienet imħarbta.

45

Page 48: TAS˜SEVERITÀ - European Commission...tittieħed jekk din tintlaħaq jew tinqabeż; • Approċċ konsistenti għall-ġudizzji ġenerali dwar it-tbatija reali (ħafifa, moderata,

Tabella. Sistema ta’ valutazzjoni għall-indikaturi fl-iskeda ta’ punteġġ kliniku tal-EAE

Punteġġ: 1 = Ħafifa 2 = Moderata 3 = Severa

Telf ta’ piż Sa 10 % 10 sa 20 % 20 sa 35 %

Kundizzjoni tal-pil Ftit imħarbat Tberfil Piloerezzjoni ċara /prolongata

Kontroll tal-apparat tal-

urina - inkontinenza

Evidenza ta’ xi telf ta’ kontroll,

eż. ammont żgħir ta’ urina fil-

bejta

‘Tnixxija’ iktar qawwija ta’ urina Inkontinenza

Kontroll tal-apparat tal-

urina - ritenzjoni

L-apparat tal-urina jista’ jiġi

palpat iżda jitbattal waqt

manipulazzjoni

Ftit iktar sforz meħtieġ biex

jitbattal l-apparat tal-urina

Impossibbli li jgġaddi l-urina

mingħajr għajnuna; sinjali ta’

skumdità/diffikultà matul jew

wara t-tbattil manwali

Ton tad-denb Tlugħ jew tiwi mnaqqas tad-denb Telf ta’ toniċità lejn in-naħa tat-

tarf tad-denb

Telf ta’ toniċità fid-denb sħiħ

Teħid tan-nifs: teħid tan-

nifs mgħaġġel, bil-mod

jew fil-fond

Ftit Moderata Ċara

Kundizzjoni tal-bejta Ftit imħarbta Xi tentattiv ta’ tibjit iżda l-bejta

mħarbta

Ebda bejta

Imġiba soċjali Ebda bidla mistennija bi tbatija

ħafifa; punteġġ jibda minn 2

Inqas interazzjoni ma’ annimali

oħrajn

Interazzjoni mnaqqsa sew; passiva

Mixja Imgerfxa Ikaxkar waħda mis-saqajn ta’ Ikaxkar iż-żewġ saqajn ta’ wara

46

Page 49: TAS˜SEVERITÀ - European Commission...tittieħed jekk din tintlaħaq jew tinqabeż; • Approċċ konsistenti għall-ġudizzji ġenerali dwar it-tbatija reali (ħafifa, moderata,

wara

Pożizzjoni ta’ mistrieħ

fuq il-ġenb

Ebda bidla mistennija bi tbatija

ħafifa jew moderata; punteġġ

jibda minn 3

Ebda bidla mistennija bi tbatija

ħafifa jew moderata; punteġġ

jibda minn 3

Preżenti

Ħin tal-qagħda wieqfa Bilmod biex jerġa’ joqgħod

wieqaf meta jkun fuq dahru

Diffikultà ċara biex jerġa’

joqgħod wieqaf

Nuqqas ta’ ħila biex iqum wieqaf

fi żmien 5 sekondi wara li

jitqiegħed fuq dahru

Pareżi Tħarrik bil-mod tas-saqajn ta’

quddiem meta jitqiegħed fuq

dahru

Medda mnaqqsa tat-tħarrik tas-

saqajn ta’ quddiem meta

jitqiegħed fuq dahru

Ebda tħarrik tas-saqajn ta’

quddiem

Paraliżi kważi sħiħa jew

sħiħa

Ebda bidla mistennija bi tbatija

ħafifa jew moderata; punteġġ

jibda minn 3

Ebda bidla mistennija bi tbatija

ħafifa jew moderata; punteġġ

jibda minn 3

Preżenti

Valutazzjoni tas-severità reali

Fi tmiem il-proċedura, l-iskeda tal-punteġġ ġiet riveduta għal kull individwu biex jiġi osservat kemm tela’ l-punteġġ tal-indikaturi u kif dan

inbidel maż-żmien.

Żewġ ġrieden tilfu 8 % tal-piż tal-ġisem tagħhom wara li ngħataw l-EAE, kellhom pil ftit imħarbat u tħarrik bil-mod tas-saqajn ta’ quddiem,

iżda ġabu punteġġ ta’ ‘2’ għall-indikaturi kollha l-oħrajn għall-ewwel 5 ijiem tal-proġett. Il-punteġġi tagħhom marru lura għal ‘1’ jew ‘0’

għal kull indikatur għall-fażi ta’ rikaduta/rimettenza u matul il-prova tal-mediċina. Severità = MODERATA

Tliet ġrieden tilfu bejn 22 u 32 % tal-piż tal-ġisem tagħhom u ġabu punteġġ kombinat ta’ ‘3’, ‘2’ u ‘1’ matul il-fażi ta’ rikaduta/rimettenza u

matul il-prova tal-mediċina. Severità = SEVERA

Ġurdien minnhom tilef 37 % tal-piż ta’ ġismu matul il-fażi ta’ wara l-għoti u nqatel b’mod dinjituż. Severità = SEVERA

47

Page 50: TAS˜SEVERITÀ - European Commission...tittieħed jekk din tintlaħaq jew tinqabeż; • Approċċ konsistenti għall-ġudizzji ġenerali dwar it-tbatija reali (ħafifa, moderata,

Żewġ ġrieden tilfu 15 u 18 % tal-piż tal-ġisem tagħhom rispettivament, u ġabu punteġġ kombinat ta’ ‘2’ u ‘3’ għall-indikaturi kollha l-oħrajn

għall-ewwel 4 ijiem tal-istudju. Imbagħad ġabu punteġġ kombinat ta’ ‘1’ u ‘2’ matul il-fażi ta’ rikaduta/rimettenza u matul il-prova tal-

mediċina. Severità = SEVERA

Il-paraliżi ma kinitx osservata u ntwera li huwa diffiċli wisq biex jiġi vvalutat it-teħid tan-nifs fil-livell tal-post tal-gaġġa, u b’hekk dawn it-tnejn

tħassru mill-iskedi tar-rekord. Ġie osservat ħin itwal fil-kenn fil-kaxxi tat-test ħieles bħala indikatur bikri ta’ tbatija, u b’hekk dan żdied mal-

iskedi għal proġetti futuri.

F'6 annimali is-severità tqieset SEVERA, f'2 annimali tqieset MODERATA

Opportunitajiet għal applikazzjoni ulterjuri tat-3R

Wara l-valutazzjoni tas-severità reali tagħhom, l-utenti kkonsultaw mal-kollegi u rriċerkaw il-letteratura għal iktar raffinamenti. Instabu r-

raffinamenti addizzjonali li ġejjin:

Għalf minn qabel tal-annimali b’ikel ta’ suppliment ta’enerġija għolja, bħal jelly u ħalib ikkondensat, qabel jingħata l-aġġuvant

L-użu ta’ doża iktar baxxa tal-aġġuvant

L-użu ta’ protokoll ta’ studju alternattiv sabiex tkun tista’ titnaqqas id-durata tal-proġett

Dawn żdiedu mal-protokoll għal studji futuri, bl-intenzjoni li jitqabblu l-livelli tas-severità reali biex jiġi osservat jekk ir-raffinamenti kinux

effettivi jew le.

48

Page 51: TAS˜SEVERITÀ - European Commission...tittieħed jekk din tintlaħaq jew tinqabeż; • Approċċ konsistenti għall-ġudizzji ġenerali dwar it-tbatija reali (ħafifa, moderata,

Eżempji li juru l-proċess tas-severità

Mudell 3 – Artrite

Aġġornat l-aħħar: 05/02/2013

Kuntest ġenerali

Il-mudelli tal-annimali tal-artrite jintużaw biex tiġi studjata l-patoġenesi tal-marda u biex jiġu evalwati mediċini potenzjali kontra l-artrite għal

użu kliniku. Għaldaqstant, kriterji importanti għall-għażla tal-mudelli jinkludu similaritajiet morfoloġiċi għall-marda tal-bniedem, u l-kapaċità

tal-mudell li ibassar l-effikaċja tal-komposti terapewtiċi kandidati fil-bniedem.

Mudelli tal-annimali li jintużaw spiss għall-artrite rewmatojde jinkludu: artrite b'aġġuvanti fil-firien, artrite tal-kollaġen tat-tip II fil-firien, artrite

tal-kollaġen tat-tip II fil-ġrieden u artrite indotta bl-antiġeni f’bosta speċijiet (Bendele, 2001). Tilqima fin-naħa t’isfel tad-denb tintuża spiss

peress li tipprovdi rispons immunoġeniku tajjeb, għad li siti oħrajn tat-tilqim huma rrapportati fit-tagħrif. Hemm ukoll varjazzjonijiet

konsiderevoli fir-razez fir-rigward tas-suxxettibilità, is-severità u l-latenza għall-bidu tal-artrite. Pereżempju, is-suxxettibilità tal-linji

Ġenetikament Alterati (ĠA) għall-iżvilupp tal-artrite tista’ tkun modifikata (imsaħħa jew ristretta) skont l-effetti tal-alterazzjonijiet tal-ġeni.

F’mudelli tal-annimali tal-artrite li ntużaw spiss u li b’hekk huma validati sew, il-bidu tal-marda ser ikun jista’ jitbassar u x'aktarx li t-tekniki ta’

evalwazzjoni ser ikunu definiti u karatterizzati sew. Fit-tali mudelli jistgħu jintużaw bosta evalwazzjonijiet, inklużi l-analiżi tal-mixja u l-użu ta’

filamenti ta' Von Frey, minflok miżuri ta’ osservazzjoni waħedhom.

Kun af li għandhom isiru rieżamijiet regolari ta’ razez, protokolli u raffinamenti disponibbli sabiex jintgħażel/jintgħażlu l-iktar xieraq/xierqa

għall-mistoqsija xjentifika li ssir fuq bażi ta’ każ b’każ (Joe et al, 1999).

Il-mudell ippreżentat f’dan l-eżempju huwa l-artrite tal-Kollaġen tat-Tip II fil-firien, li tista’ tikkaġuna tbatija severa. Għalhekk, ġustifikazzjoni

xjentifika valida għall-użu tiegħu hija rekwiżit assolut. Il-firien huma immunizzati kontra l-kollaġen eterologu tat-tip II, li jipproduċi leżjonijiet li

huma simili għal dawk li jidhru fl-artrite rewmatojde fil-bniedem (Bendele, 2001). Il-poliartrite li tirriżulta hija karatterizzata minn qerda ċara

49

Page 52: TAS˜SEVERITÀ - European Commission...tittieħed jekk din tintlaħaq jew tinqabeż; • Approċċ konsistenti għall-ġudizzji ġenerali dwar it-tbatija reali (ħafifa, moderata,

tal-qarquċa assoċjata ma’ depożitu ta' kumplessi immuni fuq l-uċuħ artikulari, risorbiment tal-għadam u proliferazzjoni perjosteali, u sinovite u

infjammazzjoni periartikulari li tvarja minn moderata sa qawwija.

Referenzi

Bendele, A.M. Animal models of rheumatoid arthritis, J Musculoskel Neuron Interact 2001; 1(4):377-385

Jasemian Y et al. (2011) Refinement of the collagen induced arthritis model in rats by infrared thermography. Br. J. Med. & Med. Res.1(4): 469-

477

Joe, B., Griffiths, M.M., Remmers, E.F., Wilder,R.L. Animal models of rheumatoid arthritis, Current Rheumatology Reports 1999 ; 1 139-149

Studju

F’dan l-eżempju, l-artrite ser tiġi indotta fi 18-il far Lewis raġel u 18-il far Lewis mara permezz ta’ tilqima ripetuta ta’ FIA (Aġġuvant Inkomplut

ta’ Freund) u ta' kollaġen. Is-sit tat-tilqima ser ikun in-naħa t’isfel tad-denb. Il-kura ta’ kuljum ser tibda 10 ijiem wara (D10), meta tkun żviluppat

l-artrite, u mbagħad din ser titkompla kuljum għal 14-il jum ieħor (sa D24). L-għan tal-istudju ser ikun li jiġu ttestjati aġenti terapewtiċi putattivi.

Ġiet analizzata dejta ppubblikata fl-imgħoddi dwar komposti relatati sabiex jiġi osservat jekk l-għoti ta’ analġeżija jxekkilx l-għanijiet xjentifiċi,

u ġie stabbilit li dan jintroduċi fatturi ta’ konfużjoni fl-esperiment. Għaldaqstant mhijiex ser tingħata analġeżija matul l-iżvilupp tal-artrite jew lil

kontrolli, u l-metodi mhux farmaċewtiċi għas-serħan mill-uġigħ (eż. raffinamenti fit-trobbija) ser jingħataw attenzjoni partikolari sabiex tittaffa

t-tbatija.

L-annimali kollha ser jiġu osservati u ser jintiżnu kuljum u ser jitniżżel il-punteġġ tagħhom fuq skeda ta’ punteġġ kliniku ġenerali, u ser jiġu

ttestjati f’D0 (qabel l-ewwel tilqima) u f'D10 (qabel jibda t-trattament) D13, D16, D20 u D24. It-testijiet ser jinkludu miżuri indiretti ta’

indeboliment tal-funzjoni fiżika bħad-dijametru tal-ġogi (imkejla bil-kalipers) u punteġġ kliniku skont is-sistema ta’ punteġġ tal-artrite. Il-punti

aħħarin umanitarji ser jiġu applikati fuq il-bażi tal-punteġġi kliniċi (ara hawn taħt).

50

Page 53: TAS˜SEVERITÀ - European Commission...tittieħed jekk din tintlaħaq jew tinqabeż; • Approċċ konsistenti għall-ġudizzji ġenerali dwar it-tbatija reali (ħafifa, moderata,

Evalwazzjoni ta’ aġenti farmaċewtiċi terapewtiċi ġodda f’mudell ta’ far tal-artrite (kollaġen tat-tip II)

Severitá SEVERA

Dan l-istudju

x’jinvolvi li jsir fuq l-

annimali?

