volume 1, issue 1 novembru 2014 sportmalta · 2015. 11. 27. · iskema hi miftuħa għall-atleti li...

13
Volume 1, Issue 1 Novembru 2014 SportMalta

Upload: others

Post on 04-Dec-2020

0 views

Category:

Documents


0 download

TRANSCRIPT

Page 1: Volume 1, Issue 1 Novembru 2014 SportMalta · 2015. 11. 27. · iskema hi miftuħa għall-atleti li jifformaw parti minn xi tim nazzjonali. L-iskema minnha nfusha kienet waħda tajba

Volume 1, Issue 1

Novembru 2014

SportMalta

Page 2: Volume 1, Issue 1 Novembru 2014 SportMalta · 2015. 11. 27. · iskema hi miftuħa għall-atleti li jifformaw parti minn xi tim nazzjonali. L-iskema minnha nfusha kienet waħda tajba

Qiegħed nikteb il-messaġġ għall-ewwel edizzjoni ta’ din in-newsletter ftit wara

li għalaqt sitt xhur f’din il-kariga. Kienu sitt xhur li fihom iltqajt ma’ bosta nies,

fraħt magħhom filwaqt li smajt ukoll l-ilmenti tagħhom. Kienu sitt xhur li ppru-

vajt insib saqajja fi rwol li kien kemmxejn ġdid għalija. F’dawn is-sitt xhur, diġa

mplimentajna ċerti bidliet kemm fl-amministrazzjoni sportiva kif ukoll f’attivita-

jiet li kienu u għadhom isiru, anke fil-KMS, pero’ għad hemm ħafna x’isir.

Noħlom b’bosta inizzjattivi li jistgħu jkunu attwati, filwaqt li wħud mil-laqgħat ikomplu jlaqqgħuni

ma’ nies li jipproponu proġetti li jkunu jagħmlu sens. Mad-diriġenti tal-Kunsill Malti għall-Isport

kont u għadni naħdem id f’id u persważ li dawn il-proġetti u l-ħolm jista’ wkoll jieħdu l-ħajja sabiex

nieħdu l-aħjar mill-isport u l-atleti Maltin.

Fl-aħħar mill-aħħar aħna kollha qed naħdmu għall-għan wieħed li huwa dak li naraw l-isport Malti

jmur ‘iI quddiem. Nagħlaq bi kliem Paul ’Bear’ Bryant li kien kowċ tal-American football li qal: It’s

not the will to win that matters– everyone has that. It’s the will to prepare to win that matters.

Ejja naħdmu flimkien sabiex nirnexxu!

Chris Agius

Ilni sena fit-tmun tal-Kunsill Malti għall-iSport. Sena li fiha il-ħidma ma waqfitx, anzi grazzi għat-tim ta' ħaddiema ddedikati nista ngħid li l-ħidma żdiedet fuq is-snin ta' qabel.

Kienet sena diffiċli li fiha il-prijorita’ kienet li nġibu l-kontijiet pubbliċi tal-KMS f'posthom, wara l-infieq esaġerat u bla bzonn li sar fis-snin preċedenti. B'dan il-mod nerġgħu ntellgħu 'l fuq l-istima li n-nies hemm barra għandhom lejn il-KMS. Madanakollu, minkejja r-restrizzjonijiet finanzjarji, l-attivitajiet baqgħu għaddejjin, b'żieda ma dak li kien ikun hemm is-snin ta' qabel. Din in-newsletter hija xhieda ħajja tal-ħidma li saret, grazzi għall-haddiema kollha li jagħtu il-100% lill-isport u l-isportivi Maltin. Ma' dan kollu li jidher hawn, wieħed ma jistax jinsa l-assistenzi kollha li l-KMS jagħti lill-għaqdiet sportivi kollha. Assistenzi li se jitkomplew fis-sena li ġejja. Dik li għaddiet kienet sena diffiċli. Huwa proprju fl-aktar mumenti diffiċli li joħrog il-vera valur tal-persuna. Il-ħaddiema tal-KMS urew il-validita tagħhom bl-aqwa mod, u dan in-newsletter huwa l-prova. Dr. Luciano Busuttil B.A., LL.D, MP

