web viewikteb madwar 300 kelma fuq wieĦed minn dawn is-suġġetti fuq karta separata. ... eżatt...

22
L-GĦAXAR SENA IL-QARI U L-KITBA ĦIN: SAGĦTEJN L-isem u l-kunjom: ________________________________________ Il- klassi: __________________ GĦALL-ISTUDENTI: 1. Wieġeb il-mistoqsijiet kollha kif mitlub/a. 2. Ortografija, punteġġjatura, ideat u preżentazzjoni tajbin jgħinuk biex tikseb riżultati aħjar. GĦALL-GĦALLIEMA: L-Iskema tal-Marki Il-Marki Miġjuba: It-Taħdit 10 Is-Smigħ 10 Il-Qari u l- Kitba 80 IT-TOTAL 100 Il-Malti | Il-Qari u l-Kitba | L-Għaxar Sena Sekondarja | Rotta 2 | Frar 2017 Paġna 1 minn 22 Rotta 2 It-Taqsima 1A 1B 1D 1E 2A 2B IT-TOTAL Il-Marka 10 4 8 8 20 15 15 80 Il-Marka tal- Istudent/a

Upload: vuongkiet

Post on 06-Feb-2018

286 views

Category:

Documents

3 download

TRANSCRIPT

Page 1: Web viewIkteb madwar 300 kelma fuq WIEĦED minn dawn is-suġġetti fuq karta separata. ... Eżatt kif dejjem rat lil ommha u lil missierha. Tibnihom ittra ittra

L-GĦAXAR SENA IL-QARI U L-KITBA ĦIN: SAGĦTEJN

L-isem u l-kunjom: ________________________________________ Il-klassi: __________________

GĦALL-ISTUDENTI:

1. Wieġeb il-mistoqsijiet kollha kif mitlub/a.

2. Ortografija, punteġġjatura, ideat u preżentazzjoni tajbin jgħinuk biex tikseb riżultati aħjar.

GĦALL-GĦALLIEMA:

L-Iskema tal-Marki

Il-M

arki

Miġ

juba

: It-Taħdit 10

Is-Smigħ 10

Il-Qari u l-Kitba 80

IT-TOTAL 100

Il-Malti | Il-Qari u l-Kitba | L-Għaxar Sena Sekondarja | Rotta 2 | Frar 2017 Paġna 1 minn 15

Rotta 2Rotta 2Rotta 2Rotta 2Rotta 2Rotta 2Rotta 2

It-Taqsima 1A 1B 1Ċ 1D 1E 2A 2B IT-TOTAL

Il-Marka 10 4 8 8 20 15 15 80

Il-Marka tal-Istudent/a

Owner, 12/05/15,
FIL-KAŻ TAL-KARTA GĦALL-ISTUDENTI CCP, IT-TABELLA HI DIN:Il-MARKIIt-Taħdit u s-Smigħ10Il-Qari10Il-Kitba10Il-Letteratura10Il-Proġett10Il-Fehim mis-Smigħ10Il-Qari u l-Kitba40IT-TOTAL100
Owner, 12/05/15,
IBDEL SKONT IL-BŻONN.
Owner, 12/05/15,
IBDEL SKONT IL-BŻONN.
Page 2: Web viewIkteb madwar 300 kelma fuq WIEĦED minn dawn is-suġġetti fuq karta separata. ... Eżatt kif dejjem rat lil ommha u lil missierha. Tibnihom ittra ittra

L-EWWEL TAQSIMA: IL-LINGWA (50 MARKA)

Aqra s-silta li ġejja u wieġeb il-mistoqsijiet ta’ wara.

Il-biki tajjeb għas-saħħa?

Diversi studji jgħidu li bikja tajba għandha bosta benefiċċji

għas-saħħa għax fost oħrajn tgħin lill-persuna tistrieħ u tħossha

aħjar. Kien hemm studji li anki ssuġġerew li n-nuqqas ta’ biki

jista’ jwassal għal kanċer, ażma u pressjoni għolja. Li wieħed

jibki kemm jekk kawża ta’ emozzjonijiet ta’ ferħ jew ta’ diqa,

jingħad hija esklussivament xi ħaġa umana għax xemx u xita

Alla jaf meta. Kulturalment il-biki ma jfissirx l-istess għal

kulħadd. F’partijiet tal-Indoneżja, li wieħed jibki jista’ jfisser li

jkun marid jew se jmut kmieni. (para. 1)

Studju ta’ 5,000 persuna minn 35 pajjiż, li tmexxa mill-Psikologu Olandiż, Ad Vingerhoets li kiteb il-

ktieb Why Only Humans Weep: Unravelling the Mysteries of Tears, sab li bħala medja n-nisa jibku bejn

30 u 64 darba fis-sena filwaqt li l-irġiel jibku bejn 6 u 17-il darba. Skont il-Professur Vingerhoets, it-

testosterone jżomm lill-irġiel lura milli jibku filwaqt li livell ogħla ta’ prolactin fin-nisa, jippromwovi l-

biki. (para. 2)

S’issa però, ix-xjentisti għad ma rnexxilhomx jiddeterminaw jekk il-biki hux tajjeb għas-saħħa.