X’ser jesperjenzaw l-annimali?

Kemm tista’ tiġi kkaġunata tbatija?

X’jista’ jagħmilha agħar?

It-tbatija kif ser titnaqqas għal minimu?

Effetti avversi Metodoloġija u interventi Punti aħħarin

Tilqim taħt il-ġilda ta’

kollaġen bovin tat-tip

II f’Aġġuvant

Inkomplut ta’ Freund

(FIA) fin-naħa t’isfel

tad-denb sa tliet

darbiet

Stress mit-trażżin

Uġigħ temporanju, nefħa moderata fis-

sit tat-tilqima u skumdità li jdumu

minn jum sa jumejn

Ulċerazzjoni tal-ġilda possibbli iżda

ferm improbabbli bl-FIA

Attitudnijiet empatetiċi u manipulazzjoni

kompetenti matul il-proċeduri

Doża u formulazzjoni standardizzati

magħżulin biex jonqsu n-nefħa u l-uġigħ

Jekk l-ulċerazzjoni tal-ġilda

tippersisti jew tinfetta, l-

annimali ser jinqatlu b’mod

dinjituż

Żvilupp tal-artrite

(D0-D10)

Skumdità, uġigħ, diżabilità u

diffikultà; l-annimal jista’ juri sinjali

ta’ mard inklużi dehra bla ħajja,

nuqqas ta’ aptit, nuqqas ta’ rieda ta’

tħarrik, telf fil-piż, nefħiet fil-ġogi,

tleħħin li jinstema’ mal-

manipulazzjoni

Monitoraġġ kliniku bir-reqqa billi

jintużaw skeda tal-punteġġ kliniku

ġenerali, bi frekwenza ikbar ta'

monitoraġġ malli jibdew is-sinjali kliniċi

(normalment madwar D8-D10)

Materjal tal-mifrex u tat-tibjit

addizzjonali pprovduti matul l-istudju

Aċċess faċli għall-ilma u l-ikel (eż. mal-

art tal-gaġġa) matul l-istudju

L-annimali ser jinqatlu b’mod

dinjituż meta jilħqu l-punteġġi

kliniċi predeterminati għall-

punti aħħarin umanitarji (ara t-

tabella ta’ hawn taħt)

51

Page 54: TAS˜SEVERITÀ - European Commission...tittieħed jekk din tintlaħaq jew tinqabeż; • Approċċ konsistenti għall-ġudizzji ġenerali dwar it-tbatija reali (ħafifa, moderata,

Ser tintuża sistema ta’ punteġġ kliniku

tal-artrite, li tivvaluta l-grad tan-nefħa u l-

għadd ta’ ġogi affettwati

L-għoti ta’ aġenti

farmakoloġiċi (test u

kontroll, darbtejn

kuljum) permezz ta’

rotta taħt il-ġilda jew

intraperitoneali

(minn D10 sa D24)

Skumdità temporanja wara t-tilqima

L-aġenti farmakoloġiċi mhumiex

mistennija jikkaġunaw effetti avversi,

abbażi ta’ dejta preċedenti dwar l-

annimali

Monitoraġġ kliniku bir-reqqa ta’ kuljum li

juża skeda tal-punteġġ kliniku ġenerali

Ser jiġu applikati punti aħħarin

umanitarji jekk ikun hemm

effetti avversi sinifikanti

Evalwazzjoni tal-

effetti ta’ aġenti

farmakoloġiċi dwar

is-severità tal-artrite

(D0, D10, D13, D16,

D20 u D24)

Skont il-metodi użati, jista’ jkun

hemm xi wġigħ jew skumdità

temporanji addizzjonali eż. l-użu ta’

filamenti ta' Von Frey, l-użu ta’

kalipers, rekwiżit għall-

manipulazzjoni

Monitoraġġ kliniku bir-reqqa

Tnaqqis tal-frekwenza tal-monitoraġġ

(għall-minimu konsistenti mal-għanijiet

xjentifiċi) sakemm l-annimal jirkupra

Ara t-tabella ta’ hawn taħt

Nota

Sistema tal-punteġġ kliniku u tal-artrite għandha tiġi diskussa mill-investigatur, il-kirurgu veterinarju u t-teknoloġisti tal-annimali u l-persunal

tal-indukrar, u għandu jintlaħaq qbil dwarha qabel jibda l-istudju.

Analiżi

Bħala konsegwenza tal-probabilità ta’ impatt kliniku sinifikanti fuq l-annimal, li jista’ jkompli għal għadd ta’ ġimgħat, klassifikazzjoni tas-

severità prospettiva SEVERA titqies xierqa.

52

Page 55: TAS˜SEVERITÀ - European Commission...tittieħed jekk din tintlaħaq jew tinqabeż; • Approċċ konsistenti għall-ġudizzji ġenerali dwar it-tbatija reali (ħafifa, moderata,

Is-severità tista’ tkun MODERATA?

Jekk is-severità tkunx tista' titnaqqas għal moderata jiddependi mill-iskop tal-istudju. Pereżempju, b’monitoraġġ spiss u dettaljat tal-annimali u

meta jkun hemm il-potenzjal li jiġu implimentati punti aħħarin bikrin (eż. mal-bidu taz-zappip, jew wara perjodu ta’ zappip ħafif f’sieq

minnhom, jew l-użu ta’ metodi ta’ immaġni in-vivo biex jinqabdu bidliet bikrijin fil-patoloġija tal-ġogi), jista’ jkun possibbli li l-proċedura tiġi

klassifikata bħala MODERATA. It-tali punti aħħarin bikrijin (eż. tmiem tal-istudju fil-jum 6 wara l-immaġnijiet) jistgħu jkunu possibbli fi

proġetti li jinvestigaw bidliet infjammatorji bikrijin. Kura profilattika (li tibda qabel l-iżvilupp sħiħ tal-artrite) b’aġenti farmaċewtiċi ġodda li

għandhom effetti antiinfjammatorji qawwijin u li jikkalmaw l-iżvilupp tal-artrite sħiħa jistgħu jwasslu wkoll għal tnaqqis fis-severità għal

MODERATA. Madankollu, it-tip ta’ studju muri hawnhekk għandu l-għan li jevalwa t-trattamenti għall-artrite stabbilita b'mod sħiħ, sabiex il-

klassifikazzjoni tas-severità tibqa’ SEVERA.

Is-severità tista’ tkun ogħla mil-limitu superjuri?

Skont l-Artikolu 15(2) tad-Direttiva, ‘l-Istati Membri għandhom jiżguraw li proċess ma jitwettaqx jekk jinvolvi wġigħ sever, tbatija jew skonfort

li x’aktarx idum żmien twil u ma jistax jittaffa’. Dan l-istudju għandu l-potenzjal li jikkaġuna tbatija severa fuq għadd ta’ ġimgħat, li tista’ titqies

dejjiema. Jekk tiżviluppa artrite severa fl-erba’ saqajn u t-tbatija tal-annimali ma ttaffietx, l-istudju jkun ogħla mil-limitu superjuri tas-severità u

jkun hemm bżonn li jiġi rfinat sew jew li tiġi invokata l-‘klawsola ta' salvagwardja’ (l-Artikolu 55 tad-Direttiva) u li ssir applikazzjoni mal-

Kummissjoni għal awtorizzazzjoni.

Madankollu, f’dan l-eżempju hemm miżuri fis-seħħ biex inaqqsu t-tbatija - filwaqt li jitqies l-għan xjentifiku - inkluż l-irfinar tal-kompożizzjoni,

l-amministrazzjoni u l-għażla tal-aġġuvant, b’tali mod li l-artrite biss tkun tista’ tiżviluppa fis-saqajn ta’ wara, li jiġi pprovdut ambjent komdu u

aċċess faċli għall-ikel u l-ilma, sistema ta’ monitoraġġ komprensiva u punti aħħarin umanitarji. B’hekk, dan il-proġett ma tqiesx li huwa ogħla

mil-limitu superjuri u jista’ jkun awtorizzat soġġett għal evalwazzjoni pożittiva oħra tal-proġett inkluża analiżi tad-danni u l-benefiċċji.

53

Page 56: TAS˜SEVERITÀ - European Commission...tittieħed jekk din tintlaħaq jew tinqabeż; • Approċċ konsistenti għall-ġudizzji ġenerali dwar it-tbatija reali (ħafifa, moderata,

Hawn taħt hawn eżempju ta’ skeda tal-punteġġ kliniku għal osservazzjoni ta’ kuljum ta’ firien bl-artrite.

Data: Jum 1 Jum 2 Jum 3 Jum 4

Dehra

Piż tal-ġisem

Tberfil

Deidratazzjoni

Funzjonijiet tal-ġisem

Dispnea

Takipnea

Imġiba

Nuqqas ta’ rieda ta’ tħarrik

Letarġija/apatija

Immobilità

Tleħħin

Indikatur speċifiku għall-proċedura

Punteġġ tas-sieq bl-artrite

(ara t-Tabella 2)

54

Page 57: TAS˜SEVERITÀ - European Commission...tittieħed jekk din tintlaħaq jew tinqabeż; • Approċċ konsistenti għall-ġudizzji ġenerali dwar it-tbatija reali (ħafifa, moderata,

Osservazzjonijiet oħrajn

(Test ħieles)

Punteġġ totali

Nota: Kull indikatur ġie vvalutat skont is-sistema fit-Tabelli 1 u 2 ta’ hawn taħt. Pereżempju, ‘1’ jiddaħħal fl-iskeda tal-punteġġ qrib ‘tberfil’

(Tabella 1), u ‘5’ qrib ‘indikatur speċifiku għall-proċedura’ jekk iż-żewġ saqajn ta’ wara ġabu ‘3’ u ‘2’ punti rispettivament (Tabella 2). L-

azzjonijiet u l-punti aħħarin stabbiliti hawn taħt iqisu r-rekwiżiti biex tiġi evitata tbatija severa kull meta dan ikun possibbli, iżda mhux li l-

annimali jinqatlu b’mod dinjituż qabel ma tkun inkisbet biżżejjed dejta, li konsegwentement ikun jeżiġi iktar annimali naïve.

55

Page 58: TAS˜SEVERITÀ - European Commission...tittieħed jekk din tintlaħaq jew tinqabeż; • Approċċ konsistenti għall-ġudizzji ġenerali dwar it-tbatija reali (ħafifa, moderata,

Tabella 1. Sistema tal-punteġġ għall-indikaturi użati fl-iskeda tal-punteġġ kliniku

Punteġġ

Dehra

Telf normali fil-piż < 5% 0

Telf ta’ 5-10% tal-piż 1

Telf ta’ 11-15 % tal-piż 2

Telf ta’ 16-20% tal-piż 3

Telf ta’ 20% + tal-piż HEP

Tberfil 1

Ġilda mkemmxa/deidratazzjoni 1

Funzjoni tal-ġisem

Dispnea 2

Takipnea 1

Imġiba

Tabella 2. Indikatur speċifiku għall-proċedura – punteġġ

tas-sieq bl-artrite

0 Normali

1 Eritema u nefħa ta’ għaksa minnhom

2 Eritema u nefħa ta’ għaksa u n-nofs prossimali tal-

ġogi tarsali

3 Eritema u nefħa ta’ għaksa u tal-ġogi tarsali kollha

sal-ġogi metatarsali

4 Eritema u nefħa tas-sieq kollha, inklużi s-swaba’

Din is-sistema ta' punteġġ tal-artrite użata bħala

indikatur speċifiku għall-proċedura hija bbażata fuq

livelli dejjem ikbar ta’ nefħiet u eritema periartikulari. Il-

punteġġi huma bbażati fuq eżami fiżiku u spezzjoni viżwali

u jintużaw biex jiġi kkalkolat ‘indiċi tal-artrite’ li huwa

definit bħala s-somma tal-punteġġi għaż-żewġ saqajn ta’

wara.

56

Page 59: TAS˜SEVERITÀ - European Commission...tittieħed jekk din tintlaħaq jew tinqabeż; • Approċċ konsistenti għall-ġudizzji ġenerali dwar it-tbatija reali (ħafifa, moderata,

Nuqqas ta’ rieda ta’ tħarrik 1

Letarġija/apatija 2

Immobilità persistenti < 24

siegħa

3

Immobilità >24 siegħa HEP

Tleħħin matul il-manipulazzjoni 1

Teħħin, tensjoni jew ansjetà

matul il-manipulazzjoni

2

Tleħħin maċ-ċaqliq/spontanju 3

Indikatur speċifiku għall-

proċedura

Punteġġ tas-sieq bl-artrite

(Tabella 2)

0-8

HEP: punt aħħari umanitarju implimentat, irrelevanti l-preżenza jew in-nuqqas ta’ sinjali kliniċi oħrajn

57

Page 60: TAS˜SEVERITÀ - European Commission...tittieħed jekk din tintlaħaq jew tinqabeż; • Approċċ konsistenti għall-ġudizzji ġenerali dwar it-tbatija reali (ħafifa, moderata,

Eżempji ta’ interventi xierqa bħala rispons għall-punteġġi kliniċi totali

Azzjonijiet li għandhom jittieħdu Punteġġ totali

Frekwenza ikbar tal-monitoraġġ; qis fluwidi/kura supplimentari ≥4

Rieżami tal-progress mal-veterinarju 5-15

Punt aħħari umanitarju 16

Nota: Il-punteġġi totali jittieħdu mill-iskedi tal-punteġġ kliniku, mimlijin skont is-sistemi tal-punteġġ fit-Tabelli 1 u 2. Pereżempju, annimal

b’telf ta’ 12 % tal-piż tal-ġisem, evidenza ta’ iktar tberfil u nefħiet fiż-żewġ għaksiet ta’ wara jkollu punteġġ totali ta’ 5.