Messaġġ mis-Segretarju Parlamentari

Messaġġ miċ-Ċermen tal-KMS

Paġna 2 SportMalta

Page 3: Volume 1, Issue 1 Novembru 2014 SportMalta · 2015. 11. 27. · iskema hi miftuħa għall-atleti li jifformaw parti minn xi tim nazzjonali. L-iskema minnha nfusha kienet waħda tajba

Skolasport huwa programm

estensiv t’attivitajiet sportivi or-

ganizzat mill-Kunsill Malti għall-

Isport, fi ħdax-il ċentru sportiv

madwar Malta.

Mark Cutajar, ir-rappreżentant tal-

Ministeru għall-KMS, ta d-dettalji

ta’ Skolasport 14/15 waqt konfer-

enza tal-aħbarijiet li saret. Huwa

stqarr li matul dawn l-aħħar xhur saret ħidma intensiva biex l-entita’ tibda tħares aktar fil-fond lejn

id-dettal. Kien għalhekk Ii twaqqaf tim tekniku magħmul minn kowċis professjonali li flimkien

analiżżaw lit-tfal bħala individwi u ħolqu program li jilħaq il-gosti ta’ kulħadd. Kompla jgħid li l-

KMS impenjat biex jgħolli l-livell tal-assoċjazzjonijiet , kif ukoll isaħħaħ l-Akkademji. Bħalissa

hemm żewġ Akkademji fi ħdan il-Kunsill Malti għall-Isport, li huma dik taż-żwiemel u tat-triathlon,

u fiż-żmien qarib se tinfetaħ ukoll waħda tal-baskitbol.

Minn naħa tiegħu, iċ-Ċermen tal-KMS, Luciano Busuttil qal li l-KMS huwa mpenjat jibqa’ jibni fuq

il-programm tas-sajf Summer on the Move, biex dejjem joffri l-aħjar, bl-aqwa prezzijiet li jistgħu

jiġu milħuqa minn kulħadd. Huwa temm jgħid li l-programmi tal-KMS jistgħu jilqgħu lil kulħadd

għaliex l-entita’ hija kommessa li tara li jkun hemm inklużjoni soċjali.

Fl-indirizz tiegħu s-Segretarju Parlamentari għar-Riċerka, l-Innovazzjoni, ż-Żgħażagħ u l-Isport

Chris Agius spjega kif il-mira hi li l-programmi jintlaħqu minn kulħadd u għalhekk qed jinżammu

prezzijiet baxxi ħafna, minbarra li qed jkunu utilizzati 11-il ċentru madwar Malta sabiex ikunu ak-

tar milħuqa mill-pubbliku. Huwa semma kif il-programm Skolasport għandu jkun mezz sabiex ak-

tar tfal, żgħażagħ u adulti jitħajjru jkunu attivi u eventwalment jingħaqdu ma’ xi klabb tal-isport

f’pajjiżna.

Din is-sena mistennija jieħdu sehem ‘l fuq minn 4,000 ruħ f’diversi dixxiplini sportivi, mmexxija

minn madwar 180 kowċ professjonali. Se jkun hemm attivitajiet popolari mal-parteċipanti bħaż-

żfin, ġinnastika, baskitbol, u għawm, minbarra i-programmi ‘foundation’ u ‘participation’ immirati

għat-tfal bejn l-4 u l-10 snin li għandhom l-għan li jintroduċu l-ħiliet sportivi baziċi fid-diversi

dixxiplini.

Skolasport iħeġġeġ lill-ġenituri biex jipparteċipaw fil-programmi diversi li l-Kunsill Malti ħaseb

għalihom ukoll. L-applikazzjonijiet għadhom qed jintlaqgħu jew permezz tal-booking onlajn fuq

www.sportmalta.org.mt jew inkella billi jimlew il-formola li tinkiseb minn xi wieħed mill-11-il ċentru.