F’diversi stħarriġ, bejn 60 u 70 fil-mija tan-nies jgħidu li l-biki jgħinhom iħossuhom anqas stressati.

Iżda meta l-istħarriġ isir fil-laboratorji u l-parteċipanti jintwerew xi ħaġa biex jibku, normalment il-parti

l-kbira tagħhom jgħidu li jħossuhom aktar stressjati bil-biki. Fi studju mill-Università ta’ Kalifornja, fejn

il-persuni involuti ntwerew film fejn omm bdiet tibki waqt funeral ta’ bintha, 33 bkew u l-117-il

parteċipant l-oħra ma bkewx. Dawk li bkew ħassewhom imdejqa għal perjodu itwal minn dawk li ma

bkewx. L-awturi tal-istudju kkonkludew li dawk li jibku jaqgħu fi stress akbar u b’hekk jieħdu aktar

żmien biex jirkupraw. (para. 3)

Il-biki huwa assoċjat ma’ dgħufija u persuna tista’ tħossha tajjeb biss jekk il-bikja tgħinha toħroġ minn

sitwazzjoni. Studji juru li l-maġġoranza tal-persuni jħossu li tkun idea tajba li jibku. Iżda meta l-biki

jikkawża ċertu mistħija, dan jista’ ma jgħinx biex persuna tħossha aħjar. It-tweġiba iżda hija li meta

persuna tħossha li għandha tibki bikja tajba, għandha tibkiha mingħajr ma toqgħod tħossha ħażin

dwarha. (para. 4)

Paġna 2 minn 15 Il-Malti | Il-Qari u l-Kitba | L-Għaxar Sena Sekondarja | Rotta 2 | Frar 2017

Owner, 10/05/15,
GĦAT-TIP TA’ MISTOQSIJIET, IMXI MAL-LINJI GWIDA.
Page 3: Web viewIkteb madwar 300 kelma fuq WIEĦED minn dawn is-suġġetti fuq karta separata. ... Eżatt kif dejjem rat lil ommha u lil missierha. Tibnihom ittra ittra

Addattament ta’ silta meħuda mis-sit http://www.tvm.com.mt/ fis-sezzjoni tal-kurżitajiet.

1A. Fehim it-Test

Wieġeb il-mistoqsijiet fuq li għadek kemm qrajt.

1. X’effett tħalli bikja tajba fuq persuna skont diversi studji? (para. 1)

___________________________________________________________________________________

_________________________________________________________________________________ (1)

2. Għal xiex jista’ jwassal in-nuqqas ta’ biki wara stħarriġ li sar? (para. 1)

___________________________________________________________________________________

_________________________________________________________________________________ (1)

3. Minn fejn kien il-psikologu li mexxa l-istudju dwar il-biki u xi skoperta għamel dwar il-frekwenza

tal-biki fin-nisa u l-irġiel? (para. 2)

___________________________________________________________________________________

___________________________________________________________________________________

_________________________________________________________________________________ (2)

4. Xi jwassal lin-nisa jibku iktar mill-irġiel? (para. 2)

___________________________________________________________________________________

_________________________________________________________________________________ (1)

5. X’ġie konkluż mill-istudju li sar f’Kalifornja u kif waslu għal din il-konklużjoni? (para. 3)

___________________________________________________________________________________

___________________________________________________________________________________

_________________________________________________________________________________ (2)

6. X’jiġri jekk persuna wara li tibki tibda tistħi? (para. 4)

___________________________________________________________________________________

_________________________________________________________________________________ (1)

7. Għalfejn taħseb li l-awtur spiċċa l-artiklu billi qal li persuna għandha tibki kemm trid mingħajr ma

tħossha ħażin għax tkun qed tibki?