Valutazzjoni retrospettiva:

36 far ġew immunizzati b’kollaġen bovin tat-Tip II f'Aġġuvant Inkomplut ta’ Freund (FIA). L-annimali kollha żviluppaw l-artrite: il-punteġġi

tas-sieq bl-artrite kienu ta’ 6 sa D10. L-annimali kollha wrew telf ta’ piż ta’ 5-10%. Il-kejl tad-dijametru tal-ġogi indika bidla notevoli mid-dejta

bażi. Osservazzjonijiet kliniċi ta’ kuljum inkludew tberfil, nuqqas ta’ rieda ta’ tħarrik, apatija, tleħħin waqt il-manipulazzjoni (matul l-

osservazzjoni u l-bdil tal-gaġġa, tnaqqis fil-konsum tal-ikel u perjodi ta’ immobilità.

Intużaw 12-il annimal fil-grupp trattat bis-soluzzjoni fiżjoloġika. L-ogħla punteġġi tas-saqajn bl-artrite kienu bejn 6 u 8 għall-kejl kollu

(D13, D16, D20 u D24). Il-kejl tad-dijametru tal-ġogi indika wkoll żidiet importanti vs. il-bażi f’kull punt ta’ żmien. Il-punteġġi kliniċi

varjaw bejn 4 u 8, b’telf ta’ bejn 5 u 15% tal-piż tal-ġisem, ħlief f’annimal minnhom li laħaq telf ta’ 21% tal-piż f’D17 u nqatel b’mod

dinjituż.

Valutazzjoni retrospettiva: SEVERA

12-il annimal ġew trattati bil-MEDIĊINA A b’doża Baxxa. Fl-annimali kollha, il-punteġġi tas-sieq bl-artrite ma varjawx minn dawk tal-

grupp ittrattat bis-salmastru sa D16.

F’D20, annimal minnhom kellu punteġġ tas-sieq ta’ 8, il-punteġġi tal-oħrajn kienu minn 6 sa 7.

F’D24, ħames annimali wrew ċertu tnaqqis fil-punteġġ tas-sieq bl-artrite (5 sa 7). Is-sinjali kliniċi ta’ dawn il-ħames annimali wrew ċertu

titjib, il-piżijiet tal-ġisem xorta naqsu minn 5 sa 10%; il-mobilità tagħhom fil-gaġġa baqgħet imnaqqsa wkoll.

58

Page 61: TAS˜SEVERITÀ - European Commission...tittieħed jekk din tintlaħaq jew tinqabeż; • Approċċ konsistenti għall-ġudizzji ġenerali dwar it-tbatija reali (ħafifa, moderata,

Is-seba’ annimali l-oħrajn ma wrew ebda tnaqqis fis-sinjali tal-artrite u f'dawk kliniċi meta mqabblin mal-grupp ittrattat bis-salmastru.

Valutazzjoni retrospettiva: SEVERA

12-il annimal ġew ittrattati bil-MEDIĊINA A b’doża Għolja. F’D13, il-punteġġi tas-sieq bl-artrite kien bejn 4 u 6; anki d-dijametri tal-

ġogi wrew tnaqqis mhux sinifikanti. Is-sinjali kliniċi inkludew tberfil u telf ta’ < 10% tal-piż tal-ġisem. F’D16, il-punteġġi tas-sieq bl-

artrite naqsu għal 4 u d-dijametri tal-ġogi wrew tnaqqis sinifikanti. Il-piżijiet tal-ġisem saru stabbli f’D16. In-nuqqas ta’ rieda ta’ tħarrik

baqgħet osservata f’uħud mill-annimali. Minn D20 ’il quddiem, in-nefħa tal-ġogi naqset għal bejn 2 u 4. F’din il-gaġġa ġew osservati

mġibiet normali. Il-piż tal-ġisem irkupra għal-livelli ta’ qabel il-proċedura.

Valutazzjoni retrospettiva: SEVERA

Nota: Sa tmiem l-istudju, fit-tielet grupp ta’ tnax-il annimal, l-aġent tat-test ‘MEDIĊINA A’ mogħti bid-doża Għolja wera li huwa effettiv fit-

tnaqqis tas-severità reali għal Moderata. Madankollu, peress li l-mudell kien jeħtieġ li tiżviluppa artrite stabbilita b'mod sħiħ fl-annimali kollha

qabel tinbeda l-kura, f’liema waqt l-annimali wrew sinjali kliniċi konsistenti ma’ klassifikazzjoni “severa”, il-klassifikazzjoni tas-severità reali

għal dawn l-annimali baqgħet Severa.

Peress li dan il-proġett jinvolvi proċeduri severi, l-utent jagħmel rieżamijiet kurrenti tas-severità b’mod regolari b’diskussjoni mal-Korp għat-

trattament xieraq tal-Annimali, it-teknoloġist tal-annimali u l-veterinarju maħtur, sabiex jiġi żgurat li t-3R jiġu applikati kontinwament.

59

Page 62: TAS˜SEVERITÀ - European Commission...tittieħed jekk din tintlaħaq jew tinqabeż; • Approċċ konsistenti għall-ġudizzji ġenerali dwar it-tbatija reali (ħafifa, moderata,

Eżempji li juru l-proċess tas-severità

Mudell 4 – Puplesija

Aġġornat l-aħħar: 05/02/2013

Kuntest ġenerali

Puplesija hija definita bħala telf jew alterazzjoni ta’ funzjoni normali tal-ġisem li tirriżulta minn provvista insuffiċjenti ta’ demm għal parti tal-

ġisem. Minkejja fehim aħjar tal-patofiżjoloġija tal-korriment vaskulari fil-moħħ, kura effettiva għall-puplesija għadha ħtieġa medika importanti

li mhijiex issodisfata, u qed issir riċerka biex jinstabu miżuri preventivi u terapewtiċi xierqa.

Tliet tipi differenti ta’ puplesija jistgħu jiġu osservati fil-pazjenti bnedmin: iskemika, emorraġija intraċerebrali u emorraġija subaraknojde, iżda

ħafna mill-mudelli tal-annimali disponibbli bħalissa huma bbażati fuq it-tip iskemiku. Il-mudelli tal-puplesija, fl-għamla tagħhom stess,

jirrappreżentaw sfida mill-perspettiva tat-trattament xieraq tal-annimali. Interazzjonijiet u komunikazzjoni tajbin bejn l-individwi kollha involuti

fil-proċeduri xjentifiċi (veterinarji, investigaturi, teknoloġisti tal-annimali u persunal tal-indukrar) huma fundamentali biex jiġi żgurat li hemm

bilanċ adegwat bejn il-kisba ta’ mudell validu f’dan il-qasam tar-riċerka u l-minimizzazzjoni tat-tbatija tal-annimali.

Il-puplesija ġeneralment tiġi indotta fir-rodituri permezz ta’ okklużjoni temporanja jew permanenti tal-arterja ċerebrali tan-nofs (Okklużjoni tal-

Arterja Ċerebrali tan-Nofs; il-mudell MCAO). Dan il-mudell ‘MCAO’ għandu l-għan li jirriproduċi b’mod sperimentali l-iskemija ċerebrali

fokali li sseħħ f’puplesija, u ntuża b’mod estensiv biex jiġu studjati l-mekkaniżmi tal-korriment, biex jiġu identifikati miri potenzjali u biex jiġu

ttestjati aġenti newroprotettivi putattivi. Ġew identifikati differenzi fir-razez bejn ġrieden u firien, kif ukoll l-influwenza kumplessa u importanti

tal-età, is-sess u komorbiditajiet bħad-dijabete, il-pressjoni għolja u l-aterosklerożi. Filwaqt li r-riċerka preklinika dwar il-puplesija spiss tuża

rodituri rġiel żgħar b’saħħithom, l-impatt ta’ fatturi bħal dawk imsemmijin hawn fuq jistgħu jiġu esplorati billi jintużaw mudelli

b’kundizzjonijiet komorbidi (eż. Firien bi Pressjoni Għolja Spontanja, dijabete provokata bi Streptożotoċina (STZ) f’firien). F’dawn il-każijiet

b’kundizzjonijiet komorbidi, jaf ikun hemm bżonn ta’ osservazzjonijiet iktar attenti ta’ sinjali kliniċi u punti aħħarin umanitarji (HEP) bikrija.

60

Page 63: TAS˜SEVERITÀ - European Commission...tittieħed jekk din tintlaħaq jew tinqabeż; • Approċċ konsistenti għall-ġudizzji ġenerali dwar it-tbatija reali (ħafifa, moderata,

F’disinn standard ta’ studju, l-annimali huma mħarrġin biex iwettqu ċerti testijiet tal-imġiba qabel il-proċedura tal-MCAO. Matul il-perjodu ta’

żmien terapewtiku, stabbilit skont il-mekkaniżmu ta’ azzjoni tal-mediċini u l-għan tal-istudju, l-annimali jingħataw il-kompost tat-test. L-analiżi

tar-riżultat għandha tinkludi informazzjoni dwar il-qawwa tal-attakk tal-qalb, ir-rata tal-mortalità, il-frekwenza tal-komplikazzjonijiet (eż.

emorraġija subaraknojde), flimkien ma’ evalwazzjoni funzjonali u newroloġika biex jiġi ssorveljat il-progress. Intwera li l-użu ta' xbihat

b’reżonanza manjetika (MRI) f'serje hija għodda b’saħħitha biex tinkiseb informazzjoni dwar il-varjazzjoni tal-qawwa tal-attakk tal-qalb maż-

żmien, iżda tista’ tipprovdi wkoll iktar informazzjoni dwar il-fluss tad-demm jew il-qagħda metabolika. Punti aħħarin istoloġiċi, bijokimiċi u

molekolari jistgħu jkunu inklużi wkoll.

Hemm bosta testijiet tal-imġiba li jistgħu jiġu applikati għal mudelli ta’ puplesija. L-iktar testijiet sempliċi jinkludu sistemi tal-punteġġ

newroloġiċi, li jivvalutaw status newroloġiku globali, u testijiet ta’ tqegħid tas-saqajn (limb placing tests), użati biex ikejlu r-riflessi motorji.

Ġeneralment dawn jintużaw biex l-annimali jiġu vvalutati fil-fażi akuta ta’ wara puplesija. Fi studji fit-tul, jistgħu jintużaw testijiet iktar

kumplessi biex jiġu vvalutati funzjonijiet sensorji u motorji (eż. test bilaterali bit-tikketta adeżiva, mixi fuq lasta, virga li ddur jew taraġ) u

funzjonijiet konjittivi bħall-memorja (eż. testijiet ta’ evitar passiv, jew evalwazzjonijiet ta’ strateġiji tat-tagħlim).

Hija prattika tajba li jsir grupp ta’ testijiet tal-imġiba, inkluż tal-inqas wieħed għal kull fażi (akuta u fit-tul), sabiex tinġabar informazzjoni

komprensiva dwar l-impatt fuq il-funzjonijiet sensorji, motorji u konjittivi. Dawn it-testijiet iridu jintgħażlu bir-reqqa biex ikun kopert

kwalunkwe effett tal-istrateġiji terapewtiċi putattivi. Hawnhekk mhumiex inklużi deskrizzjonijiet dettaljati ta’ kull wieħed minn dawn it-testijiet

tal-imġiba, inklużi skedi tat-taħriġ, iżda għal analiżi komprensiva u taħdita dwar l-użu tagħhom ara Schaar et al. (2010).

Referenzi

Braeuninger S and Kleinschnitz C. Recent models of focal cerebral ischemia: procedural pitfalls and translational problems.

Experimental & Translational Stroke Medicine, 2009 Nov; 1:8.

Freret T and Bouet V. Improvements of the Stroke Model Guidelines – Animal body weight and long-term functional concerns.

Experimental & Translational Stroke Medicine, 2009; 2(2): 28-31

Graham SM et al. Animal models of ischemic stroke: balancing experimental aims and animal care. Comparative Medicine, 2004 Oct;

54(5): 486-496

Yanamoto H et al. Evaluation of MCAo stroke models in normotensive rats: standardized neocortical infarction by the 3VO

technique.ExpNeurol, 2003 Aww; 182(2):261-74

61

Page 64: TAS˜SEVERITÀ - European Commission...tittieħed jekk din tintlaħaq jew tinqabeż; • Approċċ konsistenti għall-ġudizzji ġenerali dwar it-tbatija reali (ħafifa, moderata,

Liu S et al. Rodent stroke model guidelines for preclinical stroke trials (1st edition). Journal of experimental stroke and translational

medicine, 2009 Jan 1;2(2):2-27.

Schaar KL et al. Functional assessments in the rodent stroke model. Experimental &Translatinal Stroke Medicine, 2010; 2: 13; aċċess

miftuħ fuq http://www.etsmjournal.com/content/2/1/13

Virley et al. A temporal MRI assessment of neuropathology after transient middle cerebral artery occlusion in the rat: correlations with

behaviour. J Cereb Blood Flow Metab, 2000;20: 563-582.

Studju

Effikaċja ta’ aġent terapewtiku ġdid fuq mudell ta’ okklużjoni tal-arterja ċerebrali tan-nofs (MCAO) permezz ta' filament

intraluminali fil-firien

F’dan l-eżempju, 40 far żagħżugħ Sprague-Dawley (300-350g) ser issirilhom MCAO billi tintuża t-teknika ta’ filament intraluminali taħt

anesteżija ġenerali. Il-firien ser jitqassmu b’mod aleatorju (n=10/grupp) biex jew jirċievu veikolu (10ml/kg) jew aġent tat-test ġdid (kompost A)

b’1, 3 jew 10 mg/kg, infuż fil-vina tad-denb fuq siegħa li tibda nofs siegħa qabel l-MCAO. Id-dożi sussegwenti (jew veikolu jew kompost A b’1,

3 jew 10 mg/kg) ser jingħataw b’mod intraperitoneali 6 sigħat u 24 siegħa wara l-MCAO. Għall-ewwel, il-firien ser jitqiegħdu f’post f’gaġeġ

b’art solida b’materjal fond ta’ mifrex u tibjit. L-ikel ser ikun ristrett matul il-fażi ta' qabel it-taħriġ biex titħaffef il-prestazzjoni fit-test tat-taraġ,

li huwa kompitu motivat mill-aptit. L-annimali ser jingħataw ikel ad libitum għal 6 sigħat qabel il-kirurġija sa 6 ijiem wara l-MCAO biex jitjiebu

l-piż u l-irkupru ta’ wara l-operazzjoni.