Skolasport 2014/15

Paġna 3 Volume 1, Issue 1

Page 4: Volume 1, Issue 1 Novembru 2014 SportMalta · 2015. 11. 27. · iskema hi miftuħa għall-atleti li jifformaw parti minn xi tim nazzjonali. L-iskema minnha nfusha kienet waħda tajba

Mit-Tnejn 29 ta’ Settembru sal-Ħadd 5 ta’

Ottubru, madwar Malta u Għawdex, saret

ġimgħa ta’ aktar minn 50 attivita’ fiżika bla ħlas li

fihom ħadu sehem eluf ta’ Maltin u Għawdxin.

Dawn l-attivitajiet saru mill-Kunsill Malti għall-

Isport, bl-għajnuna ta’ diversi entitajiet fosthom

Aġenzija Żgħażagħ, Valletta 2018,

u s-Segretarjat Parlamentari għar-Riċerka, l-

Innovazzjoni, ż-Żgħażagħ u l-Isport.

Is-suċċess ta’ din il-Kampanja ma setax jintlaħaq

li kieku ma kienx għall-kontribut u l-impenn t’għexieren ta’ Move Agents li ħadmu b’mod

volontarju sabiex organizzaw diversi attivitajiet

fil-lokalita` jew klabb tagħhom. Ta’ min jgħid li l-

interess minn klabbs, entitajiet u individwi biex

jorganiżżaw attivitajiet waqt MOVE week

kompla għaddej sa lejliet il-bidu tal-kampanja

biex b’hekk in-numru ta’ attivitajiet għal din is-

sena kien id-doppju ta’ dak tas-sena l-oħra.

Fost l-attivitajiet il-kbar li ġew organizzati

b’suċċess fil-Belt Valletta kien hemm Dancing in

the City li rat ammont ta’ koppji jiżfnu Tango,

Cha Cha, Line Dance u Ballroom fil-Pjazza La

Valette, in-Notte Bianca li offriet l-opportunita’ lil

kull min żarha biex isegwi u jesperjenza sport u attivitajiet bħall-Judo, Karate, Aikido, Wheelchair

Basketball u Abseiling kif ukoll Games in the City li offriet opportunita’ lil mijiet ta’ studenti sabiex

jilagħbu logħob kemm modern kif ukoll tradizzjonali

f’diversi siti fil-Belt Valletta.

Attivita` oħra ta’ suċċess kienet Walk the Towers fejn

10 parteċipanti mxew mal-kosta ta’ Malta fuq medda

ta’ madwar 110 kilometri maqsuma fuq tlett ijiem. Ta

min jgħid li tul ir-rotta ngħaqdu bosta persuni li mxew

parti mir-rotta mal-parteċipanti. L-Eċċellenza Tagħha

il-President ta’ Malta iltaqgħet mal-parteċipanti u

rringrazzjathom personalment talli laqgħu din l-isfida li

saret b’risq il-Community Chest Fund.

MOVE week

Paġna 4 SportMalta

L-E. T. L-President ta’ Malta tiltaqa’ mal-

parteċipanti ta’ Walk the Towers

Page 5: Volume 1, Issue 1 Novembru 2014 SportMalta · 2015. 11. 27. · iskema hi miftuħa għall-atleti li jifformaw parti minn xi tim nazzjonali. L-iskema minnha nfusha kienet waħda tajba

Special Olympics Malta kienu impenjati fl-iSpecial

Olympics Europe Summer Games li saru l-Belġju bejn

it-13 u l-20 ta’ Settembru. F’dan il-logħob ħadu sehem

2,000 atleta minn 58 pajjiż li kienu ġejjin mill-Ewropa u

l-Ewrażja. Malta kienet rapreżentata minn 32 atleta li

ħadu sehem f’dixxiplini diversi. Madanakollu l-

kontinġent kollu kważi kien ilaħħaq total ta’ 50

persuna.

Qabel marru l-Belġju uħud mill-atleti ltaqgħu mas-Segretarju

Parlamentari Chris Agius u iċ-Ċermen Luciano Busuttil.