___________________________________________________________________________________

_________________________________________________________________________________ (2)

Il-Malti | Il-Qari u l-Kitba | L-Għaxar Sena Sekondarja | Rotta 2 | Frar 2017 Paġna 3 minn 15

_______10 marki

Owner, 10/05/15,
MARKA?
Owner, 10/05/15,
MARKA?
Owner, 10/05/15,
GĦAT-TIP TA’ MISTOQSIJIET, IMXI MAL-LINJI GWIDA.
Page 4: Web viewIkteb madwar 300 kelma fuq WIEĦED minn dawn is-suġġetti fuq karta separata. ... Eżatt kif dejjem rat lil ommha u lil missierha. Tibnihom ittra ittra

1B. Għarfien il-Lingwa

1. Mis-silta sib kelma oħra li tfisser vantaġġi (para. 1). ___________________________________

(1)

2. Sib qawl mill-ewwel paragrafu.

______________________________________________________________________________ (1)

3. Għal min qed jirreferi l-pronom -hom fil-kelma iħossuhom kif tidher fis-sentenza:

F’diversi stħarriġ, bejn 60 u 70 fil-mija tan-nies jgħidu li l-biki jgħinhom iħossuhom anqas stressati.

(para. 3)

Il-pronom -hom qed jirreferi ______________________________________________________ (1)

4. Agħti kelma oħra bl-istess tifsira ta’:

tweġiba (para. 4): _______________________________________________________________

(1)

1Ċ. Il-Grammatika

Aqra sewwa din is-silta u wara wieġeb il-mistoqsijiet kollha dwarha.Ir-Riga

Qabel ma ġiet ivvintata r-riga il-bniedem kien ikejjel bis-swaba’ ta’ jdejh, bil-pala ta’ jdejh, bil-pala ta’ saqajh jew bil-passi. Sintendi, kejl ta’ dan it-tip kien ivarja kemm minn bniedem għal ieħor, kif ukoll matul is-snin. Il-merkanti Rumani kienu jkejlu d-drapp mill-ponta ta’ mneħirhom sat-tarf ta’ idhom stirata ’l barra. Kemm Noè biex bena l-arka kif ukoll il-bennejja li bnew il-piramidi kienu jkejlu billi jużaw id-distanza mill-minkeb magħluq sa tarf is-suba’ tan-nofs tal-istess id. Jingħad li l-iktar riga antika li nstabet kien fis-sena 2400 Q.K. f’Lothal fl-Indja. Din kienet magħmula mill-avorju. Imbagħad, lejn l-aħħar tas-seklu 18 bdiet tintuża s-sistema metrika. Din kienet popolari ħafna tant li ġiet adottata mill-bqija tad-dinja.

(Addattament minn Ir-Riga ta’ Claudia Cini mir-rivista RM2000, Frar, 2016)

1. Mill-ewwel sentenza sib konġunzjoni tal-għażla: _____________________________________

(1)

2. Aqleb din il-frażi fil-passiv: Noè bena l-arka.

Paġna 4 minn 15 Il-Malti | Il-Qari u l-Kitba | L-Għaxar Sena Sekondarja | Rotta 2 | Frar 2017

_______8 marki

_______4 marki

Owner, 10/05/15,
GĦAT-TIP TA’ MISTOQSIJIET, IMXI MAL-LINJI GWIDA.
Page 5: Web viewIkteb madwar 300 kelma fuq WIEĦED minn dawn is-suġġetti fuq karta separata. ... Eżatt kif dejjem rat lil ommha u lil missierha. Tibnihom ittra ittra

_____________________________________________________________________________

(2)

3. Immarka t-tweġiba t-tajba:

Il-verb bnew fil-frażi, “il-bennejja li bnew il-piramidi” huwa verb:

a. passiv b. attiv ċ. riflessiv (1)

4. Immarka t-tweġiba t-tajba:

Il-verb nstabet fis-sentenza, “L-iktar riga antika li nstabet kien fis-sena 2400 Q.K.” huwa verb:

a. passiv b. transittiv ċ. reċiproku (1)

5. Immarka t-tweġiba t-tajba:

Il-verb jingħad fil-frażi, “Jingħad li l-iktar riga antika” huwa verb:

a. riflessiv b. reċiproku ċ. impersonali (1)

6. Niżżel l-avverbju li hu preżenti fit-tielet sentenza:

_____________________________________(1)

7. Il-kelma ħafna fl-aħħar sentenza hi avverbju jew konġunzjoni?

____________________________(1)

1D. Il-Kitba Komunikattiva

Rapport f’gazzetta: Agħżel mistoqsija WAĦDA minn (i) jew (ii).

Ikteb rapport bejn 60 u 80 kelma fuq wieħed minn dawn is-suġġetti li ġejjin. Tinsiex tindika n-numru

tal-mistoqsija magħżula.