Ir-riżultat funzjonali ser jiġi vvalutat kuljum billi tintuża sistema tal-punteġġ newroloġiku (l-iskada Bederson; ara Schaar et al. 2010) u testijiet

tal-imġiba (test bilaterali tat-tikketta adeżiva u mixi fuq lasta); It-test tat-taraġ ser jitwettaq ukoll ta’ kuljum mill-jum 7 wara l-MCAO, biex

jingħata biżżejjed żmien għall-irkupru wara l-operazzjoni qabel ma terġa’ tiddaħħal ir-restrizzjoni tal-ikel. Ebda wieħed mit-testijiet tal-imġiba

ma huwa mistenni jikkaġuna diffikultà kbira. Ser jintużaw xbihat b’reżonanza manjetika (MRI) f’firien anestetizzati fil-jiem 1, 7, 14 u 28 biex

jiġi vvalutat il-volum tal-leżjonijiet. L-annimali kollha ser jinqatlu 28 jum wara l-MCAO.

62

Page 65: TAS˜SEVERITÀ - European Commission...tittieħed jekk din tintlaħaq jew tinqabeż; • Approċċ konsistenti għall-ġudizzji ġenerali dwar it-tbatija reali (ħafifa, moderata,

Valutazzjoni prospettiva inizjali u kunsiderazzjoni tar-raffinamenti speċifiċi u l-punti aħħarin umanitarji

Dan l-istudju x’jinvolvi li jsir

fuq l-annimali?

X’ser jesperjenzaw l-annimali?

Kemm tista’ tiġi kkaġunata

tbatija? X’jista’ jagħmilha agħar?

It-tbatija kif ser titnaqqas għal minimu?

Effetti avversi Metodoloġija u interventi Punti aħħarin

Taħriġ ta’ qabel l-operazzjoni

fuq testijiet tal-imġiba tul

perjodu ta’ ġimagħtejn sa 3

ġimgħat: test bilaterali tat-

tikketta adeżiva (għal

negliġenza kontrolaterali), mixi

fuq lasta (għal koordinazzjoni

tas-saqajn ta’ wara) u test tat-

taraġ (għall-ilħuq tas-saqajn ta’

wara b’ħila)

Stress/ ansjetà minimi jistgħu jkunu

kkaġunati qabel l-annimali jidraw it-

testijiet, peress li t-testijiet jinvolvu

ċaqliq tal-annimali lejn

kmamar/areni ġodda

L-apparat tat-test jindera b’mod

gradwali

Manipulazzjoni kalma u

empatetika.

Tneħħija mis-sessjoni jekk

ikunu osservati sinjali ta’

diffikultà

Annimali li ma jilħqux

prestazzjoni bażi fi ħdan

limitu ta’ żmien stabbilit

minn qabel ser ikunu

esklużi mill-istudju

Restrizzjoni tal-ikel (85-90% ad

libitum) qabel l-operazzjoni u

minn 7 ijiem wara l-MCAO biex

titħaffef il-prestazzjoni fit-test

tat-taraġ

Ġuħ ħafif; frustrazzjoni u ansjetà

possibbli

Telf ta’ piż mhux ser jaqbeż l-10%,

inkella r-restrizzjoni tal-ikel tiġi

sospiża

Jekk jiġu osservati

problemi fl-imġiba dovuti

għal nuqqas ta’ konsum ta’

ikel, l-annimal jitneħħa

mill-istudju

Taħt anesteżija ġenerali,

okklużjoni temporanja (90 min)

tal-MCA billi jintuża filament

intraluminali avvanzat permezz

Uġigħ u skumdità assoċjati mal-

kirurġija

Potenzjal għal kumplikazzjonijiet

L-użu ta’ anestetiżija xierqa u

minimament avversiva,

b’analġeżija xierqa (jiġifieri

effettiva iżda bi proprjetajiet

L-annimali jinqatlu b’mod

dinjituż jekk isseħħ xi

waħda minn dawn li ġejjin

63

Page 66: TAS˜SEVERITÀ - European Commission...tittieħed jekk din tintlaħaq jew tinqabeż; • Approċċ konsistenti għall-ġudizzji ġenerali dwar it-tbatija reali (ħafifa, moderata,

tal-arterja karotida komuni

kirurġiċi mhux mistennijin, eż.

emorraġija subaraknojde, korriment

retinali ipsilaterali, formazzjoni

trombuża intraluminari, involviment

tal-ipotalamu tal-edema tal-moħħ

b’ipertermja konsegwenti jew

nekrożi temporali tal-muskoli. Dawn

jistgħu jippreżentaw f’għadd ta’

modi differenti, pereżempju – telf

f’daqqa mis-sensi, paraliżi, tgħawwiġ

sever tar-ras, attakki

Repulsjoni u effetti potenzjali tal-

anesteżija fuq varjabbli fiżjoloġiċi

(bħal ipotermija, ipotensjoni,

ipossija)

Konsum dgħajjef ta’ ikel li jirriżulta

minn livell imnaqqas tal-koxjenza,

magħad indebolit u motilità dgħajfa,

ġeneralment fl-ewwel 48 siegħa wara

l-MCAO

Grad ta’ dgħufija lokomotorja, li

tista’ tikkaġuna stress u/jew

frustrazzjoni

newroprotettivi minimi)

Kirurgu mħarreġ sew li juża

teknika kirurġika asettika xierqa

(b’analiżijiet regolari tar-rati ta’

suċċess)

Żamma tal-omeostażi matul l-

anesteżija

L-użu ta’ monofilamenti

standardizzati u teknika kirurġika

biex jonqsu l-varjabbiltà u l-

kumplikazzjonijiet li ġejjin minn

leżjonijiet estensivi

Indukrar intensiv wara l-

operazzjoni għall-ewwel 3-5 ijiem,

inklużi sorsi esterni tat-tisħin.

Verifiki regolari tal-piż tal-ġisem;

osservazzjoni u indukrar tal-feriti

ta’ kuljum

Il-forniment ta’ ikel u ilma

aċċessibbli matul il-perjodu ta’

rkupru, jew ikel addizzjonali

(maxx, likwidu) u assistenza fl-

għalf jekk ikun hemm bżonn;

riidratazzjoni (eż. permezz ta’

Iseħħu problemi

tekniċi sinifikanti

matul il-kirurġija.

Nuqqas ta’ rkupru

sħiħ mill-anesteżija

sinjali ta’

kumplikazzjonijiet

mhux mistennija

fil-kirurġija

Jekk it-telf ta’ piż

tal-ġisem tal-

annimal jaqbeż

b’20% l-piż ta’

qabel il-kirurġija,

minkejja għalf

addizzjonali u/jew

riidratazzjoni, jew

jekk ma jiċċaqlaqx

għal iktar minn 24

siegħa

64

Page 67: TAS˜SEVERITÀ - European Commission...tittieħed jekk din tintlaħaq jew tinqabeż; • Approċċ konsistenti għall-ġudizzji ġenerali dwar it-tbatija reali (ħafifa, moderata,

tilqima ta' soluzzjoni fiżjoloġika)

jekk ikun hemm bżonn

Testijiet tal-imġiba (test

bilaterali tat-tikketta adeżiva u

test tal-mixi fuq lasta) imwettqin

kuljum mill-jum 1 sal-jum 28

wara l-MCAO; test tat-taraġ

imwettaq kuljum mill-jum 7

wara l-MCAO

L-annimali jistgħu jsibu dawn il-

kompiti stressanti jekk il-ħiliet

motorji tagħhom ikunu kompromessi

Osservazzjoni ta’ indikaturi tal-

imġiba ta’ ansjetà jew diffikultà

L-annimali ser ikunu osservati

kontinwament minn persunal ta'

esperjenza

Normalment jitfassal ħin

massimu (ta’ limitu) biex

iwettqu l-kompitu mitlub,

u jingħata punteġġ finali

L-għoti ta’ aġent terapewtiku

ġdid permezz ta’ rotta s.c/ i.v/

i.p. qabel u/jew wara l-kirurġija

(profilattiku/terapewtiku)

Skumdità temporanja assoċjata mar-

rotta minn fejn jingħata

Ma hu mistenni ebda effett avvers

fil-livelli ta’ doża mogħtija

L-għoti skont prassi tajba, bl-inqas

rotta u tekniki li

jweġġgħu/jikkaġunaw diffikultà

possibbli skont l-għanijiet

xjentifiċi.

L-annimali ser ikunu ssorveljati

mill-qrib għal effetti avversi tas-

sustanzi tat-test

L-annimali ser jinqatlu

b’mod dinjituż jekk jiġi

osservat xi effett

sekondarju sever

minħabba l-aġenti

terapewtiċi l-ġodda

MRI lonġitudinali taħt

anesteżija fil-jiem 1, 7, 14 u 28

wara l-MCAO

Anesteżija ripetuta

Repulsjoni u effetti potenzjali tal-

anesteżija fuq varjabbli fiżjoloġiċi

(bħal ipotermija, ipotensjoni,

ipossija)

L-użu ta’ anesteżija xierqa u

minimament avversiva

Żamma tal-omeostażi matul l-

anesteżija, inkluża terapija bil-

fluwidi qabel jew matul jekk ikun

hemm problemi b’deidratazzjoni u

tisħin biex tinżamm normotermija

L-annimali li jonqsu milli

jirkupraw bis-sħiħ mill-

anesteżija ser jiġu

ewtanizzati

L-annimali ser jinqatlu

b’mod dinjituż jekk l-

omeostażi ma tkunx tista’

65

Page 68: TAS˜SEVERITÀ - European Commission...tittieħed jekk din tintlaħaq jew tinqabeż; • Approċċ konsistenti għall-ġudizzji ġenerali dwar it-tbatija reali (ħafifa, moderata,

Analiżi

Dan il-mudell jitqies li huwa SEVER minħabba l-proċedura kirurġika involuta, l-effetti avversi (iżda normalment temporanji) tal-MCAO fuq it-

trattament xieraq tal-annimal, u l-possibilità ta’ kumplikazzjonijiet perioperattivi sinifikanti. Madankollu, l-impatt negattiv fuq it-trattament

xieraq tal-annimali jista’ jitnaqqas permezz ta’ indukrar intensiv wara l-operazzjoni għal tal-inqas l-ewwel 48 siegħa, u monitoraġġ mill-qrib tal-

fażi ta’ wara - b’azzjoni minnufih jekk ikun hemm xi problema. Mill-perspettiva sperimentali, attenzjoni fuq l-irfinar u l-istandardizzazzjoni ta’

kull proċedura tista’ twassal għal inqas inċidenza ta’ kumplikazzjonijiet u varjabbiltà, u b’hekk kwalità aħjar tad-dejta u tnaqqis fl-għadd tal-

annimali użati.

Għalhekk, klassifikazzjoni tas-severità prospettiva bħala SEVERA hija xierqa

Is-severità tista’ tkun MODERATA?

Għad li s-severità prospettiva ta’ dan il-mudell dejjem għandha tkun SEVERA għar-raġunijiet spjegati iktar ’il fuq, l-inċidenza tal-effetti severi

tista’ titnaqqas f’idejn operaturi esperjenzati, flimkien ma’ superviżjoni veterinarja esperta u indukrar tal-annimali, u interventi bikrijin maqbulin

jekk iseħħu kumplikazzjonijiet. Hemm il-potenzjal li tiġi awtorizzata severità MODERATA f’ċerti każijiet, iżda biss fuq bażi ta’ każ b’każ lil

gruppi ta’ riċerka individwali li għandhom rekord ta’ esperjenza stabbilit b’dan il-mudell partikolari u huma magħrufin li kapaċi jużaw il-mudell

bla ma jikkaġunaw tbatija f’livell ogħla minn dak moderat.

Osservazzjoni klinika

L-annimali huma ssorveljati bir-reqqa fil-perjodu ta’ wara l-operazzjoni. Analġeżija u terapija lokali ta’ appoġġ huma pprovduti kif ikun hemm

bżonn.

Eżempju ta’ sistema tal-punteġġ newroloġiku/kliniku kombinat li tintuża biex tgħin fis-sorveljanza tal-kundizzjoni klinika tal-annimali matul il-

proċedura huwa inkluż fi tmiem dan l-eżempju.

tinżamm wara l-irkupru

66

Page 69: TAS˜SEVERITÀ - European Commission...tittieħed jekk din tintlaħaq jew tinqabeż; • Approċċ konsistenti għall-ġudizzji ġenerali dwar it-tbatija reali (ħafifa, moderata,

Riżultati

L-annimali kollha, ħlief wieħed fil-grupp ittrattat bil-veikolu, irkupraw mill-kirurġija bla kumplikazzjonijiet mhux mistennija, bis-

saħħa tal-appoġġ perioperattiv intensiv ipprovdut.

- L-10 annimali ttrattati bil-veikolu kollha wrew l-inqas punteġġ newroloġiku tul l-istudju, flimkien ma’ prestazzjoni batuta fit-testijiet tal-

imġiba meta mqabblin mal-annimali ttrattati. Il-punteġġ kliniku kien simili għaldak tal-annimali ttrattati eżatt (l-ewwel 48 siegħa) wara l-

MCAO, u mbagħad wara ġew osservati differenzi fost l-annimali fil-grupp trattat bil-veikolu:

1/10 kellu jiġi ewtanizzat fil-jum 2 wara l-kirurġija minħabba telf ta’ >20% tal-piż tal-ġisem (minkejja għalf addizzjonali u

riidratazzjoni).