Akkumpanjaw lill-atleti waqt iż-żjara d-direttur ġenerali ta’

Special Olympics Malta Anna Calleja u d-direttur tal-isports

Elaine Bonnici. Bħall-assoċjazzjonijiet oħra, Special

Olympics Malta tiltaqa’ ma problemi finanzjarji anke biex

tieħu sehem f’kompetizzjoni ta’ dan il-livell, kien għalhekk li

ppreżenta wkoll għotja ta’ assistenza lil Anna Calleja.

Special Olympics

Paġna 5 Volume 1, Issue 1

Minbarra l-attivitajiet li saru f’Malta,

f’Għawdex il-Gozo Sports Board flimkien

ma’ bosta clubs fasslu programm vast

ta’ attivitajiet sportivi f’lokalitajiet bħall-

Qala, ix-Xagħra, ix-Xewkija, Ta’ Kerċem,

in-Nadur, Ta’ Sannat u l-Victoria. L-

attivitajiet inkludew soft ball u baseball,

atletika, horse riding, arti marzjali,

football, rugby, ġinnastika u żfin biex

b’hekk Għawdex iċċaqlaq mal-

kumplament ta’ Malta u tal-Ewropa.

Dan kollu jawgura tajjeb għas-snin li ġejjin biex b’hekk jintlaħaq l-għan tal-kampanja Now We

Move li sas-sena 2020 mitt miljun persuna aktar madwar l-Ewropa jkunu qed jgħixu ħajja attiva u

iktar b’saħħita.

…. MOVE week

Page 6: Volume 1, Issue 1 Novembru 2014 SportMalta · 2015. 11. 27. · iskema hi miftuħa għall-atleti li jifformaw parti minn xi tim nazzjonali. L-iskema minnha nfusha kienet waħda tajba

Fl-aħħar xhur

Skemi għall-Għaqdiet Sportivi

Flexi Training Scheme

Paġna 6 SportMalta

Matul dan ix-xahar kienet imnedija l-flexi training

scheme li hija riforma tal-iskema 20/20. Din l-

iskema hi miftuħa għall-atleti li jifformaw parti

minn xi tim nazzjonali. L-iskema minnha nfusha

kienet waħda tajba madanakollu s-Segretarjat

Parlamentari flimkien mal-Kunsill Malti għall-

isport ħasbu sabiex jagħtu libsa ġdida lil din l-

iskema billi jintroduċu diversi miżuri ġodda. Dan

qed isir sabiex l-iskema mhux biss tilħaq numru

akbar ta’ atleti imma li tħalli l-frott meħtieġ.

L-atleta flimkien ma’ min iħaddimhom u l-KMS ser

jaraw li l-iskema tkun waħda aktar flessibli fejn

jidħlu ħiniijiet dedikati lix-xogħol u dawk għat-

taħriġ. Il-KMS ser jkun qiegħed isegwi mill-viċin

lill-atleti sabiex ikunu massimizzati l-vantaġġi ta’

din l-iskema. Il-KMS ser jara li l-għażla tal-atleti li

jibbenefikaw minn din l-iskema tkun waħda aktar

trasparenti.

Dawk kollha nteressati li jibbenefikaw minn din l-

iskema jsibu l-informazzjoni fil-website tal-KMS www.sportmalta.org.mt.

Iċ-Ċermen tal-Bord Ivan Riolo jagħti d-dettalji

tal-iskema l-ġdida

Uħud mill-membri tal-għaqdiet sportivi li attendew

għat-tnedija tal-iskema

Otters kienu wieħed mill-bosta klabbs li ħadu xi tip

ta’ assistenza din is-sena.

Fil-bidu ta’ Ottubru, ngħataw assistenzi lill-19-il

għaqda sportiva u s-sussidji lil 7 klabbs tar-regatta.

Page 7: Volume 1, Issue 1 Novembru 2014 SportMalta · 2015. 11. 27. · iskema hi miftuħa għall-atleti li jifformaw parti minn xi tim nazzjonali. L-iskema minnha nfusha kienet waħda tajba

Aktar attivitajiet

Summer on the Move

Paġna 7 Volume 1, Issue 1

Għal ħafna nies ix-xahar ta' Settembru huwa sinonimu mal-bidu

tas-sena skolastika. Għall-Kunsill Malti għall-Isport, Settembru jġib

miegħu tmiem Summer on the Move; il-programm sportiv għas-sajf.