1. Bħala ġurnalist/a ġejt mitlub/a tinvestiga l-faqar f’raħal partikolari f’Malta. Ikteb rapport

dwar il-problemi u d-diffikultajiet li jiltaqgħu magħhom in-nies foqra f’dan ir-raħal.

Liema kien ir-raħal li għamilt l-investigazzjonijiet tiegħek fih?

Kemm domt tagħmel l-investigazzjonijiet tiegħek?

Liema ġenerazzjoni għażilt li tinvestiga?

Xi problemi jħabbtu wiċċhom magħhom dawn l-individwi?

Liema kienu d-diffikultajiet l-iżjed komuni?

JEW

Il-Malti | Il-Qari u l-Kitba | L-Għaxar Sena Sekondarja | Rotta 2 | Frar 2017 Paġna 5 minn 15

_______8 marki

Page 6: Web viewIkteb madwar 300 kelma fuq WIEĦED minn dawn is-suġġetti fuq karta separata. ... Eżatt kif dejjem rat lil ommha u lil missierha. Tibnihom ittra ittra

2. Bħala ġurnalist/a f’gazzetta lokali ġejt mitlub/a tikteb rapport dwar attività li ttellgħet fir-raħal b’risq

il-karità. F’dan ir-rapport ikteb dwar il-preparamenti li tħejjew minn qabel għal din l-attività, x’ġara

waqt l-attività nnifisha kif ukoll dak li ħareġ minn din l-attività.

Meta ttellgħet din l-attività?

Għal min inġabru l-flus?

Xi preparamenti kienu mħejjija qabel ittellgħet din l-attività?

Fiex kienet tikkonsisti din l-attività?

X’kien ir-riżultat li ħareġ minn din l-attività.

Ikteb in-numru tar-rappot li għażilt: ____________________________

1E. Il-Komponiment

Ikteb madwar 300 kelma fuq WIEĦED minn dawn is-suġġetti fuq karta separata.

1. Ibda l-komponiment b’dan li ġej:

Kont miexi/miexja l-Buskett u għalaqt għajnejja għal ftit sekondi. Malli ftaħthom .... (kompli)

Ma’ min kont il-Buskett?

Fejn spiċċajt xħin għalaqt għajnejk?

Weġġajt?

Paġna 6 minn 15 Il-Malti | Il-Qari u l-Kitba | L-Għaxar Sena Sekondarja | Rotta 2 | Frar 2017

_______20 marka

Owner, 10/05/15,
GĦAT-TIP TA’ TITLI, IMXI MAL-LINJI GWIDA.
Page 7: Web viewIkteb madwar 300 kelma fuq WIEĦED minn dawn is-suġġetti fuq karta separata. ... Eżatt kif dejjem rat lil ommha u lil missierha. Tibnihom ittra ittra

X’avventuri kellek?

2. Għalaqt tlettax-il sena u fl-aħħar nista’ nagħmel profil fuq Facebook. Kelli għalfejn nagħlaq din l-età

biex nagħmel profil? Iddiskuti din it-tema billi toħroġ il-vantaġġi u l-iżvantaġġi ta’ profil f’dan in-

netwerk soċjali.

X’inhu Facebook u għaliex ħafna huma dawk li jafu bih?

Għaliex taħseb li jrid ikollok ċerta età biex tagħmel profil?

X’vantaġġi u żvantaġġi għandu?

Taqbel li jkun hemm restrizzjoni fuq l-età?

3. Iddeskrivi raħal immaġinarju li tixtieq tgħix fih.

Kif inhu dan ir-raħal immaġinarju? (deskrizzjoni fiżika tiegħu)

Kif inhuma n-nies/l-abitanti ta’ dan ir-raħal immaġinarju?

X’tip ta’ bini, faċilitajiet, ikel.. jeżistu f’dan ir-raħal?

X’għandu speċjali dan ir-raħal immaġinarju minn irħula oħra?

4. L-inġustizzja.

Xi tfisser għalik l-inġustizzja?

Taf jew smajt b’xi eżempji ta’ inġustizzja?

Kif tħossok xħin tisma’ b’każijiet ta’ inġustizzja?

X’nistgħu nagħmlu biex innaqqsu l-inġustizzja?

IT-TIENI TAQSIMA: IL-LETTERATURA (30 MARKA)

2A. Ir-Referenza għall-Kuntest: Il-Proża (Bejn Ħaltejn)

Agħżel WAĦDA: (i) jew (ii).

(i) Aqra din is-silta minn Ix-Xini Jimxi fl-Art ta’ Manwel Magri u wieġeb il-mistoqsijiet kollha.

Ix-xiħ jerġa’ jdur lejn is-sultan u qallu: “Refgħu, ma

żżewġux?”