Valutazzjoni: SEVERA

6/10 żviluppaw defiċjenza newroloġika moderata, iżda wrew titjib minimu fil-punteġġ kliniku maż-żmien

Valutazzjoni: SEVERA

3/10 annimali żviluppaw defiċjenza newroloġika moderata, u wrew tnaqqis gradwali fil-punteġġ kliniku maż-żmien, li

possibilment irriżulta mill-ħila tagħhom sabiex jikkumpensaw u jadattaw għad-defiċjenzi newroloġiċi fit-tul

Valutazzjoni: MODERATA

- L-20 annimal kollha ttrattati bil-kompost A b’dożi iktar baxxi (1 u 3 mg/kg) urew titjib fil-punteġġ newroloġiku 48 siegħa wara l-

MCAO, flimkien ma’ titjib fil-punteġġ kliniku.

Valutazzjoni: MODERATA

- L-10 annimali kollha ttrattati bil-kompost A bl-ogħla doża (10 mg/ kg) urew titjib fil-punteġġ newroloġiku meta mqabblin mal-grupp

trattat bil-veikolu minn 24 siegħa wara l-MCAO, telf minimu biss (5%) fil-piż tal-ġisem 24 siegħa wara l-kirurġija, u titjib sinifikanti fil-

punteġġ kliniku minn 48 siegħa wara l-MCAO

Valutazzjoni: MODERATA

Valutazzjoni tas-Severità Reali

F'7 annimali is-severità tqieset SEVERA; fi 33 annimal tqieset MODERATA

67

Page 70: TAS˜SEVERITÀ - European Commission...tittieħed jekk din tintlaħaq jew tinqabeż; • Approċċ konsistenti għall-ġudizzji ġenerali dwar it-tbatija reali (ħafifa, moderata,

Azzjonijiet

Punteġġ 1 Analizza l-frekwenza tal-monitoraġġ

4 Ipprovdi indukrar supplimentari, eż. fluwidi

żejda u ikel maxx imxarrab

5 Analizza l-progress ma’ veterinarju

12 Implimenta punt aħħari umanitarju

Sistema tal-punteġġ

Il-valutazzjoni tas-severità ssir permezz ta’ taħlita ta’ osservazzjonijiet kliniċi ġenerali (piż tal-ġisem, dehra, imġiba, ambjent fil-gaġġa) flimkien

ma’ evalwazzjoni newroloġika speċifika għall-proċedura. L-iskala Bederson hija valutazzjoni newroloġika globali li ġiet żviluppata biex tkejjel

indebolimenti newroloġiċi wara puplesija. Tintuża skala ta’ klassifikazzjoni ta’ 0-3, b’0= livell normali u 3= l-ogħla livell ta’ diżabilità. It-

testijiet jinkludu flessjoni tas-sieq ta’ quddiem, reżistenza għal imbottatura laterali u mġiba ċirkolari.

grad 0: ebda defiċjenza osservabbli

grad 1: flessjoni tas-sieq ta’ quddiem

grad 2: tnaqqis fir-reżistenza għal imbottatura laterali (u flessjoni tas-sieq ta’ quddiem) mingħajr imġiba ċirkolari

grad 3: l-istess imġiba bħall-grad 2, b’imġiba ċirkolari

HEP: punt aħħari umanitarju

Punteġġ

Dehra

telf ta’ 5-10% tal-piż 1

telf ta’ 11-15 % tal-piż 2

telf ta’ 16-20% tal-piż 3

telf ta’ 20% + tal-piż HEP

Pil ftit imberfel 1

Piloerezzjoni ħafifa 2

68

Page 71: TAS˜SEVERITÀ - European Commission...tittieħed jekk din tintlaħaq jew tinqabeż; • Approċċ konsistenti għall-ġudizzji ġenerali dwar it-tbatija reali (ħafifa, moderata,

Piloerezzjoni ċara 3

Imġiba

Mixja ftit anormali 1

Mixja anormali b’mod ċar 2

Problemi sinifikanti fil-mobilità 3

Immobilità >24 siegħa HEP

Tensjoni u ansjetà matul il-manipulazzjoni 2

Diffikultà ċara matul il-manipulazzjoni,

eż. rogħda, tleħħin, aggressività

3

Ambjent

Bejta ftit imħarbta 1

Bejta lanqas tingħaraf 2

L-ebda bejta 3

Punteġġ newroloġiku

Flessjoni tas-sieq ta’ quddiem 1

Inqas reżistenza għal imbottatura laterali

(u flessjoni tas-sieq ta’ quddiem) mingħajr

imġiba ċirkolari

2

69

Page 72: TAS˜SEVERITÀ - European Commission...tittieħed jekk din tintlaħaq jew tinqabeż; • Approċċ konsistenti għall-ġudizzji ġenerali dwar it-tbatija reali (ħafifa, moderata,

Azzjonijiet – Kun af li peress li normalment il-kumplikazzjonijiet kirurġiċi jiġu osservati fil-perjodu immedjat ta’ rkupru wara l-

operazzjoni, monitoraġġ mill-qrib u ġudizzju espert u empatetiku huma essenzjali fl-ewwel 24 siegħa biex jiġi żgurat li l-effetti avversi jiġu

identifikati u jittieħdu azzjonijiet biex dawn jiġu indirizzati, u l-annimali jinqatlu b’mod dinjituż jekk it-tbatija tagħhom taqbeż il-kategorija

severa.

Eżempju ta’ Skeda ta’ osservazzjoni individwali (Jiem 0-4)

Jum 0 1 2 3 4

Dehra

Piż tal-ġisem (g) (punteġġ) 320 (0) 292 (1) 285 (2) 287 (1) 292 (1)

Kundizzjoni tal-pil

Pil imberfel/piloerezzjoni 1 1 0 1 0

Imġibiet

Mixja 3 2 2 2 1

Rispons għall-manipulazzjoni 0 0 2 0 0

Ambjent

Kundizzjoni tal-bejta 3 2 1 0 0

L-istess imġiba bħall-grad 2, b’imġiba

ċirkolari

3

70

Page 73: TAS˜SEVERITÀ - European Commission...tittieħed jekk din tintlaħaq jew tinqabeż; • Approċċ konsistenti għall-ġudizzji ġenerali dwar it-tbatija reali (ħafifa, moderata,

Punteġġ newroloġiku speċifiku

għall-proċedura 2 2 1 1 1

Punteġġ totali 9 8 8 5 3

Volum tal-leżjonijiet (valutazzjoni

tal-MRI)* 11 %

Osservazzjonijiet oħrajn Irkupra b’mod

normali mill-

kirurġija, ebda

kumplikazzjoni

Dożat wara 30 min

u 6 sigħat

Jiċċaqlaq

madwar il-gaġġa

u pprova

jagħmel bejta

Testijiet tal-

imġiba, anzjuż

għall-ewwel

iżda tlestew

kollha, bejta

iktar strutturata

Pil iktar imberfel

illum iżda l-piż

huwa stabbli u l-

bejta tajba

Testijiet tal-imġiba

lesti, inqas anzjuż u

l-mixja tjiebet b’mod

ċar

*l-entrata ‘volum tal-leżjonijiet’ (ivvalutat bl-MRI) hija inkluża għall-investigatur sabiex jimlieha fi tmiem l-istudju. Imbagħad din id-dejta tista’

tiġi korrelatata ma’ osservazzjonijiet kliniċi u tal-imġiba biex ikunu jistgħu jsiru iktar raffinamenti tal-monitoraġġ, l-indukrar tal-annimali u l-

proċeduri.

71

Page 74: TAS˜SEVERITÀ - European Commission...tittieħed jekk din tintlaħaq jew tinqabeż; • Approċċ konsistenti għall-ġudizzji ġenerali dwar it-tbatija reali (ħafifa, moderata,

Eżempji li juru l-proċess tas-severità

Mudell 5 – Il-Produzzjoni ta’ Antikorpi Poliklonali fil-Fniek

Aġġornat l-aħħar: 05/02/2013

Kuntest ġenerali

L-għan primarju tal-produzzjoni ta’ antikorpi f’annimali tal-laboratorju huwa li jinkisbu antisera b’titru għoli u affinità għolja għall-użu fi

sperimentazzjoni jew f'testijiet dijanjostiċi.

Il-biċċa l-kbira tal-bijoloġija u l-bijokimika moderna toqgħod fuq id-disponibilità ta’ antikorpi ferm speċifiċi sabiex jintużaw f’firxa ta’ tekniki

bħall-immunoistokimika, ELISAs, immunopreċipitazzjoni, u immunoblottjar. B’hekk, il-ġenerazzjoni ta’ kwantitajiet kbar ta’ antikorpi speċifiċi

mmirati għal proteini jew peptidi ta’ interess hija essenzjali għas-suċċess ta’ ħafna programmi ta’ riċerka bażika u applikata.

F’dan l-eżempju, ser jintuża fenek biex jinġabru antikorpi għal peptidi żgħar li jitqiesu li huma ta’ importanza fir-regolazzjoni tad-diviżjoni taċ-

ċelluli, bħala parti minn programm ta’ riċerka li jinvolvi studji bijokimiċi tad-diviżjoni taċ-ċelluli fil-mammiferi.

Referenzi

Canadian Council on Animal Care guidelines on; antibody production (2002). Jistgħu jitniżżlu minn

http://www.ccac.ca/Documents/Standards/Guidelines/Antibody_production.pdf

EFPIA/ECVAM (Diehl K-H et al.) (2001) A good practice guide to the administration of substances and the removal of blood, including

routes and volumes. Journal of Applied Toxicology 21: 15-23

JWGR (2001) Refining procedures for the administration of substances. Laboratory Animals35: 1-41

Keating SCJ, Thomas AA, Flecknell PA & Leach MC (2012) Evaluation of EMLA cream for preventing pain during tattooing of rabbits:

changes in physiological, behavioural and facial expression responses. PLOS ONE7(9): e44437 (aċċess miftuħ, http://www.plosone.org)

Leenars M, Hendriksen CFM (2005) Critical steps in the production of polyclonal and monoclonal antibodies: evaluation and

recommendation. ILAR Journal46:269-279

Stills HF (2005) Adjuvants and antibody production: Dispelling the myths associated with Freund’s complete and other adjuvants. ILAR

Journal46:280-293

72

Page 75: TAS˜SEVERITÀ - European Commission...tittieħed jekk din tintlaħaq jew tinqabeż; • Approċċ konsistenti għall-ġudizzji ġenerali dwar it-tbatija reali (ħafifa, moderata,

UFAW/RSPCA (2008) Refining Rabbit Care: A Resource for Those Working With Rabbits in Research.Southwater, UK: RSPCA (jista’

jitniżżel b’xejn fuq http://www.rspca.org.uk/researchrabbits)

Studju

Minn esperjenza fl-imgħoddi ġie determinat li fenek wieħed għandu jipprovdi biżżejjed materjal għal kull peptid ta’ interess. Il-fenek ser

jitqiegħed f’maqjel tal-fniek mal-art fi grupp stabbli ta’ fniek kompatibbli (użati wkoll għall-produzzjoni tal-antikorpi), ipprovdut b’biżżejjed

spazju għall-arrikkiment, l-eżerċizzju u mġiba soċjali normali (UFAW/RSPCA 2008). L-annimal ser jiġi immunizzat b’taħlita ta’

antiġeni/aġġuvanti. F’punti ta’ żmien predeterminati, ser jittieħed kampjun ta’ volumi żgħar ta’ demm biex jiġi determinat jekk l-

immunizzazzjoni rnexxietx. Meta jinkiseb titru xieraq tal-antikorpi, l-annimal ser jinfasad taħt anesteżija profonda bla rkupru biex jinġabru l-

antikorpi fid-demm.

Il-manipulazzjoni tal-fniek tista’ tkun stressanti u għandha ssir biss minn persunal kompetenti u empatetiku. L-imġiba tal-fniek taf tkun diffiċli

biex tiġi interpretata u hija prassi tajba li l-għarfien jinżamm aġġornat permezz tal-letteratura dwar l-imġiba u t-trattament xieraq tal-fniek.

Pereżempju, letteratura reċenti tindika li f’ċerti ċirkustanzi l-fniek jistgħu jagħmlu ‘wċuħ ta’ wġigħ’ (Keating et al. 2012) u l-potenzjal li dan

jintuża bħala għodda għall-valutazzjoni tat-trattament xieraq għandu jkun mistħarreġ fuq bażi ta’ każ b’każ.

Minħabba l-immunoġeniċità dgħajfa tal-peptid b’katina qasira, ser ikun hemm bżonn li jingħata f’taħlita ma’ aġġuvant. Fl-imgħoddi ntuża l-

Aġġuvant Komplut ta’ Freund (FCA), iżda llum għad hemm disponibbli aġġuvanti sintetiċi li huma effettivi wkoll għal din il-proċedura u ftit li

xejn huma irritanti.

73

Page 76: TAS˜SEVERITÀ - European Commission...tittieħed jekk din tintlaħaq jew tinqabeż; • Approċċ konsistenti għall-ġudizzji ġenerali dwar it-tbatija reali (ħafifa, moderata,

Valutazzjoni prospettiva inizjali u kunsiderazzjoni tar-raffinamenti speċifiċi u l-punti aħħarin umanitarji

Dan l-istudju x’jinvolvi li jsir

fuq l-annimali?

X’ser jesperjenzaw l-annimali?

Kemm tista’ tiġi kkaġunata

tbatija? X’jista’ jagħmilha agħar?

It-tbatija kif ser titnaqqas għal minimu?