Is-Segretarju Parlamentari għar-Riċerka, l-Innovazzjoni, ż-

Żgħażagħ u l-Isport Chris Aġius flimkien maċ-Ċermen tal-KMS

Luciano Busuttil żaru l-pixxina nazzjonali tal-Qroqq fejn segwew l-

attivitajiet li kienu għaddejjin għal nies ta' kull eta'. Spikkat l-

esebizzjoni tal-għawm sinkronizzat li ta' kull gimgha tkun immexxija

minn Saho Harada, li rebħet żewġ midalji f'din id-dixxiplina; waħda

tal-fidda u oħra tal-bronż f'żewġ edizzjonijiet tal-olimpjadi tas-sajf

(2004/2008). Minbarra l-attivitajiet fil-pixxina,

kemm is-Segretarju Parlamentari u anke ċ-

Ċermen żaru l-indoor games li kienu

għaddejjin fil-kumpless tal-Qroqq.

Din kienet l-ewwel sena, minbarra dik tal-

2004, li l-programm Summer on the Move

m'għamilx telf. Il-fondi li ser jibqa' wara li

jinqatgħu l-ispejjeż kollha, ser jintużaw sabiex

il-livell tal-programmi kull ma jmur jitjieb.

L-iskola Sekondarja tal-Bniet tal-Kulleġġ San

Injazju ser tibbenefika minn fondi tal-UE biex

żewġ nissen huts jinbidlu f’faċilitajiet sportivi

Fl-okkażżjoni ta’ Car Free Day, uħud mill-ħaddiema

flimkien mas-Segretarju Parlamentari użaw l-lanċa

bħala mezz ta’ trasport lejn l-uffiċju.

Page 8: Volume 1, Issue 1 Novembru 2014 SportMalta · 2015. 11. 27. · iskema hi miftuħa għall-atleti li jifformaw parti minn xi tim nazzjonali. L-iskema minnha nfusha kienet waħda tajba

Huwa mportanti li tinvesti fl-infrastruttura u fil-facilitajiet pero huwa għaqli li jkollok pjan ta’ kif

dawn ser joperaw mingħajr piż finanzjarju fuq is-soċjeta. Bil-proġett varat illum ser nkunu qed

inwettqu wegħda elettorali oħra li nkunu qed nirriġeneraw il-kumpless tal-pixxina nazzjonali f’Tal-

Qroqq li sfortunatament tħalliet fi stat dilapitat. B’dan il-proġett ser nkunu qed niffrankaw ammont

ta’ flus li jista’ jerġa jkun investit fil-manutenzjoni tal-pixxina. Dan qalu llum is-Segretarju Parla-

mentari għar-Riċerka, l-Innovazzjoni, ż-Żgħażagħ u l-Isport Chris Agius waqt konferenza tal-

aħbarijiet li saret fil-pixxina nazzjonali Tal-Qroqq.

Is-Segretarju Parlamentari għall-Presidenza Ewropea 2017 u Fondi Ewropej Dr Ian Borg min-

naħa tiegħu tkellem fuq l-aċċess għall-Fondi Ewropej minn għaqdiet sportivi. Huwa qal li l-aċċess

għal dawn l-għaqdiet huwa diffiċli għaliex l-isport mhuwiex ikkunsidrat bħala prijorità mill-Unjoni

Ewropea fejn jidħol finanzjament Ewropew.

Għaldaqstant fl-indirizz tiegħu Dr Borg ħeġġeġ lill-

amministraturi tal-għaqdiet sportivi biex meta jippreżentaw

xi applikazzjoni għal xi fond ewropej fis-seba’ snin li

ġejjin jabbinawha ma’ waħda mill-prijoritajiet tal-Unjoni

Ewropea bħalma għamel il-Kunsill Malti għall-isport f’dan il-

proġett fejn qed jinvesti f’ġenerazzjoni ta’ enerġija alternat-

tiva. Fil-fatt Dr Borg tenna li bejn l-2014 u l-2020 l-ammont

ta’ fondi li ħa jkunu allokati għall-ġenerazzjoni ta’ enerġija

nadifa jammonta għal madwar €60 miljun.