U s-sultan: “Ma nżewġux, għajr kien huwa li jmur jimla

qolla ilma mat-tifla u jasal qabilha.”

Ix-xiħ liż-żagħżugħ qallu: “Taqta’ qalbek xejn. Għandna ’l

dak li jimxi għarkupptejh mar-riħ u jgħaddih; lilha sejjer

ma jgħaddix?”

Il-Malti | Il-Qari u l-Kitba | L-Għaxar Sena Sekondarja | Rotta 2 | Frar 2017 Paġna 7 minn 15

_______15-il marka

Owner, 10/05/15,
JEKK SE TAGĦTI BISS SILTA MILL-POEŻIJA, IKTEB “Aqra sewwa din is-silta mill-poeżija [Titlu] ta’ [Poeta] u wieġeb il-mistoqsijiet kollha”. JEKK GĦAŻILT PROŻA, IKTEB “Aqra sewwa din is-silta minn [Titlu] ta’ [Prożatur] u wieġeb il-mistoqsijiet kollha”. JEKK SE TAGĦŻEL POEŻIJA, NIŻŻEL IN-NUMRU TAL-VERSI.
Owner, 10/05/15,
AGĦŻEL WAĦDA U NEĦĦI DIK LI M’GĦAŻILTX. IMXI MAL-LINJI GWIDA.
Page 8: Web viewIkteb madwar 300 kelma fuq WIEĦED minn dawn is-suġġetti fuq karta separata. ... Eżatt kif dejjem rat lil ommha u lil missierha. Tibnihom ittra ittra

Telqu t-tifla u hu; waslu ħdejn il-għajn, u hi, ħażina, qaltlu: “Tridx niflilek?”

Qallha: “Ija.”

U qabdet itteftiflu f’rasu. U hu, ilu ma jorqod tmint ijiem, għajnu marret bih u raqad. Hawn qamet

qajl, qajl, imliet il-qolla tagħha. Is-sultan kif raha feġġet u tielgħa t-taraġ, għajjat: “Rajtx kif

għaddietu!”

Jaqbeż ix-xiħ malajr: “Fejn hu dak li jaf xi jsir fid-dinja?”

“Hawn!”

“Ara bilġri!”

Dak qiegħed widintu fl-art u qal: “Rieqed ħdejn il-għajn.”

U bla telf ta’ żmien reġa’ x-xiħ: “Fejn hu dak li jispara u jaf fejn jolqot?”

“Hawn!”

Dan ġibed, laqat il-ġebla ta’ taħt ras dak li kien rieqed, il-ġebla ttir u hu jqum bilġri, jiġi fih

innifsu, jimla l-qolla u bil-ħeffa tar-riħ jasal quddiem is-sultan waqt li t-tifla għadha tielgħa t-taraġ.

Is-sultan ra hekk, għadab u qatagħha illi dak li għamel ix-xini jimxi fl-art jiġi maqtul mill-baħrin

tiegħu nnifsu. Ix-xiħ talab li kieku joqtluh ’il barra. Is-sultan qal iva; iżda mar hu nnifsu bl-

eżerċitu tiegħu biex jara li l-ħaġa ssir sewwa taħt għajnejh.

Kif waslu u kollox lest biex dak jiġi mneħħi mid-dinja, ix-xiħ qal lil dak li jagħmel it-taqlib fl-ajru

biex jinqaleb żaqqu ’l isfel. Kif dan, waqgħet dalma kbira u l-baħrin flok ma ġibdu għal dak li

għamel ix-xini jimxi fl-art, ġibdu għal fuq is-sultan u miet. Ix-xiħ qal lil dak li jagħmel it-taqlib

fis-sema biex jinqaleb żaqqu ’l fuq u safa. Ħadu lil dak li għamel ix-xini fid-dar tas-sultan, tawh l-

ilbies tas-sultan, xeddewlu l-kuruna u qalu: “Tħabat xebgħa, tawh il-kuruna, u ġiebha kif ried,

għax lilu kienet imwiegħda u hu ħadha.”

Mistoqsijiet:

1. a. X’ġeneru ta’ proża qed jintuża fis-silta t’hawn fuq?

i. ħrafa ii. djarju iii. rumanz (1)

b. Semmi karatteristika ta’ dan il-ġeneru ta’ proża?

___________________________________________________________________________ (1)

2. X’tagħlima toħroġ minn din is-silta ta’ proża?

a. Iż-żagħżugħ rebaħ għax qatel lis-sultan.

b. Iż-żagħżugħ rebaħ għax bl-umiltà kollha sema’ mill-pariri tax-xiħ.