Effetti avversi Metodoloġija u interventi Punti aħħarin

L-immunizzazzjoni b’antiġen u

aġġuvant; tliet tilqimiet taħt il-

ġilda fil-jiem 8, 22 u 37

Skumdità wara t-tilqima

Nefħiet li ma jweġġgħux jistgħu

jiżviluppaw bħala rispons għall-

aġġuvant

Potenzjal (rari) ta’ ulċerazzjoni fis-sit

tat-tilqima

Il-volum, il-formulazzjoni u l-

frekwenza tat-tilqima ser ikunu

konformi mal-linji gwida dwar il-

prassi tajba (eż. EFPIA/ECVAM

jew JWGR), normalment massimu

ta’ erba’ siti u 0.25 ml f’kull sit

Kwalunkwe ulċera ser tirċievi kura

veterinarja xierqa minnufih

L-annimal ser jinqatel

b’mod dinjituż jekk ikun

hemm xi sinjal ta’

skumdità, uġigħ jew

diffikultà prolongati (eż.

attenzjoni persistenti għas-

siti tat-tilqima jew in-

nefħiet), jew jekk

jifformaw ulċeri li ma

jfiqux

Teħid ta’ kampjuni tad-demm

biex jiġu valutati r-risponsi tal-

antikorpi (sa 5 darbiet)

Qbid, manipulazzjoni u trażżin, li

jistgħu jkunu stressanti.

Skumdità ħafifa marbuta mal-labra

Riskju baxx ta’ emorraġija jew

formazzjoni ta’ ematoma

Il-kampjuni ser jittieħdu minn vina

superfiċjali (widna).

Volumi żgħar ta’ demm (<5ml) biss

biex jiġu verifikati t-titri tal-

antikorpi

Applika pressjoni fuq is-sit tal-

kampjun

Jekk l-annimal ikun

stressat wisq minħabba l-

proċedura, it-teħid tal-

kampjun ma jsirx sakemm

l-imġiba tal-annimal tmur

lura għan-normal

74

Page 77: TAS˜SEVERITÀ - European Commission...tittieħed jekk din tintlaħaq jew tinqabeż; • Approċċ konsistenti għall-ġudizzji ġenerali dwar it-tbatija reali (ħafifa, moderata,

Analiżi

Hija mistennija severità ħafifa biss minħabba r-raffinamenti fit-trobbija tal-annimali u l-indukrar, il-prassi tajba għall-għoti u t-teħid tal-

kampjuni, u l-għażla ta’ aġġuvant minimament irritanti.

Għalhekk, klassifikazzjoni prospettiva tas-severità bħala ĦAFIFA hija xierqa

Il-proċedura tista’ tkompli tiġi rfinata?

Il-potenzjal li jintużaw aġġuvanti minimament irritanti u aġenti anestetiċi inqas avversivi għandu jiġi analizzat b’mod regolari, billi tinqara l-

letteratura u billi l-kwistjoni tiġi diskussa mal-kollegi. Jista’ jiġi stabbilit programm li permezz tiegħu l-fniek iż-żgħar jidraw il-manipulazzjoni,

biex l-istress ikompli jitnaqqas (UFAW/RSPCA, 2008).

Osservazzjonijiet kliniċi

Peress li f’dan l-istudju kienu mistennijin biss effetti avversi żgħar, intużat sistema bażika ta’ monitoraġġ; jiġifieri l-annimal ġie ċċekkjat kuljum

u ġew irreġistrati l-osservazzjonijiet, iżda ma tqiesx li kien hemm bżonn ta' skeda strutturata ta’ reġistrazzjoni.

Eżempju li juri skeda ta’ osservazzjoni huwa inkluż fi tmiem dan l-eżempju.

Valutazzjoni tas-severità reali

Ġiet irreġistrata xi nefħa temporanja u ħafifa f’sit tat-tilqima minnhom iżda ma kienx hemm il-bżonn ta' trattament. Il-fenek wera ftit attenzjoni

għas-siti tat-tilqimiet għal perjodu qasir, iżda kien mifhum li dan jindika skumdità ħafifa biss. Ma ġie osservat ebda ‘wiċċ ta' wġigħ’.

Ma ġie osservat ebda effett avvers minħabba t-teħid propju tad-demm mill-vina tal-widna.

Severità reali ĦAFIFA għal dan l-annimal tqieset xierqa.

żvinar taħt anesteżija ġenerali Skumdità ħafifa u repulsjoni

possibbli għall-aġent matul l-għoti

tal-anesteżija

Jintuża aġent anestetiku

minimament avversiv

L-annimal ser jibqa’ taħt l-

anesteżija sal-mewt

75

Page 78: TAS˜SEVERITÀ - European Commission...tittieħed jekk din tintlaħaq jew tinqabeż; • Approċċ konsistenti għall-ġudizzji ġenerali dwar it-tbatija reali (ħafifa, moderata,

Eżempju ta’ skeda ta’ osservazzjoni

Produzzjoni ta’ Antikorpi fil-Fenek – Skeda ta' Proċedura u ta' Osservazzjoni

Data Piż tal-

ġisem (kg)

Kummenti

01/03 3.5 Qabel il-fsad – 5ml vina tal-widna ; edba effett avvers osservat

02/03 Ebda Anormalità Identifikata (NAD)

06/03 NAD

07/03 NAD

08/03 3.6 Immunizzat – 0.25ml x 2 siti s/c, ftit attenzjoni għas-siti (tindif

tal-pil) għal bosta minuti u mbagħad lura għan-normal

09/03 NAD

10/03 NAD

11/03 NAD

12/03 Nefħa ħafifa u ratba bla wġigħ fis-sit tan-naħa tax-xellug.

13/03 Nefħa baqgħet preżenti fis-sit tan-naħa tax-xellug, ma marrietx

għall-agħar

14/03 Nefħa fis-sit tan-naħa tax-xellug għadha hemm iżda bla wġigħ

76

Page 79: TAS˜SEVERITÀ - European Commission...tittieħed jekk din tintlaħaq jew tinqabeż; • Approċċ konsistenti għall-ġudizzji ġenerali dwar it-tbatija reali (ħafifa, moderata,

matul il-palpazzjoni

15/03 3.6 Nefħa marret, kollox normali

21/03 NAD

22/03 3.6 Immunizzat – 0.25ml x 2 siti s/c, ftit attenzjoni għas-siti

28/09 NAD

29/03 3.7 NAD

30/03 Test tal-fsad – 2ml vina tal-widna, ebda effett avers

05/04 NAD

06/04 3.6 Immunizzat – 0.25ml x 2 siti

14/04 3.6 NAD

15/04 Test tal-fsad – 2ml vina tal-widna, ebda effett avers

26/04 NAD

77

Page 80: TAS˜SEVERITÀ - European Commission...tittieħed jekk din tintlaħaq jew tinqabeż; • Approċċ konsistenti għall-ġudizzji ġenerali dwar it-tbatija reali (ħafifa, moderata,

27/04 3.6 żvinar taħt anesteżija ġenerali, ebda effett avers

Għandha tinżamm konferma li l-annimal ġie kkontrollat tal-inqas kuljum – eż. fir-reġistru tal-annimal individwali (bħal hawn fuq) jew fir-rekord

tal-kamra.

78

Page 81: TAS˜SEVERITÀ - European Commission...tittieħed jekk din tintlaħaq jew tinqabeż; • Approċċ konsistenti għall-ġudizzji ġenerali dwar it-tbatija reali (ħafifa, moderata,

Eżempji li juru l-proċess tas-severità

Mudell 6 – Il-Produzzjoni u ż-Żamma ta’ Annimali Ġenetikament Alterati (ĠA)

Aġġornat l-aħħar: 05/02/2013

1. Kuntest ġenerali

L-użu ta’ annimali ġenetikament alterati (ĠA) fir-riċerka kkontribwixxa għall-fehim tal-funzjoni tal-ġeni u l-proteini korrispondenti tagħhom.

Fenotipi differenti jista’ jkollhom firxa ta’ effetti fuq it-trattament xieraq tal-annimali, u wħud jistgħu jikkaġunaw uġigħ, tbatija jew diffikultà.

Filwaqt li xi fenotipi u riżultati huma prevedibbli, ħafna karatteristiċi mhux mistennija jew sekondarji jistgħu jseħħu matul il-ħolqien tal-linji tal-

ĠA, u b’hekk mhux dejjem ikun possibbli li titbassar is-severità b’mod preċiż. Fil-prattika, il-fenotip mhuwiex affettwat f’ħafna linji tal-ĠA u

jistgħu jiġu stabbiliti protokolli ta’ valutazzjoni biex jiġi żgurat li jkun jista’ jinqabad kwalunkwe fenotip avvers. Inkella, il-fenotip mistenni,

spiss jista’ jkun assoċjat ma’ fenotipi sekondarji mhux previsti li jfeġġu f’punti ta’ żmien differenti u jistgħu jkunu affettwati minn fatturi

ambjentali differenti.

Meta tiġi vvalutata l-ħsara reali fl-annimal, għandhom jitqiesu bosta fatturi bħat-tip ta’ mutazzjoni, il-ġenotip, il-fenotip u l-istrateġija ta’ fsad

(eż. l-evitar ta’ fenotipi omożigoti dannużi billi jitgħammru eterożigoti x tat-tip salvaġġ), flimkien mal-għamla ta’ kwalunkwe proċedura

xjentifika u tat-trobbija addizzjonali u l-effetti potenzjali ta’ dawn kollha. Osservazzjonijiet sistematiċi u b’puntwalità xierqa, kemm matul il-

progressjoni tal-kolonja kif ukoll matul il-fażi sperimentali kollha ta’ kolonja, huma neċessarji għall-valutazzjoni effettiva tal-istat tat-trattament

xieraq tal-annimal.

Linji ġodda għandhom ikunu ssorveljati bir-reqqa u soġġetti għal valutazzjoni standard tat-trattament xieraq. Il-linji kollha għandhom ikunu

vvalutati b’mod individwali minn persunal kompetenti u mħarreġ kif xieraq matul il-progressjoni u l-manutenzjoni tal-kolonja, u informazzjoni

dwar effetti avversi speċifiċi osservati għandha tinġabar u tiġi rrapportata. Il-persunal liċenzjat għandu japplika kwalunkwe proċedura xjentifika

involuta u, flimkien mal-persunal tal-indukrar, jissorvelja u jirreġistra kwalunkwe effett fuq l-annimali. Il-punti aħħarin umanitarji għandhom

jiġu stabbiliti b’mod prospettiv fir-rigward ta’ parametri bħal telf ta’ piż, kundizzjoni tal-ġisem u mġibiet li jħassbu, flimkien ma’ karatteristiċi

79

Page 82: TAS˜SEVERITÀ - European Commission...tittieħed jekk din tintlaħaq jew tinqabeż; • Approċċ konsistenti għall-ġudizzji ġenerali dwar it-tbatija reali (ħafifa, moderata,

tal-iżvilupp. Ebda annimal ma għandu jinżamm ħaj jekk jaqbeż il-limitu ta’ severità mbassra sakemm ma jkunx ta’ interess xjentifiku validu, u

f’dan il-każ biss wara li tinkiseb l-awtorizzazzjoni mill-Awtorità Kompetenti.

L-għamla, il-puntwalità u d-durata tal-osservazzjonijiet ser jiddependu minn għadd ta’ fatturi minbarra l-mutazzjoni applikata. Pereżempju, l-

isfond ġenetiku u l-kundizzjonijiet ambjentali li fihom jinżammu l-annimali jistgħu jibdlu b’mod sinifikanti l-espressjoni tal-fenotip. Dawn il-

fatturi speċifiċi għandhom jiġu rreġistrati bi preċiżjoni biex ikun eħfef it-tqabbil bejn il-faċilitajiet u l-monitoraġġ tal-annimali ĠA. Il-ħajja ta’

kull linja fi ħdan faċilità partikolari għandha tiġi kkunsidrata wkoll peress li ċerti fenotipi jfeġġu tard u b’hekk ser ikunu osservati biss jekk l-

annimali jinżammu għal perjodi itwal.

Referenzi

RSPCA GA Passport Working Group (2010) GA Passports: The Key to Consistent Animal Care. Southwater, UK: RSPCA (jista’ jitniżżel minn

http://www.rspca.org.uk/sciencegroup/researchanimals/implementing3rs/gapassport)

Wells DJ et al (2006) Assessing the welfare of genetically altered miceLaboratory Animals 40(2): 111-114 (jista’ jitniżżel minn

http://www.nc3rs.org.uk/downloaddoc.asp?id=356&page=231&skin=0)

2 Eżempji

It-tliet eżempji fit-taqsimiet 2.1 sa 2.3 hawn taħt juru kif is-severità tista’ tiġi vvalutata fi ġrieden ĠA, inkluża analiżi tal-fażijiet fl-iżvilupp, l-

impatt proċedurali u l-iżvilupp tal-kolonja. Kull eżempju jiffoka fuq il-prinċipji ta’ valutazzjoni tas-severità minflok ma jqis kull xenarju

possibbli permezz tal-iżvilupp tal-kolonja.

Il-ħolqien ta’ kull mudell ser isegwi proċeduri standardizzati li jeħtieġu preparazzjoni kirurġika ta’ ġrieden irġiel tat-tnissil vażettomizzati, il-

manipulazzjoni ta’ embrijuni u l-impjantazzjoni kirurġika tagħhom fi ġrieden nisa psewdotqal riċevituri. Wieħed jassumi prassi tajba fir-rigward

tal-asepsi, il-ġestjoni tal-uġigħ u l-kompetenza tal-kirurgu.