Ic-chairman tal-Kunsill Malti għall-ISport Dr. Luciano Busuttil, tenna li permezz ta’ dan il-proġett il-

Kunsill Malti għall-Isport se jkun qiegħed jiffranka madwar 200,000 ewro fis-sena fi fuel. Din

tibqa’ l-akbar spiża fl-operat tal-Pixxina Nazzjonali. Huwa kompla jgħid li se jitnaqqas madwar

268,000 kilogramm ta’ CO2. Huwa temm jgħid li dawn il-miżuri mhux biss huma sors t’enerġija

alternattiva imma l-Kunsill Malti għall-Isport fl-aħħar mill-aħħar ikun qed jagħmel ‘aktar b’inqas

spejjeż’.

Il-facility manager Dermot Galea elenka l-erbgħa fażijiet tal-proġett:

L-installazzjoni ta’ żewġ heat pumps għall-pool prinċipali u għad-diving pool li ser jiġu użati

minnflok is-sistema ta’ boiler preżenti;

L-installazzjoni ta’ Variable Refrigerant Flow airconditioning system għall-West stand fejn jin-

sabu l-uffiċini.

L-installazzjoni ta’ solar collectors li ser jiġu użati biex jissaħħan l-ilma tax-xowers fil-

kumpless.

U fl-aħħar l-installazzjoni ta’ ‘pool covers’ għall-main pool u għad-diving pool.

Fondi Ewropej għall-Pixxina

Paġna 8 SportMalta

Page 9: Volume 1, Issue 1 Novembru 2014 SportMalta · 2015. 11. 27. · iskema hi miftuħa għall-atleti li jifformaw parti minn xi tim nazzjonali. L-iskema minnha nfusha kienet waħda tajba

Wara s-suċċess tal-ewwel proġett ‘WebCheck’, fejn ażjendi

fil-qasam tat-turizmu kienu mistednin jipparteċipaw fi

skema biex jippromwovu l-preżenza tagħhom fuq l-internet,

l-Awtorita’ ta’ Malta dwar il-Komunikazzjoni bil-

kollaborazzjoni tas-Segretarjat Parlamentari għar-Ricerka, l

-Innovazzjoni, ż-Żgħażagħ u l-Isport, nediet dan il-proġett

biex tgħin l-organizazzjonijiet żgħar fil-qasam sportiv jifhmu

il-potenzjal tal-preżenza tagħhom fuq l-internet u jieħdu l-

opportunita li jesponu l-isport fuq skala lokali kif wkoll

internazzjonali.

L-organizzazjonijiet li qed jieħdu sehem f’dan il-proġett ser jkunu assenjati speċjalista lokali fil-

qasam tal-eBusiness u l-medja soċjali, fejn dan ħa jiltaqa’ mal-organizzazjonijiet b’mod

individwali biex tkun iggarantita l-attenzjoni kollha meħtieġa, u janalizza l-istrateġija onlajn

tagħhom b’enfasi fuq il-pjattaformi tal-użu tal-medja socjali bħal dawk l-iktar magħrufa Facebook,

Youtube u Twitter. Ser joffri wkoll rikomandazzjonijiet u suġġerimenti meħtieġa skont in-natura tal

-operat ta’ kull soċjeta. Il-parteċipanti kollha ħa jingħataw l-assistenza kollha meħtieġa u ħa jiġu

mistiedna jattendu għal taħriġ bla ħlas, peress li l-proġett hu organizzat u ffinanzjat kollu mill-MCA

stess biex jitgħallmu kif għandhom jagħmlu użu aħjar mill-medja socjali.