ċ. Iż-żagħżugħ rebaħ għax kien b’saħħtu u għeleb kull sfida. (1)

Paġna 8 minn 15 Il-Malti | Il-Qari u l-Kitba | L-Għaxar Sena Sekondarja | Rotta 2 | Frar 2017

Owner, 10/05/15,
GĦAT-TIP TA’ MISTOQSIJIET, IMXI MAL-LINJI GWIDA.
Page 9: Web viewIkteb madwar 300 kelma fuq WIEĦED minn dawn is-suġġetti fuq karta separata. ... Eżatt kif dejjem rat lil ommha u lil missierha. Tibnihom ittra ittra

3. Xi rwol għandu x-xiħ f’dan ir-rakkont?

a. Huwa dak li bl-għerf tiegħu jmexxi liż-żagħżugħ.

b. Huwa dak li juża s-sopranatural.

ċ. Huwa dak li jisfida liż-żagħżugħ. (1)

4. Minn din is-silta:

a. Semmi karattru pożittiv u agħti karatteristika pożittiva li għandu: _________________________

______________________________________________________________________________(2)

b. Semmi karattru negattiv u agħti karatterisitka negattiva li għandu: ________________________

______________________________________________________________________________ (2)

5. “Kif waslu u kollox lest biex dak jiġi mneħħi mid-dinja, ix-xiħ qal lil dak li jagħmel it-taqlib fl-ajru

biex jinqaleb żaqqu ’l isfel.”

a. Minn din il-kwotazzjoni sib ewfemiżmu: ___________________________________________

(1)

b. Fisser l-ewfemiżmu: ___________________________________________________________

___________________________________________________________________________ (1)

6. a. X’tip ta’ vokabularju/kliem jintuża f’dan l-istil ta’ kitba?

i. ċajtier ii. modern iii. arkajk/antik (1)

b. Agħti żewġ eżempji ta’ dan it-tip ta’ vokabularju/kliem mis-silta t’hawn fuq.

_____________________________________ ________________________________ (2)

7. F’madwar 30 kelma għid x’kienet l-isfida taż-żagħżugħ u kif wasal għaliha?

________________________________________________________________________________

________________________________________________________________________________

________________________________________________________________________________

______________________________________________________________________________ (2)

JEW(ii) Aqra din is-silta minn Aqrali xi ħaġa ġdida, qaltilha ta’ Clare Azzopardi u wieġeb il-

mistoqsijiet kollha.

Il-Malti | Il-Qari u l-Kitba | L-Għaxar Sena Sekondarja | Rotta 2 | Frar 2017 Paġna 9 minn 15

Page 10: Web viewIkteb madwar 300 kelma fuq WIEĦED minn dawn is-suġġetti fuq karta separata. ... Eżatt kif dejjem rat lil ommha u lil missierha. Tibnihom ittra ittra

Imbagħad tfarfret ftit sew u ngħalqet f’dinja ta’ kotba bħal skeletru magħluq f’tebut. Kliem mill-

inqas, u ħadd ma jazzarda jittawwal. Tfarfret ftit iktar u bdiet tinteressaha mhux biss id-dinja ta’ ġol-

ktieb imma anki l-kompożizzjoni tagħha. Bla ma ħadd għallimha bdiet tikkomponi l-kotba hi. Eżatt kif

dejjem rat lil ommha u lil missierha. Tibnihom ittra ittra. Toħroġ l-ittri taċ-ċomb mill-garżelli tagħhom u

tibni paġna sentenza sentenza, vers vers, kelma kelma.

Ommha u missierha dejjem xtaquha ssib ġuvni gustuż li jkun jista’ jħobbha u jgħinha fix-xogħol

tal-pubblikazzjoni, dejjem ħeġġewha biex tieħu lil Ġammarì ta’ faċċata għax kien ġuvni skrupluż. Imma

dejjem magħluqa f’xi ktieb, b’xagħarha qasir ma’ rasha, b’dublett griż u flokk griż jinqafel bil-buttuni

griżi skuri fuq quddiem, kien diffiċli għal Ġammarì li jitfa’ għajnejh fuqha.

U daqqa rumanz twil, jew inkella rumanzett, xi kultant novelli, daqqiet oħra poeżiji. Daqqa bil-

Malti, inkella bit-Taljan, xi kultant bl-Ingliż, daqqiet bil-Franċiż. Imbagħad meta kibret sew, uriet lil

ommha u lil missierha li kienet kapaċi tmexxi mhux biss il-ħanut, imma anki l-istamperija. U l-imħabba

tagħha ma setgħet qatt tmiss lil xi raġel. Maurice ma kienx daqshekk xortih tajba li jkollu boton tfal biex

il-ħanut ċkejken tiegħu jikber. Imma kien fortunat biżżejjed biex irabbi tifla li tiflaħ għax-xogħol

metikoluż u paċenzjuż li jirrikjedi ktieb mill-bidu sal-aħħar. B’martu u b’bintu dejjem miegħu, seta’

jibqa’ jmexxi b’ritmu sod.