Il-konferma tal-preżenza f’wild derivat minn fundatur jew linja ġerminali ser tkun żgurata permezz ta’ kampjuni tessili miksubin bħala prodott

sekondarju tal-identifikazzjoni (qatgħa b'talja fil-widnejn) jew bl-inqas metodu invażiv li jforni biżżejjed tessut għal valutazzjoni tal-ġenotip. L-

80

Page 83: TAS˜SEVERITÀ - European Commission...tittieħed jekk din tintlaħaq jew tinqabeż; • Approċċ konsistenti għall-ġudizzji ġenerali dwar it-tbatija reali (ħafifa, moderata,

istrateġija ta’ fenotipar għal kull linja ser tkun tiddependi fuq il-ġene, il-qasam ta’ riċerka u l-effetti previsti. Il-valutazzjoni tas-severità ser tkun

determinata permezz ta’ serje ta’ osservazzjonijiet standardizzati.

2.1 Mudell ta’ ġurdien Ġenetikament Alterat – ĠeneAtm1a(Funding)Lab

2.1.1 Kuntest ġenerali

Inħolqot kolonja ta’ ġrieden b’mutazzjoni ġdida fil-ĠeneA mmirata lejn linja ta’ ċelluli Staminali Embrijoniċi derivati mill-isfond C57BL/6N

b’potenzjal fenotipiku mhux magħruf. Il-mudell inżamm fi sfond definit (C57BL/6N). Ladarba ġiet stabbilita t-trażmissjoni tal-linja ġerminali

ta’ ġrieden G1, twettaq skrinjar bażiku tal-valutazzjoni tat-trattament xieraq billi ntużaw 30 ferħ minn 3-5 btan minn tnissil indipendenti. L-ulied

ġew sorveljati fil-fażijiet prestabbiliti fl-iżvilupp tal-kolonja - fit-twelid, 14-il jum wara t-twelid (flimkien mal-identifikazzjoni tal-frieħ u l-ġbir

ta’ tessut għall-ġenotipar) u fil-ftim. Ġiet żviluppata skeda tal-punteġġ xierqa fuq il-bażi ta’ Skema ta’ Valutazzjoni tat-trattament xieraq tal-ĠA

(Wells et al. 2006). L-osservazzjonijiet tal-frieħ saru minn teknoloġisti tal-annimali fil-post tal-gaġġa, filwaqt li l-amministraturi tal-kolonji

ssorveljaw il-proporzjonijiet ġenotipiċi. Il-ġrieden tqiegħdu f’post fi grupp wara li nfatmu, fejn dan kien possibbli, b’gaġeġ individwalment

ventilati li kien fihom mifrex, materjal tat-tibjit u arrikkiment ambjentali kif xieraq. It-teknoloġisti tal-annimali wettqu valutazzjonijiet fil-post

tal-gaġġa matul l-interazzjonijiet ta’ kuljum tagħhom sakemm il-ġrieden laħqu l-maturità sesswali. Il-valutazzjonijiet iktar fit-tul għal effetti

avversi fuq it-trattament xieraq relatati mal-età ġew issorveljati u rreġistrati minn annimali tal-ħażna u annimali tat-tnissil futur. Kull

osservazzjoni tqabblet mar-razza ta’ sfond u ġiet ivvalutata r-relevanza tagħha.

81

Page 84: TAS˜SEVERITÀ - European Commission...tittieħed jekk din tintlaħaq jew tinqabeż; • Approċċ konsistenti għall-ġudizzji ġenerali dwar it-tbatija reali (ħafifa, moderata,

2.1.2 Valutazzjoni prospettiva

Dan l-istudju x’jinvolvi

li jsir fuq l-annimali?

X’ser jesperjenzaw l-annimali?

Kemm tista’ tiġi kkaġunata tbatija?

X’jista’ jagħmilha agħar?

It-tbatija kif ser titnaqqas għal minimu?

Effetti avversi Metodoloġija u interventi Punti aħħarin

Effetti bażi tal-

alterazzjoni ġenetika

Modifika ġenetika tista’ twassal għal

effetti kliniċi avversi

F’każijiet li fihom dawn ma jkunux

jistgħu jitbassru, kwalunkwe

indikazzjoni li l-annimali bil-

mutazzjoni iddevjaw mill-parametri

normali fiżiċi jew tal-imġiba (jiġifieri

dawk li huma magħrufin iseħħu

f’fenotipi relatati mal-isfond ġenetiku

u/jew kontrolli tat-tip salvaġġ) tista’

tindika problema ta' trattament xieraq

Monitoraġġ kontinwu fil-post tal-

gaġġa

Il-valutazzjoni tat-trattament xieraq

f’punti ta’ żmien definiti tal-

iżvilupp; twelid, ftim u maturità

sesswali

Skont in-natura ta’ kwalunkwe

effett avvers, fejn possibbli ser jiġu

applikati fatturi xierqa ta’ titjib bħal

strateġiji alterati ta’ tnissil jew

raffinamenti fit-trobbija (eż. żieda

fil-materjal tat-tibjit biex tkun

megħjuna t-termoregolazzjoni

indebolita

L-annimali ser jinqatlu jekk

tinqabeż severità moderata

Teħid ta’ kampjuni

tat-tessuti għall-

ġenotipar

Uġigħ u/jew diffikultà potenzjali

kkaġunati minn metodoloġija ta’ teħid

ta’ kampjuni tat-tessuti, eż.

titqib/qatgħa b'talja fil-widnejn jew

Meta jiġu identifikati annimali

individwali permezz ta’ qatgħa

b'talja fil-widnejn, hija prassi tajba

li t-tessut tal-widnejn jintuża għall-

Mhux applikabbli, peress li l-

proċedura għandha tkun ta’ darba u

huwa improbabbli li l-uġigħ jew id-

diffikultà jkunu kkaġunati sa livell

82

Page 85: TAS˜SEVERITÀ - European Commission...tittieħed jekk din tintlaħaq jew tinqabeż; • Approċċ konsistenti għall-ġudizzji ġenerali dwar it-tbatija reali (ħafifa, moderata,

qtugħ ta' tarf id-denb

Bijopsija tad-denb tintuża spiss meta

jkun hemm bżonn ta’ kwantitajiet ikbar

ta’ DNA, iżda din tista’ tikkaġuna

wġigħ kemm fil-perjodu qasir kif ukoll

fit-tul (dan tal-aħħar minħabba

formazzjoni ta’ newroma)

ġenotipar fejn possibbli

Għall-qtugħ ta' tarf id-denb, għandu

jittieħed l-ammont minimu ta’ denb

(filwaqt li jitfakkar li jkun ferm

aħjar li jiġi evitat teħid ripetut ta’

kampjuni), anesteżija u analġeżija

għandhom jintużaw kif suppost u

fsad eċċessiv għandu jiġi ttrattat

minnufih

L-iżviluppi f’tekniki inqas invażivi

għandhom jiġu segwiti, evalwati

lokalment u implimentati kulfejn

possibbli

fejn ikun hemm bżonn ta’ qtil

dinjituż

Fenotipar L-istress ikkaġunat mill-manipulazzjoni

jew l-applikazzjoni tal-assaġġ tal-

fenotipar, eż. stress minħabba tqegħid

f’ambjent mhux familjari, l-għoti ta’

komposti sperimentali biex jiġi

kkaġunat rispons, monitoraġġ ta’

infezzjonijiet, anesteżija u trażżin għat-

teħid ta’ immaġnijiet, eċċ.

Taħriġ tal-persunal li jagħmel il-

fenotipar f’osservazzjonijiet u

manipulazzjoni kompetenti,

empatetiċi u standardizzati

L-użu ta’ anesteżija matul it-teħid

ta’ immaġnijiet jew proċeduri li

jweġġgħu. L-istrutturar tat-testijiet

fenotipiċi biex jibdew mill-inqas

invażivi (eż. osservazzjoni ta’

mġiba f’arena miftuħa), u jkomplu

bl-iktar invażivi (eż. proċeduri li

jeħtieġu anesteżija)

Meta l-mutazzjoni tirriżulta

f'rispons sever għal assaġġ

fenotipiku, ikunu ntlaħqu l-punti

aħħarin umanitarji u l-annimali

jinqatlu b’mod dinjituż

83

Page 86: TAS˜SEVERITÀ - European Commission...tittieħed jekk din tintlaħaq jew tinqabeż; • Approċċ konsistenti għall-ġudizzji ġenerali dwar it-tbatija reali (ħafifa, moderata,

Il-ġene investigat huwa mutant ġdid għad li b’effetti avversi mhux magħrufin. L-esperjenza f’dan l-istabbiliment uriet li l-maġġoranza l-kbira ta’

mudelli simili juru fenotip ħafif. Madankollu, kultant, bla ma jkun mistenni, mudell jesibixxi sinjali kliniċi moderati u għalhekk, fuq din il-bażi,

dan l-eżempju jkun klassifikat b’mod prospettiv bħala MODERAT.

2.1.3 Riżultati

Valutazzjoni inizjali f’annimali tat-twelid (fit-twelid):

Kulur tal-frieħ

(għal annimal tat-

twelid biss)

Normali

Attività tal-frieħ

(għal annimal tat-

twelid biss)

Normali

Milium

(għal annimal tat-

twelid biss)

Preżenti

Boton Il-frieħ kollha kkonformaw mal-parametri ta’ sfond fir-rigward

tad-daqs tal-boton, l-omoġeneità tal-boton, l-iżvilupp tal-frieħ u

kemm kibru

L-indikaturi li ġejjin ġew osservati 14-il jum wara t-twelid u l-ftim:

84

Page 87: TAS˜SEVERITÀ - European Commission...tittieħed jekk din tintlaħaq jew tinqabeż; • Approċċ konsistenti għall-ġudizzji ġenerali dwar it-tbatija reali (ħafifa, moderata,

Dehra Ġenerali Il-frieħ kollha kienu morfoloġikament ‘normali’

Ma kienet osservata ebda indikazzjoni ta’ malformazzjoni

Daqs, konformità u

żvilupp

Żvilupp normali, skont il-kurva tal-iżvilupp standard għar-razza

ta’ sfond

Kundizzjoni tal-pil Normali

Imġiba –

pożizzjoni tal-

ġisem, mixja,

attività u

interazzjonijiet

mal-ambjent

Imġibiet u interazzjonijiet normali bejn dawk kollha fil-gaġġa;

ma kienet osservata ebda iperattività jew aggressjoni.

Sinjali kliniċi Ebda wieħed identifikat

Daqs relattiv Normali meta mqabbel mal-isfond

Numri Ir-rata ta’ mwiet qabel il-ftim kienet normali meta mqabbla mal-

isfond

Osservazzjonijiet kliniċi

L-osservazzjonijiet u l-proporzjonijiet kollha fuq frieħ tat-twelid għall-ftim tqiesu normali meta mqabblin mal-isfond ġenetiku (C57BL/6N) bi

ġrieden omożigoti, eterożigoti u tat-tip salvaġġ li twieldu bi proporzjonijiet Mendeljani normali.

Fl-età ta’ 4 ġimgħat, ġrieden omożigoti u ta’ kontroll tat-tip salvaġġ (7+7) ingħaddew minn serje ta’ testijiet osservazzjonali u proċedurali ħfief

bħal SHIRPA< dismorfoloġija, spazju miftuħ (open field), kimika klinika tad-demm, immaġnijiet DEXA u Faxitron fuq perjodu ta’ 16-il

ġimgħa. Fil-konklużjoni ta’ dan l-esperiment, l-analiżi fenotipika xeħtet dawl fuq tnaqqis fl-ikklerjar tal-glukożju fi ġrieden omożigoti wara Test

85

Page 88: TAS˜SEVERITÀ - European Commission...tittieħed jekk din tintlaħaq jew tinqabeż; • Approċċ konsistenti għall-ġudizzji ġenerali dwar it-tbatija reali (ħafifa, moderata,

intraperitoneali tat-Tolleranza tal-Glukożju (ipGTT). Għad li l-ikklerjar tal-glukożju naqas matul l-isfida, wara l-proċedura l-annimali kollha

marru lura għall-istat bażi tagħhom u ma ġie osservat ebda effett avvers ieħor.

2.1.4 Analiżi tar-riżultati

Valutazzjoni tas-severità reali

Wara l-istabbiliment tal-kolonja, ntużaw ġrieden eterożigoti u sħab boton tat-tip salvaġġ għaż-żamma u l-progressjoni tal-kolonja. Ma ġie

osservat ebda fenotip dannuż f’xi ġurdien użat għat-tnissil u ż-żamma, u b’hekk dawn tqiesu li ma juru ebda effett avvers. Għalhekk, peress li ma

huwa mistenni ebda fenotip dannuż, din il-linja tista’ ssir omożigota u tinżamm bla Awtorizzazzjoni tal-Proġett.

It-tnissil ta’ hawn fuq ta’ ġrieden eterożigoti x eterożigoti pproduċa ġrieden omożigoti. Grupp ta’ dawn il-ġrieden intuża għal skrinjar tal-

fenotipar standard li kkonsista f’serje ta’ protokolli ħfief, inkluż it-tidħil ta’ labra għat-teħid ta’ kampjunu tad-demm matul it-Test ip tat-

Tolleranza tal-Glukożju. Il-kontrolli tat-tip salvaġġ sarulhom it-testijiet fl-istess ħin. L-effett kumulattiv fuq il-ġrieden kellu jkun ħafif, minħabba

t-teħid ta’ kampjuni tad-demm u l-proċeduri sussegwenti ta’ fenotipar, għall-kuntrarju tal-effett ġenerali tal-alterazzjoni ġenetika.

Sommarju

Tnissil u żamma – ebda effett avvers

Ġrieden omożigoti + ta’ kontroll – ĦAFIFA – permezz tat-testijiet ta’ skrinjar (mhux l-effett tal-alterazzjoni ġenetika)

Fi ftit kliem, din il-linja ta’ ġrieden ĠA tista’ titqies li għandha fenotip mhux dannuż. It-tnissil ta’ linji stabbiliti ma jkunx jeħtieġ

awtorizzazzjoni tal-proġett skont id-Direttiva.