Sports Webcheck

Paġna 9 Volume 1, Issue 1

Il-Marsa jirbħu r-Regatta ta’ Jum il-Vitorja Inawgurat l-istedjum f’Kerċem

Il-Y.O.U.R.S. mogħtija tagħmir sportiv għall-użu miż-żgħażagħ tal-faċilita’

Page 10: Volume 1, Issue 1 Novembru 2014 SportMalta · 2015. 11. 27. · iskema hi miftuħa għall-atleti li jifformaw parti minn xi tim nazzjonali. L-iskema minnha nfusha kienet waħda tajba

Colours; ix-Xow taż-Żfin

Paġna 10 SportMalta

Għall-ewwel darba , il-Kunsill Malti għall-Isport tella’ xow bl-

isem ta’ Colours, festa ta’ żfin u kuluri. Dan ix-xow, serva ta’

għan doppju għaliex kienu ppremjati kemm l-istudenti li at-

tendew u għamlu ħilithom f’dawn is-sessjonijiet u anke l-

ġenituri tagħhom li b’tant sagrifiċċju wasslu lil uliedhom għal

dawn il-lezzonijiet. Din tassew kienet vetrina fejn l-istudenti

wrew l-progress tat-talent tagħhom quddiem udjenza nume-

ruza li mliet is-sala fi tlett darbiet li sar ix-xow.

Id-dixxiplina taż-żfin ilha tikber fil-popolarita’ matul dawn l-aħħar snin. KMS Skola Sport toffri

lezzjonijiet taż-żfin ta’ ġeneri differenti li huma popolari ferm, dan kien possibbli għaliex il-Kunsill

Malti għall-Isport dejjem stinka biex joffri pro-

grammi mill-aktar professjonali taħt tmexxija ta’

għalliema ikkwalifikati u ddekati fuq xogħlhom.

Permess ta’ dan intlaħaq livell gholi ħafna u kien

għalhekk li l-Kunsill Malti ghall-Isport ħaseb biex

għall-ewwel darba ssir ix-xow Colours, inizzjat-

tiva li ntlaqat b’ferħ kbir għaliex propju kie-

net vetrina ta’ parti mix-xogħol li jsir mill-Kunsill

Malti għall-Isport.

Il-Kunsill Malti għall-Isport qiegħed jgħin biex jitressaq l-isport lejn il-poplu permezz ta’ Skola

Sport li huwa programm sportiv tul ix-xhur tax-Xitwa, u programmi oħra, li joffru diversi sport lil

tfal, żgħażagħ u adulti. Permezz ta’ dawn il-programmi u inizjattivi bhal ‘Colours’, il-Kunsill Malti

ghall-iSport qed dejjem lilħqu l-miri tieghu biex ihajjar aktar nies ikunu attivi.

Il-direttrici artistika ta’ dan ix-xow kienet Roxanne Gauci li kienet megħjuna minn Alison Bugeja,

Stacy Giordmaina u Jean Claude Di-

mech. L-erbgħa huma kowċes mal-KMS

kif ukoll żeffiena professjonali.

Colours 2014 itella’ bil-kollaborazzjoni ta’

Kellogg’s, Spinach Fitness, Emmaya,

Elizir, Nigel Fleri Soler Photography,

Summer on the Move 2014, Kristal, Go

Ahead, Janice Make-Up and Nails, Har-

lequin Summer Academy u Consolidated

Biscuits.

Page 11: Volume 1, Issue 1 Novembru 2014 SportMalta · 2015. 11. 27. · iskema hi miftuħa għall-atleti li jifformaw parti minn xi tim nazzjonali. L-iskema minnha nfusha kienet waħda tajba

Il-Kumplessi Sportivi

Paġna 11 SportMalta

Il-Kumpless Sportiv tal-Kottonera jinsab fin-

nofsinhar ta’ Malta u jintuża regolarment għal

taħriġ sportiv differenti fosthom il-volleyball, il-

badminton, in-netball, il-baskitbol u l-futsal.

F’dan il-kumpless hemm żewg swali kbar;

is-sala principali, li hija l-akbar sala sportiva

li għandna f’Malta, magħmula minn art tal-

lakstu apposta għall-logħob, hija kbira 1325

metru kwadru u tesa’ madwar 1250

persuna.