Ħaġa waħda biss kienet tweġġagħha f’din id-dinja tal-kotba. Ma kinux il-ftit flus li kienu

jdaħħlu, jew il-ħinijiet twal jikkomponu paġna wara oħra, idellku l-linka, jgħadduhom mill-magna, iħitu

l-kotba; ma kienx il-fatt li l-ħwienet tal-kotba kienu qed jiżdiedu u l-produzzjoni Ingliża u Taljana kienet

dejjem qed tisbieħ; xejn minn dan, ħaġa waħda biss kienet iġġegħelha tiftaħ ħalqha...

“Bgħattha ’l hemm hux?”

“Lil min?”

“Lil Mary.”

“Iva.”

“Kif lanqas ħajra, pa?”

“Dawn l-affarijiet narahom jiena. “

“Lanqas ħajra li tara x’kien fih il-manuskritt?”

“Mhux affari tiegħek.”

“Għadek ma xbajtx tistampa l-istess kotba?”

“Hawn ġew jiġu stampati biss kotba li jinbiegħu.”

“Għadek ma xbajtx twaħħal l-istess titli?”

“Tgħollix leħnek ma’ missierek.”

“Kemm-il wieħed irrifjutajt?”

“Ma qgħadtx ngħodd.”

Paġna 10 minn 15 Il-Malti | Il-Qari u l-Kitba | L-Għaxar Sena Sekondarja | Rotta 2 | Frar 2017

Page 11: Web viewIkteb madwar 300 kelma fuq WIEĦED minn dawn is-suġġetti fuq karta separata. ... Eżatt kif dejjem rat lil ommha u lil missierha. Tibnihom ittra ittra

“ U lill-irġiel qatt ma tirrifjutahom int?”

“Għedtlek tgħollix leħnek ma’ missierek.”

“Mhux żgur qed taqrahom il-kantileni li qed jiktbu.”

“Iġġegħelnix ngħid kliem li ma rridx.”

“Aqra xi ħaġa ġdida, pa, almenu.”

Mistoqsijiet:

1. a. Iddeskrivi l-karattru ta’ Lina minn dak li qrajt fin-novella.

i. Soċjevoli, maħbuba minn kulħadd u nervuża.

ii. Mara b’karattru sod, kwieta, progressiva, solitarja, bieżla u intelliġenti.

iii. Ċajtiera, kalma u għażżiena. (1)

b. Mill-ewwel paragrafu sib u ikteb frażi li ssaħħaħ it-tweġiba tiegħek.

______________________________________________________________________________ (2)

2. Oħroġ id-differenzi bejn il-ħajja tal-familja ta’ Lina mal-ħajja tal-lum.

________________________________________________________________________________

______________________________________________________________________________(2)

3. X’qiegħed jirrappreżenta l-kulur griż u x’effett trid toħloq Clare Azzopardi?

a. Jirrappreżenta l-monotonija ta’ ħajjet il-protagonista li hu relatat man-nuqqas ta’ interess fis-

sess oppost.

b. Jirrappreżenta l-problemi li kellha tul il-ħajja tagħha u ma l-imħabba li kellha lejn l-irġiel.

ċ. Jirrappreżenta l-ferħ li kellha u n-nuqqas ta’ qbil mas-sess oppost. (2)

4. Iddeskrivi l-kuntrast li nsibu bejn Lina u missierha fuq livell ta’ ħsieb. Ikkwota mis-silta biex turi

dan il-kuntrast.

________________________________________________________________________________

________________________________________________________________________________

______________________________________________________________________________ (2)

5. “Imbagħad tfarfret ftit sew u ngħalqet f’dinja ta’ kotba bħal skeletru magħluq f’tebut. Kliem mill-

inqas, u ħadd ma jazzarda jittawwal. Tfarfret ftit iktar u bdiet tinteressaha mhux biss id-dinja ta’ ġol-

ktieb imma anki l-kompożizzjoni tagħha.”