86

Page 89: TAS˜SEVERITÀ - European Commission...tittieħed jekk din tintlaħaq jew tinqabeż; • Approċċ konsistenti għall-ġudizzji ġenerali dwar it-tbatija reali (ħafifa, moderata,

2.2 Mudell ta’ ġrieden Ġenetikament Alterati – Tg(ĠeneB)Labcode

2.2.1 Kuntest ġenerali

Ser tinħoloq kolonja ta’ ġrieden b’mutazzjoni b’espressjoni eċċessiva ta’ transġene bħala mudell biex tiġi studjata forma ta’ kanċer. Il-linja ser

tinħoloq fi sfond ta’ C57BL/6N. Madankollu, il-bidu u r-rata tal-iżvilupp ta’ tumur ma jistgħux ikunu definiti u ser jeħtieġu valutazzjoni bħala

parti mill-karatterizzazzjoni tal-mudell. Ladarba jkunu ġew stabbiliti l-linji fundatriċi, ser isir skrinjar bażiku tal-valutazzjoni tat-trattament

xieraq kif spjegat fit-taqsima 2.1. L-iktar linja utli ser titmexxa ’l quddiem biex jiġi studjata l-lewkimja ta' dan it-tip.

2.2.2 Valutazzjoni prospettiva

Dan l-istudju x’jinvolvi

li jsir fuq l-annimali?

X’ser jesperjenzaw l-annimali?

Kemm tista’ tiġi kkaġunata tbatija?

X’jista’ jagħmilha agħar?

It-tbatija kif ser titnaqqas għal minimu?

Effetti avversi Metodoloġija u interventi Punti aħħarin

Valutazzjoni u

karatterizzazzjoni tal-

iżvilupp tat-tumur

Telf fil-piż u fil-kundizzjoni se

jipprogressaw mal-iżvilupp tal-kanċer

Nefħiet taħt il-ġilda jistgħu jikkaġunaw

skumdità, jaffettwaw l-imġiba normali,

il-pożizzjoni jew il-lokomozzjoni

L-annimali jistgħu jkunu iktar

suxxettibbli għall-mard minħabba

sistema immuni kompromessa

L-interventi ser ikunu bbażati fuq

osservazzjonijiet ta’ kuljum billi

jintużaw kriterji bħal telf fil-piż, telf

ta’ kundizzjoni fiżika, letarġija, eċċ.

Osservazzjonijiet u monitoraġġ ta’

kuljum tas-saħħa ġenerali u tal-

bidliet fid-daqs tat-tumur

Annimali għat-tnissil li juru sinjali

kliniċi li mhumiex taħt proċeduri

sperimentali bħal telf ta’ iktar minn

15% tal-piż, kundizzjoni dgħajfa

tal-pil, letarġija ser jinqatlu b’mod

dinjituż

L-annimali ser jinqatlu b’mod

dinjituż jekk it-tumur julċera, jew

ixekkel l-imġiba, il-pożizzjoni tal-

ġisem jew il-lokomozzjoni normali,

87

Page 90: TAS˜SEVERITÀ - European Commission...tittieħed jekk din tintlaħaq jew tinqabeż; • Approċċ konsistenti għall-ġudizzji ġenerali dwar it-tbatija reali (ħafifa, moderata,

Il-mudell investigat ser jiġi mmutat biex jinħoloq id-disturb ġenetiku mbassar. Il-bidu tal-marda mhux faċilment jista’ jitbassar iżda s-sinjali

kliniċi jistgħu jiġu predefiniti biex il-bidu jkun jista’ jiġi karatterizzat. Ladarba jiġi karatterizzat, il-mudell ikollu bżonn jinżamm biex ikun jista’

jsir użu minnu matul studji sperimentali sussegwenti fuq trattamenti potenzjali għal dan it-tip ta’ kanċer studjat. Fuq din il-bażi, dan l-eżempju

jkun klassifikat b’mod prospettiv bħala MODERAT.

2.2.3 Riżultati

Il-valutazzjonijiet tat-trattament xieraq saru kif stipulat fit-taqsima 2.2 iktar ’il fuq. Ma ġiet osservata ebda anormalità fil-fażijiet ta’ żvilupp u fit-

tixjiħ sal-maturità sesswali. Il-kolonja ġiet espanduta b’annimali għat-tnissil u għat-tgħammir futur minn età ta’ 10 ġimgħat biex tinżamm il-

kolonja u jiġu prodotti annimali sperimentali ġodda. L-annimali ġew issorveljati tul dan iż-żmien u f’60% tal-annimali li kellhom il-mutazzjoni

ġie osservat żvilupp ta’ tumuri minn età ta’ 18-il ġimgħa. Il-kors kliniku tal-marda kien ta’ bejn 4 u 6 ġimgħat, f’liema punt l-annimali kienu

jeħtieġu l-ewtanażja.

2.2.4 Analiżi tar-riżultati

Valutazzjoni tas-severità reali

Ġie osservat li 60% tal-annimali li kellhom il-mutazzjoni żviluppaw tumuri wara li għalqu 18-il ġimgħa. L-istrateġija ta’ tnissil għammret l-

annimali li għalqu 10 ġimgħat. Il-potenzjal li l-pari tat-tgħammir jiżviluppaw tumuri tqies suffiċjenti biex jinbidlu t-tnissil u ż-żamma.

Imbagħad, il-pari tat-tgħammir tgħammru meta għalqu 6 ġimgħat u l-pari nfirdu malli għalqu 12-il ġimgħa billi nqatlu l-annimali rġiel tar-razza.

jew jekk jaqbeż dijametru ta’ 1.2

cm

L-annimali li juru sinjali ta’ marda

interkurrenti ser jinqatlu b’mod

dinjituż

88

Page 91: TAS˜SEVERITÀ - European Commission...tittieħed jekk din tintlaħaq jew tinqabeż; • Approċċ konsistenti għall-ġudizzji ġenerali dwar it-tbatija reali (ħafifa, moderata,

L-annimali nisa tat-tnissil u tat-tgħammir ġew issorveljati kuljum biex jinqabdu s-sinjali bikrin ta’ żvilupp ta’ tumuri. L-annimali li ma ntużawx

u lanqas ma kienu meħtieġa nqatlu b’mod dinjituż qabel il-feġġa ta’ xi sinjal kliniku.

Sommarju

Annimali ta’ inqas minn 18-il ġimgħa – ebda effett avvers

Annimali minn 18-il ġimgħa li żviluppaw tumuri – ĦAFIFA minħabba punti aħħarin kliniċi bikrin

Annimali minn 18-il ġimgħa li żviluppaw tumuri u maħruġin għall-użu – ĦAFIFA jew MODERATA skont l-applikazzjoni tal-punti aħħarin

kliniċi.

2.3 Mudell ta’ ġrieden Ġenetikament Alterati – ĠeneĊtm1a(Funding)Lab

2.3.1 Kuntest ġenerali

Inħolqot kolonja ta’ ġrieden b’mutazzjoni fil-ĠeneĊ immirata għal linja ta’ ċelluli Staminali Embrijoniċi derivati mill-isfond C57BL/6N

b’potenzjal fenotipiku magħruf biex jiġu ttestjati l-imġiba u l-memorja. Il-mudell inżamm fuq sfond definit (C57BL/6N). Ladarba ġiet stabbilita

t-trażmissjoni tal-linja ġerminali ta’ ġrieden G1, sar skrinjar bażiku tal-valutazzjoni tat-trattament xieraq.

2.3.2 Valutazzjoni prospettiva

Bħal fit-taqsima 2.1, il-ġene investigat huwa mutant ġdid. L-intenzjoni hija li jintuża l-mudell fi studji futuri dwar l-imġiba li jittestjaw l-

effikaċja ta’ komposti farmaċewtiċi ġodda. L-esperjenza f’dan l-istabbiliment għallmet li l-maġġoranza l-kbira tal-mudelli simili ġeneralment

juru fenotip ħafif. Madankollu, kultant, b’mod mhux mistenni, mudell jesibixxi sinjali kliniċi moderati u għalhekk, fuq din il-bażi, dan l-eżempju

jiġi klassifikat b’mod prospettiv bħala MODERAT.

89

Page 92: TAS˜SEVERITÀ - European Commission...tittieħed jekk din tintlaħaq jew tinqabeż; • Approċċ konsistenti għall-ġudizzji ġenerali dwar it-tbatija reali (ħafifa, moderata,

2.3.3 Riżultati

L-osservazzjonijiet u l-proporzjonijiet kollha tqiesu normali fir-rigward tal-isfond ġenetiku ta’ dan il-mudell (C57BL/6N) bi ġrieden omożigoti,

eterożigoti u tat-tip salvaġġ imwielda fi proporzjonijiet Mendeljani normali.

Meta għalqu 4 ġimgħat, ġrieden omożigoti u ta’ kontroll tat-tip salvaġġ saritilhom serje ta’ osservazzjonijiet u ġew ittestjati biex jiġu vvalutati t-

tagħlim u l-memorja. Dawn it-testijiet saru fuq perjodu ta’ 10 ġimgħat. Mal-konklużjoni ta’ din l-analiżi fenotipika, ma ġie osservat ebda fenotip

dannuż. Imbagħad, il-mudell intuża biex tiġi ttestjata l-effikaċja ta’ komposti farmaċewtiċi ġodda.

It-tgħammir tal-ġrieden eterożigoti pproduċa annimali omożigoti f’saħħithom li wrew prestazzjoni riproduttiva simili għar-razza ta’ sfond.

B’hekk, biex jonqos l-għadd ta’ annimali, intużat strateġija ta’ tgħammir omożigot. Għall-kuntrarju tat-tgħammir oriġinali, li fih il-ġrieden

omożigoti ġew idderivati minn tgħammir eterożigot x eterożigot, l-annimali omożigoti fil-grupp il-ġdid imnisslin permezz ta’ tgħammir bejn

ġenituri omożigoti kienu donnhom żgħar wisq u naqsu milli jerġgħu jilħqu d-daqs u l-piż tagħhom meta mqabblin ma’ ħuthom.

Għad li oriġinarjament il-linja kienet maħsuba bħala mudell tal-imġiba u l-memorja, saret analiżi ulterjuri fuq tessut u demm miksub minn dawn

l-annimali. Matul l-analiżi tar-riżultati tal-bijokimika tad-demm u l-analiżi sussegwenti tal-letteratura, instab li l-ĠeneĊ huwa proteina

trasportatriċi essenzjali li tintrabat mal-vitamina B12. It-tħassir tal-ĠeneĊ rriżulta f’waqfa fil-mekkaniżmu ta’ trasport ekstraċellulari li wassal

għal indebolimenti fis-sinteżi tad-DNA u l-metaboliżmu ta’ xaħam u proteina. L-effett ta’ din il-mutazzjoni ma kienx ikun jidher fi ġrieden li

jitwieldu minn annimal eterożigot mara peress li s-sors tal-vitamina materna B12 huwa trasferit fl-utru permezz tal-plaċenta lill-fetu li jkun qed

jiżviluppa. Għaldaqstant, in-knockouts oriġinali għal dan il-ġene kellhom biżżejjed B12 maħżuna għas-sopravivenza u t-tqawwija tagħhom

sakemm jagħlqu tal-inqas 16-il ġimgħa, u b’hekk ikunu żgurati tgħammir u fertilità normali meta mqabblin mar-razza ta’ sfond.

2.3.4 Analiżi tar-riżultati

Valutazzjoni tas-severità reali

Dan l-eżempju juri li ż-żamma tal-kolonja jista’ jkollha effett qawwi u mhux mistenni fuq il-ġrieden. Skont l-informazzjoni disponibbli minn

qabel u r-riżultati tat-tnissil u l-fenotipar primarji, din il-kolonja kienet tidher bħala waħda li ma kellha xejn speċjali. Loġikament, iż-żamma ta’

kolonja fi strateġija ta’ tnissil omożigot normalment tiżgura li jiġi prodott l-għadd minimu ta’ annimali, xi ħaġa mixtieqa sabiex jiġi minimizzat

90

Page 93: TAS˜SEVERITÀ - European Commission...tittieħed jekk din tintlaħaq jew tinqabeż; • Approċċ konsistenti għall-ġudizzji ġenerali dwar it-tbatija reali (ħafifa, moderata,

l-użu ta’ annimali. Fenotipi dannużi imprevisti jistgħu jseħħu f’linji li qabel kienu miżmuma bħala annimali normali bla awtorizzazzjoni tal-

proġett. Bħala konsegwenza tal-effetti fuq it-trattament xieraq tal-annimali f’dan l-eżempju, dan il-mudell ikollu jittieħed lura għal

awtorizzazzjoni tal-proġett jekk tiġi applikata skema ta’ tgħammir ta' dan it-tip.

Sommarju

Tnissil u żamma tal-pari eterożigoti – Ebda effett avvers

Tnissil u żamma tal-pari omożigoti – Severità MODERATA għall-ulied ta’ din il-ġenerazzjoni, minħabba li jibqgħu żgħar u jonqsu milli

jitqawwew

Eżempju 2.3 - Dan jenfasizza l-bżonn tat-trasferiment ta’ dejta preċiża u utli dwar it-trattament xieraq bejn istituti meta jkun hemm il-

possibilità li jfeġġu fenotipi dannużi, pereżempju fil-forma ta’ ‘passaport tal-ġurdien’i.

i RSPCA GA Passport Working Group (2010) GA Passports: The Key to Consistent Animal Care. Southwater, UK: RSPCA (jista’ jitniżżel minn http://www.rspca.org.uk/sciencegroup/researchanimals/implementing3rs/gapassport)

91

Page 94: TAS˜SEVERITÀ - European Commission...tittieħed jekk din tintlaħaq jew tinqabeż; • Approċċ konsistenti għall-ġudizzji ġenerali dwar it-tbatija reali (ħafifa, moderata,