Is-sala sekondarja hija magħmula minn art tal-concrete, hija kbira madwar 600 metru

kwadru u tesa’ 320 persuna.

Dan il-kumpless huwa popolari ħafna għall-

sports days organizzati mill-iskejjel tat-tfal

jew mill-Isport Promotion Unit. Dan huwa

wkoll wieħed miċ-ċentri użati mill-

programm tal-KMS Skolasport.

Matul is-sena, jiġu organizzati wkoll avvenimenti

lokali u internazzjonali li jagħmlu gieħ lit-turizmu

sportiv Malti. F’dan il-perjodu ta’ avvenimenti,

jittellgħu l-bnadar ta’ kull pajjiz li jkun se

jipparteċipa.

Kull min ikun jixtieq, jista’ jibbukkja s-swali għal

kull bżonn sportiv tiegħu, b’rati fissi.

Ħin tal-Ftuħ Kuntatt

Tnejn sal-Ġimgħa - 08.00 – 23:00 Edwin Buttigieg

Is-Sibt, il-Ħadd u Festi Pubblici - 08.00—19.00 Emejl: [email protected]

Telefon: 22036239 / 22036107

Kumpless Sportiv tal-Kottonera

Page 12: Volume 1, Issue 1 Novembru 2014 SportMalta · 2015. 11. 27. · iskema hi miftuħa għall-atleti li jifformaw parti minn xi tim nazzjonali. L-iskema minnha nfusha kienet waħda tajba

Paġna 12 Volume 1, Issue 1

Huwa l-ħsieb li din il-publikazzjoni tibda’ tibtbagħat kull xahrejn. Dawk l-assoċjazzjonijiet li jixtiequ

li xi attivita’ li għamlu tidher fuq din il-pubblikazzjoni għandhom jibgħatu ritratt wieħed u infor-

mazzjoni dwaru lil [email protected]. Il-KMS u s-Segretarjat Parlamentari jirris-

erva d-dritt tal-għażla tar-ritratti li jkunu ppublikati.

Is-Sajf li għadda l-kamp sportiv lokali tilef personaġġ

magħruf sew li, bil-ħidma u d-dedikazzjoni tiegħu tul

diversi snin, serva ta’ mudell u awtoritá għad-dilettanti

kollha Maltin.

Teddie Borg kien attiv f’diversi dixxiplini, fosthom il-

futbol u t-tlielaq tal-muturi, u jibqa’ magħruf l-aktar għall

-kontribut kbir tiegħu fil-qasam tal-ibburdjar. Taħt id-

direzzjoni tiegħu, Malta rat dan l-isport jikber fil-popolaritá fejn anke organizza diversi tlielaq pres-

tiġjużi ta’ livell internazzjonali.

Teddie Borg kien inħatar membru tal-bord tal-Kunsill Malti għall-Isport f’Marzu 2013 fejn ta kon-

tribut qawwi

fl-organiżazzjoni ta’ dawn l-aħħar edizzjonijiet tar-Regatta.

Matul il-karriera sportiva tiegħu Teddie Borg kien xprun biex mexxa ‘l quddiem it-talent Malti u

rrappreżenta lil pajjiżna f’diversi okkażżjonijiet. Fil-fatt huwa kien il-persuna li bl-appoġġ tal-Power

Boat PI waqqaf il-Federazzjoni Maltija tal-Powerboats. Teddie Borg kien ġurnalist attiv, mhux

biss kien pijunier ta’ programmi sportivi iżda wkoll kontributur fuq diversi gażżetti lokali.

Tislima lil Teddy Borg

Publikazzjonijiet futuri

Żeffiena tal-Line Dancing

waqt Dancing in the City

Tlesta x-xogħol fuq is-saqaf tal-Padiljun ta’ Kordin,

u issa l-Padiljun jista’ jintuża tul is-sena kollha

Page 13: Volume 1, Issue 1 Novembru 2014 SportMalta · 2015. 11. 27. · iskema hi miftuħa għall-atleti li jifformaw parti minn xi tim nazzjonali. L-iskema minnha nfusha kienet waħda tajba