Il-Malti | Il-Qari u l-Kitba | L-Għaxar Sena Sekondarja | Rotta 2 | Frar 2017 Paġna 11 minn 15

Owner, 10/05/15,
GĦAT-TIP TA’ MISTOQSIJIET, IMXI MAL-LINJI GWIDA.
Page 12: Web viewIkteb madwar 300 kelma fuq WIEĦED minn dawn is-suġġetti fuq karta separata. ... Eżatt kif dejjem rat lil ommha u lil missierha. Tibnihom ittra ittra

a. Minn din il-kwotazzjoni sib similitudni: ___________________________________________(1)

b. Fisser is-similitudni: ___________________________________________________________

______________________________________________________________________________ (2)

6. Immarka t-tajba. Iż-żewġ stili ta’ din il-parti mis-silta huma:

a. djalogu u narrattiv. b. argumentattiv u djalogu. ċ. narrattiv u deskrittiv. (1)

7. Spjega kif tidher l-idea tal-femminiżmu f’din in-novella.

________________________________________________________________________________

________________________________________________________________________________

________________________________________________________________________________

______________________________________________________________________________ (2)

2B. Il-Komponiment Letterarju: Ir-Rumanzett (Il-Ħarsa ta’ Rużann)

Ikteb madwar 200 kelma fuq WIEĦED minn dawn is-suġġetti fl-ispazju pprovdut.

i. Hi baqgħet tħares lejja u jien ’l għajnejja ma stajtx naqlagħhom minn fuqha, hekk malli

lmaħna lil xulxin.

Din hija l-ewwel darba li l-Baronċin Mark Antonin de los Ingallos u l-bidwija Dinglija Rużann

iltaqgħu. Irrakkonta x’tip ta’ relazzjoni kellhom, kif spiċċat u għaliex.

Fejn u kif iltaqgħu Mark Antonin u Rużann?

X’ġara meta Rużann kien ser ikollha tarbija?

Għal liema raġuni Rużann ħadet dik id-deċiżjoni?

Kif kienet tħares is-soċjetà lejn relazzjoni bħal tagħhom?

Metaforikament x’turi r-relazzjoni tagħhom?

JEW

ii. “Jeħtieġ li jitgħallmu l-iskola dawk.” U waqaf, qisu mibluh

bih innifsu u b’li kien għadu kemm fisser.

Waħda mit-temi li nsibu fir-rumanzett Il-Ħarsa ta’ Rużann hija

dik tal-edukazzjoni. Iddiskuti kif din it-tema tidher fil-ġrajja ta’

Karmenu.

Paġna 12 minn 15 Il-Malti | Il-Qari u l-Kitba | L-Għaxar Sena Sekondarja | Rotta 2 | Frar 2017

_______15-il marka

Page 13: Web viewIkteb madwar 300 kelma fuq WIEĦED minn dawn is-suġġetti fuq karta separata. ... Eżatt kif dejjem rat lil ommha u lil missierha. Tibnihom ittra ittra

X’kien ġralu Karmenu biex iddeċieda li jibgħat lil uliedu l-iskola?

Min kellu d-dritt li jmur l-iskola dak iż-żmien ?

Għaliex ma qabilx miegħu Ġannikol?

X’sagrifiċċji kien lest li jagħmel Karmenu biex jibgħat lil uliedu l-iskola?

Lis-subien biss ried jibgħat l-iskola? X’valur ra fl-edukazzjoni Karmenu?

In-numru tal-komponiment letterarju magħżul: ______________

___________________________________________________________________________________________

__________________________________________________________________________________________

___________________________________________________________________________________________

___________________________________________________________________________________________

___________________________________________________________________________________________

___________________________________________________________________________________________

Il-Malti | Il-Qari u l-Kitba | L-Għaxar Sena Sekondarja | Rotta 2 | Frar 2017 Paġna 13 minn 15

Page 14: Web viewIkteb madwar 300 kelma fuq WIEĦED minn dawn is-suġġetti fuq karta separata. ... Eżatt kif dejjem rat lil ommha u lil missierha. Tibnihom ittra ittra

Paġna 14 minn 15 Il-Malti | Il-Qari u l-Kitba | L-Għaxar Sena Sekondarja | Rotta 2 | Frar 2017

Page 15: Web viewIkteb madwar 300 kelma fuq WIEĦED minn dawn is-suġġetti fuq karta separata. ... Eżatt kif dejjem rat lil ommha u lil missierha. Tibnihom ittra ittra

___________________________________________________________________________________________

___________________________________________________________________________________________

___________________________________________________________________________________________

___________________________________________________________________________________________

___________________________________________________________________________________________

___________________________________________________________________________________________

TMIEM IL-KARTA

Il-Malti | Il-Qari u l-Kitba | L-Għaxar Sena Sekondarja | Rotta 2 | Frar 2017 Paġna 15 minn 15